11.11.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 380/12


Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Il-Każ M.9984 — CIMIC/Elliott/Thiess)

Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

(2020/C 380/11)

1.

Fit-30 ta’ Ottubru 2020, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).

Dan l-avviż jikkonċerna l-impriżi li ġejjin:

—

CIMIC Group Limited (“CIMIC”, l-Awstralja), ikkontrollata minn ACS ACTIVIDADES DE CONSTRUCCIÓN Y SERVICIOS, S.A. (“ACS”, Spanja),

—

Elliott Investment Management L.P. (“Elliott”, l-Istati Uniti tal-Amerka),

—

Thiess Pty Ltd (“Thiess”, l-Awstralja), ikkontrollata minn CIMIC.

CIMIC u Elliott jakkwistaw, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) u 3(4) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll bi sħab ta’ Thiess.

Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz tax-xiri ta’ ishma.

2.

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

—

CIMIC: il-kostruzzjoni u l-inġinerija, il-ġestjoni tal-assi u tal-faċilitajiet, l-ipproċessar tal-minerali, kif ukoll is-servizzi tal-minjieri (permezz ta’ Thiess);

—

Elliott: investimenti inklużi dejn mhux f’diffikultà, titoli f’diffikultà, pożizzjonijiet ta’ hedge / arbitraġġ, pożizzjonijiet orjentati lejn l-ekwità, ekwità privata u pożizzjonijiet ta’ kreditu privat, kummerċ fil-munita;

—

Thiess: servizzi tal-minjieri li jkopru l-fattibbiltà, l-ippjanar, l-iżvilupp, l-estrazzjoni, il-ġestjoni u l-manutenzjoni tal-assi u r-rimedjazzjoni

3.

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura ssimplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) jinħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.

4.

Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:

M.9984 — CIMIC/Elliott/Thiess

Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:

Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu

Faks +32 22964301

Indirizz postali:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles / Brussel

BELGIQUE / BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).

(2)  ĠU C 366, 14.12.2013, p. 5.