|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje L |
|
2024/2994 |
4.12.2024 |
DIRETTIVA (UE) 2024/2994 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL
tas-27 ta’ Novembru 2024
li temenda d-Direttivi 2009/65/KE, 2013/36/UE u (UE) 2019/2034 fir-rigward tat-trattament tar-riskju ta’ konċentrazzjoni li jirriżulta minn skoperturi għal kontropartijiet ċentrali u tar-riskju tal-kontroparti fi tranżazzjonijiet ta’ derivattivi kklerjati ċentralment
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 53(1) tiegħu,
Wara li kkunsidraw il-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,
Wara li l-abbozz tal-att leġiżlattiv intbagħat lill-parlamenti nazzjonali,
Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew (1),
Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja (2),
Billi:
|
(1) |
Sabiex tiġi żgurata l-konsistenza mar-Regolament (UE) Nru 648/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3) u jiġi żgurat il-funzjonament xieraq tas-suq intern, huwa meħtieġ li jiġi stabbilit fid-Direttiva 2009/65/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4) sett uniformi ta’ regoli sabiex jiġi indirizzat ir-riskju tal-kontroparti fi tranżazzjonijiet ta’ derivattivi mwettqa minn impriżi ta’ investiment kollettiv f’titoli trasferibbli (UCITS), fejn tali tranżazzjonijiet ikunu ġew ikklerjati minn kontroparti ċentrali (CCP) li tkun awtorizzata jew rikonoxxuta f’konformità ma’ dak ir-Regolament. Id-Direttiva 2009/65/KE timponi limiti regolatorji fuq ir-riskju tal-kontroparti biss fir-rigward ta’ tranżazzjonijiet ta’ derivattivi barra l-borża (OTC), irrispettivament minn jekk id-derivattivi jkunux ġewx ikklerjati ċentralment. Billi l-arranġamenti tal-ikklerjar ċentrali jtaffu r-riskju tal-kontroparti li huwa inerenti f’kuntratti ta’ derivattivi, huwa meħtieġ li jitqies jekk derivattiv ikunx ġie kklerjat ċentralment minn CCP li hija awtorizzata jew rikonoxxuta f’konformità mar-Regolament (UE) Nru 648/2012 u li jiġu stabbiliti kundizzjonijiet ekwi bejn id-derivattivi nnegozjati fil-borża u dawk OTC, meta jiġu ddeterminati l-limiti applikabbli tar-riskju tal-kontroparti. Huwa meħtieġ ukoll, għal finijiet regolatorji u ta’ armonizzazzjoni, li l-limiti tar-riskju tal-kontroparti jitneħħew biss meta l-kontropartijiet jużaw CCPs li huma awtorizzati jew rikonoxxuti skont ir-Regolament (UE) Nru 648/2012 li jipprovdu servizzi ta’ kklerjar lill-membri tal-ikklerjar u lill-klijenti tagħhom. |
|
(2) |
Sabiex jingħata kontribut għall-objettivi tal-unjoni tas-swieq kapitali, huwa meħtieġ, għall-użu effiċjenti tas-CCPs, li jiġu indirizzati ċerti impedimenti għall-użu tal-ikklerjar ċentrali fid-Direttiva 2009/65/KE u li jiġu pprovduti kjarifiki fid-Direttivi 2013/36/UE (5) u (UE) 2019/2034 (6) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill. Id-dipendenza eċċessiva tas-sistema finanzjarja tal-Unjoni fuq CCPs ta’ pajjiżi terzi sistemikament importanti (CCPs tal-Grad 2) tista’ toħloq tħassib dwar l-istabbiltà finanzjarja li hemm bżonn li jiġi indirizzat kif xieraq. Sabiex tiġi żgurata l-istabbiltà finanzjarja fl-Unjoni u jittaffew b’mod adegwat ir-riskji potenzjali ta’ kontaġju fis-sistema finanzjarja tal-Unjoni, jenħtieġ għalhekk li jiġu introdotti miżuri xierqa sabiex jitrawmu l-identifikazzjoni, il-ġestjoni u l-monitoraġġ tar-riskju ta’ konċentrazzjoni li jirriżulta mill-iskoperturi għas-CCPs. F’dak il-kuntest, jenħtieġ li d-Direttivi 2013/36/UE u (UE) 2019/2034 jiġu emendati sabiex iħeġġu lill-istituzzjonijiet u lid-ditti ta’ investiment jieħdu l-passi meħtieġa sabiex jadattaw il-mudelli tan-negozju tagħhom sabiex jiżguraw konsistenza mar-rekwiżiti l-ġodda għall-ikklerjar introdotti bl-emendi għar-Regolament (UE) Nru 648/2012 li jinsabu fir-Regolament (UE) 2024/2987 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (7) u sabiex itejbu b’mod ġenerali l-prattiki tal-ġestjoni tar-riskju tagħhom, filwaqt li jqisu wkoll in-natura, il-kamp ta’ applikazzjoni u l-kumplessità tal-attivitajiet tas-suq tagħhom. Filwaqt li l-awtoritajiet kompetenti diġà għandhom sett komprensiv ta’ miżuri u setgħat superviżorji biex jindirizzaw in-nuqqasijiet fil-prattiki tal-ġestjoni tar-riskju tal-istituzzjonijiet u tad-ditti ta’ investiment, inkluż ir-rekwiżit li jkollhom fondi proprji addizzjonali għal riskji li mhumiex koperti, jew li ma humiex koperti b’mod adegwat, mir-rekwiżiti ta’ kapital eżistenti, jenħtieġ li dak is-sett ta’ miżuri u setgħat superviżorji jissaħħaħ b’għodod u setgħat addizzjonali u aktar speċifiċi taħt il-Pilastru 2 fil-kuntest tar-riskju ta’ konċentrazzjoni eċċessiva li jirriżulta minn skoperturi għas-CCPs. |
|
(3) |
Minħabba li l-objettivi ta’ din id-Direttiva, jiġifieri li tiżgura li l-istituzzjonijiet ta’ kreditu, id-ditti ta’ investiment u l-awtoritajiet kompetenti tagħhom jimmonitorjaw u jimmitigaw b’mod adegwat ir-riskju ta’ konċentrazzjoni li jirriżulta minn skoperturi għas-CCPs tal-Grad 2 li joffru servizzi ta’ importanza sistemika sostanzjali u li telimina l-limiti tar-riskju tal-kontroparti għal tranżazzjonijiet ta’ derivattivi li jiġu kklerjati ċentralment minn CCP awtorizzata jew rikonoxxuta f’konformità mar-Regolament (UE) Nru 648/2012, ma jistgħux jinkisbu b’mod suffiċjenti mill-Istati Membri iżda pjuttost jistgħu, minħabba l-iskala jew l-effetti tal-azzjoni, jinkisbu aħjar fil-livell tal-Unjoni, l-Unjoni tista’ tadotta miżuri, f’konformità mal-prinċipju ta’ sussidjarjetà kif stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea. F’konformità mal-prinċipju ta’ proporzjonalità kif stabbilit f’dak l-Artikolu, din id-Direttiva ma tmurx lil hinn minn dak li huwa meħtieġ sabiex jinkisbu dawk l-objettivi. |
|
(4) |
Għalhekk, jenħtieġ li d-Direttivi 2009/65/KE, 2013/36/UE u (UE) 2019/2034 jiġu emendati skont dan, |
ADOTTAW DIN ID-DIRETTIVA:
Artikolu 1
Emendi għad-Direttiva 2009/65/KE
Id-Direttiva 2009/65/KE hija emendata kif ġej:
|
(1) |
fl-Artikolu 2(1), jiżdied il-punt li ġej:
(*1) Ir-Regolament (UE) Nru 648/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta’ Lulju 2012 dwar derivati OTC, kontropartijiet ċentrali u repożitorji tad-data dwar it-tranżazzjonijiet (ĠU L 201, 27.7.2012, p. 1).”;" |
|
(2) |
l-Artikolu 52 huwa emendat kif ġej:
|
Artikolu 2
Emendi għad-Direttiva 2013/36/UE
Id-Direttiva 2013/36/UE hija emendata kif ġej:
|
(1) |
fl-Artikolu 74(1), il-punt (b) huwa sostitwit b’dan li ġej:
(*2) Ir-Regolament (UE) Nru 648/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta’ Lulju 2012 dwar derivati OTC, kontropartijiet ċentrali u repożitorji tad-data dwar it-tranżazzjonijiet (ĠU L 201, 27.7.2012, p. 1).”;" |
|
(2) |
fl-Artikolu 76(2), jiżdied is-subparagrafu li ġej: “L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-korp ta’ ġestjoni jiżviluppa pjanijiet speċifiċi u miri kwantifikabbli f’konformità mar-rekwiżiti stipulati fl-Artikolu 7a tar-Regolament (UE) Nru 648/2012 sabiex jimmonitorja u jindirizza r-riskju ta’ konċentrazzjoni li jirriżulta minn skoperturi għal kontropartijiet ċentrali li joffru servizzi ta’ importanza sistemika sostanzjali għall-Unjoni jew għal wieħed jew aktar mill-Istati Membri tagħha.” ; |
|
(3) |
fl-Artikolu 81, jiżdied il-paragrafu li ġej: “L-awtoritajiet kompetenti għandhom jivvalutaw u jimmonitorjaw l-iżviluppi fil-prattiki tal-istituzzjonijiet dwar il-ġestjoni tar-riskju ta’ konċentrazzjoni tagħhom li jirriżulta minn skoperturi għal kontropartijiet ċentrali, inklużi l-pjanijiet żviluppati f’konformità mal-Artikolu 76(2), il-ħames subparagrafu ta’ din id-Direttiva, kif ukoll il-progress li sar fl-adattament tal-mudelli tan-negozju tagħhom għar-rekwiżiti stipulati fl-Artikolu 7a tar-Regolament (UE) Nru 648/2012.” ; |
|
(4) |
fl-Artikolu 100, jiżdied il-paragrafu li ġej: “5. L-ABE, f’kooperazzjoni mal-ESMA, għandu jiżviluppa linji gwida f’konformità mal-Artikolu 16 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010 biex tispeċifika metodoloġija konsistenti għall-integrazzjoni tar-riskju ta’ konċentrazzjoni li jirriżulta minn skoperturi għal kontropartijiet ċentrali fit-testijiet tal-istress superviżorji. L-ABE għandha toħroġ il-linji gwida msemmijin fl-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu sal-25 ta’ Ġunju 2026.” |
|
(5) |
fl-Artikolu 104(1), jiżdied il-punt li ġej:
|
Artikolu 3
Emendi għad-Direttiva (UE) 2019/2034
Id-Direttiva (UE) 2019/2034 hija emendata kif ġej:
|
(1) |
fl-Artikolu 3(1), jiżdiedu l-punti li ġejjin:
(*3) Ir-Regolament (UE) Nru 648/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta’ Lulju 2012 dwar derivati OTC, kontropartijiet ċentrali u repożitorji tad-data dwar it-tranżazzjonijiet (ĠU L 201, 27.7.2012, p. 1).”;" |
|
(2) |
fl-Artikolu 26(1), il-punt (b) huwa sostitwit b’dan li ġej:
; |
|
(3) |
l-Artikolu 29(1) huwa emendat kif ġej:
|
|
(4) |
fl-Artikolu 36(1), jiżdied is-subparagrafu li ġej: “Għall-fini tal-ewwel subparagrafu, il-punt (a), l-awtoritajiet kompetenti għandhom jivvalutaw u jimmonitorjaw l-iżviluppi fil-prattiki tad-ditti tal-investiment dwar il-ġestjoni tar-riskju ta’ konċentrazzjoni tagħhom li jirriżulta minn skoperturi għal kontropartijiet ċentrali, inklużi l-pjanijiet żviluppati f’konformità mal-Artikolu 29(1) ta’ din id-Direttiva, kif ukoll il-progress li sar fl-adattament tal-mudelli tan-negozju tagħhom għar-rekwiżiti stipulati fl-Artikolu 7a tar-Regolament (UE) Nru 648/2012.” ; |
|
(5) |
l-Artikolu 39(2) huwa emendat kif ġej:
|
Artikolu 4
Traspożizzjoni
1. L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa sabiex jikkonformaw ma’ din id-Direttiva sal-25 ta’ Ġunju 2026. Huma għandhom minnufih jgħarrfu lill-Kummissjoni f’dak ir-rigward.
Meta l-Istati Membri jadottaw dawk il-miżuri, dawn għandhom jinkludu referenza għal din id-Direttiva jew għandhom jinkludu dik ir-referenza meta jiġu pubblikati uffiċjalment. Il-metodi kif issir dik ir-referenza għandhom jiġu stabbiliti mill-Istati Membri.
2. L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test tal-miżuri ewlenin tal-liġi nazzjonali li jadottaw fil-qasam kopert minn din id-Direttiva.
Artikolu 5
Dħul fis-seħħ
Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Artikolu 6
Destinatarji
Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.
Magħmula fi Strasburgu, is-27 ta’ Novembru 2024.
Għall-Parlament Ewropew
Il-President
R. METSOLA
Għall-Kunsill
Il-President
BÓKA J.
(1) ĠU C 204, 12.6.2023, p. 3.
(2) Il-pożizzjoni tal-Parlament Ewropew tal-24 ta’ April 2024 (għadha mhijiex ippublikata fil-Ġurnal Uffiċjali) u d-deċiżjoni tal-Kunsill tad-19 ta’ Novembru 2024.
(3) Ir-Regolament (UE) Nru 648/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta’ Lulju 2012 dwar derivati OTC, kontropartijiet ċentrali u repożitorji tad-data dwar it-tranżazzjonijiet (ĠU L 201, 27.7.2012, p. 1).
(4) Id-Direttiva 2009/65/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Lulju 2009 dwar il-koordinazzjoni ta’ liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi fir-rigward tal-impriżi ta’ investiment kollettiv f’titoli trasferibbli (UCITS) (ĠU L 302, 17.11.2009, p. 32).
(5) Id-Direttiva 2013/36/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Ġunju 2013 dwar l-aċċess għall-attività tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu u s-superviżjoni prudenzjali tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu, li temenda d-Direttiva 2002/87/KE u li tħassar id-Direttivi 2006/48/KE u 2006/49/KE (ĠU L 176, 27.6.2013, p. 338).
(6) Id-Direttiva (UE) 2019/2034 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta’ Novembru 2019 dwar is-superviżjoni prudenzjali tad-ditti tal-investiment u li temenda d-Direttivi 2002/87/KE, 2009/65/KE, 2011/61/UE, 2013/36/UE, 2014/59/UE u 2014/65/UE (ĠU L 314, 5.12.2019, p. 64).
(7) Ir-Regolament (UE) 2024/2987 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta’ Novembru 2024 li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 648/2012, (UE) Nru 575/2013 u (UE) 2017/1131 fir-rigward ta’ miżuri sabiex jittaffew l-iskoperturi eċċessivi għal kontropartijiet ċentrali ta’ pajjiżi terzi u tittejjeb l-effiċjenza tas-swieq tal-ikklerjar tal-Unjoni (ĠU L, 2024/2987, 4.12.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2024/2987/oj).
ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2024/2994/oj
ISSN 1977-074X (electronic edition)