02018R1032 — MT — 23.07.2018 — 000.001
Dan it-test hu maħsub purament bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u m’għandu l-ebda effett legali. L-istituzzjonijiet tal-Unjoni m'għandhom l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu. Il-verżjonijiet awtentiċi tal-atti rilevanti, inklużi l-preamboli tagħhom, huma dawk ippubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u disponibbli f’EUR-Lex. Dawk it-testi uffiċjali huma aċċessibbli direttament permezz tal-links inkorporati f’dan id-dokument
|
REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2018/1032 tal-20 ta' Lulju 2018 ►C1 li jawtorizza l-estensjoni tal-użu taż-żejt tal-mikroalga Schizochytrium sp. bħala ikel ġdid skont ir-Regolament (UE) 2015/2283 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u li jemenda r-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/2470 ◄ (ĠU L 185 23.7.2018, p. 9) |
Ikkoreġut bi:
REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2018/1032
tal-20 ta' Lulju 2018
li jawtorizza l-estensjoni tal-użu taż-żejt tal-mikroalga Schizochytrium sp. bħala ikel ġdid skont ir-Regolament (UE) 2015/2283 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u li jemenda r-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/2470
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
Artikolu 1
L-entrata fil-lista tal-Unjoni ta' ikel ġdid awtorizzat kif previst fl-Artikolu 8 tar-Regolament (UE) 2015/2283, li tirreferi għaż-żejt mill-ispeċi tal-mikroalga Schizochytrium sp tar-razza (T18), għandha tiġi emendata kif speċifikat fl-Anness ta' dan ir-Regolament.
L-entrata fil-lista tal-Unjoni msemmija fl-ewwel paragrafu għandha tinkludi l-kundizzjonijiet għall-użu u r-rekwiżiti tat-tikkettar stipulati fl-Anness ta' dan ir-Regolament.
L-awtorizzazzjoni prevista f'dan l-Artikolu għandha tkun mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013, tad-Direttiva 2002/46/KE u tar-Regolament (UE) Nru 609/2013.
Artikolu 2
L-Anness tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/2470 huwa emendat skont l-Anness ta' dan ir-Regolament.
Artikolu 3
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
ANNESS
Fl-Anness tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2017/2470 l-entrata għaż-“żejt tas-Schizochytrium sp. (T18)” fit-Tabella 1 (L-ikel il-ġdid awtorizzat) tiġi sostitwita b'li ġej:
|
L-ikel il-ġdid awtorizzat |
Il-kundizzjonijiet li fihom jista' jintuża l-ikel il-ġdid |
Rekwiżiti tat-tikkettar speċifiċi oħrajn |
Rekwiżiti oħrajn |
|
|
“Żejt tas-Schizochytrium sp. (T18) |
Il-kategorija tal-ikel speċifikat |
Livelli massimi |
Id-denominazzjoni tal-ikel il-ġdid fuq it-tikketti tal-oġġetti tal-ikel li fihom dan l-ikel għandha tkun ‘Żejt mill-mikroalga Schizochytrium sp.’” |
|
|
Prodotti tal-ħalib ħlief xarbiet magħmula bil-ħalib |
200 mg/100 g jew għall-prodotti tal-ġobon 600 mg/100 g |
|||
|
Analogi ta' prodotti tal-ħalib ħlief xarbiet |
200 mg/100 g jew għall-analogi tal-prodotti tal-ġobon 600 mg/100 g |
|||
|
Xaħmiet li jiddelku u ħwawar |
600 mg/100 g |
|||
|
Ċereali għall-kolazzjon |
500 mg/100 g |
|||
|
Supplimenti tal-ikel kif iddefiniti fid-Direttiva 2002/46/KE |
250 mg DHA kuljum għall-popolazzjoni ġenerali |
|||
|
450 mg DHA kuljum għan-nisa tqal u li jkunu qegħdin ireddgħu |
||||
|
Sostituzzjoni tad-dieta kollha għall-kontroll tal-piż kif iddefinit fir-Regolament (UE) Nru 609/2013 u sostituti ta' ikliet għall-kontroll tal-piż |
250 mg/ikla |
|||
|
Xarbiet magħmulin bil-ħalib u prodotti simili maħsuba għat-tfal żgħar |
200 mg/100 g |
|||
|
Ikel maħsub biex jagħmel tajjeb għall-użu ta' sforz muskolari qawwi, speċjalment għall-isportivi |
||||
|
Ikel li fuqu jkollu dikjarazzjonijet tan-nuqqas jew tal-preżenza mnaqqsa tal-glutina skont ir-rekwiżiti tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 828/2014 |
||||
|
Ikel għal skopijiet mediċi speċjali kif iddefinit fir-Regolament (UE) Nru 609/2013 |
Skont ir-rekwiżiti nutrittivi partikolari tal-persuni li għalihom huma maħsuba l-prodotti |
|||
|
Prodotti tal-furnara, (ħobżiet, bziezen, u gallettini ħelwin) |
200 mg/100 g |
|||
|
Bars taċ-ċereali |
500 mg/100 g |
|||
|
Xaħam għat-tisjir |
360 mg/100 g |
|||
|
Xarbiet mhux alkoħoliċi (inklużi analogi ta' prodotti tal-ħalib u xarbiet magħmulin bil-ħalib) |
80 mg/100 ml |
|||
|
Formula tat-trabi u formula tal-prosegwiment kif iddefinit fir-Regolament (UE) Nru 609/2013 |
Skont ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 609/2013 |
|||
|
Ikel biċ-ċereali u ikel tat-trabi pproċessat maħsub għat-trabi u għat-tfal żgħar kif iddefinit fir-Regolament (UE) Nru 609/2013 |
200 mg/100 g |
|||
|
Puree tal-frott/ħxejjex |
100 mg/100 g |
|||