DIGRIET TAL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA (Il-Ħames Awla)

19 ta’ Ottubru 2007

Kawża C-238/07 P

Derya Beyatli

vs

Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej

“Appell – Servizz pubbliku – Kompetizzjoni ġenerali għaċ-ċittadini tar-Repubblika ta’ Ċipru – Avviż ta’ kompetizzjoni – Termini – Ilment – Ittra indirizzata lill-Kap tad-Delegazzjoni tal-Kummissjoni f’Ċipru”

Suġġett: Appell mid-digriet tal-Qorti tal-Prim’Istanza (Il-Ħames Awla) tal-5 ta’ Marzu 2007, Beyatli u Candan vs Il-Kummissjoni (T-455/04, li għadu ma ġiex ippubblikat fil-Ġabra), li permezz tiegħu l-Qorti tal-Prim’Istanza ċaħdet bħala inammissibbli r-rikors tar-rikorrenti għall-annullament tad-deċiżjoni tal-Bord ta’ l-Għażla tal-kompetizzjoni EPSO/A/1/03, sabiex tiġi stabbilita lista ta’ riżerva għal Assistenti Amministraturi ta’ nazzjonalità Ċiprijotta, li ma ppermettietx lir-rikorrenti jagħmlu l-eżami orali ta’ l-imsemmija kompetizzjoni.

Deċiżjoni: L-appell huwa miċħud. D. Beyatli hija kkundannata għall-ispejjeż.

Sommarju

Appell – Aggravji – Aggravju bbażat fuq in-nuqqas ta’ produzzjoni ta’ dokumenti –Dokumenti mhux rilevanti sabiex tingħata deċiżjoni fuq l-ammissibbiltà tar-rikors –Ċaħda