<?xml version="1.0" encoding="UTF-8"?><DECISION.ECR xmlns:fmx="http://opoce" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:noNamespaceSchemaLocation="http://formex.publications.europa.eu/schema/formex-05.55-20141201.xd"><BIB.DECISION.ECR><REF.CASE FILE="n.a."><NO.CASE>T‑790/14</NO.CASE></REF.CASE><NO.CELEX>62014TJ0790</NO.CELEX><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2016:429">EU:T:2016:429</NO.ECLI><NO.SEQ>0001</NO.SEQ><PAGE.FIRST.ECR>1</PAGE.FIRST.ECR><PAGE.SEQ>1</PAGE.SEQ><PAGE.LAST.ECR>4</PAGE.LAST.ECR><PAGE.TOTAL>4</PAGE.TOTAL><AUTHOR>T</AUTHOR></BIB.DECISION.ECR><CURR.TITLE><PAGE.HEADER>
SENTENZA TAL-<DATE ISO="20160721">21.7.2016</DATE> – KAWŻA T‑790/14 [<HT TYPE="ITALIC">ESTRATTI</HT>]
HASSAN vs IL-KUNSILL
<HT TYPE="UC">Sentenza tal-Qorti Ġenerali</HT> (Is-Seba’ Awla)
<DATE ISO="20160721">21 ta’ Lulju 2016</DATE><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="STAR" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0001">
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż.
</NOTE>
Fil-Kawża T‑790/14,
</DECISION.ECR.INIT>
<HT TYPE="BOLD">Samir Hassan</HT>, residenti f’Damasku (is-Sirja), irrappreżentat minn L. Pettiti, avukat,
rikorrent,
vs
<HT TYPE="BOLD">Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea</HT>, irrappreżentat minn S. Kyriakopoulou u G. Étienne, bħala aġenti,
konvenut,
li għandha bħala suġġett, minn naħa, talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill 2014/678/PESK, tas-<DATE ISO="20140926">26 ta’ Settembru 2014</DATE>, li timplimenta d-Deċiżjoni 2013/255/PESK dwar miżuri restrittivi kontra s-Sirja (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="283" PAGE.FIRST="59" DATE.PUB="2014">ĠU 2014, L 283, p. 59</REF.DOC.OJ>), tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 1013/2014, tas‑<DATE ISO="20140926">26 ta’ Settembru 2014</DATE>, li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 36/2012 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fis-Sirja (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="283" PAGE.FIRST="9" DATE.PUB="2014">ĠU 2014, L 283, p. 9</REF.DOC.OJ>), tad-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2015/837, tat-<DATE ISO="20150528">28 ta’ Mejju 2015</DATE>, li temenda d-Deċiżjoni 2013/255/PESK dwar miżuri restrittivi kontra s-Sirja (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="132" PAGE.FIRST="82" DATE.PUB="2015">ĠU 2015, L 132, p. 82</REF.DOC.OJ>), u tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2015/828, tat-<DATE ISO="20150528">28 ta’ Mejju 2015</DATE>, li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 36/2012 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fis-Sirja (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="132" PAGE.FIRST="3" DATE.PUB="2015">ĠU 2015, L 132, p. 3</REF.DOC.OJ>), sa fejn dawn l-atti jirrigwardaw lir-rikorrent, u, min-naħa l-oħra, talba bbażata fuq l-Artikolu 268 TFUE u intiża sabiex jinkiseb kumpens għad-dannu allegatament imġarrab mir-rikorrent minħabba dawn l-atti,
<PREAMBLE><PREAMBLE.INIT>
IL-QORTI ĠENERALI (Is-Seba’ Awla)
komposta minn M. van der Woude, President, I. Wiszniewska-Białecka u I. Ulloa Rubio (Relatur), Imħallfin,
Reġistratur: S. Bukšek Tomac, Amministratur,
<HT TYPE="BOLD">Sentenza</HT><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0002">
Qed jiġu riprodotti biss il-punti ta’ din is-sentenza li l-Qorti Ġenerali tqis li l-pubblikazzjoni tagħhom hija utli.
</NOTE>
[ <HT TYPE="ITALIC">omissis</HT> ]
<HT TYPE="BOLD">Il-proċedura u t-talbiet tal-partijiet</HT>
<LIST TYPE="DASH"><ITEM>
tannulla, sa fejn dawn l-atti jikkonċernawh, id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni 2014/678, ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni Nru 1013/2014, id-Deċiżjoni 2015/837 u r-Regolament ta’ Implimentazzjoni 2015/828 (iktar ’il quddiem l-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0001" ID="QS0001"/>atti kkontestati<QUOT.END REF.START="QS0001" CODE="201D" ID="QE0001"/>);
</ITEM><ITEM>
tagħtih is-somma ta’ EUR <FT TYPE="NUMBER">250000</FT> fix-xahar sa mill-<DATE ISO="20110901">1 ta’ Settembru 2011</DATE> bħala kumpens għad-dannu materjali mġarrab u ta’ EUR 1 simboliku għad-dannu morali mġarrab u tikkundanna lill-Kunsill jikkumpensa d-dannu materjali futur li ser iġarrab;
</ITEM><ITEM>
tikkundanna lill-Kunsill għall-ispejjeż.
</ITEM></LIST>
</NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0031"><NO.P>31</NO.P><TXT>Il-Kunsill jitlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:</TXT>
<LIST TYPE="DASH"><ITEM>
tiċħad ir-rikors fl-intier tiegħu;
</ITEM><ITEM>
tikkundanna lir-rikorrent għall-ispejjeż.
</ITEM></LIST>
<HT TYPE="BOLD">Id-dritt</HT>
<HT TYPE="ITALIC">Fuq it-talba għal annullament</HT>
[<HT TYPE="ITALIC">omissis</HT>]
Fuq l-ewwel motiv, ibbażat fuq żball manifest ta’ evalwazzjoni
[<HT TYPE="ITALIC">omissis</HT>]
<NP.ECR IDENTIFIER="NP0045"><NO.P>45</NO.P><TXT>Għaldaqstant, minn din il-motivazzjoni jirriżulta li r-rikorrent ġie inkluż fil-listi kontenzjużi għat-tliet motivi li ġejjin abbażi tal-Artikolu 28(1) tad-Deċiżjoni 2013/255 u tal-Artikolu 15(1)(a) tar-Regolament Nru 36/2012:</TXT>
<LIST TYPE="DASH"><ITEM>
negozjant prominenti, qrib figuri ewlenin tar-reġim bħal R. Makhlouf u I. Anbouba;
</ITEM><ITEM>
viċi president għar-Russja tal-kunsilli ta’ negozju bilaterali sa minn Marzu 2014;
</ITEM><ITEM>
jappoġġa l-isforz ta’ gwerra tar-reġim Sirjan permezz ta’ donazzjonijiet ta’ flus.
</ITEM></LIST>
<?PAGE NO="3"?>
[omissis]
</NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0048"><NO.P>48</NO.P><TXT>Għandu jiġi kkonstatat li r-rikorrent inħatar bħala president, u mhux viċi president, kif isostni l-Kunsill, tal-kunsill ta’ negozju bilaterali għar-Russja, permezz ta’ deċiżjoni tal-<DATE ISO="20150614">14 ta’ Ġunju 2015</DATE> tal-ministru tal-ekonomija u tal-kummerċ barrani Sirjan, mingħajr ma dan kellu impatt partikolari fuq l-evalwazzjoni mwettqa mill-Kunsill fid-deċiżjoni kkontestata.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0049"><NO.P>49</NO.P><TXT>Mill-istatuti tal-kunsilli ta’ negozju bilaterali tas-Sirja (iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0002" ID="QS0002"/>kunsilli ta’ negozju<QUOT.END REF.START="QS0002" CODE="201D" ID="QE0002"/>) jirriżulta, l-ewwel nett, li l-president tal-kunsill ta’ amministrazzjoni tal-kunsilli ta’ negozju (iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0003" ID="QS0003"/>kunsill ta’ amministrazzjoni<QUOT.END REF.START="QS0003" CODE="201D" ID="QE0003"/>) huwa l-ministru tal-ekonomija u tal-kummerċ barrani Sirjan. It-tieni nett, is-segretarjat tal-kunsill ta’ amministrazzjoni huwa kompost mill-ministru tal-ekonomija u tal-kummerċ barrani Sirjan u mid-direttorat għar-relazzjonijiet internazzjonali u Għarab. It-tielet nett, l-imsemmija statuti jistabbilixxu li l-membri tal-kunsilli ta’ negozju jiġu proposti jew mis-segretarju tal-kunsill ta’ amministrazzjoni jew minn membru tal-kunsilli ta’ negozju u li kull proposta għandha tiġi ppreżentata lill-ministru tal-ekonomija u tal-kummerċ barrani Sirjan għal deċiżjoni finali. Ir-raba’ nett, il-president u l-viċi president ta’ kull kunsill ta’ negozju huma eletti fi ħdan il-kunsill ta’ amministrazzjoni ppresjedut mill-ministru tal-ekonomija u tal-kummerċ barrani Sirjan.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0050"><NO.P>50</NO.P><TXT>Mill-istatuti tal-kunsilli ta’ negozju bilaterali jirriżulta wkoll li r-rwol tal-ministru tal-ekonomija u tal-kummerċ barrani Sirjan f’dawn il-kunsilli huwa ċentrali u ma huwiex limitat għar-ratifika tal-għażliet ta’ membri oħra, kif isostni r-rikorrent. Fil-fatt, il-ministru tal-ekonomija u tal-kummerċ barrani Sirjan jippresjedi l-kunsill ta’ amministrazzjoni, huwa membru tas-segretarjat tal-kunsill ta’ amministrazzjoni li jissorvelja l-operazzjonijiet tal-varji kunsilli ta’ negozju u huwa l-awtorità kompetenti sabiex jaħtar il-president u l-viċi president tal-varji kunsilli ta’ negozju kif ukoll sabiex ixolji l-imsemmija kunsilli. Madankollu, anki jekk il-ministru tal-ekonomija u tal-kummerċ barrani Sirjan jillimita ruħu li jirratifika l-għażliet tal-membri tal-imsemmija kunsilli, għandu jiġi osservat li l-ħatra tal-president u tal-viċi president ta’ kull kunsill ta’ negozju timplika deċiżjoni tal-gvern.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0051"><NO.P>51</NO.P><TXT>Barra minn hekk, il-provi prodotti mill-Kunsill fid-dokument MD 216/14 RELEX u, b’mod partikolari, l-artiklu tat-<DATE ISO="20140303">3 ta’ Marzu 2014</DATE> tas-<HT TYPE="ITALIC">Syria Report</HT> u l-artiklu tas-Syriandays jiddeskrivu r-rwol tar-rikorrent fil-kunsill ta’ negozju bilaterali għar-Russja. L-ewwel artiklu jippreċiża r-rabta bejn il-ħatra tal-membri tal-kunsilli ta’ negozju u l-prossimità mar-reġim eżistenti. It-tieni jirrigwarda l-iżvolġiment tal-ewwel laqgħa ġenerali tal-kunsilli ta’ negozju li nżammet fid-<DATE ISO="20140329">29 ta’ Marzu 2014</DATE> u li għaliha pparteċipaw il-prim ministru Sirjan, il-ministru tal-ekonomija u tal-kummerċ barrani Sirjan kif ukoll il-presidenti u l-viċi presidenti kollha tal-kunsilli ta’ negozju. Isem ir-rikorrent jissemma fiż-żewġ artikli.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0052"><NO.P>52</NO.P><TXT>Konsegwentement, għandu jiġi osservat li l-funzjoni tar-rikorrent fi ħdan kunsill ekonomiku bħall-kunsill ta’ negozju bilaterali għar-Russja, li l-funzjoni tiegħu huwa li jippromwovi l-ekonomija tas-Sirja u l-iżvilupp tal-impriżi tagħha u tal-attivitajiet kummerċjali u tal-investimenti tagħha, tista’ tiġi spjegata biss permezz ta’ ċerta prossimità mar-reġim eżistenti u tikkostitwixxi fatt mhux ikkontestat li juri assoċjazzjoni ċerta mar-reġim ta’ Bachar Al-Assad. Din il-prossimità bejn ir-rikorrent u r-reġim Sirjan ippermettiet lill-Kunsill tqis validament li r-rikorrent kien jibbenefika mir-reġim, kien jappoġġah u kien assoċjat miegħu fis-sens tal-Artikolu 28(1) tad-Deċiżjoni 2013/255 u tal-Artikolu 15(1)(a) tar-Regolament Nru 36/2012.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0053"><NO.P>53</NO.P><TXT>F’dan il-każ, billi t-tieni motiv għall-inklużjoni tar-rikorrent ġie ġustament stabbilit mill-Kunsill u billi jikkostitwixxi bażi suffiċjenti għal inklużjoni skont il-kriterju legali stabbilit fl-Artikolu 28(1) tad-Deċiżjoni 2013/255 u fl-Artikolu 15(1)(a) tar-Regolament Nru 36/2012, u sa fejn, konformement mal-ġurisprudenza mfakkra fil-punt 42 iktar ’il fuq, huwa suffiċjenti li wieħed biss mill-motivi li fuqhom huma bbażati l-atti jkun validu sabiex jiġġustifika l-legalità tagħhom, ma huwiex neċessarju li tingħata deċiżjoni dwar il-fondatezza taż-żewġ motivi l-oħra invokati mill-Kunsill fid-deċiżjonijiet ikkontestati, billi l-argumentazzjoni żviluppata mir-rikorrent fil-konfront tagħhom hija ineffettiva u għandha tiġi miċħuda.</TXT><?PAGE NO="4"?>
[<HT TYPE="ITALIC">omissis</HT>]
</NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ></GR.SEQ></GR.SEQ><JURISDICTION><INTRO>
Għal dawn il-motivi,
IL-QORTI ĠENERALI (Is-Seba’ Awla)
taqta’ u tiddeċiedi:
</INTRO><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">1)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Ir-rikors huwa miċħud.</HT></TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">2)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Samir Hassan huwa kkundannat għall-ispejjeż.</HT></TXT></NP></ITEM></LIST></JURISDICTION></CONTENTS.DECISION.ECR><SIGNATURE.CASE><SIGNATORY>
Van der Woude
</SIGNATORY><SIGNATORY>
Wiszniewska-Białecka
</SIGNATORY><SIGNATORY>
Ulloa Rubio
</SIGNATORY>
Mogħtija f’qorti bil-miftuħ fil-Lussemburgu, fil-<DATE ISO="20160721">21 ta’ Lulju 2016</DATE>.
<SIGNATORY>
Firem
</SIGNATORY></SIGNATURE.CASE></DECISION.ECR>