European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
tal-Unjoni Ewropea

MT

Is-serje C


C/2026/4719

3.9.2026

Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Każ M.12330 – KIMBERLY-CLARK / KENVUE)

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

(C/2026/4719)

1.   

Fil-25 ta’ Awwissu 2026, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).

Din in-notifika tikkonċerna l-impriżi li ġejjin:

—

Kimberly-Clark Corporation (“Kimberly-Clark”, l-Istati Uniti),

—

Kenvue Inc. (“Kenvue”, L-Istati Uniti).

Kimberly-Clark se takkwista fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll esklużiv tat-totalità ta’ Kenvue.

Il-konċentrazzjoni titwettaq permezz tax-xiri ta’ ishma.

2.   

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma li ġejjin:

—

Kimberly-Clark hija attiva globalment fil-produzzjoni u l-bejgħ ta’ prodotti għall-kura personali għall-użu personali, kummerċjali u industrijali. Fiż-ŻEE, Kimberly-Clark tforni ħrieqi għat-trabi u għat-tfal, prodotti għall-inkontinenza għall-adulti, u prodotti tal-iġjene femminili. Il-marki ta’ Kimberly-Clark jinkludu Huggies u Kotex,

—

Kenvue hija attiva fil-manifattura u l-provvista ta’ prodotti tas-saħħa tal-konsumatur. Fiż-ŻEE, Kenvue tforni mediċini li jinxtraw mingħajr riċetta, prodotti tas-saħħa tal-ġilda u tas-sbuħija, prodotti għall-kura tat-trabi, prodotti tal-iġjene tan-nisa, u prodotti essenzjali tas-saħħa bħal-likwidu għat-tlaħliħ tal-ħalq u t-toothpaste. Il-marki ta’ Kenvue jinkludu Listerine, Nicorette, Neutrogena, u t.t.

3.   

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

4.   

Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar il-konċentrazzjoni proposta lill-Kummissjoni.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn 10 ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Ir-referenza li ġejja għandha dejjem tiġi speċifikata:

M.12330 — KIMBERLY-CLARK / KENVUE

Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni bl-email jew bil-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:

Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu

Indirizz Postali:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)   ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).


ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2026/4719/oj

ISSN 1977-0987 (electronic edition)