<?xml version="1.0" encoding="UTF-8"?><JUDGMENT xmlns:fmx="http://opoce" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:noNamespaceSchemaLocation="http://formex.publications.europa.eu/schema/formex-05.58-20161101.xd"><BIB.JUDGMENT><REF.CASE FILE="n.a."><NO.CASE>T-271/10 R</NO.CASE></REF.CASE><NO.CELEX>62010TJ0271</NO.CELEX><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2018:180">EU:T:2018:180</NO.ECLI><NO.SEQ>0001</NO.SEQ><PAGE.FIRST.ECR>1</PAGE.FIRST.ECR><PAGE.SEQ>1</PAGE.SEQ><PAGE.LAST.ECR>9</PAGE.LAST.ECR><PAGE.TOTAL>9</PAGE.TOTAL><AUTHOR>T</AUTHOR></BIB.JUDGMENT><CURR.TITLE><PAGE.HEADER><P><HT TYPE="SC">Sentenza tal-<DATE ISO="20180411">11.4.2018</DATE> – Kawża T-271/10 RENV [<HT TYPE="ITALIC">ESTRATTI</HT>]</HT></P><P><HT TYPE="SC">H vs Il-Kunsill</HT></P></PAGE.HEADER></CURR.TITLE><TITLE><TI><P><HT TYPE="UC">Sentenza tal-Qorti Ġenerali</HT> (Is-Sitt Awla)</P><P><DATE ISO="20180411">11 ta’ April 2018</DATE><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="STAR" NOTE.ID="E0001"><P>Lingwa tal-kawża: l-Ingliż.</P></NOTE></P></TI></TITLE><INTERMEDIATE><INDEX IDX.CLOSE="”" SEPARATOR=" – " IDX.OPEN="“"><KEYWORD>Politika estera u ta’ sigurtà komuni</KEYWORD><KEYWORD>Aġent nazzjonali kkollokat mal-EUPM fil-Bosnja-Ħerzegovina</KEYWORD><KEYWORD>Deċiżjoni ta’ assenjazzjoni mill-ġdid</KEYWORD><KEYWORD>Kompetenza tal-Kap tal-EUPM li jiddeċiedi dwar l-assenjazzjoni mill-ġdid ta’ aġent nazzjonali kkollokat</KEYWORD><KEYWORD>Obbligu ta’ motivazzjoni</KEYWORD><KEYWORD>Użu ħażin ta’ poter</KEYWORD><KEYWORD>Żball manifest ta’ evalwazzjoni</KEYWORD><KEYWORD>Fastidju psikoloġiku</KEYWORD></INDEX></INTERMEDIATE><JUDGMENT.INIT><P>Fil-Kawża T‑271/10 RENV,</P></JUDGMENT.INIT><PARTIES><PLAINTIFS><P><HT TYPE="BOLD">H</HT>, irrappreżentata minn M. Velardo, avukat,</P><PARTY.STATUS>rikorrenti,</PARTY.STATUS></PLAINTIFS><AGAINST>vs</AGAINST><DEFENDANTS><P><HT TYPE="BOLD">Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea</HT>, irrappreżentat minn A. Vitro u F. Naert, bħala aġenti,</P><PARTY.STATUS>konvenut,</PARTY.STATUS></DEFENDANTS><INTERVENERS><P>li għandha bħala suġġett, fl-ewwel lok, talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament, minn naħa, tad-deċiżjoni tas-<DATE ISO="20100407">7 ta’ April 2010</DATE>, iffirmata mill-Kap tal-persunal tal-Missjoni tal-Pulizija tal-Unjoni Ewropea (EUPM) fil-Bosnja-Ħerzegovina, li permezz tagħha r-rikorrenti ġiet assenjata mill-ġdid fil-pożizzjoni ta’ <HT TYPE="ITALIC">Criminal Justice Adviser</HT> – <HT TYPE="ITALIC">Prosecutor</HT> mal-uffiċċju reġjonali ta’ Banja Luka (il-Bosnja-Ħerzegovina), u, min-naħa l-oħra, tad-deċiżjoni tat-<DATE ISO="20100430">30 ta’ April 2010</DATE>, iffirmata mill-Kap tal-EUPM imsemmi fl-Artikolu 6 tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2009/906/PESK tat-<DATE ISO="20091208">8 ta’ Diċembru 2009</DATE>, dwar il-Missjoni tal-Pulizija tal-Unjoni Ewropea (EUPM) fil-Bosnja u Ħerzegovina (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="322" PAGE.FIRST="22" DATE.PUB="2009">ĠU 2009, L 322, p. 22</REF.DOC.OJ>), li tikkonferma d-deċiżjoni tas-<DATE ISO="20100407">7 ta’ April 2010</DATE>, u, fit-tieni lok, talba bbażata fuq l-Artikolu 268 TFUE u intiża għal ksib ta’ kumpens għad-dannu li r-rikorrenti allegatament sofriet,</P></INTERVENERS></PARTIES><PREAMBLE><PREAMBLE.INIT><P>IL-QORTI ĠENERALI (Is-Sitt Awla),</P><P>komposta minn G. Berardis, President tal-Awla, S. Papasavvas u O. Spineanu-Matei (Relatur), Imħallfin,</P><P>Reġistratur: C. Heeren, Amministratur,</P></PREAMBLE.INIT><GR.VISA><VISA>wara li rat il-fażi bil-miktub tal-proċedura u wara s-seduta tat-<DATE ISO="20170913">13 ta’ Settembru 2017</DATE>,</VISA></GR.VISA><PREAMBLE.FINAL>tagħti l-preżenti</PREAMBLE.FINAL></PREAMBLE><?PAGE NO="2"?><CONTENTS.JUDGMENT><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Sentenza<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NOTE.ID="E0002"><P>Qed jiġu riprodotti biss il-punti ta’ din is-sentenza li l-Qorti Ġenerali kkunsidrat utli għall-pubblikazzjoni.</P></NOTE></HT></P></TI></TITLE></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">I.</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Il-fatti li wasslu għall-kawża</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0001"><NO.P>1</NO.P><TXT>Permezz tal-Azzjoni Konġunta tal-Kunsill tal-<DATE ISO="20020311">11 ta’ Marzu 2002</DATE> fuq il-Missjoni tal-Pulizija ta’ l-Unjoni Ewropea (2002/210/PESK) (ĠU Edizzjoni speċjali bil-Malti, Kapitolu 18, Vol. 1, p. 278), ġiet stabbilita l-Missjoni tal-Pulizija tal-Unjoni Ewropea (EUPM) biex tiġi żgurata l-kontinwità tat-Task Force Internazzjonali tal-Pulizija tan-Nazzjonijiet Uniti fil-Bosnja-Ħerzegovina.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0002"><NO.P>2</NO.P><TXT>L-EUPM, li bdiet fl-<DATE ISO="20030101">1 ta’ Jannar 2003</DATE>, ġiet estiża diversi drabi, b’mod partikolari permezz tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2009/906/PESK, tat-<DATE ISO="20091208">8 ta’ Diċembru 2009</DATE>, dwar il-Missjoni tal-Pulizija tal-Unjoni Ewropea (EUPM) fil-Bosnja u Ħerzegovina (BiH) (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="322" PAGE.FIRST="22" DATE.PUB="2009">ĠU 2009, L 322, p. 22</REF.DOC.OJ>), u ntemmet fit-<DATE ISO="20120630">30 ta’ Ġunju 2012</DATE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0003"><NO.P>3</NO.P><TXT>H hija maġistrat Taljana li ġiet ikkollokata mal-EUPM f’Sarajevo (il-Bosnja-Ħerzegovina) permezz ta’ digriet tal-Ministru tal-Ġustizzja Taljan tas-<DATE ISO="20081016">16 ta’ Ottubru 2008</DATE>, sabiex hemmhekk teżerċita l-funzjonijiet ta’ <HT TYPE="ITALIC">Criminal Justice Unit Adviser</HT>, b’effett mill-<DATE ISO="20081114">14 ta’ Novembru 2008</DATE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0004"><NO.P>4</NO.P><TXT>Permezz ta’ digrieti tal-Ministru tal-Ġustizzja Taljan tas-<DATE ISO="20090407">7 ta’ April 2009</DATE> u tad-<DATE ISO="20091209">9 ta’ Diċembru 2009</DATE>, il-kollokament tar-rikorrenti ġie estiż rispettivament sal-<DATE ISO="20091231">31 ta’ Diċembru 2009</DATE> u sal-<DATE ISO="20101231">31 ta’ Diċembru 2010</DATE>, sabiex teżerċita l-funzjonijiet ta’ <HT TYPE="ITALIC">Chief Legal Officer</HT>.</TXT><P>[<HT TYPE="ITALIC">omissis</HT>]</P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0006"><NO.P>6</NO.P><TXT>Permezz ta’ deċiżjoni tas-<DATE ISO="20100407">7 ta’ April 2010</DATE>, iffirmata mill-Kap tal-Persunal tal-EUPM, ir-rikorrenti ġiet assenjata mill-ġdid <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0001" ID="QS0001"/>għal raġunijiet operattivi<QUOT.END REF.START="QS0001" CODE="201D" ID="QE0001"/> fil-pożizzjoni <HT TYPE="ITALIC">Criminal Justice Adviser – Prosecutor</HT> fi ħdan l-uffiċċju reġjonali ta’ Banja Luka (il-Bosnja-Ħerzegovina) b’effett mid-<DATE ISO="20100419">19 ta’ April 2010</DATE> (iktar ’il quddiem, id-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0002" ID="QS0002"/>deċiżjoni tas-<DATE ISO="20100407">7 ta’ April 2010</DATE><QUOT.END REF.START="QS0002" CODE="201D" ID="QE0002"/>).</TXT><P>[<HT TYPE="ITALIC">omissis</HT>]</P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0008"><NO.P>8</NO.P><TXT>Permezz ta’ deċiżjoni tat-<DATE ISO="20100430">30 ta’ April 2010</DATE>, iffirmata mill-Kap tal-EUPM imsemmi fl-Artikolu 6 tad-Deċiżjoni 2009/906, l-imsemmi kap ikkonferma d-deċiżjoni tas-<DATE ISO="20100407">7 ta’ April 2010</DATE>. F’din l-okkażjoni, huwa ppreċiża li d-deċiżjoni tas-<DATE ISO="20100407">7 ta’ April 2010</DATE> kienet ittieħdet minnu stess u li r-raġuni operattiva tal-assenjazzjoni mill-ġdid tar-rikorrenti kienet imsejsa fuq il-ħtieġa li l-uffiċċju ta’ Banja Luka jkollu għad-dispożizzjoni tiegħu konsulenti fil-qasam kriminali (iktar ’il quddiem id-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0003" ID="QS0003"/>deċiżjoni tat-<DATE ISO="20100430">30 ta’ April 2010</DATE><QUOT.END REF.START="QS0003" CODE="201D" ID="QE0003"/>).</TXT><P>[<HT TYPE="ITALIC">omissis</HT>]</P></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">II.</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Il-Proċedura quddiem il-Qorti Ġenerali u l-Qorti tal-Ġustizzja qabel ma l-kawża ntbagħtet lura</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0010"><NO.P>10</NO.P><TXT>Permezz ta’ rikors ippreżentat fir-Reġistru tal-Qorti Ġenerali fis-<DATE ISO="20100616">16 ta’ Ġunju 2010</DATE>, ir-rikorrenti ressqet din il-kawża kontra l-Kunsill tal-Unjoni Ewropea, il-Kummissjoni u l-EUPM li hija intiża għall-annullament tad-deċiżjonijiet tas-7 u tat-<DATE ISO="20100430">30 ta’ April 2010</DATE> (iktar ’il quddiem, ikkunsidrati flimkien, id-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0004" ID="QS0004"/>deċiżjonijiet kontenzjużi<QUOT.END REF.START="QS0004" CODE="201D" ID="QE0004"/>).</TXT><P>[<HT TYPE="ITALIC">omissis</HT>]</P></NP.ECR><?PAGE NO="3"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0012"><NO.P>12</NO.P><TXT>Permezz ta’ digriet tal-<DATE ISO="20140710">10 ta’ Lulju 2014</DATE>, H vs Il-Kunsill <HT TYPE="ITALIC">et</HT> (T‑271/10, mhux ippubblikat, iktar ’il quddiem id-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0005" ID="QS0005"/>digriet inizjali<QUOT.END REF.START="QS0005" CODE="201D" ID="QE0005"/>, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2014:702">EU:T:2014:702</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>), il-Qorti Ġenerali ċaħdet ir-rikors għaliex inammissibbli, sa fejn qieset li ma kellhiex ġurisdizzjoni sabiex tieħu konjizzjoni tar-rikors.</TXT><P>[<HT TYPE="ITALIC">omissis</HT>]</P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0014"><NO.P>14</NO.P><TXT>Permezz ta’ sentenza tad-<DATE ISO="20160719">19 ta’ Lulju 2016</DATE>, H vs Il-Kunsill u Il-Kummissjoni (C 455/14 P, iktar ’il quddiem is-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0006" ID="QS0006"/>sentenza fl-appell<QUOT.END REF.START="QS0006" CODE="201D" ID="QE0006"/>, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2016:569">EU:C:2016:569</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>), il-Qorti tal-Ġustizzja annullat id-digriet inizjali, ċaħdet ir-rikors għaliex inammissibbli sa fejn dan kien ġie ppreżentat kontra l-Kummissjoni u l-EUPM, bagħtet lura l-kawża quddiem il-Qorti Ġenerali sabiex din tiddeċiedi dwar il-mertu tar-rikors sa fejn dan ġie ppreżentat kontra l-Kunsill u rriżervat l-ispejjeż.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0015"><NO.P>15</NO.P><TXT>Il-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet, essenzjalment, fil-punti 58 u 59 tas-sentenza fl-appell, li d-deċiżjonijiet kontenzjużi, sa fejn assenjaw mill-ġdid lir-rikorrenti fi ħdan l-EUPM fil-Bosnja-Ħerzegovina, jikkostitwixxu atti ta’ ġestjoni tal-persunal li għandhom l-għan li jassenjaw mill-ġdid lill-membri tal-missjoni fuq il-post. Hija qieset li dawn id-deċiżjonijiet, għalkemm ġew adottati fil-kuntest tal-PESK, ma jikkostitwixxux atti li jaqgħu taħt it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 24(1) TUE jew taħt l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 275 TFUE. Hija qieset li, konsegwentement, dawn jaqgħu taħt il-ġurisdizzjoni tal-qorti tal-Unjoni u ppreċiżat li din il-ġurisdizzjoni tirriżulta, rispettivament, fir-rigward tal-istħarriġ tal-legalità tal-imsemmija atti, mill-Artikolu 263 TFUE, u, fir-rigward tat-tilwim dwar responsabbiltà mhux kuntrattwali, mill-Artikolu 268 TFUE, moqri flimkien mat-tieni paragrafu tal-Artikolu 340 TFUE, filwaqt li jittieħdu inkunsiderazzjoni l-Artikolu 19(1) TUE u l-Artikolu 47 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea.</TXT><P>[<HT TYPE="ITALIC">omissis</HT>]</P></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">V.</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Id-dritt</HT></TXT></NP></TI><STI><P>[<HT TYPE="ITALIC">omissis</HT>]</P></STI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">B.</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Fuq it-talba għal annullament</HT></TXT></NP></TI><STI><P>[<HT TYPE="ITALIC">omissis</HT>]</P></STI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">2.</HT></HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Fuq il-mertu</HT></HT></TXT></NP></TI><STI><P>[<HT TYPE="ITALIC">omissis</HT>]</P></STI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="4"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">a)</HT></HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Fuq l-ewwel motiv, ibbażat fuq ksur tad-dispożizzjonijiet tad-Deċiżjoni 2009/906</HT></HT></TXT></NP></TI><STI><P>[<HT TYPE="ITALIC">omissis</HT>]</P></STI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="5"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="ITALIC">1)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="ITALIC">Fuq l-ewwel parti, ibbażata fuq in-nuqqas ta’ kompetenza tal-Kap tal-EUPM biex jadotta deċiżjonijiet marbuta mal-assenjazzjoni mill-ġdid tal-persunal</HT></TXT></NP></TI><STI><P>[<HT TYPE="ITALIC">omissis</HT>]</P></STI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0046"><NO.P>46</NO.P><TXT>Fl-ewwel lok, għandu qabel kollox jiġi kkonstatat li d-Deċiżjoni 2009/906 ma tinkludix dispożizzjonijiet speċifiċi fir-rigward tal-kompetenza ta’ assenjazzjoni mill-ġdid tal-persunal tal-EUPM.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="4"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0047"><NO.P>47</NO.P><TXT>Fit-tieni lok, għandu jiġi osservat li d-Deċiżjoni 2009/906 la tiddefinixxi l-espressjonijiet <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0007" ID="QS0007"/>kontroll operattiv<QUOT.END REF.START="QS0007" CODE="201D" ID="QE0007"/>, <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0008" ID="QS0008"/>livell strateġiku<QUOT.END REF.START="QS0008" CODE="201D" ID="QE0008"/> jew <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0009" ID="QS0009"/>fuq il-post<QUOT.END REF.START="QS0009" CODE="201D" ID="QE0009"/>, u lanqas ma tiddefinixxi t-termini <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0010" ID="QS0010"/>kmand<QUOT.END REF.START="QS0010" CODE="201D" ID="QE0010"/> jew <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0011" ID="QS0011"/>kontroll<QUOT.END REF.START="QS0011" CODE="201D" ID="QE0011"/>, għalkemm tużahom.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0048"><NO.P>48</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, mill-istruttura ġenerali tad-Deċiżjoni 2009/906 jirriżulta biss li l-Kap tal-EUPM għandu jeżerċita, inkwantu persuna responsabbli għal din l-EUPM <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0012" ID="QS0012"/>fuq il-post<QUOT.END REF.START="QS0012" CODE="201D" ID="QE0012"/>, il-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0013" ID="QS0013"/>kmand<QUOT.END REF.START="QS0013" CODE="201D" ID="QE0013"/> u l-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0014" ID="QS0014"/>kontroll<QUOT.END REF.START="QS0014" CODE="201D" ID="QE0014"/> tal-imsemmija missjoni, b’mod partikolari fuq il-persunal, il-gruppi u l-unitajiet ipprovduti <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0015" ID="QS0015"/>minn Stati kontribwenti<QUOT.END REF.START="QS0015" CODE="201D" ID="QE0015"/> li kienu ġew <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0016" ID="QS0016"/>allokati<QUOT.END REF.START="QS0016" CODE="201D" ID="QE0016"/> mill-Kmandant tal-Operazzjoni Ċivili. Barra minn hekk, il-Kap tal-EUPM kien inkarigat li jiżgura l-koordinazzjoni u l-amministrazzjoni ta’ kuljum tal-EUPM fil-Bosnja-Ħerzegovina, billi jagħti l-istruzzjonijiet kollha neċessarji lill-persunal <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0017" ID="QS0017"/>kollu<QUOT.END REF.START="QS0017" CODE="201D" ID="QE0017"/>, għat-twettiq effikaċi tal-imsemmija missjoni fuq il-post (ara, f’dan is-sens, is-sentenza fl-appell, punt 52).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0049"><NO.P>49</NO.P><TXT>F’dawn iċ-ċirkustanzi, sabiex jiġi ddeterminat min huwa awtorizzat iwettaq l-assenjazzjoni mill-ġdid tal-persunal tal-EUPM, għandhom jittieħdu inkunsiderazzjoni mhux biss it-termini tad-Deċiżjoni 2009/906, iżda wkoll il-kuntest tagħha u l-għanijiet imfittxija mil-leġiżlazzjoni li minnha hija tifforma parti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0050"><NO.P>50</NO.P><TXT>Fir-rigward tal-kuntest, huwa paċifiku li l-EUPM, stabbilita bl-Azzjoni Konġunta 2002/210, kienet l-ewwel missjoni ċivili tal-Unjoni organizzata fil-kuntest tal-politika Ewropea tagħha ta’ sigurtà u ta’ difiża (PESD), li saret il-politika ta’ sigurtà u ta’ difiża komuni (PSDK), inkwantu missjoni mhux eżekuttiva li għandha l-operazzjonijiet militari bħala mudell ta’ pjanifikazzjoni u ta’ kmand.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0051"><NO.P>51</NO.P><TXT>Mill-Azzjoni Konġunta 2002/210 jirriżulta li l-attivitajiet tal-EUPM kellhom jibdew biss fl-<DATE ISO="20030101">1 ta’ Jannar 2003</DATE>. Il-Kunsill għalhekk ippreveda li Tim tal-Ippjanar kellu jiġi stabbilit sa mhux iktar tard mill-<DATE ISO="20020401">1 ta’ April 2002</DATE> u li l-kap ta’ dan it-tim kellu jsir il-Kap tal-EUPM b’effett mill-<DATE ISO="20030101">1 ta’ Jannar 2003</DATE>. Dan tal-aħħar kellu, fil-frattemp, jgħin lis-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill ifassal il-Kunċett ta’ Operazzjonijiet (CONOPS) tal-missjoni. Sussegwentement, it-Tim tal-Ippjanar kellu jistabbilixxi l-Pjan ta’ Operazzjonijiet (OPLAN) u jiżviluppa l-istrumenti tekniċi kollha meħtieġa biex iwettaq l-EUPM. Il-Kunsill adotta, sussegwentement, il-CONOPS u l-OPLAN sabiex il-missjoni tkun tista’ tibda l-attivitajiet tagħha fid-data prevista.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0052"><NO.P>52</NO.P><TXT>Mill-Azzjoni Konġunta 2002/210 jirriżulta wkoll li, għall-perijodu tal-ewwel mandat tagħha, jiġifieri mill-2003 sal-2005, l-EUPM kienet komposta minn kwartier ġenerali ewlieni f’Sarajevo (il-Bosnja-Ħerzegovina) li fih kienu jaħdmu b’mod partikolari l-Kap tal-EUPM u numru mhux fiss ta’ Liaison Officers inkarigati mill-kuntatti ma organizzazzjonijiet internazzjonali oħra fuq il-post. Barra minn hekk, ġew stabbiliti ukoll unitajiet ta’ sorveljanza fi ħdan il-pulizija tal-Bosnja-Ħerzegovina <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0018" ID="QS0018"/>f’livell medju-għoli<QUOT.END REF.START="QS0018" CODE="201D" ID="QE0018"/>. Minbarra l-pulizija kkollokati mill-Istati Membri tal-Unjoni, l-EUPM setgħet tirrekluta, fuq bażi kuntrattwali, persunal ċivili internazzjonali u persunal lokali. L-Istati Membri jew l-istituzzjonijiet tal-Unjoni setgħu jipparteċipaw ukoll fil-missjoni billi jissekondaw persunal ċivili internazzjonali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0053"><NO.P>53</NO.P><TXT>Sussegwentement, l-EUPM kompliet il-missjoni tagħha b’mandat u b’daqs li kienu jinbidlu regolarment.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0054"><NO.P>54</NO.P><TXT>L-EUPM ġiet iddefinita mill-ġdid fl-2009 abbażi tal-Artikolu 28 u tal-Artikolu 43(2) TUE, bħala azzjoni operattiva tal-Unjoni deċiża u mmexxija fil-kuntest tal-PSDK, li tifforma parti integrali mill-PESK, bil-għan, essenzjalment, li tassisti l-Aġenziji għall-Infurzar tal-Liġi tal-Bosnja-Ħerzegovina fil-ġlieda tagħhom kontra l-kriminalità organizzata u l-korruzzjoni, hekk kif jirriżulta mill-ewwel paragrafu tal-Artikolu 2 tad-Deċiżjoni 2009/906.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0055"><NO.P>55</NO.P><TXT>Abbażi tat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 4(2) tad-Deċiżjoni 2009/906, il-Kunsill approva l-OPLAN il-ġdid tal-EUPM, li sussegwentement ġie aġġornat u emendat mill-KPS, konformement mat-tielet paragrafu tal-Artikolu 38 TUE, abbażi tat-tieni sentenza tal-Artikolu 10(1) tal-imsemmija deċiżjoni.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="5"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0056"><NO.P>56</NO.P><TXT>Fil-kuntest tal-mandat il-ġdid tagħha, l-EUPM kellha b’mod partikolari tenfasizza fuq l-Aġenziji għall-Infurzar tal-Liġi fil-livell Statali, fuq it-tisħiħ tal-interazzjoni bejn il-pulizija u l-prosekuturi u fuq il-kooperazzjoni reġjonali u internazzjonali. Barra minn hekk, l-istruttura tal-missjoni ġiet mibdula biex jiżdiedu, fil-Bosnja-Ħerzegovina, erba’ uffiċċji reġjonali f’Sarajevo, Banja Luka, Mostar u Tuzla, minbarra l-kwartier ġenerali u l-unitajiet stabbiliti fi ħdan id-dipartimenti tal-pulizija.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0057"><NO.P>57</NO.P><TXT>Huwa fid-dawl ta’ dan il-kuntest ġenerali, li fih ittieħdet id-Deċiżjoni tal-Kap tal-EUPM, li għandha tiġi evalwata l-kompetenza ta’ dan tal-aħħar biex jassenja mill-ġdid lir-rikorrenti mill-kwartier ġenerali ta’ Sarajevo għall-uffiċċju reġjonali ta’ Banja Luka.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0058"><NO.P>58</NO.P><TXT>Għandu qabel kollox jiġi osservat li, skont it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 24(1) TUE, <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0019" ID="QS0019"/>il-[PESK] hija suġġetta għal regoli u proċeduri speċifiċi [u] għandha tkun definita u implimentata mill-Kunsill Ewropew u mill-Kunsill li jaġixxu b’mod unanimu<QUOT.END REF.START="QS0019" CODE="201D" ID="QE0019"/>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0059"><NO.P>59</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward u fl-ewwel lok, huwa paċifiku li, fiż-żmien tal-ħolqien tal-EUPM, la l-Kapaċità Ċivili tal-Ippjanar u t-Tmexxija (CPCC), inkwantu unità inkarigata mill-pjanifikazzjoni, l-istabbiliment, it-tmexxija u l-evalwazzjoni tal-missjonijiet ċivili ta’ mmaniġġar ta’ kriżijiet li taqa taħt il-PSDK, u lanqas il-Kmandant tal-Operazzjoni Ċivili ma kienu jeżistu fi ħdan l-istruttura istituzzjonali tal-Unjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0060"><NO.P>60</NO.P><TXT>Kien fit-<DATE ISO="20070618">18 ta’ Ġunju 2007</DATE> li l-Kunsill approva il-Linji Gwida għall-Istruttura ta’ Kmand u Kontroll għall-Operazzjonijiet Ċivili ta’ l-UE fl-Immaniġġar ta’ Kriżijiet (iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0020" ID="QS0020"/>Linji gwida għall-istruttura ta’ kmand u kontroll<QUOT.END REF.START="QS0020" CODE="201D" ID="QE0020"/>), li kienu b’mod partikolari jipprevedu li Kmandant tal-Operazzjoni Ċivili kellu jeżerċita l-kmand u l-kontroll fil-livell strateġiku għall-ippjanar u t-tmexxija tal-operazzjonijiet kollha tal-immaniġġar ta’ kriżijiet, taħt il-kontroll politiku u d-direzzjoni strateġika tal-Kumitat Politiku u ta’ Sigurtà (KPS) u taħt l-awtorità ġenerali tar-Rappreżentant Għoli (RG), u li d-Direttur taċ-CPCC stabbilita fis-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill ser ikun il-Kmandant tal-Operazzjoni Ċivili għal kull operazzjoni ċivili tal-immaniġġar ta’ kriżijiet.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0061"><NO.P>61</NO.P><TXT>Għalhekk, għall-operazzjonijiet ċivili kollha, il-Kmandant huwa d-Direttur taċ-CPCC u huwa sostnut fuq il-post mill-Kap tal-EUPM, li għandu l-attributi klassiċi kollha ta’ kontroll u ta’ kmand fuq il-persunal mqiegħed taħt l-ordnijiet tiegħu. Il-linja ta’ kmand hija unifikata mal-KPS, li jiżgura d-direzzjoni strateġika u l-kontroll politiku tal-operazzjoni, mqiegħda taħt l-awtorità tal-Kunsill.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0062"><NO.P>62</NO.P><TXT>F’dan il-kuntest, id-Direttur taċ-CPCC ġie maħtur Kmandant tal-Operazzjoni Ċivili tal-EUPM, fl-Artikolu 5 tal-Azzjoni Konġunta 2007/749/PESK tal-Kunsill, tad-<DATE ISO="20071119">19 ta’ Novembru 2007</DATE>, dwar il-Missjoni tal-Pulizija ta’ l-Unjoni Ewropea (EUPM) fil-Bosnja u Ħerzegovina (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="303" PAGE.FIRST="40" DATE.PUB="2007">ĠU 2007, L 303, p. 40</REF.DOC.OJ>), li permezz tagħha l-EUPM ġiet estiża b’effett mill-<DATE ISO="20080101">1 ta’ Jannar 2008</DATE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0063"><NO.P>63</NO.P><TXT>Minn qari flimkien tal-Artikoli 5(1) u (4) tal-Azzjoni Konġunta 2007/749 u tad-Deċiżjoni 2009/906 jirriżulta li l-awtoritajiet nazzjonali ttrasferixxew lill-Kmandant tal-Operazzjoni Ċivili tal-EUPM il-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0021" ID="QS0021"/>kontroll operattiv<QUOT.END REF.START="QS0021" CODE="201D" ID="QE0021"/> tal-persunal, tal-gruppi u tal-unitajiet tagħhom, li jirrappreżentaw il-kontribuzzjoni tagħhom.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0064"><NO.P>64</NO.P><TXT>Barra minn hekk, minn qari flimkien tal-Artikoli 5 u 6 tad-Deċiżjoni 2009/906 jirriżulta li l-Kmandant tal-Operazzjoni Ċivili kien jeżerċita l-kmand u l-kontroll tal-EUPM <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0022" ID="QS0022"/>fil-livell strateġiku<QUOT.END REF.START="QS0022" CODE="201D" ID="QE0022"/>, filwaqt li l-Kap tal-EUPM kien jeżerċitahom <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0023" ID="QS0023"/>fuq il-post<QUOT.END REF.START="QS0023" CODE="201D" ID="QE0023"/>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0065"><NO.P>65</NO.P><TXT>Fit-tieni lok, huwa wkoll paċifiku li, fil-każ tal-missjonijiet u tal-operazzjonijiet klassiċi li jaqgħu taħt il-PSDK, imwettqa abbażi tal-Artikolu 43 TUE, il-pjanifikazzjoni u l-eżekuzzjoni jitwettqu fi ħdan is-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna (SEAE), konformement mal-proċeduri ta’ mmaniġġar ta’ kriżi. Abbażi tal-imsemmija proċeduri, huwa s-SEAE li għandu b’mod partikolari jelabora d-dokumenti ta’ pjanifikazzjoni, bħall-Kunċett tal-Operazzjonijiet (CONOPS) u l-OPLAN u li għandu jiddefinixxi l-kundizzjonijiet ta’ implementazzjoni u r-responsabbiltà tal-proċess ta’ kostituzzjoni tal-forzi. Huwa l-Kunsill li għandu, sussegwentement, japprovahom.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="6"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0066"><NO.P>66</NO.P><TXT>F’dawn iċ-ċirkustanzi, għandu jitqies li, sa fejn id-Deċiżjoni 2009/906 ma tinkludix dispożizzjonijiet espliċiti fir-rigward tal-persuna kompetenti fil-qasam ta’ assenjazzjoni mill-ġdid tal-persunal tal-EUPM fi ħdanha, din hija kkompletata mill-OPLAN u mill-Linji gwida għall-istruttura ta’ kmand u kontroll.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0067"><NO.P>67</NO.P><TXT>Issa, skont it-tieni paragrafu tal-punt 5.3 tal-OPLAN tal-2009, hekk kif prodott mill-Kunsill, wara miżura ta’ organizzazzjoni tal-proċedura, f’verżjoni parzjalment deklassifikata, <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0024" ID="QS0024"/>il-Kap ta’ missjoni għandu l-awtorità aħħarija biex jaħtar il-persunal u r-responsabbiltà ġenerali biex jallokah<QUOT.END REF.START="QS0024" CODE="201D" ID="QE0024"/> [traduzzjoni mhux uffiċjali]. Fit-tielet paragrafu tal-istess punt hemm previsti l-kriterji għall-mili tal-pożizzjonijiet fl-EUPM, li fosthom hemm il-bżonnijiet ta’ din tal-aħħar. Bl-istess mod, il-kompetenza tal-Kap tal-EUPM fir-rigward tal-assenjazzjoni tal-persunal tiegħu tirriżulta wkoll minn qari tal-Anness M tal-OPLAN, intitolat <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0025" ID="QS0025"/>Amministrazzjoni tal-persunal<QUOT.END REF.START="QS0025" CODE="201D" ID="QE0025"/> [traduzzjoni mhux uffiċjali], li jindika fid-dettall il-kundizzjonijiet tal-impjieg u l-kompetenzi tal-Kap tal-missjoni f’dan ir-rigward, billi jipprevedi li <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0026" ID="QS0026"/>l-Kap ta’ missjoni għandu l-awtorità aħħarija biex jaħtar il-persunal u r-responsabbiltà ġenerali biex jallokah, it-tnejn li huma fuq livell internazzjonali u fuq livell lokali<QUOT.END REF.START="QS0026" CODE="201D" ID="QE0026"/> [traduzzjoni mhux uffiċjali]. Fl-aħħar nett, fl-Anness D tal-OPLAN, intitolat <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0027" ID="QS0027"/>Proċeduri ta’ funzjonament standard<QUOT.END REF.START="QS0027" CODE="201D" ID="QE0027"/> [traduzzjoni mhux uffiċjali], fit-tielet paragrafu tal-punt 2, li jirrigwarda l-assenjazzjoni, hemm speċifikat li <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0028" ID="QS0028"/>d-deċiżjonijiet ta’ assenjazzjoni u/jew ta’ assenjazzjoni mill-ġdid fil-missjoni jaqgħu taħt ir-responsabbiltà tal-Kap tal-mission<QUOT.END REF.START="QS0028" CODE="201D" ID="QE0028"/> [traduzzjoni mhux uffiċjali].</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0068"><NO.P>68</NO.P><TXT>Barra minn hekk, skont il-punt 6(1)(ċ) tal-Linji gwida għall-istruttura ta’ kmand u kontroll, il-kontroll operattiv (OPCON) kien iddefinit bħala <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0029" ID="QS0029"/>l-awtorità mogħtija lil persuna responsabbli għall-PSDK fir-rigward tal-individwi, tal-gruppi u tal-unitajiet allokati sabiex hija tkun tista’ twettaq missjonijiet speċifiċi jew xogħlijiet li huma ġeneralment limitati mill-funzjoni, mill-ħin jew mill-post; sabiex tassenjahom u biex tippreżerva jew tiddelega l-kontroll operattiv jew il-kmand tekniku jew il-kontroll li jista’ jitqies neċessarju<QUOT.END REF.START="QS0029" CODE="201D" ID="QE0029"/> [traduzzjoni mhux uffiċjali].</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0069"><NO.P>69</NO.P><TXT>Minn dan isegwi li l-kontroll operattiv, eżerċitat <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0030" ID="QS0030"/>fuq il-post<QUOT.END REF.START="QS0030" CODE="201D" ID="QE0030"/> mill-Kap tal-mission, jimplika neċessarjament il-possibbiltà li dan tal-aħħar jadotta deċiżjonijiet, inklużi dwar assenjazzjoni mill-ġdid tal-persunal, fl-iqsar terminu possibbli, u li jissuġġetta lill-persunal ikkollokat mill-Istati Membri għall-imsemmija deċiżjonijiet, għall-finijiet tat-twettiq tal-missjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0070"><NO.P>70</NO.P><TXT>Fid-dawl tad-dispożizzjonijiet imsemmija fil-punti 64, 67 sa 69 iktar ’il fuq, għandu jitqies li huwa l-Kmandant tal-Operazzjoni Ċivili, li jeżerċita, taħt il-kontroll politiku u d-direzzjoni strateġika tal-Kumitat Politiku u ta’ Sigurtà (KPS) u taħt l-awtorità ġenerali tar-Rappreżentant Għoli (RG), il-kmand u l-kontroll, fil-livell strateġiku, għall-pjanifikazzjoni u t-tmexxija tal-missjonijiet ċivili kollha fil-kuntest tal-PSDK u li huwa l-kmandant ġenerali tal-kapijiet kollha ta’ missjonijiet ċivili, li għandu l-kompetenza li jassenja l-persunal għal kull missjoni ċivili tal-Unjoni, fis-sens tal-Artikolu 6(2) tad-Deċiżjoni 2009/906. Min-naħa l-oħra, fi ħdan kull missjoni, huwa biss il-Kap tal-EUPM li għandu l-kompetenza ta’ assenjazzjoni u ta’ assenjazzjoni mill-ġdid tal-persunal.</TXT><P>[<HT TYPE="ITALIC">omissis</HT>]</P></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="5"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="ITALIC">2)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="ITALIC">Fuq it-tieni parti, ibbażata fuq l-assenza ta’ konsultazzjoni tal-Istat Membru ta’ oriġini qabel it-teħid tad-deċiżjoni ta’ assenjazzjoni mill-ġdid</HT></TXT></NP></TI><STI><P>[<HT TYPE="ITALIC">omissis</HT>]</P></STI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0075"><NO.P>75</NO.P><TXT>Fl-ewwel lok, fir-rigward tal-argument tar-rikorrenti li jgħid li l-Kap tal-EUPM wettaq żball proċedurali meta adotta d-Deċiżjoni 2009/906 mingħajr ma kkonsulta lill-Istat Membru ta’ oriġini tagħha, għandu qabel kollox jiġi osservat li r-rikorrenti ma tindika l-ebda dispożizzjoni li timponi n-neċessità ta’ tali konsultazzjoni.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="7"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0076"><NO.P>76</NO.P><TXT>Wara dan, għandu jiġi kkonstatat li la l-kliem u lanqas l-ispirtu tad-Deċiżjoni 2009/906 u tal-OPLAN ma jimponu fuq il-Kap tal-EUPM l-obbligu li l-ewwel jikkonsulta mal-awtorità tal-oriġini qabel ma jadotta deċiżjoni ta’ assenjazzjoni mill-ġdid tal-persunal kkollokat mill-Istati Membri.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0077"><NO.P>77</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, għandu jitfakkar li, konformement mal-Artikolu 7(2) u (3) tad-Deċiżjoni 2009/906, l-EUPM għandu persunal li huwa jew irreklutat, jew fuq bażi kuntrattwali, jew ikkollokat minn istituzzjoni tal-Unjoni, jew ikkollokat minn Stat Membru. F’dak li jirrigwarda speċifikament il-persunal ikkollokat mill-Istati Membri, mit-tieni sentenza tal-Artikolu 5(4) tad-Deċiżjoni 2009/906, kif ukoll mill-punt 5.2 tal-OPLAN, jirriżulta li l-awtoritajiet nazzjonali ttrasferixxew il-kontroll operattiv tal-persunal, tal-gruppi u tal-unitajiet tagħhom lill-Kmandant tal-Operazzjoni Ċivili u mill-Artikolu 6(2) tal-istess deċiżjoni jirriżulta li l-imsemmi kontroll operattiv kien eżerċitat <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0031" ID="QS0031"/>fuq il-post<QUOT.END REF.START="QS0031" CODE="201D" ID="QE0031"/> mill-Kap tal-missjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0078"><NO.P>78</NO.P><TXT>Issa, kif ġie espost fil-punt 69 iktar ’il fuq, mill-punt 6(1)(c) tal-Linji gwida għall-istruttura ta’ kmand u kontroll jirriżulta li l-kontroll operattiv jimplika neċessarjament il-possibbiltà li l-Kap tal-EUPM jadotta deċiżjonijiet, inklużi dwar assenjazzjoni mill-ġdid tal-persunal, fl-iqsar terminu possibbli, u li jissuġġetta lill-persunal ikkollokat mill-Istati Membri għall-imsemmija deċiżjonijiet, għall-finijiet tat-twettiq tal-missjoni. Din in-natura operattiva hija, għalhekk, inkompatibbli ma proċedura ta’ konsultazzjoni minn qabel tal-awtorità ta’ oriġini, bħal dik invokata mir-rikorrenti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0079"><NO.P>79</NO.P><TXT>Barra minn hekk, konformement mar-regoli li jirregolaw il-missjonijiet tal-PSDK, ir-rikorrenti ġiet mitluba tagħti l-kunsens espliċitu tagħha li sservi l-missjoni f’pożizzjoni oħra għajr dik li għaliha hija kienet tefgħet il-kandidatura tagħha u, konsegwentement, l-att ta’ kandidatura li hija kienet imliet u ffirmat fl-<DATE ISO="20081110">10 ta’ Novembru 2008</DATE> għall-pożizzjoni li minnha hija kienet ġiet assenjata mill-ġdid jinkludi dan il-kunsens. Bil-kontra ta’ dak li sostniet ir-rikorrenti matul is-seduta, mill-imsemmi att ta’ kandidatura ma jirriżultax li l-kunsens tagħha kien limitat biss għall-funzjonijiet l-oħra eżerċitati fi ħdan il-kwartier ġenerali ewlieni f’Sarajevo u kien jeskludi l-istrutturi l-oħra tal-EUPM.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0080"><NO.P>80</NO.P><TXT>Għandu jiġi kkonstatat li mid-dispożizzjonijiet tad-Deċiżjoni 2009/906 jirriżulta li l-membri tal-persunal ikkollokati mill-Istati Membri u dawk ikkollokati mill-istituzzjonijiet tal-Unjoni kienu suġġetti għall-istess regoli f’dak li jirrigwarda l-eżerċizzju tal-funzjonijiet tagħhom <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0032" ID="QS0032"/>fuq il-post<QUOT.END REF.START="QS0032" CODE="201D" ID="QE0032"/> (ara, f’dan is-sens, is-sentenza fl-appell, punt 50).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0081"><NO.P>81</NO.P><TXT>Konsegwentement, ma hemm xejn li jippermetti li jiġi deċiż li trattament iddifferenzjat tal-persunal ikkollokat mill-Istati Membri meta mqabbel ma dak ikkollokat mill-istituzzjonijiet tal-Unjoni, fil-livell ta’ proċedura ta’ assenjazzjoni mill-ġdid <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0033" ID="QS0033"/>fuq il-post<QUOT.END REF.START="QS0033" CODE="201D" ID="QE0033"/>, huwa kompatibbli mal-operazzjonijiet ta’ mmaniġġar ta’ kriżi mmexxija mill-EUPM.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0082"><NO.P>82</NO.P><TXT>Fit-tieni lok, fir-rigward tal-argument li jgħid li r-rikorrenti ma setgħetx tiġi assenjata mill-ġdid, b’applikazzjoni ta’ dispożizzjoni espliċita tal-Kostituzzjoni Taljana intiża li tiggarantixxi l-imparzjalità tal-imħallfin fl-eżerċizzju tal-funzjonijiet tagħhom, għandu qabel kollox jiġi enfasizzat li din ma tindikax fuq liema dispożizzjoni tal-Kostituzzjoni Taljana hija qed tibbaża dan l-argument. Jekk jitqies li r-rikorrenti qed tagħmel riferiment għall-garanzija ta’ invjolabbiltà tal-imħallfin prevista fl-Artikolu 107 tal-Kostituzzjoni Taljana, li abbażi tagħha mħallef ma jistax jiġi assenjat mill-ġdid mingħajr il-kunsens tiegħu jew mingħajr ma tkun ġiet segwita proċedura speċifika, għandu jitqies li l-imsemmija garanzija ma hijiex applikabbli f’dan il-każ.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0083"><NO.P>83</NO.P><TXT>Fil-fatt, l-ewwel nett, ir-rikorrenti ma kinitx assenjata biex teżerċita l-funzjoni tagħha ta’ prokuratur fi ħdan l-EUPM, iżda l-funzjoni ta’ konsulent legali li għaliha l-esperjenza professjonali tagħha bħala prokuratur kienet tqieset rilevanti. Barra minn hekk, ir-rikorrenti żammet l-istatut ta’ mħallef abbażi tad-dritt nazzjonali biss fir-rigward tal-awtoritajiet nazzjonali. Ladarba ġiet ikkollokata mal-EUPM, l-istatus tagħha fi ħdan din tal-aħħar ma kienx l-istatus ta’ mħallef, iżda dak ta’ aġent nazzjonali kkollokat.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="8"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0084"><NO.P>84</NO.P><TXT>It-tieni nett, meta r-rikorrenti tefgħet il-kandidatura tagħha għal pożizzjoni f’korp internazzjonali, li l-organizzazzjoni u r-regoli ta’ funzjonament tiegħu huma indipendenti mill-kontroll tal-istat ta’ oriġini tagħha, hija impliċitament tat il-kunsens tagħha li tissuġġetta ruħha għar-regoli speċifiċi tal-imsemmi organiżmu.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0085"><NO.P>85</NO.P><TXT>Minn dak kollu li ġie espost iktar ’il fuq jirriżulta li t-tieni parti tal-ewwel motiv għandha tiġi miċħuda u, għaldaqstant, l-ewwel motiv għandu jiġi miċħud fit-totalità tiegħu.</TXT><P>[<HT TYPE="ITALIC">omissis</HT>]</P></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ></GR.SEQ></GR.SEQ></GR.SEQ><JURISDICTION><INTRO><P>Għal dawn il-motivi,</P><P>IL-QORTI ĠENERALI (Is-Sitt Awla)</P><P>taqta’ u tiddeċiedi:</P></INTRO><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">1)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Ir-rikors huwa miċħud.</HT></TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">2)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">H hija kkundannata għall-ispejjeż.</HT></TXT></NP></ITEM></LIST></JURISDICTION></CONTENTS.JUDGMENT><SIGNATURE.CASE><SIGNATORY><P>Berardis</P></SIGNATORY><SIGNATORY><P>Papasavvas</P></SIGNATORY><SIGNATORY><P>Spineanu-Matei</P></SIGNATORY><P>Mogħtija f’qorti bil-miftuħ fil-Lussemburgu, fil-<DATE ISO="20180411">11 ta’ April 2018</DATE>.</P><SIGNATORY><P>Firem</P></SIGNATORY></SIGNATURE.CASE><?PAGE NO="9"?><TOC><TITLE><TI><P>Werrej</P></TI></TITLE><TOC.BLK><TOC.BLK><TOC.ITEM><NO.ITEM>I.</NO.ITEM><ITEM.CONT>Il-fatti li wasslu għall-kawża</ITEM.CONT><ITEM.REF>2</ITEM.REF></TOC.ITEM></TOC.BLK><TOC.BLK><TOC.ITEM><NO.ITEM>II.</NO.ITEM><ITEM.CONT>Il-Proċedura quddiem il-Qorti Ġenerali u l-Qorti tal-Ġustizzja qabel ma l-kawża ntbagħtet lura</ITEM.CONT><ITEM.REF>2</ITEM.REF></TOC.ITEM></TOC.BLK><TOC.BLK><TOC.ITEM><NO.ITEM>V.</NO.ITEM><ITEM.CONT>Id-dritt</ITEM.CONT><ITEM.REF>3</ITEM.REF></TOC.ITEM><TOC.BLK><TOC.ITEM><NO.ITEM>B.</NO.ITEM><ITEM.CONT>Fuq it-talba għal annullament</ITEM.CONT><ITEM.REF>3</ITEM.REF></TOC.ITEM><TOC.BLK><TOC.ITEM><NO.ITEM>2.</NO.ITEM><ITEM.CONT>Fuq il-mertu</ITEM.CONT><ITEM.REF>3</ITEM.REF></TOC.ITEM><TOC.BLK><TOC.ITEM><NO.ITEM>a)</NO.ITEM><ITEM.CONT>Fuq l-ewwel motiv, ibbażat fuq ksur tad-dispożizzjonijiet tad-Deċiżjoni 2009/906</ITEM.CONT><ITEM.REF>3</ITEM.REF></TOC.ITEM><TOC.BLK><TOC.ITEM><NO.ITEM>1)</NO.ITEM><ITEM.CONT>Fuq l-ewwel parti, ibbażata fuq in-nuqqas ta’ kompetenza tal-Kap tal-EUPM biex jadotta deċiżjonijiet marbuta mal-assenjazzjoni mill-ġdid tal-persunal</ITEM.CONT><ITEM.REF>3</ITEM.REF></TOC.ITEM><TOC.ITEM><NO.ITEM>2)</NO.ITEM><ITEM.CONT>Fuq it-tieni parti, ibbażata fuq l-assenza ta’ konsultazzjoni tal-Istat Membru ta’ oriġini qabel it-teħid tad-deċiżjoni ta’ assenjazzjoni mill-ġdid</ITEM.CONT><ITEM.REF>6</ITEM.REF></TOC.ITEM></TOC.BLK></TOC.BLK></TOC.BLK></TOC.BLK></TOC.BLK></TOC.BLK></TOC></JUDGMENT>