<?xml version="1.0" encoding="UTF-8"?><JUDGMENT xmlns:fmx="http://opoce" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:noNamespaceSchemaLocation="http://formex.publications.europa.eu/schema/formex-05.58-20161101.xd"><BIB.JUDGMENT><REF.CASE FILE="n.a."><NO.CASE>C-650/15 P</NO.CASE></REF.CASE><NO.CELEX>62015CJ0650</NO.CELEX><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2017:802">EU:C:2017:802</NO.ECLI><NO.SEQ>0001</NO.SEQ><PAGE.FIRST.ECR>1</PAGE.FIRST.ECR><PAGE.SEQ>1</PAGE.SEQ><PAGE.LAST.ECR>15</PAGE.LAST.ECR><PAGE.TOTAL>15</PAGE.TOTAL><AUTHOR>CJ</AUTHOR></BIB.JUDGMENT><CURR.TITLE><PAGE.HEADER><P>Sentenza tal-<DATE ISO="20171025">25.10.2017</DATE> – Kawża C‑650/15 P</P><P>PPG u SNF vs ECHA</P></PAGE.HEADER></CURR.TITLE><TITLE><TI><P><HT TYPE="UC">Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja</HT> (L-Ewwel Awla)</P><P><DATE ISO="20171025">25 ta’ Ottubru 2017</DATE><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="STAR" NOTE.ID="E0001"><P>Lingwa tal-kawża: l-Ingliż.</P></NOTE></P></TI></TITLE><INTERMEDIATE><INDEX IDX.CLOSE="”" SEPARATOR=" – " IDX.OPEN="“"><KEYWORD>Appell</KEYWORD><KEYWORD>Regolament (KE) Nru 1907/2006 (REACH)</KEYWORD><KEYWORD>Artikolu 57 –Sustanzi ta’ tħassib serju ħafna</KEYWORD><KEYWORD>Identifikazzjoni</KEYWORD><KEYWORD>Artikolu 2(8)(b)</KEYWORD><KEYWORD>Eżenzjoni</KEYWORD><KEYWORD>Artikolu 3(15)</KEYWORD><KEYWORD>Kunċett ta’ <QUOT.START CODE="2018" REF.END="QE0001" ID="QS0001"/>sustanza intermedja<QUOT.END REF.START="QS0001" CODE="2019" ID="QE0001"/></KEYWORD><KEYWORD>Akrilammid</KEYWORD></INDEX></INTERMEDIATE><JUDGMENT.INIT><P>Fil-Kawża C‑650/15 P,</P><P>li għandha bħala suġġett appell skont l-Artikolu 56 tal-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, imressaq fl-<DATE ISO="20151204">4 ta’ Diċembru 2015</DATE></P></JUDGMENT.INIT><PARTIES><PLAINTIFS><P><HT TYPE="BOLD">Polyelectrolyte Producers Group GEIE (PPG)</HT>, stabbilit fi Brussell (il-Belġju),</P><P><HT TYPE="BOLD">SNF SAS</HT>, stabbilita f’Andrézieux‑Bouthéon (Franza),</P><P>irrappreżentati minn E. Mullier u R. Cana, avukati, kif ukoll minn D. Abrahams, barrister,</P><PARTY.STATUS>appellanti,</PARTY.STATUS></PLAINTIFS><AGAINST>il-partijiet l-oħra fil-kawża li huma:</AGAINST><DEFENDANTS><P><HT TYPE="BOLD">L-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi (ECHA)</HT>, irrappreżentata minn M. Heikkilä u W. Broere, bħala aġenti, assistiti minn J. Stuyck u S. Raes, avukati,</P><PARTY.STATUS>konvenuta fl-ewwel istanza,</PARTY.STATUS></DEFENDANTS><INTERVENERS><P><HT TYPE="BOLD">Ir-Renju tal-Pajjiżi l-Baxxi</HT>, irrappreżentat minn M. Bulterman u B. Koopman, bħala aġenti,</P><P><HT TYPE="BOLD">Il-Kummissjoni Ewropea</HT>, irrappreżentata minn K. Talabér-Ritz kif ukoll minn E. Manhaeve, K. Mifsud-Bonnici u D. Kukovec, bħala aġenti, b’indirizz għan-notifika fil-Lussemburgu,</P><PARTY.STATUS>intervenjenti fl-ewwel istanza,</PARTY.STATUS></INTERVENERS></PARTIES><PREAMBLE><PREAMBLE.INIT><P>IL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA (L-Ewwel Awla),</P><P>komposta minn R. Silva de Lapuerta, President tal-Awla, C. G. Fernlund (Relatur), J.‑C. Bonichot, A. Arabadjiev u E. Regan, Imħallfin,</P><P>Avukat Ġenerali: E. Sharpston,</P><P>Reġistratur: L. Hewlett, Amministratur Prinċipali,</P></PREAMBLE.INIT><GR.VISA><VISA>wara li rat il-proċedura bil-miktub u wara s-seduta tal-<DATE ISO="20170111">11 ta’ Jannar 2017</DATE>,</VISA><?PAGE NO="2"?><VISA>wara li semgħet il-konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali, ippreżentati fis-seduta tas-<DATE ISO="20170706">6 ta’ Lulju 2017</DATE>,</VISA></GR.VISA><PREAMBLE.FINAL>tagħti l-preżenti</PREAMBLE.FINAL></PREAMBLE><CONTENTS.JUDGMENT><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P>Sentenza</P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0001"><NO.P>1</NO.P><TXT>Permezz tal-appell tagħhom Polyelectrolyte Producers Group GEIE (PPG) u SNF SAS jitolbu l-annullament tas-sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea, tal-<DATE ISO="20150925">25 ta’ Settembru 2015</DATE>, PPG u SNF vs ECHA (T‑268/10 RENV, iktar ’il quddiem is-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0002" ID="QS0002"/>sentenza appellata<QUOT.END REF.START="QS0002" CODE="201D" ID="QE0002"/>, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2015:698">EU:T:2015:698</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>), li permezz tagħha din il-qorti ċaħdet ir-rikors tagħhom intiż għall-annullament tad-deċiżjoni tal-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi (ECHA), tat-<DATE ISO="20091222">22 ta’ Diċembru 2009</DATE>, li tidentifika l-akrilammid (KE Nru 201‑173‑7) bħala sustanza li tissodisfa l-kriterji msemmija fl-Artikolu 57 tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-<DATE ISO="20061218">18 ta’ Diċembru 2006</DATE>, dwar ir-reġistrazzjoni, il-valutazzjoni, l-awtorizzazzjoni u r-restrizzjoni ta’ sustanzi kimiċi (REACH), li jistabbilixxi Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi, li jemenda d-Direttiva 1999/45/KE u li jħassar ir-Regolament (KEE) Nru 793/93 tal-Kunsill u r-Regolament (KE) Nru 1488/94 tal-Kummissjoni kif ukoll id-Direttiva 76/769/KEE tal-Kunsill u d-Direttivi 91/155/KEE, 93/67/KEE, 93/105/KE u 2000/21/KE tal-Kummissjoni (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="396" PAGE.FIRST="1" DATE.PUB="2006">ĠU 2006, L 396, p. 1</REF.DOC.OJ>, u r-rettifika <REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="136" PAGE.FIRST="3" DATE.PUB="2007">ĠU 2007, L 136, p. 3</REF.DOC.OJ>), kif emendat bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 552/2009 tat-<DATE ISO="20090622">22 ta’ Ġunju 2009</DATE> (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="164" PAGE.FIRST="7" DATE.PUB="2009">ĠU 2009, L 164, p. 7</REF.DOC.OJ>) (iktar ’il quddiem ir-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0003" ID="QS0003"/>Regolament REACH<QUOT.END REF.START="QS0003" CODE="201D" ID="QE0003"/>), konformement mal-Artikolu 59 tal-imsemmi regolament (iktar ’il quddiem id-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0004" ID="QS0004"/>deċiżjoni kontenzjuża<QUOT.END REF.START="QS0004" CODE="201D" ID="QE0004"/>).</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P>Il-kuntest ġuridiku</P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0002"><NO.P>2</NO.P><TXT>Il-premessa 41 tar-Regolament REACH hija fformulata kif ġej:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><CONSID><P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0005" ID="QS0005"/>Għal raġunijiet ta’ funzjonalità u minħabba n-natura speċjali tagħhom, ir-rekwiżiti speċifiċi tar-reġistrazzjoni għandhom ikunu stabbiliti għas-sustanzi intermedji. Il-polimeri għandhom ikunu eżentati mir-reġistrazzjoni u l-valutazzjoni sakemm dawk li jeħtieġu r-reġistrazzjoni minħbba r-riskji għas-saħħa tal-bniedem jew għall-ambjent jistgħu jintgħażlu b’mod prattiku u kost-effettiv fuq il-bażi ta’ kriterji tekniċi sodi u kriterji xjentifiċi validi.<QUOT.END REF.START="QS0005" CODE="201D" ID="QE0005"/></P></CONSID></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0003"><NO.P>3</NO.P><TXT>L-Artikolu 2 ta’ dan ir-regolament, intitolat <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0006" ID="QS0006"/>Applikazzjoni<QUOT.END REF.START="QS0006" CODE="201D" ID="QE0006"/>, jipprevedi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="002.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0007" ID="QS0007"/>1.</NO.PARAG><ALINEA><P>Dan ir-Regolament ma japplikax għal:</P><P>[…]</P><P><LIST TYPE="OTHER"><ITEM><NP><NO.P>(ċ)</NO.P><TXT>sustanzi intermedji mhux iżolati;</TXT></NP></ITEM></LIST></P></ALINEA></PARAG><P>[…]</P><PARAG IDENTIFIER="002.008"><NO.PARAG>8.</NO.PARAG><ALINEA><P>Is-sustanzi intermedji iżolati fuq il-post u s-sustanzi intermedji iżolati trasportati għandhom jiġu eżentati:</P><P>[…]</P><P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>(b)</NO.P><TXT>mit-Titolu VII.</TXT></NP></ITEM></LIST></P></ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="002.009"><NO.PARAG>9.</NO.PARAG><ALINEA>Id-dispożizzjonijiet tat-Titoli II u VI ma għandhomx japplikaw għall-polimeri.<QUOT.END REF.START="QS0007" CODE="201D" ID="QE0007"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR><?PAGE NO="3"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0004"><NO.P>4</NO.P><TXT>L-Artikolu 3 tal-imsemmi regolament, intitolat <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0008" ID="QS0008"/>Definizzjonijiet<QUOT.END REF.START="QS0008" CODE="201D" ID="QE0008"/>, jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0009" ID="QS0009"/>Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament:</P><P>[…]</P><P><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P>15)</NO.P><TXT>‘sustanza intermedja': tfisser sustanza li tkun manifatturata għal u kkonsmata fi jew użata għal proċessar kimiku sabiex tinbidel f’sustanza oħra (minn hawn ’il quddiem imsejjaħ sintesi):</TXT><P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>(a)</NO.P><TXT>‘sustanza intermedja mhux iżolata' tfisser sustanza intermedja li matul sintesi ma titneħħiex intenzjonalment (ħlief għall-kampjunament) mill-apparat li fih issir is-sintesi. Dan l-apparat jinkludi r-reċipjent tar-reazzjoni, l-apparat anċillari tiegħu, u kwalunkwe apparat li minnu jgħaddu s-sustanza jew sustanzi matul proċess ta’ fluss kontinwu jew ta’ lottijiet kif ukoll is-sistema tal-pajpijiet għat-trasferiment minn reċipjent għal ieħor għall-iskop ta’ l-istadju li jmiss tar-reazzjoni, iżda jeskludi t-tankijiet jew ir-reċipjenti l-oħrajn li fihom jinħażnu s-sustanzi wara l-manifattura;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(b)</NO.P><TXT>‘sustanza intermedja iżolata fuq il-post' tfisser sustanza intermedja li ma tissodisfax il-kriterji ta’ sustanza intermedja mhux iżolata u fejn il-manifattura tas-sustanza intermedja u s-sintesi ta’ sustanza jew sustanzi oħra minn dik is-sustanza intermedja ssir fl-istess post, operata minn entità ġuridika waħda jew aktar;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(ċ)</NO.P><TXT>‘sustanza intermedja iżolata trasportata' tfisser sustanza intermedja li ma tissodisfax il-kriterji ta’ sustanza intermedja mhux iżolata u trasportata bejn jew provduta lil postijiet oħra;</TXT></NP></ITEM></LIST></P></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>16)</NO.P><TXT>‘Post': tfisser lok uniku fejn, jekk ikun hemm aktar minn manifattur wieħed ta’ sustanza jew sustanzi, ikunu kondiviżi ċerti infrastruttura u faċilitajiet;</TXT></NP></ITEM></LIST></P><P>[…]<QUOT.END REF.START="QS0009" CODE="201D" ID="QE0009"/></P></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0005"><NO.P>5</NO.P><TXT>L-Artikolu 17 tar-Regolament REACH, intitolat <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0010" ID="QS0010"/>Reġistrazzjoni ta’ sustanzi intermedji iżolati fuq il-post<QUOT.END REF.START="QS0010" CODE="201D" ID="QE0010"/>, huwa fformulat kif ġej:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="017.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0011" ID="QS0011"/>1.</NO.PARAG><ALINEA>Kull manifattur ta’ sustanza intermedja iżolata fuq il-post fi kwantitajiet ta’ tunnellata metrika jew aktar kull sena għandu jippreżenta reġistrazzjoni lill-Aġenzija għas-sustanza intermedja iżolata fuq il-post.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="017.002"><NO.PARAG>2.</NO.PARAG><ALINEA><P>Ir-reġistrazzjoni għal sustanza intermedja iżolata fuq il-post għandha tinkludi l-informazzjoni li ġejja, sal-punt li l-manifattur ikun jista jippreżentaha mingħajr ebda ttestjar ieħor:</P><P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>(a)</NO.P><TXT>l-identità tal-manifattur kif speċifikat fit-Taqsima 1 ta’ l-Anness VI;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(b)</NO.P><TXT>l-identità tas-sustanza intermedja kif speċifikat fit-Taqsimiet 2.1 sa 2.3.4 ta’ l-Anness VI;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(ċ)</NO.P><TXT>il-klassifikazzjoni tas-sustanza intermedja kif speċifikat fit-Taqsima 4 ta’ l-Anness VI;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(d)</NO.P><TXT>kwalunkwe informazzjoni eżistenti disponibbli dwar il-proprjetajiet fiżikokimiċi, relatati mas-saħħa tal-bniedem jew ambjentali tas-sustanza kimika. Fejn ikun disponibbli rapport sħiħ ta’ l-istudju, għandu jiġi preżentat sommarju ta’ l-istudju;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(e)</NO.P><TXT>deskrizzjoni ġenerali qasira dwar l-użu, kif speċifikat fit-Taqsima 3.5 ta’ l-Anness VI;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(f)</NO.P><TXT>dettalji tal-miżuri applikati ta’ l-immaniġġar tar-riskji.</TXT></NP></ITEM></LIST></P><P>[…]</P></ALINEA></PARAG><?PAGE NO="4"?><PARAG IDENTIFIER="017.003"><NO.PARAG>3.</NO.PARAG><ALINEA>Il-paragrafu 2 għandu japplika biss għal sustanzi intermedji iżolati fuq il-post jekk il-manifattur jikkonferma li s-sustanza tiġi manifatturata u użata biss taħt kondizzjonijiet strettament kontrollati billi tinżamm rigorożament kontenuta b’mezzi tekniċi matul iċ-ċiklu kollu tal-ħajja tagħha. Għandhom jintużaw teknoloġiji proċedurali u ta’ kontroll sabiex tiġi minimizzata l-emissjoni u kwalunkwe espożizzjoni li tirriżulta.</ALINEA><ALINEA>Jekk dawn il-kondizzjonijiet ma jkunux sodisfatti, ir-reġistrazzjoni għandha tinkludi l-informazzjoni speċifikata fl-Artikolu 10.<QUOT.END REF.START="QS0011" CODE="201D" ID="QE0011"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0006"><NO.P>6</NO.P><TXT>L-Artikolu 18 tar-Regolament REACH, intitolat <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0012" ID="QS0012"/>Reġistrazzjoni ta’ sustanzi intermedji iżolati trasportati<QUOT.END REF.START="QS0012" CODE="201D" ID="QE0012"/>, jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="018.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0013" ID="QS0013"/>1.</NO.PARAG><ALINEA>Kull manifattur jew importatur ta’ sustanza intermedja iżolata trasportata fi kwantitajiet ta’ tunnellata metrika jew aktar kull sena għandu jippreżenta reġistrazzjoni lill-Aġenzija għas-sustanza intermedja iżolata trasportata.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="018.002"><NO.PARAG>2.</NO.PARAG><ALINEA><P>Ir-reġistrazzjoni għal sustanza intermedja iżolata trasportata għandha tinkludi l-informazzjoni kollha li ġejja:</P><P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>(a)</NO.P><TXT>l-identità tal-manifattur jew l-importatur kif speċifikat fit-Taqsima 1 ta’ l-Anness VI;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(b)</NO.P><TXT>l-identità tas-sustanza intermedja kif speċifikat fit-Taqsimiet 2.1 sa 2.3.4 ta’ l-Anness VI;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(ċ)</NO.P><TXT>il-klassifikazzjoni tas-sustanza intermedja kif speċifikat fit-Taqsima 4 ta’ l-Anness VI;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(d)</NO.P><TXT>kwalunkwe informazzjoni eżistenti disponibbli dwar il-proprjetajiet fiżikokimiċi, relatati mas-saħħa tal-bniedem jew ambjentali tas-sustanza kimika. Fejn ikun disponibbli rapport sħiħ ta’ l-istudju, għandu jiġi preżentat sommarju ta’ l-istudju;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(e)</NO.P><TXT>deskrizzjoni ġenerali qasira dwar l-użu, kif speċifikat fit-Taqsima 3.5 ta’ l-Anness VI;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(f)</NO.P><TXT>informazzjoni dwar il-miżuri ta’ l-immaniġġar tar-riskji applikati u rakkomandati lill-utent skond il-paragrafu 4.</TXT></NP></ITEM></LIST></P></ALINEA></PARAG><P>[…]</P><PARAG IDENTIFIER="018.003"><NO.PARAG>3.</NO.PARAG><ALINEA>Ir -reġistrazzjoni għal sustanza intermedja iżolata trasportata fi kwantitajiet ta’ aktar minn <FT TYPE="NUMBER">1000</FT> tunnellata metrika kull sena għal kull manifattur jew importatur għandha tinkludi l-informazzjoni speċifikata fl-Anness VII flimkien ma’ l-informazzjoni meħtieġa taħt il-paragrafu 2.</ALINEA><ALINEA>Għall-ġenerazzjoni ta’ din l-informazzjoni, għandu japplika l-Artikolu 13.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="018.004"><NO.PARAG>4.</NO.PARAG><ALINEA><P>Il-paragrafi 2 u 3 għandhom japplikaw biss għal sustanzi intermedji iżolati trasportati jekk il-manifattur jew l-importatur jikkonferma huwa stess jew jiddikjara li jkun irċieva konferma mill-utent li s-sintesi ta’ sustanza oħra jew sustanzi oħrajn minn dik intermedja sseħħ f’siti oħrajn taħt il-kondizzjonijiet strettament kontrollati li ġejjin:</P><P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>(a)</NO.P><TXT>is-sustanza tinżamm rigorożament kontenuta b’mezzi tekniċi matul iċ-ċiklu kollu tal-ħajja tagħha inklużi l-manifattura, il-purifikazzjoni, it-tindif u l-manutenzjoni ta’ tagħmir, il-kampjunament, l-analiżi, it-tagħbija u l-ħatt ta’ apparat jew bastimenti, ir-rimi ta’ skart jew il-purifikazzjoni u l-ħażna;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(b)</NO.P><TXT>għandhom jintużaw teknoloġiji proċedurali u ta’ kontroll sabiex jiġu minimizzati l-emissjoni u kwalunkwe espożizzjoni li tirriżulta;</TXT></NP></ITEM><?PAGE NO="5"?><ITEM><NP><NO.P>(ċ)</NO.P><TXT>ikun biss persunal imħarreġ sew u awtorizzat li jimmaniġġa s-sustanza;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(d)</NO.P><TXT>fil-każ ta’ xogħlijiet ta’ tindif u ta’ manutenzjoni, jiġu applikati proċeduri speċjali bħal tindif u ħasil qabel il-ftuħ u d-dħul fis-sistema;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(e)</NO.P><TXT>f’każ ta’ xi inċident u fejn jinħoloq l-iskart, jintużaw teknoloġiji proċedurali u/jew ta’ kontroll sabiex jiġu minimizzati l-emissjonijiet u l-espożizzjoni li tirriżulta matul proċeduri ta’ purifikazzjoni jew tindif u manutenzjoni;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(f)</NO.P><TXT>il-proċeduri ta’ maniġġar ta’ sustanzi huma dokumentati tajjeb u sorveljati b’mod strett mill-operatur tas-sit.</TXT></NP></ITEM></LIST></P><P>Jekk il-kondizzjonijiet disposti fl-ewwel subparagrafu ma jkunux sodisfatti, ir-reġistrazzjoni għandha tinkludi l-informazzjoni speċifikata fl-Artikolu 10.<QUOT.END REF.START="QS0013" CODE="201D" ID="QE0013"/></P></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0007"><NO.P>7</NO.P><TXT>It-Titolu VII tar-Regolament REACH, intitolat <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0014" ID="QS0014"/>Awtorizzazzjoni<QUOT.END REF.START="QS0014" CODE="201D" ID="QE0014"/>, jinkludi, fost oħrajn, l-Artikoli 56 sa 64 tiegħu.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0008"><NO.P>8</NO.P><TXT>L-Artikolu 56 ta’ dan ir-regolament, intitolat <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0015" ID="QS0015"/>Dispożizzjonijiet ġenerali<QUOT.END REF.START="QS0015" CODE="201D" ID="QE0015"/>, jipprevedi, fil-paragrafu 1 tiegħu:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0016" ID="QS0016"/>Manifattur, importatur jew utent ‘downstream' m’għandux iqiegħed fis-suq sustanza għall-użu jew jużaha huwa stess jekk dik is-sustanza tkun inkluża fl-Anness XIV, sakemm:</P><P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>(a)</NO.P><TXT>l-użu jew użi ta’ dik is-sustanza waħidha jew fi preparat jew l-inkorporazzjoni ta’ sustanza f’oġġett li għalih is-sustanza titqiegħed fis-suq jew li għalih huwa juża s-sustanza huwa stess ġew awtorizzati skond l-Artikoli 60 sa 64; jew</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(b)</NO.P><TXT>l-użu jew użi ta’ dik is-sustanza waħidha, fi preparat jew l-inkorporazzjoni ta’ sustanza f’oġġett li għalih is-sustanza titqiegħed fis-suq jew li għalih huwa juża s-sustanza huwa stess ġew awtorizzati mir-rekwiżit ta’ l-awtorizzazzjoni fl-Anness IV stess skond l-Artikolu 58(2); jew</TXT></NP></ITEM></LIST></P><P>[…]<QUOT.END REF.START="QS0016" CODE="201D" ID="QE0016"/></P></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0009"><NO.P>9</NO.P><TXT>L-Artikolu 57 tal-imsemmi regolament, intitolat <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0017" ID="QS0017"/>Sustanzi li għandhom jiġu inklużi fl-Anness XIV<QUOT.END REF.START="QS0017" CODE="201D" ID="QE0017"/>, huwa fformulat kif ġej:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0018" ID="QS0018"/>Is-sustanzi li ġejjin jistgħu jiġu inklużi fl-Anness XIV skond il-proċedura prevista fl-Artikolu 58:</P><P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>(a)</NO.P><TXT>sustanzi li jissodisfaw il-kriterji għall-klassifikazzjoni bħala karċinoġeni fil-kategorija 1 jew 2 skont id-Direttiva 67/548/KEE;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(b)</NO.P><TXT>sustanzi li jissodisfaw il-kriterji għall-klassifikazzjoni bħala mutaġeniċi fil-kategorija 1 jew 2 skond id-Direttiva 67/548/KEE;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(ċ)</NO.P><TXT>sustanzi li jissodisfaw il-kriterji għall-klassifikazzjoni bħala tossiċi għar-riproduzzjoni kategorija 1 jew 2 skond id-Direttiva 67/548/KEE;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(d)</NO.P><TXT>sustanzi li jkunu persistenti, bijoakkumulattivi u tossiċi skond il-kriterji previsti fl-Anness XIII ta’ dan ir-Regolament;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(e)</NO.P><TXT>sustanzi li jkunu persistenti ħafna u bijoakkumulattivi ħafna skond il-kriterji previsti fl-Anness XIII ta’ dan ir-Regolament;</TXT></NP></ITEM><?PAGE NO="6"?><ITEM><NP><NO.P>(f)</NO.P><TXT>sustanzi – bħal dawk li jkollhom proprjetajiet li jfixklu s-sistema endokrina jew dawk li jkollhom proprjetajiet persistenti, bijoakkumulattivi u tossiċi jew proprjetajiet persistenti ħafna u bijoakkumulattivi ħafna, li ma jissodisfawx il-kriterji fil-punti (d) jew (e) – li dwarhom ikun hemm provi xjentifiċi ta’ probabbiltà ta’ effetti serji fuq is-saħħa tal-bniedem jew fuq l-ambjent li jagħtu lok għal livell ta’ tħassib ekwivalenti għal dak relatat ma’ sustanzi oħrajn elenkati fil-punti (a) sa (e) u li jkunu identifikati fuq bażi każ b’każ skond il-proċedura prevista fl-Artikolu 59.<QUOT.END REF.START="QS0018" CODE="201D" ID="QE0018"/></TXT></NP></ITEM></LIST></P></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0010"><NO.P>10</NO.P><TXT>L-Artikolu 59 tar-Regolament REACH, intitolat <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0019" ID="QS0019"/>L-identifikazzjoni ta’ sustanzi msemmija fl-Artikolu 57<QUOT.END REF.START="QS0019" CODE="201D" ID="QE0019"/>, jipprevedi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="059.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0020" ID="QS0020"/>1.</NO.PARAG><ALINEA>Il-proċedura stabbilita fil-paragrafi 2 sa 10 ta’ dan l-Artikolu għandha tapplika għall-iskop ta’ identifikazzjoni ta’ sustanzi li jissodisfaw il-kriterji msemmija fl-Artikolu 57 u t-twaqqif ta’ lista ta’ kandidati għall-inklużjoni eventwali fl-Anness XIV.[…]</ALINEA></PARAG><P>[…]</P><PARAG IDENTIFIER="059.003"><NO.PARAG>3.</NO.PARAG><ALINEA>Kwalunkwe Stat Membru jista’ jipprepara dossier skont l-Anness XV għal sustanzi li fl-opinjoni tiegħu jissodisfaw il-kriterji previsti fl-Artikolu 57 u jgħaddih lill-Aġenzija.[…]</ALINEA></PARAG><P>[…]</P><PARAG IDENTIFIER="059.007"><NO.PARAG>7.</NO.PARAG><ALINEA>Meta tagħmel jew tirċievi kummenti, l-Aġenzija għandha tibgħat id-dossier lill-Kumitat ta’ l-Istati Membri fi żmien ħmistax-il jum mit-tmiem tal-perjodu ta’ 60 jum imsemmi fil-paragrafu 5.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="059.008"><NO.PARAG>8.</NO.PARAG><ALINEA>Jekk, fi żmien 30 jum mir-riferiment, il-Kumitat ta’ l-Istati Membri jilħaq ftehim unanimu dwar l-identifikazzjoni, l-Aġenzija għandha tinkludi s-sustanza fil-lista msemmija fil-paragrafu 1. L-Aġenzija tista’ tinkludi dik is-sustanza fir-rakkomandazzjonijiet tagħha taħt l-Artikolu 58(3).</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="059.009"><NO.PARAG>9.</NO.PARAG><ALINEA>Jekk il-Kumitat ta’ l-Istati Membri ma jirnexxilux jasal għal ftehim unanimu, il-Kummissjoni għandha tipprepara abbozz ta’ proposta dwar l-identifikazzjoni tas-sustanza fi żmien 3 xhur minn meta tirċievi l-opinjoni tal-Kumitat ta’ l-Istati Membri. Għandha tittieħed deċiżjoni finali dwar l-identifikazzjoni tas-sustanza skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 133(3).</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="059.010"><NO.PARAG>10.</NO.PARAG><ALINEA>L-Aġenzija għandha tippubblika u taġġorna l-lista msemmija fil-paragrafu 1 fil-website tagħha mingħajr dewmien wara li tkun ittieħdet deċiżjoni dwar l-inklużjoni ta’ sustanza.<QUOT.END REF.START="QS0020" CODE="201D" ID="QE0020"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0011"><NO.P>11</NO.P><TXT>L-Artikoli 60 sa 64 tar-Regolament REACH jirrigwardaw il-proċedura ta’ għoti ta’ awtorizzazzjonijiet.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0012"><NO.P>12</NO.P><TXT>Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 366/2011, tal-<DATE ISO="20110414">14 ta’ April 2011</DATE>, li jemenda r-Regolament Nru 1907/2006, fir-rigward tal-Anness XVII (Akrilammid) (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="101" PAGE.FIRST="12" DATE.PUB="2011">ĠU 2011, L 101, p. 12</REF.DOC.OJ>), jipprevedi li l-entrata 60 li tinsab hawn taħt tiġi miżjuda f’din it-tabella:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><TBL NO.SEQ="0001" COLS="2" CLASS="GEN"><CORPUS><ROW><CELL COL="1"><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0021" ID="QS0021"/>60. Akrilammid CAS Nru 79‑06‑1</CELL><CELL COL="2">M’għandhux jitqiegħed fis-suq jew jintuża bħala sustanza jew kostitwent ta’ taħlitiet f’konċentrazzjoni, daqs jew ogħla minn 0,1 % bħala piż għal applikazzjonijiet tal-mili tal-fili wara l-<DATE ISO="20121105">5 ta’ Novembru 2012</DATE>.<QUOT.END REF.START="QS0021" CODE="201D" ID="QE0021"/></CELL></ROW></CORPUS></TBL></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P>Il-fatti li wasslu għall-kawża</P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0013"><NO.P>13</NO.P><TXT>Mill-punti 1 sa 10 tas-sentenza appellata jirriżulta li, permezz tad-deċiżjoni kontenzjuża, l-ECHA inkludiet lill-akrilammid fil-lista tas-sustanzi identifikati bl-għan tal-inklużjoni tagħhom fl-Anness XIV tar-Regolament REACH u dan minħabba l-klassifikazzjoni tiegħu bħala sustanza karċinoġena tal-kategorija 2 u mutaġenika tal-kategorija 2.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><?PAGE NO="7"?><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P>Il-proċedura quddiem il-Qorti Ġenerali u s-sentenza appellata</P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0014"><NO.P>14</NO.P><TXT>Fl-<DATE ISO="20100610">10 ta’ Ġunju 2010</DATE>, PPG u SNF ippreżentaw rikors intiż għall-annullament tad-deċiżjoni kontenzjuża.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0015"><NO.P>15</NO.P><TXT>Permezz ta’ digriet tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20110921">21 ta’ Settembru 2011</DATE>, <NAME.CASE>PPG u SNF vs ECHA</NAME.CASE> (<NO.CASE>T‑268/10</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2011:508">EU:T:2011:508</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>), il-Qorti Ġenerali ċaħdet ir-rikors ta’ PPG u ta’ SNF bħala inammissibbli.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0016"><NO.P>16</NO.P><TXT>Permezz ta’ sentenza tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20130926">26 ta’ Settembru 2013</DATE>, <NAME.CASE>PPG u SNF vs ECHA</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑625/11 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2013:594">EU:C:2013:594</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>), il-Qorti tal-Ġustizzja annullat id-digriet tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20110921">21 ta’ Settembru 2011</DATE>, <NAME.CASE>PPG u SNF vs ECHA</NAME.CASE> (<NO.CASE>T‑268/10</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2011:508">EU:T:2011:508</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>), irrinvijat il-kawża quddiem il-Qorti Ġenerali u rriżervat l-ispejjeż.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0017"><NO.P>17</NO.P><TXT>Ir-Renju tal-Pajjiżi l-Baxxi u l-Kummissjoni ssottomettew in-nota ta’ intervent tagħhom fis-<DATE ISO="20140916">16 ta’ Settembru 2014</DATE> u s-<DATE ISO="20140917">17 ta’ Settembru 2014</DATE> irrispettivament.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0018"><NO.P>18</NO.P><TXT>Permezz tas-sentenza appellata, wara li ċaħdet eċċezzjoni ta’ inammissibbiltà imqajma mill-ECHA, il-Qorti Ġenerali ċaħdet ir-rikors ta’ PPG u SNF u kkundannathom għall-ispejjeż.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P>It-talbiet tal-partijiet quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja</P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0019"><NO.P>19</NO.P><TXT>PPG u SNF jitolbu lill-Qorti tal-Ġustizzja:</TXT><P><LIST TYPE="NDASH"><ITEM><P>tannulla s-sentenza appellata;</P></ITEM><ITEM><P>tannulla d-deċiżjoni kontenzjuża jew, sussidjarjament, tirrinvija l-kawża quddiem il-Qorti Ġenerali, u</P></ITEM><ITEM><P>tikkundanna lill-ECHA għall-ispejjeż.</P></ITEM></LIST></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0020"><NO.P>20</NO.P><TXT>L-ECHA titlob lill-Qorti tal-Ġustizzja tiċħad l-appell u tikkundanna lil PPG u SNF għall-ispejjeż.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0021"><NO.P>21</NO.P><TXT>Il-Kummissjoni titlob lill-Qorti tal-Ġustizzja tiċħad l-appell.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P>Fuq l-appell</P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P>Fuq l-ewwel aggravju</P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P>L-argumenti tal-partijiet</P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0022"><NO.P>22</NO.P><TXT>PPG u SNF isostnu li l-Qorti Ġenerali wettqet żball ta’ liġi fl-interpretazzjoni tal-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0022" ID="QS0022"/>sustanza intermedja<QUOT.END REF.START="QS0022" CODE="201D" ID="QE0022"/> iddefinit fl-Artikolu 3(15) tar-Regolament REACH. Fil-punti 54 sa 58 u 66 sa 68 tas-sentenza appellata, il-Qorti Ġenerali żiedet kundizzjoni li ma hijiex prevista f’din id-dispożizzjoni. Din il-kundizzjoni addizzjonali tillimita l-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0023" ID="QS0023"/>sustanza intermedja<QUOT.END REF.START="QS0023" CODE="201D" ID="QE0023"/> għas-sustanzi li t-trasformazzjoni kimika tagħhom għandha <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0024" ID="QS0024"/>bħala għan prinċipali<QUOT.END REF.START="QS0024" CODE="201D" ID="QE0024"/> il-manifattura ta’ sustanza oħra biss. Din iż-żieda tirriżulta fl-esklużjoni mill-kategorija ta’ sustanzi intermedji kull sustanza sintetizzata bl-iskop ta’ użu partikolari, li jikkorrispondi ghall-użu finali ta’ din is-sustanza.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0023"><NO.P>23</NO.P><TXT>L-interpretazzjoni tal-Qorti Ġenerali waslet sabiex tiġi rrifjutata l-klassifikazzjoni ta’ sustanza intermedja lill-akrilammid li huwa użat sabiex jinkiseb il-polijakrilammid għall-finijiet ta’ siġill kontra l-ilma. Il-ġustifikazzjoni ta’ dan ir-rifjut hija relatata mal-fatt li, f’tali sitwazzjoni, l-akrilammid <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0025" ID="QS0025"/>ma jintużax bl-iskop li [j]iġi mmanifatturat[…]<QUOT.END REF.START="QS0025" CODE="201D" ID="QE0025"/> il-poliakrilammid, iżda huwa <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0026" ID="QS0026"/>użu finali<QUOT.END REF.START="QS0026" CODE="201D" ID="QE0026"/> ta’ dan il-monomeru.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="8"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0024"><NO.P>24</NO.P><TXT>Barra minn hekk, din l-interpretazzjoni wasslet lill-Qorti Ġenerali sabiex tirrifjuta, fil-punti 56 sa 58 tas-sentenza appellata, il-klassifikazzjoni ta’ sustanza intermedja lill-akrilammid użat sabiex jiġi prodott il-polijakrilammid meta dan tal-aħħar jiġi sussegwentement użat fil-preprazzjoni ta’ ġellijiet ta’ elettroforesija, minħabba li l-iskop finali ta’ din it-trasformazzjoni ma huwiex il-manifattura tal-polijakrilammid iżda li l-molekuli jiġu sseparati b’mod analitiku permezz ta’ elettroforesija.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0025"><NO.P>25</NO.P><TXT>Għaldaqstant, il-Qorti Ġenerali għamlet konfużjoni bejn, minn naħa, l-użu tal-akrilammid għall-produzzjoni tal-polijakrilammid u, min-naħa l-oħra, l-użu li għalih huwa intiż il-poliakrilammid, jiġifieri l-applikazzjonijiet ta’ siġill kontra l-ilma u ta’ elettroforesija. Il-Qorti Ġenerali assimilat <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0027" ID="QS0027"/>l-għan prinċipali<QUOT.END REF.START="QS0027" CODE="201D" ID="QE0027"/> tat-trasformazzjoni tas-sustanza ma’ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0028" ID="QS0028"/>l-użu prinċipali<QUOT.END REF.START="QS0028" CODE="201D" ID="QE0028"/> tas-sustanza sintetizzata.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0026"><NO.P>26</NO.P><TXT>Billi rrifjutat li tikklassifika monomeru bħala sustanza intermedja, il-Qorti Ġenerali qieset, b’mod impliċitu, li din is-sustanza ma tiqafx teżisti fi tmiem il-polimerizzazzjoni, kontrarjament għal dak li ddeċidiet il-Qorti tal-Ġustizzja fil-punt 34 tas-sentenza tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20090707">7 ta’ Lulju 2009</DATE>, <NAME.CASE>S.P.C.M. <HT TYPE="ITALIC">et</HT></NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑558/07</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2009:430">EU:C:2009:430</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0027"><NO.P>27</NO.P><TXT>PPG u SNF isostnu li l-interpretazzjoni tal-Qorti Ġenerali tmur kontra l-għan finali tar-Regolament REACH u tad-dokument tal-ECHA intitolat <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0029" ID="QS0029"/>Gwida dwar sustanzi intermedji<QUOT.END REF.START="QS0029" CODE="201D" ID="QE0029"/> (dokument ECHA‑2010‑G‑17‑MT). Is-sustanzi intermedji huma suġġetti għal sistema partikolari, għal raġunijiet, fost oħrajn prattiċi, li huma esposti fil-premessa 41 ta’ dan ir-regolament, ikkaratterizzata, minn naħa, mill-kundizzjonijiet partikolari għar-reġistrazzjoni stabbiliti fl-Artikoli 17 u 18 tal-imsemmi regolament u, min-naħa l-oħra, minn eżenzjoni mit-Titolu VII tal-istess regolament.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0028"><NO.P>28</NO.P><TXT>Ir-raġuni għal din is-sistema derogatorja huwa l-fatt li l-espożizzjoni għal dawn is-sustanzi hija limitata u dan jimplika fl-istess waqt, livell ta’ riskju inqas għoli minn dak għas-sustanzi l-oħra.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0029"><NO.P>29</NO.P><TXT>L-ECHA u l-Kummissjoni jikkontestaw l-argumentazzjoni ta’ PPG u ta’ SNF.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P>Il-kunsiderazzjonijiet tal-Qorti tal-Ġustizzja</P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0030"><NO.P>30</NO.P><TXT>Sabiex jiġi ddeterminat jekk l-ewwel aggravju, ibbażat fuq żball ta’ liġi fl-interpretazzjoni tal-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0030" ID="QS0030"/>sustanza intermedja<QUOT.END REF.START="QS0030" CODE="201D" ID="QE0030"/> iddefinit fl-Artikolu 3(15) tar-Regolament REACH, huwiex fondat, għandu jitfakkar li, f’dan ir-regolament, it-terminu <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0031" ID="QS0031"/>sustanza intermedja<QUOT.END REF.START="QS0031" CODE="201D" ID="QE0031"/> huwa użat bħala nom sabiex jiġu identifikati ċerti sustanzi li, minħabba l-użu tagħhom, jibbenefikaw minn sistema derogatorja, ikkaratterizzata minn eżenzjoni minn ċerti obbligi previsti mill-imsemmi regolament.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0031"><NO.P>31</NO.P><TXT>Konformement mad-definizzjoni prevista fl-Artikolu 3(15) tar-Regolament REACH, it-terminu <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0032" ID="QS0032"/>sustanza intermedja<QUOT.END REF.START="QS0032" CODE="201D" ID="QE0032"/> japplika għal sustanza li tkun immanifatturata għal u kkonsmata fi jew użata għal proċessar sabiex tinbidel f’sustanza oħra permezz ta’ proċess kimiku msejjaħ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0033" ID="QS0033"/>sintesi<QUOT.END REF.START="QS0033" CODE="201D" ID="QE0033"/>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0032"><NO.P>32</NO.P><TXT>Barra minn hekk, l-Artikolu 3(15) tar-Regolament REACH jaqsam is-sustanzi intermedji fi tliet kategoriji. L-ewwel waħda, dik ta’ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0034" ID="QS0034"/>sustanza intermedja mhux iżolata<QUOT.END REF.START="QS0034" CODE="201D" ID="QE0034"/>, tikkonċerna s-sustanza intermedja li ma titneħħiex intenzjonalment mill-apparat li fih issir is-sinteżi. Ir-Regolament REACH ma japplikax għal din l-ewwel kategorija, skont l-Artikolu 2(1)(ċ) ta’ dan ir-regolament. It-tieni kategorija, imsemmja <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0035" ID="QS0035"/>sustanza intermedja iżolata fuq il-post<QUOT.END REF.START="QS0035" CODE="201D" ID="QE0035"/> tapplika għal kull sustanza intermedja li l-manifattura u s-sinteżi tagħha jsiru fl-istess post. It-tielet kategorija, imsejħa <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0036" ID="QS0036"/>sustanza intermedja iżolata trasportata<QUOT.END REF.START="QS0036" CODE="201D" ID="QE0036"/>, tikkonċerna kull sustanza intermedja trasportata minn post għal ieħor. Dawn l-aħħar żewġ kategoriji ta’ sustanzi intermedji huma eżentati mit-Titolu VII ta’ dan ir-regolament, bis-saħħa tal-Artikolu 2(8)(b) tiegħu.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0033"><NO.P>33</NO.P><TXT>Minn dawn il-fatturi jirriżulta li l-Artikolu 3(15) tar-Regolament REACH jimponi li jiġi ssodisfatti tliet kundizzjonijiet sabiex l-użu ta’ sustanza jkun jista’ jitqies li huwa intermedju. Hekk kif irrilevat l-Avukat Ġenerali fil-punt 56 tal-konklużjonijiet tagħha, l-ewwel waħda minn dawn il-kundizzjonijiet hija<?PAGE NO="9"?> relatata mal-iskop tal-manifattura u tal-użu ta’ sustanza bħala sustanza intermedja, fejn dan jikkonsisti fit-trasformazzjoni ta’ din is-sustanza f’oħra. It-tieni kategorija tikkonċerna l-mezz tekniku li bih issir din it-trasformazzjoni, jiġifieri proċess kimiku msejjaħ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0037" ID="QS0037"/>sinteżi<QUOT.END REF.START="QS0037" CODE="201D" ID="QE0037"/>. It-tielet kundizzjoni tillimita l-portata tal-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0038" ID="QS0038"/>sustanza intermedja<QUOT.END REF.START="QS0038" CODE="201D" ID="QE0038"/> għall-użu ta’ sustanza li jibqa’ limitat għal ambjent ikkontrollat, li jista’ jkun jew l-apparat li fih issir is-sinteżi jew il-post fejn issir il-manifattura u s-sinteżi jew dak li lejh din is-sustanza tiġi ttrasportata, fejn il-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0039" ID="QS0039"/>post<QUOT.END REF.START="QS0039" CODE="201D" ID="QE0039"/> huwa fih innifsu ddefinit fl-Artikolu 3(16) tar-Regolament REACH bħala <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0040" ID="QS0040"/>lok uniku<QUOT.END REF.START="QS0040" CODE="201D" ID="QE0040"/> fejn ikun hemm infrastrutturi u faċilitajiet.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0034"><NO.P>34</NO.P><TXT>Fil-każ ineżami, għal dak li jirrigwarda l-ewwel żewġ kundizzjonijiet imfakkra fil-punt preċedenti, il-Qorti Ġenerali ddeċidiet, fil-punt 66 tas-sentenza appellata, li <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0041" ID="QS0041"/>mid-definizzjoni ta’ sustanza intermedja prevista mill-punt 15 tal-Artikolu 3 tar-Regolament [REACH] jirriżulta li l-klassifikazzjoni ta’ sustanza bħala sustanza intermedja tiddependi mill-għan imfittex mill-manifattura tagħha u mill-użu tagħha. [S]kont din id-definizzjoni, sustanza intermedja hija sustanza li tkun immanifatturata għal u kkonsmata fi jew użata għal proċessar kimiku sabiex tiġi suġġetta għal sinteżi<QUOT.END REF.START="QS0041" CODE="201D" ID="QE0041"/>. Permezz ta’ din l-evalwazzjoni, li essenzjalment ġiet imtennija fil-punti 67 u 68 tas-sentenza appellata, il-Qorti Ġenerali interpretat b’mod korrett il-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0042" ID="QS0042"/>sustanza intermedja<QUOT.END REF.START="QS0042" CODE="201D" ID="QE0042"/> u, bil-kontra ta’ dak li jallegaw PPG u SNF, ma wettqitx żball ta’ liġi f’dan ir-rigward.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0035"><NO.P>35</NO.P><TXT>Barra minn hekk, l-ilmenti intiżi kontra l-punti 50 sa 58 tas-sentenza appellata dwar l-evalwazzjoni tal-Qorti Ġenerali li tirrigwarda l-ammissibbiltà tar-rikors fl-ewwel istanza, jikkritikaw, essenzjalment, il-motivi li bihom din irrifjutat li tqis li l-akrilammid huwa użat esklużivament bħala sustanza intermedja. F’dan ir-rigward, wara li kkonstatat, fil-punt 51 tas-sentenza appellata, li 99.9 % tal-akrilammid jintuża bħala sustanza intermedja, il-Qorti Ġenerali qieset, għall-kumplament, li l-użu ta’ din is-sustanza f’prodotti siġillanti kontra l-ilma u għall-preparazzjoni ta’ ġellijiet ta’ elettroforesija ma setax jiġi kklassifikat bħala intermedju.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0036"><NO.P>36</NO.P><TXT>Għal dak li jirrigwarda prodotti siġillanti kontra l-ilma, il-Qorti Ġenerali essenzjalment qieset li, minkejja li l-użu tal-akrilammid jinvolvi t-trasformazzjoni kimika ta’ din is-sustanza f’poliakrilammid, l-għan prinċipali ta’ dan il-proċess ma kienx li jiġi prodott polijakrilammid iżda li tinkiseb funzjoni ta’ siġillant kontra l-ilma kif deskritta fil-punt 52 tas-sentenza appellata bħala li tikkonsisti b’mod partikolari f’li jiġu ssiġillati tnixxijiet tal-ilma, għat-tiswija ta’ xogħlijiet magħmula mill-konkrit, u għal tneħħija ta’ tbajja’ tal-umdità.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0037"><NO.P>37</NO.P><TXT>Għaldaqstant, il-Qorti Ġenerali ddeċidiet fil-punt 54 tas-sentenza appellata, li <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0043" ID="QS0043"/>skont id-definizzjoni prevista fil-punt 15 tal-Artikolu 3 tar-Regolament [REACH], sustanza intermedja hija sustanza li tkun immanifatturata għal u kkonsmata fi jew użata għal proċessar kimiku sabiex tinbidel f’sinteżi. F’dan il-każ, huwa preċiż li l-aġent siġillanti kontra l-ilma abbażi ta’ akrilammid jintuża fil-manifattura ta’ sustanza oħra fejn dan stess jinbidel fis-sustanza l-oħra, jiġifieri polimeru. Madankollu, hekk kif tikkonferma l-ECHA, l-akrilammid ma jintużax sabiex huwa stess ikun is-suġġett ta’ sinteżi, fis-sens tad-definizzjoni prevista fil-punt 15 tal-Artikolu 3 tar-Regolament [REACH]. Dan ma jintużax bl-iskop li tiġi mmanifatturata s-sustanza l-oħra, fejn l-għan prinċipali tal-proċess kimiku huwa li titwettaq funzjoni siġillanti kontra l-ilma li tiġi prodotta meta l-aġent siġillanti kontra l-ilma abbażi ta’ akrilammid jippolimerizza ruħu. Billi jippolimerizza ruħu, dan jissolidifa f’ġel riġidu li minnu ma jgħaddix l-ilma meta dan jintuża fl-applikazzjonijiet ta’ siġill kontra l-ilma. L-użu tal-akrilammid bħala aġent siġillanti kontra l-ilma għalhekk ma huwiex użu intermedju, iżda użu finali tas-sustanza<QUOT.END REF.START="QS0043" CODE="201D" ID="QE0043"/>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0038"><NO.P>38</NO.P><TXT>Madankollu, għandu jiġi rrilevat li, peress li l-għan finali tal-manifattura u tal-użu ta’ sustanza huwa li din tiġi ttrasformata f’oħra, l-ewwel waħda mit-tliet kundizzjonijiet li jirriżultaw mill-Artikolu 3(15) tal-imsemmi regolament sabiex din tiġi kklassifikata bħala <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0044" ID="QS0044"/>sustanza intermedja<QUOT.END REF.START="QS0044" CODE="201D" ID="QE0044"/> hija ssodisfatta. L-Artikolu 3(15) tal-istess regolament ma jinkludi ebda kriterju addizzjonali li jippermetti li ssir distinzjoni skont in-natura prinċipali jew anċillari ta’ dan l-għan finali u lanqas li jiġi eżaminat jekk il-proċess kimiku li bih sustanza tiġi ttrasformata f’oħra ma jistax jiġi distint mill-użu finali li għalih din is-sustanza hija intiża.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="10"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0039"><NO.P>39</NO.P><TXT>Għaldaqstant, billi rrifjutat li l-akrilammid, fil-kuntest tal-proċess ta’ trasformazzjoni f’poliakrilammid intiż għal finijiet ta’ siġill kontra l-ilma, jiġi kklassifikat bħala <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0045" ID="QS0045"/>sustanza intermedja<QUOT.END REF.START="QS0045" CODE="201D" ID="QE0045"/>, il-Qorti Ġenerali għamlet, billi żiedet kundizzjoni li ma hijiex prevista fl-Artikolu 3(15) tar-Regolament REACH, interpretazzjoni żbaljata ta’ din id-dispożizzjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0040"><NO.P>40</NO.P><TXT>Madankollu, dan l-iżball ta’ liġi ma jaffettwax il-validità tas-sentenza appellata sa fejn hija taffettwa motivi superfluwi. Fil-fatt, il-motivi esposti fil-punti 50 sa 58 tas-sentenza appellata li huma s-suġġett tal-ewwel aggravju, relatati mal-ammissibbiltà tar-rikors fl-ewwel istanza isegwu l-konklużjoni, mhux ikkontestata, fil-punt 43 tas-sentenza appellata, li tipprovdi li d-deċiżjoni kontenzjuża tista’ tipproduċi effetti diretti fuq is-sitwazzjoni legali tal-fornituri ta’ din is-sustanza. Dawn l-effetti diretti jirriżultaw mill-obbligi ta’ informazzjoni previsti fl-Artikolu 31(9)(a) tal-imsemmi regolament, fejn l-identifikazzjoni ta’ sustanza skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 59 tar-Regolament REACH tikkostitwixxi informazzjoni ġdida li tista’ tobbliga lill-imsemmija fornituri jaġġornaw l-iskedi ta’ data ta’ sigurtà kkonċernata. Minn dan isegwi li l-ewwel aggravju, sa fejn huwa intiż kontra l-punti 50 sa 58 tas-sentenza appellata, huwa ineffettiv.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0041"><NO.P>41</NO.P><TXT>Mill-kunsiderazzjonijiet preċedenti jirriżulta li l-ewwel aggravju għandu jiġi miċħud bħala parzjalment infondat u parzjalment ineffettiv.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P>Fuq it-tieni aggravju</P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P>L-argumenti tal-partijiet</P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0042"><NO.P>42</NO.P><TXT>Permezz tat-tieni aggravju, intiż kontra l-punti 64 sa 71 u 77 tas-sentenza appellata, PPG u SNF jikkritikaw lill-Qorti Ġenerali li ma tatx deċiżjoni dwar l-ilmenti tagħhom ibbażati fuq il-ksur tal-Artikolu 2(8)(b) tar-Regolament REACH u, għaldaqstant, li ma osservatx l-obbligu tagħha ta’ motivazzjoni. Is-sentenza appellata ma tesponix il-motivi li għalihom l-eżenzjoni promulgata bi kliem ċar f’din id-dispożizzjoni ma tkoprix l-Artikolu 59 ta’ dan ir-regolament.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0043"><NO.P>43</NO.P><TXT>L-ECHA u l-Kummissjoni jsostnu li l-motivazzjoni tas-sentenza hija suffiċjenti.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P>Il-kunsiderazzjonijiet tal-Qorti tal-Ġustizzja</P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0044"><NO.P>44</NO.P><TXT>Mill-ġurisprudenza stabbilita tal-Qorti tal-Ġustizzja jirriżulta li l-obbligu ta’ motivazzjoni li għandha l-Qorti Ġenerali jimponilha li tindika b’mod ċar u inekwivoku r-raġunament tagħha, sabiex il-persuni kkonċernati jkunu jistgħu jidentifikaw il-ġustifikazzjonijiet tad-deċiżjoni meħuda u l-Qorti tal-Ġustizzja tkun tista’ teżerċita l-istħarriġ ġudizzjarju tagħha (ara b’mod partikolari, is-sentenza tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20040107">7 ta’ Jannar 2004</DATE>, <NAME.CASE>Aalborg Portland <HT TYPE="ITALIC">et</HT> vs Il-Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑204/00 P, C‑205/00 P, C‑211/00 P, C‑213/00 P, C‑217/00 P u C‑219/00 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2004:6">EU:C:2004:6</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0372">372</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>, kif ukoll id-digriet tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20170601">1 ta’ Ġunju 2017</DATE>, <NAME.CASE>Universidad Internacional de la Rioja vs EUIPO</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑50/17 P</NO.CASE>, mhux ippubblikata, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2017:415">EU:C:2017:415</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0012">12</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0045"><NO.P>45</NO.P><TXT>Fil-każ ineżami, wara li esponiet, fil-punt 63 tas-sentenza appellata, l-argumentazzjoni ta’ PPG u ta’ SNF dwar il-ksur tal-Artikolu 2(8)(b) tar-Regolament REACH, il-Qorti Ġenerali esponiet, fil-punti 64 sa 71, ir-raġunijiet li wassluha tiddeċiedi li din l-argumentazzjoni ma kinitx fondata.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0046"><NO.P>46</NO.P><TXT>Għaldaqstant, il-motivazzjoni tas-sentenza appellata turi b’mod ċar u mhux ekwivoku r-raġunament tal-Qorti Ġenerali sabiex tiċħad l-ewwel motiv tar-rikors li kienet adita bih.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0047"><NO.P>47</NO.P><TXT>Għaldaqstant, it-tieni aggravju għandu jiġi miċħud bħala infondat.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><?PAGE NO="11"?><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P>Fuq it-tielet aggravju</P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P>L-argumenti tal-partijiet</P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0048"><NO.P>48</NO.P><TXT>Permezz ta’ dan it-tielet aggravju, intiż kontra l-punti 64 sa 71 u 77 tas-sentenza appellata, PPG u SNF isostnu li l-interpretazzjoni tar-Regolament REACH adottata mill-Qorti Ġenerali sabiex tirrifjuta li tqis li s-sustanzi intermedji huma eżentati mill-proċedura ta’ identifikazzjoni prevista fl-Artikolu 59 ta’ dan ir-regolament tmur manifestament kontra l-formulazzjoni ċara tal-Artikolu 2(8)(b) tal-imsemmi regolament. Din id-dispożizzjoni tirreferi għat-Titolu VII kollu tal-istess regolament, mingħajr eċċezzjoni. Kieku l-leġiżlatur tal-Unjoni kellu l-intenzjoni jeskludi l-proċedura ta’ identifikazzjoni mill-kamp tal-eżenzjoni rriżervata lis-sustanzi intermedji, huwa kien jagħmel dan permezz ta’ dispożizzjoni espliċita. Fl-assenza ta’ kwalunkwe ambigwità fil-kliem ta’ din id-dispożizzjoni, ma huwiex neċessarju li jintużaw metodi oħra ta’ interpretazzjoni ħlief il-metodu letterali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0049"><NO.P>49</NO.P><TXT>PPG u SNF isostnu li, billi qieset, fil-punt 65 tas-sentenza appellata, li, skont l-Artikolu 59 tar-Regolament REACH, kull sustanza intermedja li tista’ tiġi kklassifikata bħala <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0046" ID="QS0046"/>sustanza<QUOT.END REF.START="QS0046" CODE="201D" ID="QE0046"/> tista’ tkun suġġetta għall-proċedura ta’ identifikazzjoni prevista f’din id-dispożizzjoni, minkejja li dan l-Artikolu 59 jaqa’ taħt it-Titolu VII ta’ dan ir-regolament, il-Qorti Ġenerali kisret l-imsemmi artikolu. Il-fatt li sustanza jkollha proprjetajiet intrinsiċi ta’ tħassib serju ħafna msemmija fl-Artikolu 57 tal-imsemmi regolament ma jawtorizzax lill-ECHA tikser l-istess regolament.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0050"><NO.P>50</NO.P><TXT>Skont PPG u SNF, l-interpretazzjoni tal-Artikolu 59 tar-Regolament REACH mogħtija mill-Qorti Ġenerali fil-punt 66 tas-sentenza appellata hija żbaljata. Huwa possibbli li sustanza tiġi inkluża fil-lista ta’ sustanzi kandidati filwaqt li jiġi ppreċiżat li din l-inklużjoni hija bla ħsara għall-użu ta’ din is-sustanza bħala sustanza intermedja. Peress li s-sustanzi intermedji ma humiex intiżi jiġu inklużi fl-Anness XIV ta’ dan ir-regolament, ma hemmx raġuni għaliex jitniżżlu f’lista mfassla bl-għan ta’ tali inklużjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0051"><NO.P>51</NO.P><TXT>Il-konstatazzjoni tal-Qorti Ġenerali, fil-punt 69 tas-sentenza appellata, li tipprovdi li l-Artikolu 57 tar-Regolament REACH jikkonċerna l-proprjetajiet intrinsiċi tas-sustanzi hija irrilevanti għall-finijiet tal-applikazzjoni tal-Artikolu 2(8)(b) tal-imsemmi regolament.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0052"><NO.P>52</NO.P><TXT>L-ECHA u l-Kummissjoni jikkontestaw l-argumentazzjoni ta’ PPG u ta’ SNF.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P>Il-kunsiderazzjonijiet tal-Qorti tal-Ġustizzja</P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0053"><NO.P>53</NO.P><TXT>Sabiex tingħata risposta għat-tielet aggravju, għandu jitfakkar il-kuntest li fih tapplika l-eżenzjoni prevista fl-Artikolu 2(8)(b) tar-Regolament REACH.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0054"><NO.P>54</NO.P><TXT>Mill-Artikolu 1(1) tal-imsemmi regolament jirriżulta li dan huwa intiż li jiżgura livell għoli ta’ protezzjoni tas-saħħa tal-bniedem u tal-ambjent, inkluża l-promozzjoni ta’ metodi alternattivi għall-evalwazzjoni tal-perikli marbuta mas-sustanzi, kif ukoll il-moviment liberu tas-sustanzi fis-suq intern filwaqt li tittejjeb il-kompetittività u l-innovazzjoni. Għal dan l-għan, dan ir-regolament jistabbilixxi sistema integrata ta’ kontroll tas-sustanzi kimiċi li tinkludi r-reġistrazzjoni tagħhom, l-evalwazzjoni tagħhom, kif ukoll l-awtorizzazzjoni tagħhom u eventwali restrizzjonijiet għall-użu tagħhom (ara, b’mod partikolari, is-sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20170315">15 ta’ Marzu 2017</DATE>, <NAME.CASE>Polynt vs ECHA</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑323/15 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2017:207">EU:C:2017:207</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0020">20</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0055"><NO.P>55</NO.P><TXT>Hekk kif huwa enfasizzat, b’mod partikolari fil-premessi 69 u 70 tar-Regolament REACH, dan jirriżerva lis-sustanzi msejħa <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0047" ID="QS0047"/>ta’ tħassib serju ħafna<QUOT.END REF.START="QS0047" CODE="201D" ID="QE0047"/> attenzjoni partikolari. Dawn is-sustanzi huma fil-fatt suġġetti għas-sistema ta’ awtorizzazzjoni prevista fit-Titolu VII ta’ dan ir-regolament. Mill-Artikolu 55 tal-imsemmi regolament jirriżulta li l-għan ta’ din is-sistema ta’ awtorizzazzjoni huwa, <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0048" ID="QS0048"/>li jiżgura l-funzjonament korrett tas-suq intern filwaqt li jiżgura li r-riskji mis-sustanzi ta’ tħassib serju ħafna<?PAGE NO="12"?> jiġu kontrollati tajjeb u li dawn is-sustanzi eventwalment jiġu sostitwiti progressivament minn sustanzi jew teknoloġiji alternattivi adatti fejn dawn ikunu ekonomikament u teknikament vijabbli<QUOT.END REF.START="QS0048" CODE="201D" ID="QE0048"/> (ara, b’mod partikolari, is-sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20170315">15 ta’ Marzu 2017</DATE>, <NAME.CASE>Polynt vs ECHA</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑323/15 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2017:207">EU:C:2017:207</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0021">21</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0056"><NO.P>56</NO.P><TXT>L-ewwel stadju ta’ din is-sistema ta’ awtorizzazzjoni huwa l-proċedura ta’ identifikazzjoni tas-sustanzi ta’ tħassib serju ħafna, fuq il-bażi tal-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 57 tar-Regolament REACH. It-tieni stadju huwa r-reġistrazzjoni ta’ dawn is-sustanzi fil-lista tas-sustanzi suġġetti għall-awtorizzazzjoni li jifformaw l-Anness XIV ta’ dan ir-regolament u t-tielet u l-aħħar stadju jikkonċerna l-proċedura li twassal, jekk ikun il-każ, għall-awtorizzazzjoni ta’ sustanza ta’ tħassib serju ħafna (ara, b’mod partikolari, is-sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20170315">15 ta’ Marzu 2017</DATE>, <NAME.CASE>Polynt vs ECHA</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑323/15 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2017:207">EU:C:2017:207</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0022">22</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0057"><NO.P>57</NO.P><TXT>Sabiex tiġi żgurata l-koerenza bejn is-sistema ta’ awtorizzazzjoni prevista fit-Titolu VII tal-imsemmi regolament u d-dispożizzjonijiet leġiżlattivi jew regolatorji tal-Unjoni l-oħra intiżi sabiex jipproteġu s-saħħa tal-bniedem jew l-ambjent mir-riskji li jinħolqu mill-użu ta’ sustanzi kimiċi, l-Artikolu 58(2) ta’ dan ir-regolament jippermetti li jiġu eżentati ċerti użi jew kategoriji ta’ użi mill-obbligu ta’ awtorizzazzjoni <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0049" ID="QS0049"/>sakemm, abbażi tal-leġiżlazzjoni speċifika Komunitarja eżistenti li imponi rekwiżiti minimi dwar il-protezzjoni tas-saħħa jew ta’ l-ambjent għall-użu ta’ sustanza, ir-riskju jkun kontrollat adegwatament<QUOT.END REF.START="QS0049" CODE="201D" ID="QE0049"/>. Dan il-mekkaniżmu ta’ eżenzjoni jimplika rabta indissoċjabbli bejn sustanza u l-użi tagħha jew kategoriji ta’ użi (sentenza tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20170713">13 ta’ Lulju 2017</DATE>, <NAME.CASE>VECCO <HT TYPE="ITALIC">et</HT> vs Il-Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑651/15 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2017:543">EU:C:2017:543</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0030">30</REF.NP.ECR> u <REF.NP.ECR REF="NP0037">37</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0058"><NO.P>58</NO.P><TXT>Minbarra din l-eżenzjoni partikolari prevista fl-Artikolu 58(2) tar-Regolament REACH, l-Artikolu 2(8)(b) ta’ dan ir-regolament jistabbilixxi eżenzjoni ġenerali, li permezz tagħha, <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0050" ID="QS0050"/>Is-sustanzi intermedji iżolati fuq il-post u s-sustanzi intermedji iżolati trasportati għandhom jiġu eżentati mit-Titolu VII<QUOT.END REF.START="QS0050" CODE="201D" ID="QE0050"/> tal-imsemmi regolament.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0059"><NO.P>59</NO.P><TXT>Interpretata letteralment, bħalma jagħmlu PPG u SNF, din id-dispożizzjoni tal-aħħar għandha twassal sabiex jitqies li kull sustanza użata bħala sustanza intermedja iżolata fuq il-post jew bħala sustanza intermedja iżolata trasportata hija, minħabba f’hekk, awtomatikament eżenta mid-dispożizzjonijiet kollha tat-Titolu VII tar-Regolament REACH. Tali sustanza tevita, għaldaqstant, il-proċedura ta’ identifikazzjoni prevista fl-Artikolu 59 ta’ dan ir-regolament, anki jekk, minħabba l-proprjetajiet intrinsiċi tagħha, din is-sustanza taqa’ taħt l-Artikolu 57 tal-imsemmi regolament u għandha, konsegwentement, titqies li hija ta’ tħassib serju ħafna. Il-proċedura ta’ awtorizzazzjoni rregolata mill-Kapitoli 2 u 3 tat-Titolu VII tal-istess regolament hija għaldaqstant ukoll inapplikabbli għal tali sustanza.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0060"><NO.P>60</NO.P><TXT>Tali interpretazzjoni letterali tmur manifestament kontra l-għan tar-Regolament REACH, tal-protezzjoni tas-saħħa u tal-ambjent, imfakkar fil-punti 54 u 55 tas-sentenza preżenti. Barra minn hekk, din hija inkompatibbli mal-istruttura ġenerali ta’ dan ir-regolament.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0061"><NO.P>61</NO.P><TXT>Hekk kif l-Avukat Ġenerali fakkret fil-punti 85 sa 87 tal-konklużjonijiet tagħha, minn qari flimkien tal-Artikolu 3(15) tar-Regolament REACH, li jiddefinixxi l-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0051" ID="QS0051"/>sustanza intermedja<QUOT.END REF.START="QS0051" CODE="201D" ID="QE0051"/> u tad-dispożizzjonijiet tat-Titolu VII tiegħu, jirriżulta li l-eżenzjoni prevista fl-Artikolu 2(8)(b) tal-istess regolament, għandha tinftiehem li tapplika biss għall-użi ta’ sustanza li tista’ tiġi kklassifikata bħala sustanza intermedja iżolata fuq il-post jew bħala sustanza intermedja iżolata trasportata. Għaldaqstant, din l-eżenzjoni ma tapplikax għad-dispożizzjonijiet tat-Titolu VII li jirregolaw is-sustanzi skont elementi oħra li ma humiex l-użi jew il-kategoriji ta’ użi tagħhom.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0062"><NO.P>62</NO.P><TXT>Minn dan isegwi li l-eżenzjoni prevista fl-Artikolu 2(8)(b) tar-Regolament REACH tikkonċerna biss il-proċedura ta’ awtorizzazzjoni prevista fil-Kapitoli 2 u 3 tat-Titolu VII ta’ dan ir-regolament. Fil-fatt, din il-proċedura għandha preċiżament bħala għan li tiddelimita, għal sustanzi partikolari ta’ tħassib serju ħafna, l-użi u kategoriji ta’ użi li jistgħu jiġu awtorizzati, bla ħsara, b’mod partikolari għall-eżenzjoni ġenerali prevista fl-Artikolu 2(8)(b) tal-imsemmi regolament.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="13"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0063"><NO.P>63</NO.P><TXT>Min-naħa l-oħra, din l-eżenzjoni ma tapplikax għad-dispożizzjonijiet tat-Titolu VII tar-Regolament REACH li jirregolaw is-sustanzi skont il-proprjetajiet intrinsiċi tagħhom. Għaldaqstant, l-Artikolu 2(8)(b) ta’ dan ir-regolament ma jipprekludix li sustanza tista’ tiġi identifikata bħala ta’ tħassib serju ħafna abbażi tal-kriterji previsti fl-Artikolu 57 tal-imsemmi regolament, anki jekk hija tintuża biss bħala sustanza intermedja iżolata fuq il-post jew bħala sustanza intermedja iżolata trasportata.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0064"><NO.P>64</NO.P><TXT>Hekk kif l-Avukat Ġenerali rrilevat fil-punt 83 tal-konklużjonijiet tagħha, mix-xogħol preparatorju tar-Regolament REACH jirriżulta li r-raġuni ta’ tali rabta bejn il-proċedura ta’ awtorizzazzjoni u l-eżenzjoni li minnha jibbenefikaw is-sustanzi użati bħala sustanza intermedja iżolata fuq il-post jew bħala sustanza intermedja iżolata trasportata hija relatata mal-fatt li, min-natura tagħhom, dawn l-użi ma joħolqux tħassib u jistgħu, minħabba f’hekk, jiġu eżentati mill-proċedura ta’ awtorizzazzjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0065"><NO.P>65</NO.P><TXT>Għaldaqstant, kien mingħajr ma wettqet żball ta’ liġi li l-Qorti Ġenerali ddeċidiet, fil-punt 66 tas-sentenza appellata, li <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0052" ID="QS0052"/>mid-definizzjoni ta’ sustanza intermedja prevista mill-punt 15 tal-Artikolu 3 tar-Regolament [REACH] jirriżulta li l-klassifikazzjoni ta’ sustanza bħala sustanza intermedja tiddependi mill-għan imfittex mill-manifattura tagħha u mill-użu tagħha. Hekk kif diġà tfakkar […], skont din id-definizzjoni, sustanza intermedja hija sustanza li tkun immanifatturata għal u kkonsmata fi jew użata għal proċessar kimiku sabiex tiġi suġġetta għal sinteżi. Sa fejn din is-sustanza tista’ bħala prinċipju tiġi mmanifatturata għal u kkonsmata fi jew użata għal proċessar kimiku sabiex tiġi suġġetta għal sinteżi, u għalhekk, ikollha l-istatus ta’ sustanza intermedja, il-fatt li sustanza għandha, fil-każ ineżami, l-istatus ta’ sustanza intermedja ma jistax jeżentaha mill-proċedura ta’ identifikazzjoni prevista fl-Artikolu 59 tar-Regolament [REACH]<QUOT.END REF.START="QS0052" CODE="201D" ID="QE0052"/>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0066"><NO.P>66</NO.P><TXT>Peress li dan il-motiv legali huwa suffiċjenti sabiex jiġġustifika legalment iċ-ċaħda tal-ewwel motiv fl-ewwel istanza, it-tielet aggravju għandu jiġi miċħud bħala infondat.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P>Fuq ir-raba’ aggravju, ibbażat fuq żball manifest ta’ evalwazzjoni</P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P>L-argumenti tal-partijiet</P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0067"><NO.P>67</NO.P><TXT>PPG u SNF jikkritikaw lill-Qorti Ġenerali li, fil-punti 69 sa 79 tas-sentenza appellata, ċaħdet l-argumentazzjoni li biha huma sostnew li l-ECHA kienet wettqet żball manifest ta’ evalwazzjoni meta naqset milli tieħu inkunsiderazzjoni d-data inkluża fid-dossier imfassal skont l-Anness XV tar-Regolament REACH. Fil-fatt, il-Qorti Ġenerali qieset li d-data msemmija fl-Anness XV ta’ dan ir-regolament ma kinitx rilevanti għall-finijiet tal-identifikazzjoni ta’ sustanza fil-kuntest tal-proċedura tal-Artikolu 59 tal-imsemmi regolament.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0068"><NO.P>68</NO.P><TXT>Skont PPG u SNG din l-evalwazzjoni hija żbaljata. Fil-fatt, it-tfassil ta’ dan id-dossier jikkostitwixxi l-ewwel stadju tal-proċedura ta’ awtorizzazzjoni ta’ sustanza u għandu jinkludi l-informazzjoni kollha rilevanti sabiex jiġi ddeterminat jekk din is-sustanza għandhiex tiġi inkluża fil-lista ta’ sustanzi kandidati u fl-Anness XIV tar-Regolament REACH. Flimkien mal-proprjetajiet intrinsiċi tas-sustanza, skont l-Anness XV ta’ dan ir-regolament, id-dossier għandu jinkludi l-użi, l-espożizzjonijiet, is-sustanzi alternattivi, u r-riskji.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0069"><NO.P>69</NO.P><TXT>Fil-każ ineżami, mill-provi għad-dispożizzjoni tal-ECHA jirriżulta li l-akrilammid jintuża biss bħala sustanza intermedja. Skont PPG u SNF, l-ECHA kienet obbligata teżamina dawn il-provi b’reqqa u imparzjalità (sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="19911121">21 ta’ Novembru 1991</DATE>, <NAME.CASE>Technische Universität München</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑269/90</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1991:438">EU:C:1991:438</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0014">14</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>). Issa, l-imsemmija provi wrew li l-kundizzjonijiet għall-applikazzjoni tal-eżenzjoni prevista fl-Artikolu 2(8)(b) tar-Regolament REACH kienu ssodisfatti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0070"><NO.P>70</NO.P><TXT>L-ECHA u l-Kummissjoni jikkonfutaw din l-argumentazzjoni.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><?PAGE NO="14"?><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P>Il-kunsiderazzjonijiet tal-Qorti tal-Ġustizzja</P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0071"><NO.P>71</NO.P><TXT>Hekk kif ġie deċiż fil-punt 63 tas-sentenza preżenti, l-Artikolu 2(8)(b) tar-Regolament REACH ma jipprekludix li sustanza tkun tista’ tiġi identifikata bħala ta’ tħassib serju ħafna abbażi tal-kriterji previsti fl-Artikolu 57 tal-imsemmi regolament, anki jekk hija tintuża biss bħala sustanza intermedja iżolata fuq il-post jew bħala sustanza intermedja iżolata trasportata.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0072"><NO.P>72</NO.P><TXT>Għaldaqstant, il-Qorti Ġenerali ma wettqitx żball ta’ liġi meta fil-punt 69 tas-sentenza appellata ddeċidiet li <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0053" ID="QS0053"/>anki jekk jiġi preżuppost li dan il-fajl [imfassal mir-Renju tal-Pajjiżi l-Baxxi skont l-Anness XV ta’ dan ir-regolament] isemmi biss eżempji ta’ użi ta’ din is-sustanza bħala sustanza intermedja, dan ma huwiex rilevanti sabiex l-akrilammid jiġi identifikat bħala sustanza ta’ tħassib serju ħafna li tissodisfa l-kriterji previsti fl-Artikolu 57 [tal-imsemmi regolament], peress li din l-informazzjoni ma tikkonċernax il-proprjetajiet intrinsiċi tal-akrilammid.<QUOT.END REF.START="QS0053" CODE="201D" ID="QE0053"/></TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0073"><NO.P>73</NO.P><TXT>Għall-istess raġuni, il-motivi analogi esposti fil-punti 70 u 77 tas-sentenza appellata, ma humiex ivvizzjati minn żball ta’ liġi.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0074"><NO.P>74</NO.P><TXT>Għaldaqstant, ir-raba’ aggravju għandu jiġi miċħud bħala infondat.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P>Fuq il-ħames u s-sitt aggravji</P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P>L-argumenti tal-partjiet</P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0075"><NO.P>75</NO.P><TXT>Permezz tal-ħames aggravju, PPG u SNF jikkritikaw il-punt 93 tas-sentenza appellata li permezz tagħha l-Qorti Ġenerali ċaħdet l-argumentazzjoni tagħhom ibbażata fuq ksur tal-prinċipju ta’ proporzjonalità. Huma jqisu li kienet teżisti alternattiva inqas vinkolanti mid-deċiżjoni kontenzjuża, li tikkonsisti f’li, waqt l-inklużjoni tal-akrilammid fil-lista ta’ sustanzi kandidati, jitniżżel li din l-identifikazzjoni u din l-inklużjoni ma kellhomx effett fuq l-użu ta’ din is-sustanza bħala sustanza intermedja.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0076"><NO.P>76</NO.P><TXT>Permezz tas-sitt aggravju, PPG u SNF isostnu li l-punt 93 tas-sentenza appellata huwa vvizzjat minn nuqqas ta’ motivazzjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0077"><NO.P>77</NO.P><TXT>L-ECHA u l-Kummissjoni jikkonfutaw dawn l-argumenti.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P>Il-kunsiderazzjonijiet tal-Qorti tal-Ġustizzja</P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0078"><NO.P>78</NO.P><TXT>Hekk kif ġie deċiż fil-punt 62 tas-sentenza preżenti, il-proċedura ta’ awtorizzazzjoni prevista fil-Kapitoli 2 u 3 tat-Titolu VII tar-Regolament REACH għandha l-għan li, għal sustanza partikolari ta’ tħassib serju ħafna, tiddelimita l-użi u kategoriji ta’ użi li jistgħu jiġu awtorizzati, bla ħsara, b’mod partikolari, tal-eżenzjoni ġenerali prevista fl-Artikolu 2(8)(b) ta’ dan ir-regolament.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0079"><NO.P>79</NO.P><TXT>F’dawn iċ-ċirkustanzi, li l-inklużjoni ta’ sustanza f’lista ta’ sustanzi identifikati bl-għan tal-inklużjoni futura tagħhom fl-Anness XIV tal-imsemmi regolament tiġi akkumpanjata b’dikjarazzjoni li tippreċiża li din l-inklużjoni ma għandha ebda effett fuq l-użi eżentati taħt l-Artikolu 2(8)(b) tal-istess regolament iwassal biss sabiex jittenna dak li diġà jirriżulta mir-Regolament REACH. Hekk kif l-Avukat Ġenerali rrilevat fil-punt 116 tal-konklużjonijiet tagħha, tali miżura tkun irrilevanti għall-finijiet tal-applikazzjoni tal-prinċipju ta’ proporzjonalità.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0080"><NO.P>80</NO.P><TXT>Minn dan isegwi li, billi rrifjutat l-argumentazzjoni ta’ PPG u ta’ SNF, fil-punt 93 tas-sentenza appellata, minħabba li <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0054" ID="QS0054"/>l-leġiżlatur stabbilixxa regoli partikolari dwar is-sustanzi intermedji fl-Artikolu 2(1)(ċ) u (8)(b) [ta’ dan ir-Regolament REACH]<QUOT.END REF.START="QS0054" CODE="201D" ID="QE0054"/>, il-Qorti Ġenerali ma wettqet ebda żball ta’ liġi u ssodisfat l-obbligu tagħha ta’ motivazzjoni.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="15"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0081"><NO.P>81</NO.P><TXT>Għaldaqstant, il-ħames u s-sitt aggravji għandhom jiġu miċħuda bħala infondati.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0082"><NO.P>82</NO.P><TXT>Mill-kunsiderazzjonijiet kollha preċedenti jirriżulta li l-appell għandu jiġi miċħud kollu kemm hu.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P>Fuq l-ispejjeż</P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0083"><NO.P>83</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 184(2) tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja, meta appell ma jkunx fondat, il-Qorti tal-Ġustizzja tiddeċiedi dwar l-ispejjeż. Skont l-Artikolu 138(1) tal-istess Regoli, applikabbli għall-proċedura ta’ appell bis-saħħa tal-Artikolu 184(1) tagħhom, il-parti li titlef għandha tbati l-ispejjeż jekk dawn ikunu ntalbu.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0084"><NO.P>84</NO.P><TXT>L-Artikolu 140(1) tar-Regoli tal-Proċedura, li huwa applikabbli għall-proċeduri ta’ appell bis-saħħa tal-Artikolu 184(1) tagħhom, jipprovdi li l-Istati Membri u l-istituzzjonijiet li intervjenew fil-kawża għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0085"><NO.P>85</NO.P><TXT>Peress li PPG u SNF tilfu, hemm lok li jiġu ordnati jbatu l-ispejjeż kif mitlub mill-ECHA.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0086"><NO.P>86</NO.P><TXT>Ir-Renju tal-Pajjiżi l-Baxxi u l-Kummissjoni, intervenjenti fl-ewwel istanza, għandhom ibatu l-ispejjeż rispettivi tagħhom.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><JURISDICTION><INTRO>Għal dawn il-motivi, Il-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) taqta’ u tiddeċiedi:</INTRO><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">1)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">L-appell huwa miċħud.</HT></TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">2)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Polyelectrolyte Producers Group GEIE (PPG) u SNF SAS huma kkundannati jbatu, minbarra l-ispejjeż tagħhom, dawk sostnuti mill-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi (ECHA).</HT></TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">3)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Ir-Renju tal-Pajjiżi l-Baxxi u l-Kummissjoni Ewropea għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom.</HT></TXT></NP></ITEM></LIST></JURISDICTION></CONTENTS.JUDGMENT><SIGNATURE.CASE><SIGNATORY><P>Firem</P></SIGNATORY></SIGNATURE.CASE></JUDGMENT>