13.6.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 151/26


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 647/2007

tat-12 ta’ Ġunju 2007

li jemenda r-Regolament (KE) Nru 2229/2004 li jistabbilixxi aktar regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-raba’ stadju tal-programm ta’ ħidma li jissemma fl-Artikolu 8(2) tad-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE tal-15 ta’ Lulju 1991 li jikkonċerna t-tqegħid fis-suq ta’ prodotti għal-protezzjoni tal-pjanti (1), u b’mod partikulari t-tieni subparagrafu ta’ l-Artikolu 8(2) tagħha,

Billi:

(1)

Ir-Regolamenti tal-Kummissjoni (KE) Nru 1112/2002 (2) u (KE) Nru 2229/2004 (3) jistabbilixxu r-regoli fid-dettall dwar l-implimentazzjoni tar-raba’ stadju tal-programm ta’ ħidma msemmi fl-Artikolu 8(2) tad-Direttiva 91/414/KEE u fihom lista tas-sustanzi attivi koperti minn dak l-istadju.

(2)

Jidher ċar li xi sustanzi attivi inklużi fil-lista stabbilita fir-Regolament (KE) Nru 2229/2004 qatt ma kienu jinsabu fis-suq bħala prodotti għall-ħarsien tax-xtieli kif iddefinit bid-Direttiva 91/414/KEE, u, għaldaqstant, ma kellhomx jitniżżlu f’din il-lista. Dawn is-sustanzi għandhom jitneħħew minn din il-lista.

(3)

Ir-Regolament (KE) Nru 2229/2004 għandu għalhekk jiġi emendat skond dan.

(4)

Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma konformi ma’ l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina ta’ l-Ikel u s-Saħħa ta’ l-Annimali,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 2229/2004 huwa emendat skond l-Anness ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tnejn u għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 12 ta’ Ġunju 2007.

Għall-Kummissjoni

Markos KYPRIANOU

Membru tal-Kummissjoni


(1)   ĠU L 230, 9.8.1991, p. 1. Id-Direttiva kif emendata l-aħħar bid-Direttiva tal-Kummissjoni 2007/31/KE (ĠU L 140, 1.6.2007, p. 44).

(2)   ĠU L 168, 27.6.2002, p. 14.

(3)   ĠU L 379, 24.12.2004, p. 13.


ANNESS

L-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 2229/2004 huwa emendat kif ġej:

1

Fil-Parti A, ir-referenzi għas-sustanzi attivi li ġejjin jitneħħew:

(a)

Referenzi fi Grupp 1 ta’ Parti A:

—

Amino aċidi/L-aċidu glutamiku

—

Amino aċidi/L-Tryptophan

—

Reżini

—

Metabisulfit tas-sodju

—

Glutina tal-qamħ

—

Maltodextrin

(b)

Referenzi fi Grupp 2,2 ta’ Parti A:

—

Estratt taċ-ċitru Notifikat bħala Batteriċida

—

Estratt tal-qronfol tork

—

Estratt tal-Mimosa Tenuiflora

—

Żjut tax-xtieli/Żejt ir-raħsa tar-ribes Notifikat bħala ripellant

—

Żjut tax-xtieli/Żejt ta’ l-Ewkaliptus

—

Żjut tax-xtieli/Żejt tal-merdqux Notifikat bħala ripellant

—

Żjut tax-xtieli/Żejt tas-sagħtar Notifikat bħala ripellant

(c)

Referenza fi Grupp 6.1 ta’ Parti A:

—

Polyvinyl acetate

(d)

Referenza fi Grupp 6.2 ta’ Parti A:

—

Ammonium bituminosulfonate.

2

Fil-Parti B, ir-referenzi għas-sustanzi attivi li ġejjin jitneħħew:

—

Z, E 3, 7,11-trimethyl-2, 6, 10-dodecatrien-1-ol (Farnesol)

—

1,7 Dioxaspiro- 5,5- undecan

—

3, 7 Dimethyl-26-octadien-1-ol (Geraniol)

—

3, 7, 11-Trimetil-1, 6, 10-dodecatrien-3-ol (Nerolidol)

—

(E)-2 methyl-6-methylene-3, 7-octadien-2-ol (isomyrcenol)

—

Ethyl 2, 4-decadienoate.

3

Fil-Parti F, ir-referenza għas-sustanza attiva li ġejja titneħħa:

—

Sulfat lawril tas-sodju

4

Fil-Parti G, ir-referenza għas-sustanza attiva li ġejja titneħħa:

—

Di-1-p-menthene