Subject of the case
Parti operattiva
Suġġett
Rikors ippreżentat mill-Kummissjoni skont l-Artikolu 238 KE sabiex jinkiseb ir-rimbors ta’ parti mill-ammonti mħallsa bil-quddiem mill-Komunità fil-kuntest tal-kuntratti DE 3010 (DE) Rise u HC 4007 (HC) Healthline, kif ukoll il-ħlas ta’ interessi moratorji.
Dispożittiv
1) Rednap AB hija kkundannata tħallas lura lill-Kummissjoni l-ammont ta’ EUR 334 375.49.
2) Rednap hija kkundannata tħallas lill-Kummissjoni interessi moratorji fuq l-ammont ta’ EUR 219 125.22 mill-1 ta’ Ġunju 2002 bir-rata statutorja stabbilita mid-dritt Grieg u dan sal-ħlas kollu tad-dejn, mingħajr din ir-rata ma tkun tista’ taqbeż, mill-1 ta’ Awwissu 2007, 11.75 % fis-sena.
3) Rednap hija kkundannata tħallas lill-Kummissjoni interessi moratorji fuq l-ammont ta’ EUR 115 250.27 mill-31 ta’ Mejju 2002 bir-rata statutorja stabbilita mid-dritt Grieg u dan sal-ħlas kollu tad-dejn, mingħajr ma din ir-rata tkun tista’ taqbeż, mill-1 ta’ Awwissu 2007, 11.75 % fis-sena.
4) Rednap hija kkundannata għall-ispejjeż.