|
6.10.2011 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 262/58 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE
Nru 86/2011
tal-1 ta’ Lulju 2011
li temenda l-Anness XX (Ambjent) tal-Ftehim taż-ŻEE
IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,
Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif emendat mill-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, minn issa ’l quddiem imsejjaħ “il-Ftehim”, u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,
Billi:
|
(1) |
L-Anness XX tal-Ftehim kien emendat bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 57/2011 tal-20 ta’ Mejju 2011 (1). |
|
(2) |
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 748/2009 tal-5 ta’ Awwissu 2009 dwar il-lista ta’ operaturi ta’ inġenji tal-ajru li wettqu attività ta’ avjazzjoni elenkata fl-Anness I għad-Direttiva 2003/87/KE fl-1 ta’ Jannar 2006 jew wara, li tispeċifika l-Istat Membru ta’ amministrazzjoni għal kull operatur ta’ inġenji tal-ajru (2) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim. |
|
(3) |
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 394/2011 tal-20 ta’ April 2011 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 748/2009 dwar il-lista ta’ operaturi ta’ inġenji tal-ajru li wettqu attività ta’ avjazzjoni elenkata fl-Anness I għad-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fl-1 ta’ Jannar 2006 jew wara, li tispeċifika l-Istat Membru ta’ amministrazzjoni għal kull operatur ta’ inġenji tal-ajru fir-rigward tal-espansjoni tal-iskema tal-UE għall-iskambju tal-kwoti ta’ emissjonijiet għall-pajjiżi taż-ŻEE-EFTA (3), għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Il-punt li ġej għandu jiddaħħal wara l-punt 21ar (Direttiva 2001/81/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill) fl-Anness XX mal-Ftehim:
|
“21as. |
32009 R 0748: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 748/2009 tal-5 ta’ Awwissu 2009 dwar il-lista ta’ operaturi ta’ inġenji tal-ajru li wettqu attività ta’ avjazzjoni elenkata fl-Anness I għad-Direttiva 2003/87/KE fl-1 ta’ Jannar 2006 jew wara, li tispeċifika l-Istat Membru ta’ amministrazzjoni għal kull operatur ta’ inġenji tal-ajru (ĠU L 219, 22.8.2009, p. 1), kif emendat minn:
|
Artikolu 2
It-testi tar-Regolamenti (KE) Nru 748/2009 u (UE) Nru 394/2011 bl-Islandiż u n-Norveġiż, li għandhom jiġu pubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu awtentiċi.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fit-2 ta’ Lulju 2011, sakemm in-notifiki kollha taħt l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ikunu saru lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE (*1).
Artikolu 4
Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fis-Sezzjoni taż-ŻEE, u fis-Suppliment taż-ŻEE, ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Magħmul fi Brussell, l-1 ta’ Lulju 2011.
Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE
Il-President
Kurt JÄGER
(1) ĠU L 196, 28.7.2011, p. 39.
(2) ĠU L 219, 22.8.2009, p. 1.
(3) ĠU L 107, 27.4.2011, p. 1.
(*1) L-ebda rekwiżiti kostituzzjonali ma huma indikati.