15.3.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 76/47


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru 160/2011

tat-2 ta’ Diċembru 2011

li temenda l-Anness XXI (Statistika) tal-Ftehim taż-ŻEE

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif emendat mill-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, minn hawn 'il quddiem imsejjaħ “il-Ftehim”, u partikolarment l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

L-Anness XXI tal-Ftehim kien emendat mid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 110/2011 tat-30 ta’ Settembru 2011 (1).

(2)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 193/2011 tat-28 ta’ Frar 2011 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 1445/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill rigward is-sistema tal-kontroll tal-kwalità użata għall-Paritajiet tas-Setgħa tal-Infiq (2) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Dan il-punt li ġej jidħol wara l-punt 19y (ir-Regolament (KE) Nru 1445/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill) tal-Anness XXI tal-Ftehim:

“19ya.

32011 R 0193: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 193/2011 tat-28 ta’ Frar 2011 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 1445/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill rigward is-sistema tal-kontroll tal-kwalità użata għall-Paritajiet tas-Setgħa tal-Infiq (ĠU L 56, 1.3.2011, p. 1).”

Artikolu 2

It-testi tar-Regolament (UE) Nru 193/2011 fil-lingwa Islandiża u f'dik Norveġiża, li għandhom jiġu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ ma’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, ikunu awtentiċi.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ fit-3 ta’ Diċembru 2011, sakemm ikunu saru n-notifiki kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE (*1).

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni tiġi ppubblikata fis-Sezzjoni taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, u fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ miegħu.

Magħmul fi Brussell, it-2 ta’ Diċembru 2011.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Kurt JÄGER


(1)   ĠU L 318, 1.12.2011, p. 50.

(2)   ĠU L 56, 1.3.2011, p. 1.

(*1)  Ma huma indikati l-ebda rekwiżiti kostituzzjonali.