|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje L |
|
2026/2605 |
23.11.2026 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2026/2605
tat-23 ta’ Novembru 2026
li temenda d-Deċiżjoni (PESK) 2026/455 dwar miżuri restrittivi biex jiġi miġġieled it-terroriżmu
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 29 tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta tar-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà,
Billi:
|
(1) |
Fis-26 ta’ Frar 2026, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2026/455 (1). |
|
(2) |
Fid-dawl tat-theddida kontinwa minn The Base, jenħtieġ li persuna waħda tiżdied mal-listi fl-Annessi II u IV tad-Deċiżjoni (PESK) 2026/455. |
|
(3) |
Għalhekk jenħtieġ li d-Deċiżjoni (PESK) 2026/455 tiġi emendata skont dan, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
L-Annessi II u IV tad-Deċiżjoni (PESK) 2026/455 huma emendati f’konformità mal-Anness ta’ din id-Deċiżjoni.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Magħmul fi Brussell, it-23 ta’ Novembru 2026.
Għall-Kunsill
Il-President
M. HEYDON
(1) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2026/455 tas-26 ta’ Frar 2026 dwar miżuri restrittivi biex jiġi miġġieled it-terroriżmu, li tħassar l-Artikoli 2, 3 u 3a tal-Pożizzjoni Komuni 2001/931/PESK dwar l-applikazzjoni ta’ miżuri speċifiċi fil-ġlieda kontra t-terroriżmu u li tħassar id-Deċiżjoni (PESK) 2025/1577 u d-Deċiżjoni (PESK) 2026/421 (ĠU L, 2026/455, 26.2.2026, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2026/455/oj).
ANNESS
L-Anness II u IV tad-Deċiżjoni (PESK) 2026/455 huma emendati kif ġej:
|
(1) |
Fl-Anness II, taħt l-intestatura “A. Persuni fiżiċi”, tiżdied l-entrata li ġejja:
|
|
(2) |
Fl-Anness IV, tiżdied l-entrata li ġejja:
|
ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2026/2605/oj
ISSN 1977-074X (electronic edition)