|
11.4.2019 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
LI 100/20 |
REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2019/591
tal-11 ta’ April 2019
li jemenda l-Anness V tar-Regolament (KE) Nru 136/2004 fir-rigward tal-inklużjoni tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta' Fuq u ta' wħud mid-Dipendenzi tal-Kuruna tiegħu fil-lista ta' pajjiżi terzi u territorji awtorizzati għall-introduzzjoni fl-Unjoni ta' kunsinni tal-ħuxlief u tat-tiben
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 97/78/KE tat-18 ta' Diċembru 1997 li tistabbilixxi l-prinċipji li jirregolaw l-organizzazzjoni tal-verifiki veterinarji fuq prodotti li jidħlu fil-Komunità minn pajjiżi terzi (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 19(1) tagħha,
Billi:
|
(1) |
Fid-29 ta' Marzu 2017, ir-Renju Unit issottometta n-notifika tal-intenzjoni tiegħu li joħroġ mill-Unjoni skont l-Artikolu 50 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea (TUE). Fit-22 ta' Marzu 2019, il-Kunsill Ewropew adotta d-Deċiżjoni (UE) 2019/476 (2) li testendi l-perjodu taħt l-Artikolu 50(3) tat-TUE bi qbil mar-Renju Unit. F'konformità ma' dik id-Deċiżjoni, f'każ li l-Ftehim dwar il-Ħruġ ma jiġix approvat mill-House of Commons sad-29 ta' Marzu 2019 l-aktar tard, il-perjodu previst fl-Artikolu 50(3) tat-TUE jiġi estiż sat-12 ta' April 2019. Billi l-Ftehim dwar il-Ħruġ ma ġiex approvat sad-29 ta' Marzu 2019, id-dritt tal-Unjoni mhux se jibqa' japplika għar-Renju Unit u fih mit-13 ta' April 2019 (“id-data ta' ħruġ”). |
|
(2) |
Id-Direttiva tal-Kunsill 97/78/KE tistabbilixxi l-prinċipji li jirregolaw l-organizzazzjoni tal-verifiki veterinarji fuq prodotti li jidħlu fl-Unjoni minn pajjiżi terzi. L-Artikolu 19(1) ta' dik id-Direttiva jipprevedi li l-Kummissjoni trid tfassal lista ta' prodotti tal-pjanti li jridu jkunu soġġetti għal verifiki veterinarji fuq il-fruntiera billi dawn jistgħu jippreżentaw riskju tat-tixrid fl-Unjoni ta' mard tal-annimali infettiv jew li jittieħed, kif ukoll lista ta' pajjiżi terzi li jistgħu jkunu awtorizzati li jesportaw dawk il-prodotti tal-pjanti fl-Unjoni. |
|
(3) |
Għaldaqstant, l-Anness IV tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 136/2004 (3) jelenka t-tiben u l-ħuxlief bħala prodotti tal-pjanti soġġetti għall-kontrolli veterinarji fuq il-fruntieri, filwaqt li l-Anness V ta' dak ir-Regolament jelenka l-pajjiżi li minnhom l-Istati Membri huma awtorizzati jimportaw il-ħuxlief u t-tiben. |
|
(4) |
Ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta' Fuq ipprovda l-garanziji neċessarji sabiex dak il-pajjiż u wħud mid-Dipendenzi tal-Kuruna tiegħu jikkonformaw mal-kundizzjonijiet stabbiliti fir-Regolament (KE) Nru 136/2004 għall-introduzzjoni fl-Unjoni ta' kunsinni ta' komoditajiet tal-ħuxlief u tat-tiben mid-data tal-ħruġ billi jkompli jikkonforma mal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni għal perjodu inizjali ta' mill-inqas disa' xhur. |
|
(5) |
Għalhekk, meta jitqiesu dawn il-garanziji speċifiċi pprovduti mir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta' Fuq, u sabiex jiġi evitat tfixkil bla bżonn tal-kummerċ wara d-data tal-ħruġ, ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta' Fuq u wħud mid-Dipendenzi tal-Kuruna jenħtieġ li jiġi inkluż fil-lista ta' pajjiżi stabbilita fl-Anness V tar-Regolament (KE) Nru 136/2004 awtorizzat għall-introduzzjoni fl-Unjoni ta' kunsinni tal-ħuxlief u tat-tiben. |
|
(6) |
Għalhekk, jenħtieġ li l-Anness V tar-Regolament (KE) Nru 136/2004 jiġi emendat skont dan. |
|
(7) |
Dan ir-Regolament jenħtieġ li japplika mit-13 ta' April 2019, sakemm f'dik id-data d-dritt tal-Unjoni ma jibqax japplika għar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta' Fuq u fih. |
|
(8) |
Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-Anness V tar-Regolament (KE) Nru 136/2004 għandu jiġi emendat skont l-Anness ta' dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Għandu japplika mit-13 ta' April 2019.
Madankollu, m'għandux japplika jekk, f'dik id-data, id-dritt tal-Unjoni jibqa' japplika għar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta' Fuq u fih.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, il-11 ta’ April 2019.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Jean-Claude JUNCKER
(2) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill Ewropew (UE) 2019/476 meħuda bi qbil mar-Renju Unit, tat-22 ta' Marzu 2019 li testendi l-perijodu taħt l-Artikolu 50(3) TUE (ĠU L 80 I, 22.3.2019, p. 1).
(3) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 136/2004 tat-22 ta' Jannar 2004 li jistabbilixxi proċeduri għal kontrolli veterinarji f'postijiet ta' spezzjoni fuq il-fruntieri tal-Komunità fuq prodotti importati minn pajjiżi terzi (ĠU L 21, 28.1.2004, p. 11).
ANNESS
L-Anness V tar-Regolament (KE) Nru 136/2004 huwa emendat kif ġej:
|
(a) |
il-linji li ġejjin jiddaħħlu wara l-entrata taċ-Ċilì:
|
|
(b) |
il-linja li ġejja tiddaħħal wara l-entrata ta' Iceland:
|