31999R2537



Official Journal L 307 , 02/12/1999 P. 0001 - 0006


Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2537/1999

tad-29 Novembru 1999

li jemenda r-Regolamenti (KEE) Nru 2861/93, (KE) Nru 2199/94, (KE) Nru 663/96 u (KE) Nru 1821/98 dwar l-imposizzjoni ta' dazji definitivi kontra d-dumping fuq importazzjonijiet ta' diski manjetiċi (3,5’’ mikrodisks) ġejjin mill-Ġappun, it-Tajwan, ir-Repubblika Popolari Ċiniża, Hong Kong, ir-Repubblika tal-Korea, il-Malasja, il-Messiku, l-Istati Uniti ta' l-Amerika u l-Indonesja u r-Regolament (KE) Nru 1335/1999 li jerġa' jimponi dazju definitiv kontra d-dumping fuq importazzjonijiet ta' ċerti diski manjetiċi (3,5’’ mikrodisks) ġejjin mill-Indonesja u maħduma u mibjugħa għall-esportazzjoni lejn il-Komunità minn PT Betadiskindo Binatama

IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkonsidra t-Trattat li jistabbilixxi il-Komunitajiet Ewropej,

Wara li kkonsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 384/96 tat-22 ta' Diċembru 1995 dwar il-ħarsien kontra l-importazzjonijiet dumped minn pajjiżi mhux membri tal-Komunità Ewropea [1], u b'mod partikolari l-Artikolu 11(3) tiegħu,

Wara li kkonsidra l-proposta mogħtija mill-Kummissjoni wara li kkonsultat l-Kumitat Konsultativ,

Billi:

(A) TALBA GĦAL REVIŻJONI

(1) Waslet talba għal reviżjoni interim tar-Regolament (KEE) Nru 2861/93 [2] li bih il-Kunsill impona dazji definitivi kontra d-dumping fuq importazzjonijiet ta' ċerti diski manjetiċi (3,5” mikrodisks) ġejjin, inter alia, mill-Ġappun minn għand Sony Corporation u Fuji Photo Film Co. Ltd, li t-tnejn jinsabu fil-Ġappun u minn issa ‘l quddiem jissejħu "Sony" u "Fuji Film" rispettivament.

(2) Din it-talba skond l-Artikolu 11(3) tar-Regolament (KE) Nru 384/96 qalet illi hemm bidla fiċ-ċirkostanzi dwar id-definizzjoni tal-prodott ikkonċernat bil-proċedura in kwestjoni sabiex tiġġustifika l-bidu ta' reviżjoni. Skond it-talba, mikrodisks 3,5” konvenzjonali b' kapaċita li jerfgħu 1,44 megabytes u ġenerazzjoni ġdida ta' 3,5” mikrodisks li jerfgħu 200 megabytes ma setgħux jiġu kkonsidrati bħala prodott wieħed u għandhom għalhekk jiġu esklużi mill-iskop tal-miżuri eżistenti kontra d-dumping.

(3) Billi t-talba kien fiha prima facie provi biżżejjed, il-Kummissjoni ddeċidiet li tibda reviżjoni interim [3] tar-Regolament (KEE) Nru 2861/93. Fl-istess ħin, il-Kummissjoni kkonsidrat li l-istħarriġ tagħha għandu jinkludi l-miżuri l-oħra eżistenti imposti fuq l-istess prodott, u għaldaqstant iddeċidiet li testendi r-reviżjoni wkoll sabiex tkopri l-miżuri applikabbli għal importazzjonijiet ġejjin minn Hong Kong, ir-Repubblika tal-Korea, il-Malasja, il-Messiku, l-Istati Uniti ta' l-Amerika u l-Indoneżja.

(4) Din ir-reviżjoni interim kienet limitata għall-kjarifikazzjoni ta' l-iskop tal-prodott tar-regolamenti li jimponu l-miżuri.

(B) MIŻURI EŻISTENTI

(5) Il-miżuri bħalissa fis-seħħ huma dazji definitivi kontra d-dumping fil-forma ta' dazji ad valorem imposti fuq ċerti diski manjetiċi (3,5” mikrodisks) bir-regolamenti li ġejjin:

- Regolament (KEE) Nru 2861/93 li jimponi dazju definitiv kontra d-dumping fuq importazzjonijiet ta' ċerti diski manjetiċi (3,5” mikrodisks) ġejjin mill-Ġappun, it-Tajwan, u r-Repubblika Popolari Ċiniża,

- Ir-Regolament (KE) Nru 2199/94 [4] li jimponi dazju definitiv fuq importazzjonijiet ta' ċerti diski manjetiċi (3,5” mikrodisks) ġejjin minn Hong Kong u r-Repubblika tal-Korea,

- Ir-Regolament (KE) Nru 663/96 [5] li jimponi dazju definitiv kontra d-dumping fuq importazzjonijiet ta' ċerti diski manjetiċi (3,5” mikrodisks) ġejjin mill-Malasja, il-Messiku u l-Istati Uniti ta' l-Amerika,

- Ir-Regolament (KE) Nru 1821/98 [6] li jimponi dazju definitiv kontra d-dumping fuq importazzjonijiet ta' ċerti diski manjetiċi (3,5” mikrodisks) ġejjin mill-Indonesja,

- Ir-Regolament (KE) 1335/1999 li jerġa' jimponi dazju definitiv kontra d-dumping fuq l-importazzjonijiet ta' ċerti diski manjetiċi (3,5” mikrodisks) ġejjin mill-Indonesja u maħduma u mibjugħa għall-esportazzjoni lill-Komunità minn BT Betadiskindo Binatama [7] (li rriżultat minn reviżjoni ġdida dwar dik il-kumpannija).

(Ċ) PROĊEDURA

(6) Il-Kummissjoni tat lill-partijiet magħrufa li huma interessati l-opportunità li jwasslu l-opinjonijiet tagħhom bil-miktub u jagħmlu talba sabiex jinstemgħu.

(7) L-industrija tal-Komunità, rappreżentata mill-Kumitat tal-European Diskette Manufacturers (Diskma) f'isem il-produtturi li l-produzzjoni kollettiva tagħhom ta' mikrodisks 3,5” kienet tirrappreżenta proporzjon qawwi tal-produzzjoni tal-Komunità ta' dawn il-mikrodisks, uriet l-idejat tagħha bil-miktub.

(8) L-applikanti għar-reviżjoni (Sony and Fuji Film) għamlu talba sabiex isemmgħu l-fehma tagħhom li ngħatatilhom. Produttur ieħor ta' mikrodisks ta' kapaċità għolja fil-Ġappun, Hitachi Maxell Ltd (minn issa ‘l quddiem magħrufa bħala "Hitachi Maxell"), ukoll għamel talba sabiex ikollu prodott manufatturat minnu eskluż mill-iskopijiet ta' dawn il-miżuri.

(9) Produttur esportatur Amerikan, Imation Europe BV (minn issa ‘l quddiem magħruf bħala "Imation", li oppona l-esklużjoni ta' prodotti mill-iskopijiet ta' miżuri kontra d– dumping, talab u ngħata li jinstema'.

(10) Sottomissjonijiet waslu wkoll mill-Uffiċċju tal-Hong Kong Economic and Trade Office (awtorità ta' pajjiż esportatur) u Memtek Europe Ltd li tagħmel parti mill-Hanny Group ta' kumpanniji, kumpannija bbażata f'Hong Kong bi produzzjoni fir-Repubblika Popolari Ċiniża, (minn issa ‘l quddiem magħrufa bħala "Hanny").

(D) PRODOTT TAĦT KUNSIDERAZZJONI U PRODOTT SIMILI

(11) Il-prodott ikkonċernat bir-Regolamenti kollha huma ċerti diski manjetiċi (3,5” mikrodisks) użati sabiex wieħed jirrikordja u jaħżen informazzjoni diġitali encoded li jaqgħu taħt l-iskopijiet tal-kodiċi NM ex85232090.

Matul il-kors ta' l-istħarriġ li wassal sabiex jiġu adottati miżuri kontra l-Ġappun, it-Tajwan u r-Repubblika Popolari Ċiniża, il-kwistjoni jekk il-miżuri kontra d-dumping għandhomx japplikaw ukoll għal mikrodisks 3,5” ta' kapaċità ogħla ta' ħażna ġiet eżaminata. Bħalma jingħad fil-kitba 9 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 920/93 [8] li timponi miżuri proviżorji, produttur Ġappuniż talab li mikrodisks 3,5” b'kapaċità ta' ħażna ta' 4 megabytes u aktar għandhom ikunu esklużi mill-iskopijiet tal-proċedura, iżda din it-talba ġiet miċħuda għaliex, fiż-żmien li r-Regolament (KEE) Nru 920/93 kien qed jiġi adottat:

- minkejja xi differenzi allegati fit-teknoloġija wżata għall-manifattura sewwa tal-mikrodisks ta' 4 megabytes u mikrodisks 3,5 ta' kapaċità ogħla u mikrodisks 3,5” oħra, il-karatteristiċi fiżiċi bażiċi u l-użu aħħari tagħhom kienu l-istess, u

- il-mikrodisks 3,5” kollha jistgħu fil-parti l-kbira, jieħdu post xulxin.

Bħala riżultat, il-mikrodisks 3,5” kollha irrispettivament mill-kapaċità ta' ħażna, kienu kkonsidrati li huma prodott wieħed u li jaqgħu taħt id-dazji fis-seħħ.

Dawn il-konklużjonijiet ġew kkonfermati bir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2861/93.

(E) ARGUMENTI MRESSQA SABIEX JIĠU ESKLUŻI PRODOTTI MILL-ISKOPIJIET TAL-MIŻURI EŻISTENTI

1. Sottomissjonijiet minn għand Sony, Fuji Film u Hitachi Maxell

(12) Sony u Fuji Film ippreżentaw provi illi mikrodisks 3,5” b'kapaċità li jerfgħu 200 megabytes, magħrufa bħala "HiFDs", ġew żviluppati f'joint venture. Skond iż-żewġ kumpanniji, l-HiFDs għandhom ikunu esklużi mill-iskopijiet tal-miżuri għaliex il-karatteristiċi fiżiċi tagħhom u l-użu aħħari huma differenti ferm minn dawk tal-mikrodisks 3,5” li ġew investigati li ma jistgħux ikunu kkonsidrati prodott wieħed flimkien ma' mikrodisks 3,5” oħra.

(13) Barra minn hekk, Hitachi Maxell ressqet provi li mikrodisks 3,5” b'kapaċità li jerfgħu 120 megabytes, magħrufa bħala "Superdisk LS-120", ġew ukoll żviluppati. Skond il-kumpannija, is-Superdisk LS-120 għandha wkoll tiġi eskluża mill-iskopijiet tal-miżuri għall-istess raġunijiet tal-HiFDs.

Karatteristiċi fiżiċi

(14) Skond dawn il-kumpanniji, il-mikrodisks HiFD u Superdisks LS-120, waqt li jġibu t-tnejn il-forma konvenzjonali ta' mikrodisks 3,5”, għandhom dawn il-karatteristiċi.

(i) Densità ta' track u skemi ta' coding: Huma għandhom kapaċità ta' ħażna ta' 200 MB jew 120 MB rispettivament, li jagħtu kapaċità 130 jew 83 darba aktar mill-kapaċità ta' mikrodisk 3,5” konvenzjonali. Din il-kapaċità akbar tinkiseb permezz ta' titjib fid-densità tat-track u d-densità lineari ta' l-irrekordjar flimkien ma' skema ta' data coding aktar effettiva.

(ii) Teknoloġija tat-Tracking: Għandhom 3450 jew 2490 tracks kull pulzier (TKP) rispettivament, imqabbla ma' 135 TKP għal mikrodisks 3,5” konvenzjonali. Din id-densità ogħla tinkiseb permezz ta' l-użu tal-teknoloġija "magnetic sector servo tracking" (fil-każ tal-HiFDs), jew it-teknoloġija "optically continuous servo tracking" (fil-każ ta' Superdisks LS-120s) sabiex wieħed jaqra minn jew jikteb lill-mikrodisks, li b' mod awtomatiku jmexxu r-reader head, jew b' mod manjetiku jew b'mod ottiku rispettivament, għat-track immirat. Fil-każ ta' mikrodisks 3,5” konvenzjonali, il-posizzjoni tal-head tad-drive hija mqiegħda mekkanikament. Għaldaqstant, id-drive units tal-HiFD u s-Superdisk LS-120 jużaw ukoll tip għal kollox ġdid ta' magnetic head minn dak illi jintuża f'mikrodisks 3,5” konvenzjonali.

(iii) Particle media: Għandhom greated magnetic coercivity u layer manjetiku irqaq minn dak tal-mikrodisks 3,5” konvenzjonali.

(iv) Kompatibilità: Ma jistgħux jinqraw b'mikrodisk drive 3,5” konvenzjonali. Għandhom toqob ta' identifikazzjoni u rikonjizzjoni li ma jeżistux f'mikrodisks konvenzjonali u jistgħu jintużaw f'kapaċità sħiħa meta mqabbda ma'drive units tal-HiFD jew tas-Superdisk LS-120 rispettivament. Madankollu, sew id-drive units tal-HiFD kif ukoll dawk tas-Superdisk LS-120 huma kompatibbli bil-maqlub ma' mikrodisks 3,5” konvenzjonali għax jistgħu jaqraw minn u jiktbu lill-mikrodisks konvenzjonali. Mikrodisks 3,5” konvenzjonali bħal dawn, madankollu, ma jilħqux il-kapaċità ta' ħażna tal-mikrodisks HiFD jew Superdisk LS-120s meta jinkitbilhom permezz ta' drive unit tal-HiFD jew tas-Superdisk LS-120 rispettivament.

(v) Trasferiment ta' tagħrif: Jistgħu jduru b' veloċità ta' 3600 rkm jew 720 rkm, rispettivament, fid-drives tagħhom filwaqt li mikrodisk 3,5” konvenzjonali jdur 300 rkm. Dan jippermetti rata ta' trasferiment ta' data ta' 3600 jew 680 kilobytes kull sekonda, rispettivament, imqabbel ma' trasferiment ta' 60 kilobytes kull sekonda għall-mikrodisks 3,5” konvenzjonali.

Użu aħħari

(15) Il-kumpanniji interessati kienu tal-fehma li l-użu aħħari tal-HiFDs u s-Superdisk LS-120s huwa fondamentalment differenti minn dak tal-mikrodisks 3,5” konvenzjonali. Tipikament, huma wżati għall-files ta' ħażna akbar bħal dawk magħmula mill-audio, video, grafiċi u programmi ta' multimedia li jeħtieġu l-kapaċità ogħla u r-rata ta' trasferiment aktar mgħaġġla pprovduta miż-żewġ mikrodisks 3,5” ta' kapaċità ta' ħażna għolja. Dan l-użu huwa wisq ogħla mill-kapaċità tal-mikrodisks 3,5” konvenzjonali, li huma tipikament użati għal files ta' xogħol iżgħar u għalhekk ma jistgħux jinbidlu mal-HiFD jew is-Superdisk LS-120.

Ipprezzar

(16) Skond il-kumpanniji applikanti, id-differenzi fil-karatteristiċi fiżiċi bejn l-HiFDs u s-Superdisk LS-120s, fuq naħa, u l-mikrodisks 3,5” konvenzjonali fuq l-oħra, jidhru fil-prezz tagħhom ta' manifattura u l-prezz bl-imnut rispettivament. Id-differenzi bejn mikrodisks 3,5” u l-HiFDs jew is-Superdisk LS-120s jidhru ċari mid-differenza tal-prezz li teżisti bejniethom. Fil-fatt, dan id-differenzali huwa tant illi l-kompetizzjoni bejn mikrodisks 3,5” u l-HiFDs jew is-Superdisk LS-120s ma teżisti fl-ebda livell prattiku.

2. Sottomissjonijiet oħrajn

(17) Waslu sottomissjonijiet mill-Uffiċċju tal-Hong Kong Economic and Trade u minn Hanny, li, għalkemm produttur ta' mikrodisks 3,5”, mhux produttur ta' mikrodisks 3,5” ta' kapaċità ogħla. Iż-żewġ sottomissjonijiet argomentaw li l-mikrodisks 3,5” ta' kapaċità ogħla m'humiex prodotti simili għal mikrodisks 3,5” konvenzjonali, u allura għandhom jiġu esklużi.

(F) ARGUMENTI SABIEX MA JIĠUX ESKLUŻI PRODOTTI MILL-ISKOPIJIET TAL-MIŻURI EŻISTENTI – SOTTOMISSJONIJIET MINN IMATION

(18) Ġiet ukoll ippreżentata sottomissjoni minn Imation li hija sussidjarja ta' kumpannija bbażata fl-Amerika li tipproduċi s-Superdisks LS-120 fl-Istati Uniti ta' l-Amerika għall-bejgħ fis-suq tal-Komunità. Imation ikkoperat ma' l-investigazzjoni ta' qabel li wasslet għall-imposizzjoni ta' dazji kontra d-dumping fuq importazzjonijiet mill-Istati Uniti ta' l-Amerika, u għandha rata ta' dazju kontra d-dumping ta' company-specific zero.

1. Karatteristiċi fiżiċi

(19) Skond Imation, id-differenzi fil-kapaċità tal-memorja, disinn u proċess teknoloġiku ta' qari u kitba ma jwaqqfux prodotti milli jappartienu għall-istess kategorija waħdiena ta' prodott ikkonċernat, sakemm il-karatteristiċi bażiċi u t-teknoloġija ma jurux differenzi sinifikanti. Sew l-HiFD kif ukoll is-Superdisk LS-120, jingħad li t-tnejn għandhom l-istess karatteristiċi bażiċi fiżiċi, tekniċi u/jew kimiċi bħall-mikrodisks 3,5” konvenzjonali.

(20) Din is-sottomissjoni ċċitat biss ir-Regolamenti DRAM (Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 165/90 tat-23 Jannar ta'1990 li jimponi dazju proviżorju kontra d-dumping fuq importazzjonijiet ta' DRAMs ġejjin mill-Ġappun [9] u r-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2112/90 tat-23 ta' Lulju 1990 li jimponi dazju definitiv kontra d-dumping fuq importazzjonijiet ta' DRAMs ġejjin mill-Ġappun [10]. F'dak il-każ, il-Komunità kienet ta' l-idea li x-xebħ tad-DRAMs ta' densitajiet u proċessi differenti għelbu d-differenzi tagħhom fil-kapaċità tal-memorja, disinn u proċess teknoloġiku.

(21) Imation argomentat illi t-tliet teknoloġiji bażiċi ta' avanżar fil-memorja (particle media, densitajiet ta' tracks u skemi ta' coding) għall-mikrodisks 3,5” baqgħu l-istess għal dawn l-aħħar 25 sena.

Fir-rigward tal-particle media, argomentaw li l-ħafna xejriet kontinwi għall-aħjar li saru fil-mikrodisks f'dik li hija memorja u ħeffa huma kollha bbażati fuq irfinar kontinwu ta' żewġ elementi ewlenin tal-qies u l-għamla tal-partiċelli manjetiċi fis-saff manjetiku, u fil-ħxuna tas-saff manjetiku.

Id-densitajiet tal-track tjiebu bl-użu tat-teknoloġiji servo tracking.

Il-metodi ta' coding ta' tagħrif ġew ‘l quddiem minħabba l-użu ta'skemi ta' coding aħjar.

L-Iżvilupp ta' mikrodisks ta' kapaċità għolja intqal li kien fenomenu antik, li minn qabel kienu ppruvaw jipproduċu mikrodisks 3,5” simili. It-teknoloġija bażika wżata, jiġifieri li taħżen data fuq mezz manjetiku, baqa' l-istess sew għal mikrodisks 3,5” konvenzjonali kif ukoll għal mikrodisks ta' kapaċità għolja. Il-qies, id-dimensjonijiet, id-disinn, il-bini u l-funzjoni ta' mikrodisks 3,5” konvenzjonali u mikrodisks ta' kapaċità għolja kienu l-istess. Intqal ukoll li t-teknoloġija servo tracking użata minn HiFDs kienet disponibbli għall-industrija għal diversi snin.

Riedu jgħidu wkoll li d-differenzi fil-kostruzzjoni u fl-apparenza ma kienux importanti; u li t-toqob differenti ta' rikonjizzjoni fil-mikrodisks 3,5” ta' kapaċità ogħla kienu biss aspett funzjonali tal-kostruzzjoni tagħhom. Il-fatt illi d-drives tal-HiFD u s-Superdisk LS-120 iduru wkoll b'lura u jistgħu jintużaw sabiex taqra minn u tikteb fuq il-mikrodisks 3,5” konvenzjonali hija kkonsidrata bħala indikazzjoni qawwijja li l-prodotti, minkejja l-avanz fit-teknoloġija m'humiex sostanzjalment differenti fit-teknoloġija bażika u l-użu.

2. Użu aħħari

(22) Fir-rigward ta' l-użu aħħari, Imation qalet li l-użu bażiku tal-mikrodisks 3,5” ta' kapaċità għolja huwa li taħżen data fuq mezz li jista' jinġarr bħalma hu dak tal-mikrodisks 3,5” konvenzjonali. Imation ikkontestat l-opinjoni li l-użu aħħari huwa differenti. It-talba ta' Sony u Fuji Film li d-differenzi fil-karatteristiċi fiżiċi bejn HiFDs u mikrodisks 3,5” konvenzjonali tidher fil-prezz rispettiv tagħhom ta' manifattura u prezzijiet bl-imnut ġiet ukoll rifjutata. Skond Imation, il-prezz bl-imnut kull megabyte huwa kważi fir-relazzjoni ta' wieħed għal wieħed bejn HiFDs u l-mikrodisks 3,5.

(G) POSIZZJONI TA' L-INDUSTRIJA TAL-KOMUNITÀ

(23) L-industrija tal-Komunità, rappreżentata minn Diskma, ma tipproduċix l-HiFD u lanqas is-Superdisk LS-120 u uriet ili m'għandha l-ebda oġġezzjoni illi dawn il-prodotti jiġu esklużi mill-iskopijiet tar-Regolamenti definitivi kontra d-dumping imsemmijja fil-premess 5, sakemm it-tnejn ikunu magħżula mill-mikrodisks 3,5” konvenzjonali mill-awtoritajiet doganali tal-Komunità u sakemm l-esklużjoni tagħhom ma tippermettix l-evażjoni ta' dazji fis-seħħ.

(H) KONKLUŻJONIJIET TA' L-INVESTIGAZZJONI

1. Differenza fil-prodotti

Karatteristiċi fiżiċi

(24) Kif spjegat hawn fuq, il-kapaċitajiet ta' ħażna u densitajiet tat-track tal-HiFD u tas-Superdisk LS-120 huma ħafna drabi aktar minn dawk ta' mikrodisks 3,5” konvenzjonali. Il-saffi manjetiċi huma irqaq, b'coercivity ogħla minn dik tal-mikrodisks 3.5” konvenzjonali. Skemi ġodda ta' coding, kif ukoll żvilupp teknoloġiku fid-drive units għall-HiFD u s-Superdisk LS-120 jippermettu rata ta' trasferiment ta' informazzjoni bejn 11 u 60 darba aktar minn dawk tal-mikrodisks 3.5” konvenzjonali.

(25) Barra minn hekk, id-drive units meħtieġa biex taqra minn u tikteb fuq dawn il-mikrodisks 3,5” ta' kapaċità ogħla huma differenti sewwa mid-drives ta' mikrodisks 3,5” konvenzjonali. Id-drive units għal mikrodisks 3,5” konvenzjonali ma jaqblux mal-mikrodisks ġodda ta' kapaċità ogħla. Huwa veru, illi d-drives ta' kapaċità ogħla ġew disenjati biex ikunu kompatibbli b'lura ma' mikrodisks 3,5” konvenzjonali. Madankollu, din il-kompatibiltà b'lura tiddependi għal kollox fuq it-teknoloġija tad-drive u mhux fuq il-karatteristiċi fiżiċi tal-mikrodisks infushom. Din il-kompatibiltà b'lura tinkiseb billi jkun hemm żewġ heads, waħda ntiża sabiex taqra minn u tikteb fuq mikrodisks ta' kapaċità ogħla tat-tip rilevanti, u l-oħra biex taqra minn u tikteb fuq mikrodisks 3,5” konvenzjonali. It-talba ta' Imation illi l-kompatibiltà b'lura tad-drives ta'mikrodisks ta' kapaċità ogħla hija prova aktar illi ż-żewġ tipi ta' mikrodisks huma l-istess prodott ġiet għalhekk miċħuda; il-komponent tal-head drive tal-mikrodisks ta' kapaċità ogħla mhux kompatibbli b'lura bis-saħħa tiegħu biss.

(26) Fl-aħħarnett, l-investigazzjoni wriet li bħal issa m' hemmx mikrodisks 3,5” disponibbli li joqogħdu bejn il-mikrodisks 3,5” konvenzjonali u l-HiFD u Superdisk LS-120.

Użu aħħari

(27) Huwa magħruf li, fl-aktar livell bażiku, it-tipi kollha ta' mikrodisks 3,5” huma wżati sabiex jirrikordjaw data elettronika, ukoll jekk l-HiFD u s-Superdisk LS-120 jistgħu jintużaw sabiex jaħżnu files elettroniċi ħafna aktar lil hinn mill-kapaċità ta' mikrodisks 3,5” konvenzjonali. Għaldaqstant, huwa kkonsidrat illi l-kwistjoni ta' l-użu aħħari għall-mikrodisks 3,5” konvenzjonali u l-HiFD u s-Superdisk LS-120 mhix biżżejjed sabiex tikkonkludi li l-mikrodisks 3,5” konvenzjonali u l-HiFDs u s-Superdisk LS-120s huma prodott wieħed.

2. Konklużjoni

(28) L-istħarriġ wera li teżisti linja ta' diviżjoni ċara fit-termini ta' karatteristiċi fiżiċi u tekniċi bejn il-mikrodisks 3,5” konvenzjonali u l-mikrodisks ta' kapaċità għolja. Il-prodott in kwistjoni fit-talba ta' reviżjoni jirrappreżenta qabża fit-teknoloġija mill-mikrodisks suġġetti għall-istħarriġ ta'qabel. Il-karatteristiċi fiżiċi tal-mikrodisks ta' kapaċità ogħla, kif ukoll it-teknoloġija meħtieġa sabiex tużahom huma tali li jintagħrfu bħala prodotti separati mill-mikrodisks 3,5” konvenzjonali. Il-fatt li l-mikrodisks ġodda ta' kapaċità ogħla jixbħu lill-mikrodisks 3,5” konvenzjonali mhix meqjusa li hija raġuni biżżejjed sabiex tqis il-mikrodisks ta' kapaċità ogħla għall-iskopijiet tar-Regolamenti suġġetti għar-reviżjoni.

(29) Fid-dawl ta' dak li ntqal, il-Kunsill jidhilru illi l-esklużjoni tal-HiFD u s-Superdisk LS-120 mill-iskopijiet tal-miżuri imposti bir-Regolamenti suġġetti għar-reviżjoni hija ġustifikata.

(30) Il-Kunsill għalhekk jikkonkludi li l-mikrodisks 3,5” b'kapaċitajiet ta' 120 MB jew iżjed u li jinkorporaw jew it-teknoloġija sector servo traking manjetiċi tal-HiFD, jew it-teknoloġija optically continuous servo tracking tas-Superdisk LS-120, għandhom jiġu esklużi mill-iskopijiet tal-miżuri kontra d-dumping imposti bir-Regolamenti msemmija b'effett mid-data tal-pubblikazzjoni tan-notifika tal-bidu ta' din ir-reviżjoni, i.e. is-17 ta' Diċembru 1998. Il-partijiet interessati, inkluża l-industrija tal-Komunità, ġew informati b' dawn il-konklużjonijiet. Wara li ġew informati b'dawn il-fatti u l-konklużjonijiet ta' hawn fuq, rappreżentanti ta' Imation għamlu aktar rappreżentazzjonijiet bil-miktub, dwar l-esklużjoni tal-HiFD u s-Superdisk LS-120 mill-iskopijiet tal-miżuri imposti bir-Regolamenti suġġetti għal reviżjoni. Madankollu l-ebda informazzjoni jew argument ma ġie mressaq li seta', wara li ġie eżaminat, iġiegħel lill-Kunsill ibiddel il-konklużjonijiet ta' hawn fuq.

(31) Importaturi ta' mikrodisks 3,5” li kienu ġew esklużi mill-iskopijiet tal-miżuri kontra d-dumping in kwistjoni jistgħu jibgħatu applikazzjonijiet lill-awtoritajiet kompetenti doganali għall-ħlas lura tad-dazji kontra d-dumping imħallsa mis-17 ta' Diċembru 1998 sad-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Artikolu 1(1) tar-Regolament (KEE) Nru 2861/93 jiġi mibdul b' dan li ġej:

"1. Dazju definitiv kontra d– dumping huwa hawnhekk impost fuq importazzjonijiet ta' mikrodisks 3,5” użati sabiex jirrekordjaw u jaħżnu data diġitali encoded tal-komputer li jaqgħu taħt l-iskopijiet tal-kodiċi NM ex85232090 (kodiċi Tarik 85232090*40) u ġejjin mill-Ġappun, it-Tajwan, u r-Repubblika Popolari Ċiniża bl-eċċezzjoni ta' mikrodisks 3,5” ibbażati fuq teknoloġija optically continuous servo tracking jew teknoloġija manjetika sector servo tracking b'kapaċita ta' ħażna ta'120 MB jew iżjed."

Artikolu 2

L-Artikolu 1(1) tar-Regolament (KE) Nru 2199/94 jiġi mibdul b'dan li ġej:

"1. Dazju definitiv kontra d-dumping huwa hawnhekk impost fuq importazzjonijiet ta' mikrodisks 3,5” użati sabiex jirrikordjaw u jaħżnu data diġitali encoded tal-komputer li jaqgħu fl-iskopijiet tal-kodiċi NM ex85232090 (kodiċi Tarik 85232090*40) u ġejjin minn Hong Kong, u r-Repubblika tal-Korea bl-eċċezzjoni ta' mikrodisks 3,5” ibbażati fuq teknologija optically continuous servo tracking jew teknoloġija manjetika sector servo tracking b'kapaċità ta' storage ta' 120 MB jew iżjed)."

Artikolu 3

L-Artikolu 1(1) tar-Regolament (KE) Nru 663/96 jiġi mibdul b' dan li ġej:

"1. Dazju definitiv kontra d-dumping huwa hawnhekk impost fuq importazzjonijiet ta' mikrodisks 3,5” użati sabiex jirrikordjaw u jaħżnu data digitali encoded tal-komputer li jaqgħu taħt l-iskopijiet tal-kodiċi NM ex85232090 (kodiċi Tarik Tarik 85232090*40) u ġejjin mill-Malasja, il-Messiku u l-Istati Uniti ta' l-Amerika, bl-eċċezzjoni ta' mikrodisks 3,5” ibbażati fuq teknoloġija optically continuous servo tracking jew teknoloġija manjetika sector servo tracking b'kapaċità ta' ħażna 120 MB jew iżjed."

Artikolu 4

L-Artikolu 1(1) tar-Regolament (KE) Nru 1821/98 jiġi mibdul b'dan li ġej:

"1. Dazju definitiv kontra d-dumping huwa hawnhekk impost fuq importazzjonijiet ta' mikrodisks 3,5” użati sabiex jirrikordjaw u jaħżnu data diġitali encoded tal-komputer li jaqgħu taħt l-iskopijiet tal-kodiċi NM ex85232090 (kodiċi Tarik 85232090*40) u ġejjin mill-Indonesja, bl-eċċezzjoni ta' mikrodisks 3,5” ibbażati fuq teknoloġija optically continuous servo tracking jew teknoloġija manjetika sector servo tracking b'kapaċità ta' ħażna ta' 120 MB jew aktar."

Artikolu 5

L-Artikolu 1(1) tar-Regolament (KE) Nru 1335/1999 jiġi mibdul b'dan li ġej:

"1. Dazju definitiv kontra d-dumping huwa hawnhekk impost fuq importazzjonijiet ta' mikrodisks 3,5” użati sabiex jirrikordjaw u jaħżnu data diġitali encoded tal-komputer li jaqgħu taħt l-iskopijiet tal-kodiċi NM ex85232090 (kodiċi Tarik 85232090*40) ġejjin mill-Indonesja, u maħduma u mibjugħa għall-esportazzjoni lill-Komunità minn PT Betadiskindo Binatama, bl-eċċezzjoni ta' mikrodisks 3,5” ibbażati fuq teknoloġija optically continuous servo tracking jew teknoloġija manjetika sector servo tracking b'kapaċità ta' ħażna ta' 120 MB jew aktar."

Artikolu 6

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

Jibda japplika mis-17 ta' Diċembru 1998.

Dan ir-Regolament ikun jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament għall-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussel, 29 Novembru 1999.

Għall-Kunsill

Il-President

S. Niinistö

[1] ĠU L 56, tas-6.3.1996, p. 1. Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 905/98 (ĠU L 128, tat-30.4.1998, p. 18).

[2] ĠU L 262, ta' l-21.10.1993, p. 4.

[3] ĠU C 394, tas-17.12.1998, p. 21.

[4] ĠU L 236, ta' l-10.9.1994, p. 2.

[5] ĠU L 92, tat-13.4.1996, p. 1.

[6] ĠU L 236, tat-22.8.1998, p. 1. Regolament kif emendat bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2152/98 (ĠU L 271, tat-8.10.1998, p. 9).

[7] ĠU L 159, tal-25.6.1999, p. 14.

[8] ĠU L 95, ta' l-21.4.1993, p. 5.

[9] ĠU L 20, ta' l-25.1.1990, p. 5.

[10] ĠU L 193, ta' l-25.7.1990, p. 1. Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KEE) Nru 2967/92 (ĠU L 299, ta' l-15.10.1992, p. 4).

--------------------------------------------------