Official Journal L 130 , 29/05/1979 P. 0020 - 0021
Swedish special edition: Chapter 3 Volume 10 P. 0240
Spanish special edition: Chapter 03 Volume 16 P. 0114
Portuguese special edition Chapter 03 Volume 16 P. 0114
Finnish special edition: Chapter 3 Volume 10 P. 0240
Greek special edition: Chapter 03 Volume 25 P. 0099
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 1037/79 tat-28 ta’ Mejju 1979 li jemenda r-Regolamenti (KEE) Nru 205/73, (KEE) Nru 2041/75 u (KEE) Nru 3136/78 dwar iż-żejt taż-żebbuġa IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ, Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabilixxi il-Komunità Ekonomika Ewropea, Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill Nru 136/66/KEE tat-22 ta’ Settembru 1966 fuq it-twaqqif ta’ organizzazzjoni komuni tas-suq taż-żjut u x-xaħmijiet [1], kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KEE) Nru 590/79 [2], u partikolarment l-Artikoli 16(6) u 19 (3) tiegħu, Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2749/78 tat-23 ta’ Novembru 1978 dwar il-kummerċ fiż-żjut u x-xaħmijiet bejn il-Komunità’ u l-Greċja [3], u partikolarment l-Artikoli 5(6) u 9 tiegħu, Sabiex titjieb l-amministrazzjoni tas-suq taż-żejt taż-żebbuġa, il-Kummissjoni għandha tkun kapaċi li tħares mill-viċin ix-xejra ta’ l-importazzjoni tal-preżentazzjonijiet varji ta’ dak il-prodott; billi, għal dan il-għan, għandu jkun provdut li l-liċenzi ta’ l-importazzjoni jispeċifikaw ukoll il-mod li bih iż-żejt li għandu jkun importat ikun ippreżentat u li l-Istati Membri jżommu lill-Kummissjoni informata f’intervalli regolari dwar il-preżentazzjonijiet taż-żjut importati; Billi r-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 205/73 [4], kif l-aħħar emendat mir-Regolament (KEE) Nru 3136/78 [5], ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2041/75 [6], kif l-aħħar emendat mir-Regolament (KEE) Nru 3020/75 [7], u r-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 3136/78 għandu hekk ikun emendat; Billi l-miżuri provduti f’dan ir-Regolament huma skond l-opinjoni tal-Kumitat ta’ l-Amministrazzjoni taż-Żjut u x-Xaħmijiet, ADDOTTAT DAN IR-REGOLAMENT: Artikolu 1 L-Artikolu 2a li ġej huwa hawn imdaħħal fir-Regolament (KEE) Nru 2041/75: "Artikolu 2a Is-Sezzjoni 12 ta’ l-applikazzjoni għal-liċenza ta’ l-importazzjoni tal-prodotti riferuti fl-Artikolu 1(2)(ċ) tar-Regolament Nru 136/66/KEE u tal-liċenza nnifisha jkun fiha waħda mill-frażijiet li ġejjin: - Importation in bulk or in immediate containers of more than five litres, - Indførsel uemballeret eller i indre emballager på over 5 liter; - Einfuhr lose oder in unmittelbaren Umschließungen von mehr als 5 Liter; - Importation en vrac ou en emballages immédiats supérieurs à 5 litres; - Importazione alla rinfusa o in imballaggi immediati superiori a 5 litri; - Invoer onverpakt of in onmiddellijke verpakkingen van meer dan 5 liter; jew - Importation in immediate containers of five litres or less, - Indførsel i indre emballager på højst 5 liter; - Einfuhr in unmittelbaren Umschließungen von höchstens 5 Liter; - Importation en emballages immédiats inférieurs ou égaux à 5 litres; - Importazione in imballaggi immediati inferiori o uguali a 5 litri; - Invoer in onmiddellijke verpakkingen van ten hoogste 5 liter; Il-liċenzi jkunu validi biss għall-prodotti ippreżentati f’dan il-mod." Artikolu 2 L-Artikolu 1(4) tar-Regolament (KEE) Nru 3136/78 huwa hawnhekk mibdul b’dan li ġej: "4. L-Istati Membri jikkomunikaw lill-Kummissjoni permess ta’ telex, fl-ewwel ġurnata tax-xogħol wara l-aħħar data li fiha għandhom jintefgħu l-applikazzjonijiet, in-numru ta’ applikazzjonijiet kif riferuti fil-paragrafu 1, maqsuma skond l-oriġini u, dwar kull applikazzjoni tali, l-informazzjoni kollha meħtieġa taħt il-paragrafu 3 ta’ dan l-Artikolu u taħt l-Artikolu 2a tar-Regolament (KEE) Nru 2041/75." Artikolu 3 Fl-Artikolu 6a tar-Regolament (KEE) Nru 205/73, il-kliem "maqsuma skond il-kwalità" huma hawnhekk mibdula bil-kliem "maqsuma skond il-kwalità u l-preżentazzjoni." Artikolu 4 Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-ġurnata tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej. Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha. Magħmul fi Brussel, fit-28 ta’ Mejju 1979. Għall-Kummissjoni Finn Gundelach Viċi-President [1] ĠU C 172, tat-30.9.1966, p. 3025/66. [2] ĠU L 78, tat-30.3.1979, p. 1. [3] ĠU L 331, tat-28.11.1978, p. 1. [4] ĠU L 23, tad-29.1.1973, p. 15. [5] ĠU L 370, tat-28.12.1978, p. 72. [6] ĠU L 213, tal-11.8.1975, p. 1. [7] ĠU L 299, tad-19.11.1975, p. 11. --------------------------------------------------