31996R1735



Official Journal L 225 , 06/09/1996 P. 0001 - 0002


Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1735/96

ta' l-4 ta' Settembru 1996

dwar il-klassifika tan-nomenklatura magħquda

IL- KUMMISSJONI TAL- KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 [1] dwar in-nomenklatura ta' tariffa u statistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni, kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 1192/96 [2], u b'mod partikolari l-Artikolu 9 tiegħu,

Billi biex tkun żgurata l-applikazzjoni uniformi tan-nomenklatura magħquda annessa mar-Regolament imsemmi, huwa meħtieġ li jkunu addottati miżuri dwar il-klassifika ta' l-oġġetti li hemm referenza għalihom fl-Anness ma' dan ir-Regolament;

Billi r-Regolament (KEE) Nru 2658/87 stabbilixxa r-regoli ġenerali għall-interpretazzjoni tan-nomenklatura magħquda u dawk ir-regoli japplikaw ukoll għal kull nomenklatura oħra li hi kollha kemm hi jew parzjalment ibbażata fuqha jew li żżid xi suddiviżjoni addizzjonali magħha u li hija stabbilita b'diposizzjonijiet speċifiċi komunitarji, fil-ħsieb ta' l-applikazzjoni ta' miżuri ta' tariffa u oħrajn li għandhom x'jaqsmu mal-kummerċ f'oġġetti;

Billi, skond ir-regoli ġenerali msemmija, l-oġġetti deskritti fil-kolonna 1 tat-tabella annessa mar-Regolament preżenti għandhom ikunu kklassifikati taħt il-kodiċijiet xierqa tan-NM indikati fil-kolonna 2, bis-saħħa tar-raġunijiet iddikjarati fil-kolonna 3;

Billi huwa aċċettat li informazzjoni li torbot dwar tariffa maħruġa mill-awtoritajiet doganali ta' Stati Membri dwar il-klassifika ta' oġġetti fin-nomenklatura magħquda u li ma tikkonformax mad-drittijiet stabbiliti b'dan ir-Regolament, tista' tissokta tkun invokata, taħt id-disposizzjonijiet ta' l-Artikolu 12(6) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 tat-12 ta' Ottubru 1992 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali Komunitarju [3], għal-perjodu ta' tliet xhur mid-detentur;

Billi l-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma skond l-opinjoni tas-Sezzjoni dwar in-Nomenkatura ta' Tariffa u Statistika tal-Kumitat dwar il-Kodiċi Doganali,

ADDOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-oġġetti deskritti fil-kolonna 1 tat-tabella annessa huma issa kklassifikati fin-nomenklatura magħquda taħt il-kodiċijiet xierqa tan-NM indikati fil-kolonna 2 tat-tabella msemmija.

Artikolu 2

Informazzjoni li torbot dwar tariffa maħruġa mill-awtoritajiet doganali ta' Stati Membri li ma jikkonformawx mad-drittijiet stabbiliti b'dan ir-Regolament tista' tissokta tkun invokata taħt id-disposizzjonijiet ta' l-Artikolu 12(6) tar-Regolament (KEE) Nru 2913/92 għal perjodu ta' tliet xhur.

Artikolu 3

Dan ir-Regolament għandu jidħol fi-seħħ fil-21 jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussel, fl-4 ta' Settembru 1996.

Għall-Kummissjoni

Mario Monti

Membru tal-Kummissjoni

[1] ĠU L 256, tas-7.9.1987, p. 1.

[2] ĠU L 156, tad-29.6.1996, p. 15.

[3] ĠU L 302, tad-19.10.1992, p. 1.

--------------------------------------------------

ANNESS

Deskrizzjoni ta' l-oġġetti | Klassifika Kodiċi tan-NM | Raġuni |

(1) | (2) | (3) |

Kwadru bi klipp bi ħġieġa fuq quddiem, ta' qisien ta' 30 ċm X 40 ċm, li jikkonsistu fi: folja tal-ħġieġ gathered mekkanikament bi truf b'lavur,folja karta stampataubiċċa kartun biex tappoġġja stampa miżmuma flimkien b'erba' klippi ta' metall ta' valur baxx | 70139990 | Il-klassifika hija ddeterminata bid-disposizzjonijiet tar-Regoli Ġenerali 1, 3 (b) u 6 għall-interpretazzjoni tan-nomenklatura magħquda u l-kliem (rabta ta' kliem) tal-kodiċijiet ta' l-NK 7013, 701399 u 70139990. Dan l-artikolu jintuża għal tiżjin intern. |

--------------------------------------------------