28.1.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 19/1


REGOLAMENT (UE) 2022/111 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

tal-25 ta’ Jannar 2022

li jemenda r-Regolament (UE) 2019/216 fir-rigward tal-kwota tariffarja tal-Unjoni għal-laħam taċ-ċanga ta’ kwalità għolja mill-Paragwaj

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u partikolarment l-Artikolu 207(2) tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,

Wara li l-abbozz tal-att leġiżlattiv intbagħat lill-parlamenti nazzjonali,

Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja (1),

Billi:

(1)

Wara l-ħruġ tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq (“ir-Renju Unit”) mill-Unjoni, l-Unjoni u r-Renju Unit innotifikaw lill-Membri l-oħra tal-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ (WTO) li l-livelli attwali tagħhom ta’ aċċess għas-suq se jinżammu permezz tat-tqassim tal-kwoti tariffarji tal-Unjoni bejn l-Unjoni u r-Renju Unit. Il-metodoloġija għal dak it-tqassim, kif ukoll il-volumi tal-UE-27, huma stabbiliti fir-Regolament (UE) 2019/216 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2).

(2)

Jenħtieġ li l-kwoti tariffarji tal-Unjoni li mhumiex parti mill-iskeda ta’ konċessjonijiet u impenji ma jitqassmux.

(3)

Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1149/2002 (3) fetaħ kwota tariffarja tal-importazzjoni ta’ 1 000 tunnellata, espressa f’piż ta’ prodott, ta’ laħam taċ-ċanga ta’ kwalita għolja, frisk, imkessaħ jew iffriżat. Minkejja li ma kinitx parti mill-iskeda tad-WTO tal-Unjoni, dik il-kwota tariffarja ġiet imqassma żbaljatament bir-Regolament (UE) 2019/216, u b’hekk tnaqqas il-volum tagħha bl-applikazzjoni mill-1 ta’ Jannar 2021. Jenħtieġ li jerġa’ jinkiseb il-volum oriġinali ta’ dik il-kwota tariffarja.

(4)

Għaldaqstant, jenħtieġ li r-Regolament (UE) 2019/216 jiġi emendat skont dan,

ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Fil-Parti A tal-Anness tar-Regolament (UE) 2019/216, ir-ringiela li ġejja titħassar:

“Laħam ta’ kwalità għolja tal-annimali bovini, frisk, imkessaħ jew iffriżat

t

 

PAR

094455

71,1  %

711”

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fis-seba’ jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, il-25 ta’ Jannar 2022.

Għall-Parlament Ewropew

Il-President

R. METSOLA

Għall-Kunsill

Il-President

C. BEAUNE


(1)  Il-pożizzjoni tal-Parlament Ewropew tal-14 ta’ Diċembru 2021 (għadha mhijiex ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali) u deċiżjoni tal-Kunsill tal-11 ta’ Jannar 2022.

(2)  Ir-Regolament (UE) 2019/216 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta’ Jannar 2019 dwar it-tqassim tal-kwoti tariffarji inklużi fl-iskeda tad-WTO tal-Unjoni wara l-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni, u li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 32/2000 (ĠU L 38, 8.2.2019, p. 1).

(3)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1149/2002 tas-27 ta’ Ġunju 2002 li jiftaħ kwota awtonoma għall-importazzjonijiet ta’ laħam taċ-ċanga ta’ kwalità għolja (ĠU L 170, 29.6.2002, p. 13).