02011R0169 — MT — 19.02.2019 — 002.001


Dan it-test hu maħsub purament bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u m’għandu l-ebda effett legali. L-istituzzjonijiet tal-Unjoni m'għandhom l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu. Il-verżjonijiet awtentiċi tal-atti rilevanti, inklużi l-preamboli tagħhom, huma dawk ippubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u disponibbli f’EUR-Lex. Dawk it-testi uffiċjali huma aċċessibbli direttament permezz tal-links inkorporati f’dan id-dokument

►B

REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 169/2011

tat-23 ta’ Frar 2011

li jikkonċerna l-awtorizzazzjoni tad-diklażuril bħala addittiv fl-għalf għall-farawni (detentur tal-awtorizzazzjoni Janssen Pharmaceutica N.V.)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

(ĠU L 049 24.2.2011, p. 6)

Emendat bi:

 

 

Il-Ġurnal Uffiċjali

  Nru

Paġna

Data

 M1

REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 160/2013 tal-21 ta’ Frar 2013

  L 49

50

22.2.2013

►M2

REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2019/138 tad-29 ta' Jannar 2019

  L 26

1

30.1.2019




▼B

REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 169/2011

tat-23 ta’ Frar 2011

li jikkonċerna l-awtorizzazzjoni tad-diklażuril bħala addittiv fl-għalf għall-farawni (detentur tal-awtorizzazzjoni Janssen Pharmaceutica N.V.)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)



Artikolu 1

Is-sustanza speċifikata fl-Anness, li tifforma parti mill-kategorija ta’ addittivi “koċċidjostatiċi u istomonostatiċi” hija awtorizzata bħala addittiv fl-għalf tal-annimali suġġetta għall-kundizzjonijiet stipulati f’dak l-Anness.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.




ANNESS



Numru ta’ identifikazzjoni tal-addittiv

Isem id-detentur tal-awtorizzazzjoni

Addittiv

(Isem kummerċjali)

Kompożizzjoni, formula kimika, deskrizzjoni, metodu analitiku

Speċi jew kategorija tal-annimal

Età massima

Kontenut minimu

Kontenut massimu

Dispożizzjonijiet oħra

Tmiem il-perjodu ta’ awtorizzazzjoni

Limiti Massimi ta’ Residwu (LMRs) fl-għalf rilevanti li joriġina mill-annimali

mg ta’ sustanza attiva/kg ta’ għalf sħiħ b’kontenut ta’ umdità ta’ 12 %

Koċċidjostatiċi u istomonostatiċi

5 1 771

►M2  Elanco GmbH ◄

Diklażuril 0,5 g/100 g

(Klinakoss 0,5 %)

Il-kompożizzjoni tal-addittiv

Diklażuril: 0,50 g/100 g.

Ikel magħmul minn estratt tas-soja nieqes mill-proteini:

99,25 g/100 g

Polividon K 30: 0,20 g/100 g

Idrossidu tas-sodju: 0,05 g/100 g

Karatterizzazzjoni tas-sustanza attiva

Diklażuril, C17H9Cl3N4O2,

(±)-4-klorofenil[2,6-dikloro4-

(2,3,4,5-tetraidro-3,5-diosso-1,2,4-triażin-2-il)fenil]aċetonitril,

Numru CAS: 101831-37-2

Impuritajiet relatati:

Kompost ta’ degradazzjoni (R064318): ≤ 0,1 %

Impuritajiet relatati oħra (T001434, R066891, R068610, R070156, R070016):

≤ 0.5 % individwalment

Impuritajiet totali: ≤ 1,5 %

Metodu analitiku 1 (1)

Għad-determinazzjoni ta’ diklażuril fl-għalf: kromatografija likwida ta’ prestazzjoni għolja ta’ fażi invertita (HPLC) b’użu ta’ Detezzjoni ultravjola b’280 nm (ir-Regolament (KE) Nru 152/2009)

Għad-determinazzjoni ta’ diklażuril fit-tessuti tat-tjur tal-irziezet: L-HPLC flimkien ma’ spettrometru tal-massa (MS/MS) kwadrupolu triplu b’użu ta’ jone prekursur wieħed u żewġ joni ffurmati bħala prodott ta’ reazzjoni.

Farawni

—

1

1

1.  L-addittiv għandu jiġi inkorporat fl-għalf kompost f’forma ta’ taħlita minn qabel.

2.  Id-diklażuril ma għandux jitħallat ma’ koċċidijostati oħrajn.

3.  Għas-sigurtà: għandhom jintlibsu xi ħaġa għall-protezzjoni tan-nifs, nuċċali u ingwanti waqt l-immaniġġjar

4.  Id-detentur tal-awtorizzazzjoni għandu jwettaq programm ta’ monitoraġġ ta’ wara t-tqegħid fis-suq dwar ir-reżistenza għall-batterji u l-Eimeria spp.

Is-16 ta’ Marzu 2021

1 500 μg ta’ diklażuril/kg ta’ fwied imxarrab

1 000 μg ta’ diklażuril/kg ta’ kilwa mxarrba

500 μg ta’ diklażuril/kg ta’ muskolu mxarrab

500 μg ta’ diklażuril/kg ta’ ġilda/xaħam imxarrab

(1)   Dettalji tal-metodi analitiċi huma disponibbli fl-indirizz li ġej tal-Laboratorju Komunitarju ta’ Referenza: www.irmm.jrc.be/crl-feed-additives