52010PC0302

Proposta għal deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li tipprovdi għajnuna makrofinanzjarja lir-Repubblika tal-Moldova SEG(2010)706 /* KUMM/2010/0302 finali - COD 2010/0162 */


[pic] | IL-KUMMISSJONI EWROPEA |

Brussel 9.6.2010

KUMM(2010)302 finali

2010/0162 (COD)

Proposta għal

DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

li tipprovdi għajnuna makrofinanzjarja lir-Repubblika tal-Moldova

SEG(2010)706

MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI

IL-KUNTEST TAL-PROPOSTA |

Ir-raġunijiet tal-proposta u l-għanijiet tagħha Il-Kummissjoni tipproponi li tipprovdi l-għajnuna makrofinanzjarja (MFA) lir-Repubbklika tal-Moldova f’forma ta’ għotja li tista’ twassal sa EUR 90 miljun. L-għotja proposta hija maħsuba biex tikkontribwixxi lejn il-ħtiġijiet tal-bilanċ tal-pagamenti u l-ħtiġijiet għall-finanzjament tal-baġit Statali li ġew identifikati mill-Fond Monetarju Internazzjonali (FMI). Hija se tappoġġa l-programm ta' stabilizzazzjoni tal-awtoritajiet bil-għan li tiżgura kontijiet fiskali u esterni sostenibbli, u b'hekk se tgħin lill-pajjiż jindirizza l-konsegwenzi tal-kriżi finanzjarja globali. L-għajnuna makrofinanzjarja proposta tal-Unjoni Ewropea se tikkomplimenta l-appoġġ tal-FMI previst skont l-arranġament finanzjarju miftiehem mill-bord tal-FMI fid-29 ta' Jannar 2010. L-MFA tal-UE għandha l-għan li tikkontribwixxi lejn il-ħtiġijiet finanzjarji esterni tal-pajjiż fl-2010 u 2011. Matul dawn is-sentejn il-ħtiġijiet finanzjarji mhux koperti tar-Repubblika tal-Moldova se jilħqu l-quċċata. Jekk fl-2012 ikun għad hemm nuqqas finanzjarju sostanzjali, aktar għajnuna mill-UE tista' tkun ikkounsidrata taħt inizjattiva ġdida. L-għajnuna proposta se ssaħħaħ ukoll l-momentum tar-riforma fir-Repubblika tal-Moldova fl-appoġġ lill-programm ekonomiku tal-gvern u l-isforzi lejn l-integrazzjoni fl-UE. Se tikkontribwixxi wkoll lejn l-implimentazzjoni tal-istrateġija ta' kooperazzjoni tal-Unjoni Ewropea lejn ir-Repubblika tal-Moldova u, b'mod aktar ġenerali, lejn il-pajjiżi tas-Sħubija tal-Lvant. L-għajnuna makrofinanzjarja tal-UE se tkun eċċezzjonali u limitata fiż-żmien, u se tkun tiddependi partikolarment fuq il-progress fl-implimentazzjoni tal-programm attwali tal-IMF u fuq it-twettiq b’suċċess tal-kundizzjonijiet tal-politika ekonomika li se jkunu marbuta ma’ din l-għajnuna. |

Kuntest ġenerali Ir-Repubblika tal-Moldova hija waħda mill-pajjiżi fl-viċinat tal-lvant tal-Unjoni tal-Unjoni Ewropea milquta bl-aktar mod profond bil-kriżi globali. Minkejja li kien hemm rati għolja ta' tkabbir ekonomiku fis-snin li wasslu għall-kriżi, il-livell tad-dħul għal kull ras f'Moldova baqa' bil-wisq l-aktar baxx fir-reġjun. Ir-rispons politiku għall-kriżi ekonomika kien ittardjat l-ewwel bil-preparazzjoni għall-elezzjonijiet parlamentari fir-rebbiegħa 2009 u aktar tard bit-tensjonijiet politiċi interni dwar ir-riżultati elettorali. Ir-repetizzjoni tal-elezzjonijiet li kellhom ikunu organizzati fil-ħarifa tal-2009 ġabu fil-poter gvern ta' koalizzjoni dwar aġenda ta' riforma li jfittex approssimazzjoni eqreb lejn l-UE u għandu l-għan li jdawwar il-mudel preċedenti ta' tkabbir li kien jistrieħ ħafna fuq l-influss ta' dħul. L-iżviluppi politiċi ħolqu momentum ġdid fit-tisħiħ tar-relazzjonijiet bilaterali mal-UE biex laħqu l-quċċata bil-ftuħ tan-negozjati formali dwar Ftehim ta' Assoċjazzjoni ġdid fit-12 ta' Jannar 2010. Immedjatament wara l-ġurament ta' ħatra tal-gvern il-ġdid immexxi mill-Prim Ministru Filat fil-25 ta' Settembru 2009 l-awtoritajiet tar-Repubblika tal-Moldova avviċina d-donaturi internazzjonali bit-talba biex ikopru l-ħtiġijiet finanzjarji tal-pajjiż. Fid-29 ta' Settembru, waqt mawra tal-Prim Ministru l-ġdid fi Brussell, il-gvern il-ġdid ikkonferma it-talba għall-appoġġ finanzjarju tal-UE ppreżentata aktar kmieni matul is-sena mill-amministrazzjoni preċedenti. Fid-29 ta' Jannar 2010, il-Bord tal-IMF approva programm ta' għajnuna li jkopri l-perjodu 2010-2012 skont taħlita ta' Faċilità ta' Kreditu Estiż (ECF) u Faċilità ta' Fond Estiż (EFF). Il-programm tfassal biex ikun ikkumplimentat minn donaturi internazzjonali oħrajn, b'mod partikolari il-Bank Dinji (WB) u l-UE, kif ukoll donaturi oħrajn, kemm multilaterali u bilaterali. Fil-laqgħa tal-Grupp Konsultattiv fi Brussell tal-24 ta' Marzu 2010 kienu ġew ikkonfermati tassew kontribuzzzonijiet minn donaturi bilaterali. L-MFA proposta hija parti mill-finanzjament provdut fil-kuntest tal-implimentazjzoni tal-programm. |

Dispożizzjonijiet eżistenti fil-qasam tal-proposta L-ebda. |

Konsistenza ma' politiki oħrajn u għanijiet tal-Unjoni Ewropea Il-programm tal-MFA jkompli ma' finanzjamenti oħra mingħand l-UE, b'mod partikolari mal-appoġġ tal-baġit fuq medda medja ta' żmien tal-ENPI (Strument Ewropew ta' Viċinat u Sħubija) li hu implimentat fil-qafas tal-Istrateġija tal-Pajjiżi għall-kooperazzjoni tal-UE mar-Repubblika tal-Moldova. Għaldaqstant jista’ jgħin biex iżid l-influwenza tal-UE fuq it-tfassil tal-politika Ukraina, kif ukoll jgħin lill-Ukraina biex tegħleb il-kriżi kbira ekonomika tal-preżent. Il-programm tal-MFA jżid ukoll mal-finanzjament barrani li ġej mingħand l-IMF u l-Bank Dinji u mingħand donaturi bilaterali. |

KONSULTAZZJONI MAL-PARTIJIET INTERESSATI U VALUTAZZJONI TAL-IMPATT |

Konsultazzjoni mal-partijiet interessati |

Waqt it-tħejjija tal-proposta preżenti tal-Kummissjoni, is-servizzi tal Kummissjoni kienu f’kuntatt mal-awtoritajiet tar-Repubblika tal-Moldova, mal-FMI, mal-Bank Dinji, mal-BERŻ u ma’ donaturi u kredituri bilaterali potenzjali, biex jiddiskutu l-ħtiġijiet tal-għajnuna. Wara l-adozzjoni tad-Deċiżjoni tal-Parlament u tal-Kunsill, is-servizzi tal-Kummissjoni se jinnegozjaw mal-awtoritajiet tar-Repubblika tal-Moldova, Memorandum ta' Ftehim u Ftehim ta' Għotja biex jiġu stipulati fid-dettall il-modalitajiet tal-implimentazzjoni tal-għajnuna. |

Ġbir u użu tal-kompetenza |

Is-servizzi tal-Kummissjoni, bl-assistenza tal-konsulenti esterni, se jwettqu Valutazzjoni Operattiva tal-kwalità u l-affidabbiltà taċ-ċirkuwiti finanzjarji pubbliċi u tal-kontrolli amministrattivi fir-Repubblika tal-Moldova. |

Stima tal-impatt L-għajnuna makrofinanzjarja se jkollha impatt immedjat fuq il-bilanċ tal-ħlasijiet u fuq il-baġit Statali tar-Repubblika tal-Moldova u b’dan il-mod se tikkontribwixxi biex jittaffew il-pressjonijiet finanzjarji fuq l-implimentazzjoni tal-programm ekonomiku tal-awtoritajiet. L-għajnuna makrofinanzjarja tkompli tappoġġa l-miri ġenerali tal-programm ta’ stabilizzazzjoni miftiehem mal-FMI. L-għajnuna għall-iffinanzjar ta' proġetti u/jew teknika ma tkunx xierqa biex tindirizza dawn l-objettivi makroekonomiċi. Il-ħlasijiet se jikkontribwixxu għall-bini ta' riżervi fil-Bank Nazzjonali; il-valuta nazzjonali ekwivalenti tal-għajnuna, jekk tiddaħħal fil-baġit tal-istat, se tikkontribwixxi l-finanzjament tad-defiċit tal-baġit. L-għajnuna tal-Unjoni Ewropea se tappoġġa wkoll lill-isforzi tal-awtoritajiet biex jimplimentaw politiki ta' terminu qasir u medju fil-Pjan ta' Azzjoni ta' bejn l-UE u r-Repubblika tal-Moldova maqbula fil-kuntest tal-Politika Ewropea ta' Viċinat. |

ELEMENTI LEGALI TAL-PROPOSTA |

Sommarju tal-azzjoni proposta L-Unjoni Ewropea għandha tagħmel disponibbli lir-Repubblika tal-Moldova l-għajnuna makrofinanzjarja li twassal sa EUR 90 miljun. Fid-dawl tal-impatt tal-kriżi ekonomika tal-ekonomija u l-eliġibilità tal-pajjiż għal finanzjament konċessjonarju (IDA), l-għajnuna tal-Unjoni Ewropea se tkun provduta f'forma ta' għotja. L-għajnuna se tkun disponibbli fi tliet jew erba' pagamenti: Fil-prinċipju, żewġ pagamenti fl-2010 u wieħed jew tnejn fl-2011. L-għajnuna se tkun amministrata mill-Kummissjoni. Il-Kummissjoni għandha tiftiehem mal-awtoritajiet dwar il-kundizzjonijiet speċifiċi finanzjarji u ta' politika ekonomika marbuta mal-ħlas ta’ kull pagament. Jekk ikun hemm bżonn, se jkunu inklużi d-dispożizzjonijiet speċifiċi dwar il-prevenzjoni ta’ frodi u irregolaritajiet oħra, b'konsistenza mar-Regolament Finanzjarju. L-għajnuna se tkun kompletament konsistenti mal-miri makroekonomiċi diġà ffissati fil-pjani tal-politika ekonomika tar-Repubblika tal-Moldova miftehmin mal-FMI. Din se tkun konsistenti wkoll mal-miri politiċi fuq medda ta’ żmien itwal li huma previsti fil-Ftehim ta’ Sħubija u Kooperazzjoni bejn l-UE u r-Repubblika tal-Moldova, u aktar reċenti, fil-Pjan ta’ Azzjoni adottat fl-2005 bejn l-UE u r-Repubblika tal-Moldova fil-qafas tal-Politika Ewropea tal-Viċinat. Fir-rigward tal-kundizzjonijiet speċifiċi tal-politika ekonomika marbuta mal-ħlas tal-għajnuna, il-Kummissjoni biħsiebha tiffoka fuq għadd limitat ta’ oqsma, inklużi l-ġestjoni tal-fondi pubbliċi u l-istabbiltà finanzjarja. Barra minn hekk, il-Kummissjoni għandha mnejn tikkonsidra li timmira għal politiki speċifiċi ta' importanza partikolari, bħalma huma l-prijoritajiet li ġew identifikati fir-rapport dwar l-implimentazzjoni tal-Politika Ewropea tal-Viċinat (Rapport ta’ Progress tal-PEV) ta’ April 2010, jew miżuri li jitqiesu li huma xierqa wara l-Valutazzjoni Operattiva. |

Bażi legali L-Artikolu 212 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE). |

Prinċipju tas-sussidjarjetà Il-proposta taqa' taħt il-kompetenza maqsuma tal-Unjoni Ewropea fil-qasam tal-kooperazzjoni ekonomika u finanzjarja ma' pajjiżi terzi. |

Prinċipju ta’ proporzjonalità Il-proposta hija konformi mal-prinċipju ta' proporzjonalità għar-raġunijiet li ġejjin. |

L-ammont propost tal-għajnuna ġdida – sa EUR 90 miljun – jikkorrispondi għal madwar 27 % tal-ħtiġijiet residwi tal-finanzjament barrani għar-Repubblika tal-Moldova fl-2010 u fl-2011, minbarra l-appoġġ makroekonomiku pprovdut mill-FMI u l-Bank Dinji. Dan il-qsim tal-piż mill-Unjoni Ewropea qed iqis dan il-mument eċċezzjonali attwali, hekk kif il-kriżi globali qed ikollha effett serju fuq l-ekonomija tar-Repubblika tal-Moldova. |

Għażla ta’ strumenti |

Strumenti proposti: oħrajn. |

Fin-nuqqas ta’ regolament ta’ qafas għall-istrument ta’ għajnuna makrofinanzjarja, deċiżjonijiet ad hoc tal-Parlament u tal-Kunsill skont l-Artikolu 212 tat-TFUE huma l-uniku strument ġuridiku disponibbli għal din l-għajnuna. |

Implikazzjoni baġitarja |

L-għajnuna se tkun iffinanzjata mill-approprjazzjonijiet tal-impenji fl-2010 u 2011 taħt il-linja tal-baġit 01 03 02 (għajnuna makroekonomika); il-ħlasijiet se jsiru fl-2010 u fl-2011. |

INFORMAZZJONI ADDIZZJONALI |

Klawżola ta’ analiżi/reviżjoni/terminazzjoni awtomatika |

Il-proposta tistipula perjodu limitat ta’ disponibilità. |

1. 2010/0162 (COD)

Proposta għal

DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

li tipprovdi għajnuna makrofinanzjarja lir-Repubblika tal-Moldova

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 212 tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni Ewropea[1],

Wara t-trażmissjoni tal-abbozz tal-att leġiżlattiv lill-Parlamenti nazzjonali,

Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja[2],

Billi:

2. Ir-relazzjonijiet bejn ir-Repubblika tal-Moldova u l-Unjoni Ewropea qegħdin jiżviluppaw fi ħdan il-qafas tal-Politika Ewropea tal-Viċinat. Fl-2005, il-Komunità u r-Repubblika tal-Moldova ftiehmu dwar Pjan ta’ Azzjoni tal-Politika Ewropea tal-Viċinat u identifikaw il-prijoritajiet għal medda medja ta’ żmien fir-relazzjonijiet bejn l-UE u r-Repubblika tal-Moldova. Il-qafas tar-relazzjonijiet bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Moldova huwa mtejjeb ukoll bis-Sħubija tal-Lvant varat ftit ilu. F'Jannar tal-2010, l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Moldova bdew jinnegozjaw Ftehim ta’ Assoċjazzjoni li hu maħsub biex jieħu post il-Ftehim ta’ Sħubija u Kooperazzjoni eżistenti.

3. L-ekonomija tar-Repubblika tal-Moldova intlaqtgħet ħażin ħafna mill-kriżi finanzjarja internazzjonali b'riżultat ta' produzzjoni li qed tonqos b'mod drammatiku, ta' pożizzjoni fiskali li qed tiħżien u ħtiġijiet għal finanzjament estern dejjem jikbru.

4. L-istabbiltà ekonomika u l-irkupru fir-Repubblika tal-Moldova huma appoġġati mill-għajnuna finanzjarja tal-Fond Monetarju Internazzjonali (FMI). L-arranġament finanzjarju tal-FMI għar-Repubblika tal-Moldova kien approvat fid-29 ta' Jannar 2010.

5. Ir-Repubblika tal-Moldova talbet l-għajnuna makrofinanzjarja tal-Unjoni minħabba li s-sitwazzjoni u l-prospettiva ekonomiċi qegħdin imorru għall-agħar.

6. Minħabba li għad hemm diskrepanza finanzjarja residwa fil-bilanċ tal-pagamenti bejn l-2010 u l-2011, l-għajnuna makrofinanzjarja titqies bħala reazzjoni f’waqtha għat-talba tar-Repubblika tal-Moldova għas-sostenn tal-istabbilizzazzjoni ekonomika flimkien mal-programm preżenti tal-FMI. L-għajnuna makrofinanzjarja preżenti hija mistennija wkoll li se tgħin biex ittaffi l-ħtiġijiet esterni għall-finanzjament tal-baġit tal-Istat.

7. L-għajnuna makrofinanzjarja tal-Unjoni m'għandhiex biss tissupplimenta programmi u riżorsi mill-FMI u l-Bank Dinji iżda għandha tiżgura l-valur miżjud tal-involviment tal-UE.

8. Il-Kummissjoni għandha tiżgura li l-għajnuna makrofinanzjarja tal-UE tkun legalment u sostanzjalment konformi mal-miżuri meħuda fid-diversi oqsma tal-azzjoni esterna u politiki tal-Unjoni Ewropea oħra relevanti.

9. L-għanijiet speċifiċi tal-għajnuna għandhom isaħħu l-effiċjenza, it-trasparenza u l-kontabilità. Dawn l-għanijiet għandhom ikunu sorveljati regolarment mill-Kummissjoni.

10. Il-kundizzjonijiet mehmużin mal-proviżjoni tal-għajnuna makrofinanzjarja għandhom jirriflettu prinċipji ewlenin u għanijiet tal-politika tal-Unjoni lejn ir-Repubblika tal-Moldova.

11. Sabiex tkun żgurata l-protezzjoni effikaċi tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni marbuta ma' din l-għajnuna finanzjarja, huwa meħtieġ illi jkun hemm provvediment għal miżuri xierqa mir-Repubblika tal-Moldova relatati mal-prevenzjoni ta', u l-ġlieda kontra l-frodi, il-korruzzjoni u irregolaritajiet oħra marbuta ma' din l-għajnuna, kif ukoll għal spezzjonijiet mill-Kummissjoni u verifiki mill-Qorti tal-Awdituri.

12. Il-ħruġ tal-għajnuna makrofinanzjarja tal-Unjoni huwa mingħajr preġudizzju għas-setgħat tal-awtorità baġitarja.

13. L-għajnuna makrofinanzjarja tal-Unjoni għandha tkun implimentata mill-Kummissjoni. Il-miżuri meħtieġa għall-implimentazzjoni ta’ din id-Deċiżjoni għandhom jiġu adottati skont id-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/468/KE tat-28 ta’ Ġunju 1999 li tipprovdi l-proċeduri għall-eżerċizzju tas-setgħat tal-implimentazzjoni konferiti fuq il-Kummissjoni[3],

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

1. L-Unjoni Ewropea għandha tagħmel disponibbli l-għajnuna makrofinanzjarja lir-Repubblika tal-Moldova f'forma ta' għotja ta' ammont massimu ta' EUR 90 miljun bil-ħsieb li tappoġġa l-istabbilizzazzjoni ekonomika fir-Repubblika tal-Moldova u ttaffi l-bilanċ tal-ħlasijiet u l-ħtiġijiet baġitarji tagħha huma identifikati fil-programm preżenti tal-Fond Montetarju Internazzjonali.

2. Il-ħruġ tal-għajnuna makrofinanzjarja tal-Unjoni għandha tkun ġestita mill-Kummissjoni b'mod konsistenti mal-ftehimiet u l-arranġamenti milħuqa bejn il-FMI u r-Repubblika tal-Moldova u ma' prinċipji ewlenin u għanijiet tar-riforma ekonomika ffissata fil-Ftehim ta’ Sħubija u Kooperazzjoni u l-Pjan t'Azzjoni bejn l-UE u r-Repubblika tal-Moldova.

3. L-għajnuna finanzjarja tal-Unjoni Ewropea għandha tkun disponibbli għal sentejn u nofs li jibdew mill-ewwel jum wara d-dħul fis-seħħ tal-Memorandum ta' Ftehim imsemmi fl-Artikolu 2(1).

Artikolu 2

1. Il-Kummissjoni, li qiegħda taġixxi skont il-proċedura konsultattiva msemmija fl-Artikolu 6 ta' din id-Deċiżjoni, ingħatat is-setgħa li taqbel mal-awtoritajiet lir-Repubblika tal-Moldova dwar il-kondizzjonijiet politiċi ekonomiċi mehmużin mal-għajnuna makrofinanzjarja tal-Unjoni Ewropea, biex ikunu stabbiliti fil-Memorandum ta' Ftehim. Dawn il-kondizzjonijiet għandhom ikunu konsistenti mal-ftehimiet u l-arranġamenti milħuqa bejn il-FMI u r-Repubblika tal-Moldova u ma' prinċipji ewlenin u għanijiet tar-riforma ekonomika ffissata fil-Ftehim ta’ Sħubija u Kooperazzjoni u l-Pjan t'Azzjoni bejn l-UE u r-Repubblika tal-Moldova. Dawn il-prinċipji u l-miri għandhom l-għan li jsaħħu l-effiċjenza, it-trasparenza u l-kontabilità tal-għajnuna, inklużi b'mod partikolari s-sistemi tal-ġestjoni tal-finanzi pubbliċi fir-Repubblika tal-Moldova. Il-progress biex jintlaħqu dawk il-miri se jkun sorveljat b'mod regolari mill-Kummissjoni. It-termini finanzjarji dettaljati tal-għajnuna għandhom jiġu stipulati fi Ftehim tal-Għotja li għandu jintlaħaq bejn il-Kummissjoni u l-awtoritajiet tar-Repubblika tal-Moldova.

2. Matul l-implimentazzjoni tal-għajnuna makrofinanzjarja mill-Unjoni, il-Kummissjoni għandha tissorvelja l-validità tal-arranġamenti finanzjarji tar-Repubblika tal-Moldova, il-proċeduri amministrattivi u l-mekkaniżmi interni u esterni ta' kontroll li huma rilevanti għal din l-għajnuna.

3. Il-Kummissjoni għandha tivverifika f’perjodi regolari li l-politiki ekonomiċi tar-Repubblika tal-Moldova huma konformi mal-miri tal-makrogħajnuna mill-Unjoni u li l-kundizzjonijiet tal-politika ekonomika miftiehma qed jitwettqu b’mod sodisfaċenti. Għal dan il-għan il-Kummissjoni għandha tikkordina mill-qrib mal-FMI u l-Bank Dinji.

Artikolu 3

1. L-għajnuna makrofinanzjarja tal-Unjoni għandha ssir disponibbli mill-Kummissjoni lir-Repubblika tal-Moldova f'mhux anqas minn tliet pagamenti tal-għotja, suġġetti għall-kondizzjonijiet f'paragrafu 2. L-ammont ta’ kull pagament se jkun stipulat fil-Memorandum ta’ Ftehim.

2. Il-Kummissjoni għandha tiddeċiedi dwar ir-rilaxx tal-pagamenti soġġett għall-implimentazzjoni sodisfaċenti tal-kundizzjonijiet tal-politika ekonomika miftiehma fil-Memorandum ta’ Ftehim. Il-ħlas tat-tieni pagament u tal-pagamenti ta' wara ma għandhomx isiru qabel tliet xhur mill-ħruġ tal-pagament preċedenti.

3. Il-fondi tal-Unjoni għandhom jitħallsu lill-Bank Nazzjonali tal-Moldova. Suġġetti għad-dispożizzjonijiet li jridu jiġu miftiehma fil-Memorandum ta' Ftehim, inkluża konferma tal-ħtiġijiet finanzjarji baġitarji residwi, il-fondi jistgħu jiġu ttrasferiti fit-Teżor tar-Repubblika tal-Moldova bħala l-benefiċjarju aħħari.

Artikolu 4

L-għajnuna finanzjarja tal-Unjoni għandha tiġi implimentata skont id-dispożizzjonijiet tar-Regolament tal-Kunsill (KE, EURATOM) Nru 1605/2002 tal-25 ta' Ġunju 2002 rigward ir-Regolament Finanazjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea[4] u r-regoli tal-implimentazzjoni tiegħu[5]. B'mod partikolari, il-Memorandum ta’ Ftehim u l-Ftehim ta’ Għotja li għandu jsir qbil dwarhom mal-awtoritajiet tar-Repubblika tal-Moldova għandhom jipprevedu miżuri xierqa mir-Repubblika tal-Moldova marbuta mal-prevenzjoni u l-ġlieda kontra l-frodi, il-korruzzjoni u irregolaritajiet oħra li jinfluwenzaw l-għajnuna. Sabiex tiġi żgurata trasparenza akbar fil-ġestjoni u fil-ħruġ ta' fondi tal-Unjoni, dawn għandhom jipprovdu wkoll għal kontrolli mill-Kummissjoni, inkluż l-Uffiċċju Ewropew ta’ Kontra l-Frodi (OLAF), bid-dritt li jwettaq kontrolli u spezzjonijiet fuq il-post, u fejn ikun xieraq għall-verifiki fuq il-post mill-Qorti tal-Awdituri.

Artikolu 5

1. Sal-31 ta’ Awwissu ta' kull sena, il-Kummissjoni għandha tibgħat rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill, u dan għandu jinkludi evalwazzjoni tal-implimentazzjoni ta’ din id-Deċiżjoni fis-sena preċedenti. Ir-rapport għandu jindika r-rabta bejn il-kundizzjonijiet politiċi kif stipulati fil-Memorandum ta’ Ftehim skont l-Artikolu 2(1), il-prestazzjoni ekonomika u fiskali attwali tar-Repubblika tal-Moldova u d-deċiżjoni tal-Kummissjoni li toħroġ il-pagament tal-għajnuna.

2. Il-Kummissjoni għandha tippreżenta rapport ex-post lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill mhux aktar tard minn sentejn mill-iskadenza tal-perjodu ta' disponibilità msemmija fl-Artikolu 1(3).

Artikolu 6

1. Il-Kummissjoni għandha tkun assistita minn kumitat.

2. Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikoli 3 u 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE, b’konsiderazzjoni tad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 8 tagħha.

Artikolu 7

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ l-għada tal-jum tal-pubblikazzjoni tagħha f' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea .

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, [...]

Għall-Parlament Għall-Kunsill

Il-President Il-President

DIKJARAZZJONI FINANZJARJA LEĠIŻLATTIVA

1. ISEM IL-PROPOSTA:

Għajnuna makrofinanzjarja lir-Repubblika tal-Moldova

2. QAFAS TA' ĦIDMA ABM / ABB

Il-Qasam/l-Oqsma tal-Politika konċernat/i u l-Attività/Attivitajiet assoċjati:

Titolu 01 – Affarijiet Ekonomiċi u Finanzjarji, 03 – Affarijiet ekonomiċi u finanzjari

3. LINJI TAL-BAĠIT

3.1. Il-linji tal-baġit (linji tal-operat u linji relatati tekniċi u ta’ assistenza amministrattiva (linji ex- B.A)) inklużi l-intestaturi:

Artikolu 01 03 02 – Għajnuna makroekonomika

3.2. It-tul ta' żmien tal-azzjoni u tal-impatt finanzjarju:

Il-ħlasijiet se jsiru f’tal-inqas tliet taqsimiet bejn l-2010 u l-2011. Madankollu, ma jistax jiġi eskluż dewmien li jtawwal il-proċess.

3.3. Karatteristiċi tal-baġit:

Linja baġitarja | It-tip ta’ nfiq | Ġdid | Kontribuzzjoni mill-EFTA | Kontribuzzjonijiet mill-pajjiżi applikanti | L-intestatura fil-perspettiva finanzjarja |

01. 03. 02 | Mhux obbligatorju | Diff | LE | LE | LE | Nru 4 |

4. SOMMARJU TAR-RIŻORSI

4.1. Riżorsi finanzjarji

4.1.1. Sommarju tal-approprjazzjonijiet ta' impenn (AI) u tal-approprjazzjonijiet ta' ħlas (AĦ)

miljuni ta' EUR (sa 3 ċifri wara l-punt deċimali)

It-tip ta’ nfiq | In-nru tat-Taqsima | 2010 | 2011 (talba) | Total |

Spiża operattiva[6] |

L-Approprjazzjonijiet tal-Impenn (AI) | 8.1. | a | 98,985 | 114,868[7] |

L-Approprjazzjonijiet tal-Ħlas (AĦ) | b | 90,000 | 103,500[8] |

Nefqa amministrattiva inkluża fl-ammont ta’ referenza[9] |

L-għajnuna teknika u amministrattiva (AMD) | 8.2.4. | c | 0 | 0 |

AMMONT TOTALI TA’ REFERENZA |

L-Approprjazzjonijiet tal-Impenn | a+c | 0 | 0 |

L-Approprjazzjonijiet tal-Ħlas | b+c | 0 | 0 |

Nefqa amministrattiva mhux inkluża fl-ammont ta' referenza[10] |

Ir-riżorsi umani u n-nefqa assoċjata (AMD) | 8.2.5. | d | 0 | 0 |

L-ispejjeż amministrattivi, minbarra r-riżorsi umani u l-ispejjeż assoċjati, mhux inklużi fl-ammont ta’ referenza (AMD) | 8.2.6. | e | 0 | 0 |

It-total indikattiv tal-ispejjeż finanzjarji għall-intervent |

It-TOTAL tal-AI, inkluża l-ispiża tar-Riżorsi Umani | a+c+d+e | 98,985 | 114,868[11] |

TOTAL tal-AĦ, inkluża l-ispiża tar-Riżorsi Umani | b+c+d+e | 90,000 | 103,500[12] |

4.1.2. Kompatibbiltà mal-Ipprogrammar Finanzjarju

X Il-proposta hija kompatibbli mal-ipprogrammar finanzjarju eżistenti.

( Il-proposta se tkun teħtieġ programmar mill-ġdid tal-intestatura rilevanti fil-perspettiva finanzjarja.

( Il-proposta tista’ teħtieġ applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet tal-Ftehim Inter-istituzzjonali[13] (jiġifieri strument ta’ flessibilità jew reviżjoni tal-perspettiva finanzjarja).

4.1.3. L-impatt finanzjarju fuq id-Dħul

X Il-proposta ma għandha l-ebda implikazzjoni finanzjarja fuq id-dħul

( Il-proposta għandha impatt finanzjarju – l-effett fuq id-dħul huwa kif ġej:

4.2. Ir-Riżorsi Umani tal-FTE (inklużi l-uffiċjali, u l-persunal temporanju u estern) – ara d-dettalji fil-punt 8.2.1.

Rekwiżiti annwali | 2010 | 2011 |

Għadd totali ta' riżorsi umani | 1/3 | 1/3 |

5. IL-KARATTERISTIĊI U L-GĦANIJIET

5.1. Il-ħtiġijiet li jridu jiġu sodisfatti fil-medda qasira jew twila ta’ żmien

L-ekonomija tar-Repubblika tal-Moldova ntlaqtet ħażin ħafna mill-kriżi ekonomika u finanzjarja globali. It-tkabbir ekonomiku beda jiddeċellera fl-aħħar sitt xhur tal-2008 u l-produzzjoni mistennija tonqos b’6,5 % fl-2009. Minkejja li d-defiċit tal-kontijiet kurrenti qiegħad jonqos, il-ħtiġijiet ta' finanzjament estern jibqa' għoli minħabba nuqqas fl-influssi (l-aktar kruċjali mid-dħul kollu li fuqu l-ekonomija tal-Moldova hija dipendenti ħafna) u fl-obbligi tal-ħlas lura tad-dejn fit-terminu qasir. Għas-snin 2010 u 2011 il-Fond Monetarju Internazzjonali identifika distakk finanzjarju estern residwu li jammonta għal EUR 460 miljun. L-Unjoni Ewropea mistennija li tkopri parti minn dawn il-ħtiġijiet residwi ta’ finanzjament barrani.

5.2. Valur-miżjud tal-intervent tal-Unjoni Ewropea u korenza tal-proposta ma’ strumenti finanzjarji oħra u sinerġija possibbli

L-appoġġ finanzjarju tal-UE jirrifletti l-importanza tar-relazzjonijiet mar-Repubblika tal-Moldova fil-Politika Ewropea ta' Viċinat. L-għajnuna makrofinanzjarja hija strument xieraq biex tikkomplementa l-għajnuna tal-Unjoni eżistenti u tikkontribwixxi għal programm ta' stabilizzazzjoni ekonomika ffinanzjat kompletament u appoġġat mill-FMI. Se tappoġġa wkoll aktar integrazzjoni ekonomika u politika mal-UE li qiegħda sseħħ bħalissa kif intweriet bil-bidu tan-negiozjati dwar il-Ftehim ta' Assoċjazzjoni tal-UE f'Jannar 2010. Għalhekk, jistgħu jiġu stabbiliti sinerġiji importanti fir-rigward tal-impatt tagħha fuq ir-riforma u l-istabbilizzazzjoni ekonomika.

5.3. L-għanijiet, ir-riżultati mistennija u l-indikaturi marbuta mal-proposta fil-kuntest tal-qafas tal-ABM

Fl-Attività “Affarijiet Ekonomiċi u Finanzjarji Internazzjonali" tad-Direttorat Ġenerali għall-Affarijiet Ekonomiċi u Finanzjarji, l-Għan tal-“għoti tal-għajnuna makrofinanzjarja lil pajjiżi terzi fir-riżoluzzjoni tal-kriżijiet fil-bilanċ tal-ħlasijiet tagħhom u r-restawr tas-sostenibbiltà tad-dejn estern tagħhom” huwa marbut mal-għan ġenerali “tal-promozzjoni tal-prosperità lil hinn mill-UE”.

L-indikaturi marbutin ma’ dan huma “il-bilanċ tal-kont kurrenti bħala perċentwal tal-PGD” (ir-riżultat mistenni: titjib), “dejn estern bħala perċentwal tal-PGD" (ir-riżultat mistenni: tnaqqis) u “riżervi uffiċjali f’xhur, ta’ importazzjonijiet ta’ oġġetti u servizzi" (ir-riżultat mistenni: stabbilizzazzjoni jew żieda).

5.4. Metodu ta' Implimentazzjoni (indikattiv)

X Ġestjoni ċċentralizzata

X direttament mill-Kummissjoni

( indirettament b’delega lil:

( Aġenziji eżekuttivi

( korpi stabbiliti mill-Komunitajiet skont l-Artikolu 185 tar-Regolament Finanzjarju

( korpi tas-settur pubbliku nazzjonali/korpi b’missjoni tas-servizz pubbliku

( Amministrazzjoni maqsuma jew deċentralizzata

( ma’ Stati Membri

( ma’ Pajjiżi Terzi

( Amministrazzjoni konġunta ma’ organizzazzjonijiet internazzjonali (jekk jogħġbok speċifika)

Kummenti rilevanti:

6. MONITORAĠĠ U EVALWAZZJONI

6.1. Sistema ta’ monitoraġġ

Il-monitoraġġ tal-azzjoni mis-servizzi tal-Kummissjoni se jsir abbazi ta’ miżuri ta’ politika makroekonomika u strutturali li għandhom jiġu miftiehma mal-awtoritajiet tar-Repubblika tal-Moldova f’Memorandum ta’ Ftehim. L-awtoritajiet se jkollhom jirrapportaw dwar dawn il-miżuri lis-servizzi tal-Kummissjoni fuq bażi regolari. Id-Delegazzjoni tal-Kummissjoni Ewropea f’Chisinau se tipprovdi wkoll rappurtar regolari dwar kwistjonijiet rilevanti għall-monitoraġġ tal-għajnuna. Is-servizzi tal-Kummissjoni se jibqgħu f’kuntatt mill-qrib mal-IMF u l-Bank Dinji.

6.2. Evalwazzjoni

6.2.1. Evalwazzjoni ex-ante

Evalwazzjoni ex-ante twettqet mis-servizzi tal-Kummissjoni (mill-Unità D3 tad-Direttorat Ġenerali għall-Affarijiet Ekonomiċi u Finanzjarji).

6.2.2. Miżuri meħuda wara evalwazzjoni intermedja/ex-post (tagħlimiet minn esperjenzi simili fl-imgħoddi)

Evalwazzjoni ex-post tal-operazzjoni preċedenti mwettqa fl-2007-2008 fir-Repubblika tal-Moldova kienet finalizzata fi Frar 2010. Il-valutazzjoni kkonkludiet li "l-MFA kellha sehem pożittiv imma żgħir ħafna fuq il-prospetti ta' sostenibbiltà esterna fiż-żmien medju u fit-tul. Prinċipalment dwan l-effetti ġejjin mill-impatt pożittiv fuq it-tkabbir ekonomiku matul l-2006-2008 li konsegwentement effettwaw id-dejn fuq il-PGD". Fir-rigward l-impatt tal-MFA fuq ir-riformi strutturali, l-evalwazzjoni tikkonkludi li l-"MFA kella effett ta' tisħiħ politiku fuq l-oqsma kollha" (tal-kondizzjonalità magħżula).

Mill-2004 twettqu b'kollox ħdax-il evalwazzjonijiet ex-post fuq operazzjonijiet ta' għajnuna makrofinanzjarja, inklużi tnejn fl-istati indipendenti l-ġodda tal-ex Unjoni Sovjetika. Dawn l-evalwazzjonijiet s'issa kkonkludew li l-azzjonijiet tal-MFA tabilħaqq jikkontribwixxu, minkejja li xi kultant modestament u indirettament, għat-titjib tas-sostenibbiltà esterna, l-istabbilità makroekonomika u l-kisba ta’ riformi strutturali fil-pajjiż benefiċjarju. Fil-biċċa l-kbira tal-każijiet, l-operazzjonijiet tal-MFA kellhom effett pożittiv fuq il-bilanċ tal-pagamenti tal-pajjiż benefiċjarju u kkontribwew biex jonqsu l-pressjonijiet baġitarji. Huma wasslu wkoll biex ikun hemm tkabbir ekonomiku kemm kemm ogħla.

6.2.3. Termini u frekwenza tal-evalwazzjoni fil-ġejjieni

Huwa ppjanat li ssir evalwazzjoni ex-post indipendenti tal-għajnuna lir-Repubblika tal-Moldova fil-programm multiannwali tal-evalwazzjoni tad-Direttorat Ġenerali għall-Affarijiet Ekonomiċi u Finanzjarji fis-sentejn tad-data tal-iskadenza tal-għajnuna finanzjarja.

7. Miżuri kontra l-frodi

Il-bażi ġuridika proposta għall-għajnuna makrofinanzjarja lir-Repubblika tal-Moldova tinkludi dispożizzjoni dwar il-miżuri ta' prevenzjoni tal-frodi. Dawn il-miżuri se jiġu elaborati aktar fil-Memorandum ta’ Fehim u l-ftehim ta’ għotja. Huwa maħsub li għadd ta’ kundizzjonijiet politiċi speċifiċi se jkunu marbuta mal-għajnuna, prinċipalment fil-qasam tal-ġestjoni tal-finanzi pubbliċi, bil-ħsieb li tissaħħaħ l-effiċjenza, it-trasparenza u r-responsabbiltà tal-għajnuna. L-għajnuna makrofinanzjarja se tkun suġġetta għall-proċeduri ta’ verifika, kontroll u awditjar fir-responsabbiltà tal-Kummissjoni, inkluż l-Uffiċċju Ewropew ta' Kontra l-Frodi (OLAF), u l-Qorti Ewropea tal-Awdituri.

Is-servizzi tal-Kummissjoni ħolqu programm kontinwu ta’ Valutazzjonijiet Operattivi taċ-ċikli finanzjarji u l-proċeduri amministrattivi fil-pajjiżi terzi kollha li jibbenefikaw mill-għajnuna makrofinanzjarja sabiex jitħarsu r-rekwiżiti tar-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-Baġit Ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej. Fir-Repubblika tal-Moldova, l-ewwel Valutazzjoni Operattiva li twettqet fil-bidu tal-2007 u studju dwar il-Prestazzjoni tal-Ġestjoni Fianzjarja Pubblika tal-Bank Dinji kien ippubblikat fl-2006 u aġġornat f'Ġunju 2008. Aġġornament tal-Valutazjzoni Operattiva eżistenti se tkun ikkummissjonata mill-Kummissjoni Ewropea minn hawn u ftit ieħor. Ir-riżultati se jintużaw biex jiggwidaw id-definizzjoni tal-miżuri speċifiċi ta' politika fil-qasam tal-gestjoni tal-finanzi pubbliċi.

8. DETTALJI TAR-RIŻORSI

8.1. L-għanijiet tal-proposta skont l-ispiża finanzjarja tagħhom

L-approprjazzjonijiet tal-impenn f’miljuni ta’ EUR (sa tliet ċifri wara l-punt deċimali)

(Għandhom jitniżżlu l-intestaturi tal-għanijiet, l-azzjonijiet u r-riżultati) | Tip ta’ riżultat | Kost medju | Is-Sena 2010 | Is-Sena 2011 | Is-Sena 2013 | TOTAL |

Is-Sena 2010 | Is-Sena n+1 | Is-Sena n+2 | Is-Sena n+3 | Is-Sena n+4 | Is-Sena n+5 |

L-uffiċjali jew il-persunal temporanju[14] (XX 01 01) | A*/AD | 1/3 | 1/3 |

B*, C*/AST |

Il-persunal iffinanzjat[15] bl-Art XX 01 02 |

Persunal ieħor iffinanzjat[16] permezz tal-art. XX 01 04/05 |

TOTAL | 1/3 | 1/3 |

8.2.2. Deskrizzjoni tal-ħidmiet li ġejjin mill-azzjoni

Inter alia ħejji/innegozja memoranda ta' ftehim u ftehim ta' għotja, kun intermedjarju mal-awtoritajiet u l-Istituzzjonijiet Finanzjarji Internazzjonali, issorvelja l-istrateġiji politiċi ekonomiċi u strutturali tal-pajjiż benefiċjarju, mexxi missjonijiet ta' reviżjoni u ħejji rapporti tal-persunal tal-Kummissjoni, ħejji proċeduri tal-Kummissjoni marbuta mal-amministrazzjoni tal-għajnuna.

8.2.3. Sorsi ta' riżorsi umani (statutorji)

X Karigi li bħalissa huma allokati għall-ġestjoni tal-programm li għandhom jiġu ssostitwiti jew estiżi

( Karigi allokati minn qabel fl-eżerċizzju APS/PDB għas-sena n

( Karigi li għandhom jintalbu fil-proċedura APS/PDB li jmiss

( Karigi li għandhom jitqassmu mill-ġdid bl-użu tar-riżorsi eżistenti fi ħdan is-servizz ta’ amministrazzjoni (tqassim intern mill-ġdid)

( Karigi meħtieġa għas-sena n għalkemm mhux previsti fl-eżerċizzju APS/PDB tas-sena kkonċernata

8.2.4. Nefqa amministrattiva oħra inkluża fl-ammont ta’ referenza (XX 01 04/05 – In-nefqa fuq it-tmexxija amministrattiva)

miljuni ta' EUR (sa tliet ċifri wara l-punt deċimali)

Linja tal-baġit 01 03 02 Assistenza makrofinanzjarja | Sena n | Is-Sena n+1 | Is-Sena n+2 | Is-Sena n+3 | Is-Sena n+4 | Is-Sena n+5 u ta' wara | TOTAL |

Għajnuna teknika u amministrattiva oħra |

-intra muros |

-extra muros 1) Stima operattiva 2) Evalwazzjoni ex-post | 0.050 | 0.150 | 0.050 0.150 |

It-total tal-għajnuna teknika u amministrattiva | 0.050 | 0.150 | 0.200 |

8.2.5. Nefqa finanzjarja fuq riżorsi umani u spejjeż assoċjati mhux inklużi fl-ammont ta’ referenza

miljuni ta' EUR (sa tliet ċifri wara l-punt deċimali)

Tip ta’ riżorsi umani | Sena n | Is-Sena n+1 | Is-Sena n+2 | Is-Sena n+3 | Is-Sena n+4 | Is-Sena n+5 u ta' wara |

Uffiċjali u persunal temporanju (XX 01 01) | 0.030 | 0.030 |

Persunal iffinanzjat bl-Artikolu XX 01 02 (awżiljarji, END, persunal bil-kuntratt, eċċ.) (speċifika l-linja ta’ baġit) |

Spiża totali tar-Riżorsi Umani u l-ispejjeż relatati (MHUX fl-ammont ta’ referenza) | 0.030 | 0.030 |

Kalkolu – Uffiċjali u Aġenti Temporanji |

Għandha ssir referenza għall-Punt 8.2.1, fejn applikabbli |

MHUX APPLIKABBLI |

Kalkolu– Impjegati ffinanzjati skont l-Artikolu XX 01 02 |

Għandha ssir referenza għall-Punt 8.2.1, fejn applikabbli |

MHUX APPLIKABBLI |

8.2.6. Infiq amministrattiv ieħor li mhuwiex inkluż fl-ammont ta’ referenza miljuni ta' EUR (sa tliet ċifri wara l-punt deċimali) |

Is-Sena 2010 | Is-Sena n+1 | Is-Sena n+2 | Is-Sena n+3 | Is-Sena n+4 | Is-Sena n+5 u ta' wara | TOTAL |

XX 01 02 11 01 – Missjonijiet | 0.020 | 0.010 | 0.030 |

XX 01 02 11 02 – Laqgħat u konferenzi |

XX 01 02 11 03 – Kumitati[18] |

XX 01 02 11 04 – Studji u Konsultazzjonijiet |

XX 01 02 11 05 – Sistemi ta' Tagħrif |

2 Total ta’ Nfiq Ieħor ta' Ġestjoni (XX 01 02 11) |

3 Infiq ieħor ta' natura amministrattiva (speċifika u inkludi r-referenza għal-linja tal-baġit) |

It-total tal-infiq amministrattiv, minbarra r-riżorsi umani u l-ispejjeż li għandhom x’jaqsmu magħhom (MHUX inklużi fl-ammont ta’ referenza) | 0.020 | 0.010 | 0.030 |

Kalkolu - Infiq ieħor amministrattiv mhux inkluż fl-ammont ta' referenza |

Tliet missjonijiet tal-istaff għal persuna waħda/żewġ persuni |

[1] ĠU C [...], [...], p. [...].

[2] ĠU L

[3] ĠU L 184, 17.7.1999, p. 23.

[4] ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1.

[5] Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE, EURATOM) Nru 2342/2002, ĠU L 357, 31.12.2002, p. 1.

[6] Nefqa li ma taqax taħt il-Kapitolu xx 01 tat-Titolu 01 konċernat.

[7] Abbozz Preliminari tal-Baġit għall-2011

[8] Abbozz Preliminari tal-Baġit għall-2011

[9] In-nefqa fl-Artikolu xx 01 04 tat-Titolu xx.

[10] In-nefqa fil-Kapitolu xx 01 għajr għall-Artikoli xx 01 04 jew xx 01 05.

[11] Abbozz Preliminari tal-Baġit għall-2011

[12] Abbozz Preliminari tal-Baġit għall-2011

[13] Ara l-punti 19 u 24 tal-Ftehim Interistituzzjonali.

[14] L-ispiża tiegħu MHIX kopertA bl-ammont ta’ referenza

[15] L-ispiża tiegħu MHIX koperta bl-ammont ta’ referenza

[16] L-ispiża tiegħu hija inkluża fl-ammont ta’ referenza

[17] Għandha ssir referenza għall-istqarrija finanzjarja leġiżlattiva speċifika għall-Aġenzija/i Eżekuttiva/i kkonċernata/i.

[18] Speċifika t-tip ta’ kumitat u l-grupp li jappartjeni għalih.