|
19.7.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 183/1 |
REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2018/1017
tat-18 ta' Lulju 2018
li jemenda r-Regolamenti ta' Implimentazzjoni (UE) 2017/366 u (UE) 2017/367 li jimponu dazji kumpensatorji definittivi u dazju anti-dumping fuq importazzjonijiet ta' moduli fotovoltajċi tas-siliċju kristallin u l-komponenti ewlenin (jiġifieri ċelloli) li joriġinaw fi jew li huma kkonsinjati mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina u r-Regolamenti ta' Implimentazzjoni (UE) 2016/184 u (UE) 2016/185 li jestendu d-dazju antidumping definittiv fuq l-importazzjonijiet ta' moduli fotovoltajċi tas-siliċju kristallin u komponenti ewlenin (jiġifieri ċelloli) li joriġinaw fi jew li huma kkonsinjati mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina għal importazzjonijiet ta' moduli fotovoltajċi tas-siliċju kristallin u komponenti ewlenin (jiġifieri ċelloli) ikkunsinjati mill-Malasja u t-Tajwan, kemm jekk iddikjarati bħala li joriġinaw fil-Malasja u fit-Tajwan kif ukoll jekk le
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2016/1036 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta' Ġunju 2016 dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta' dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Unjoni Ewropea (1) (“ir-Regolament antidumping bażiku”) u b'mod partikolari l-Artikoli 11(4) u 13(4) tiegħu,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2016/1037 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta' Ġunju 2016 dwar il-protezzjoni kontra importazzjonijiet sussidjati minn pajjiżi li mhumiex membri tal-Unjoni Ewropea (2) (“ir-Regolament antisussidji bażiku”) u b'mod partikolari l-Artikoli 23(6) u 24(5) tiegħu,
Billi:
A. MIŻURI FIS-SEĦĦ
|
(1) |
Fit-2 ta' Diċembru 2013, il-Kunsill impona miżuri antidumping (3) u kompensatorji (4) fuq il-moduli fotovoltajċi tas-siliċju kristallin u komponenti ewlenin (jiġifieri ċelloli) li joriġinaw jew huma kkonsenjati mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina (“il-miżuri oriġinali”). |
|
(2) |
Fil-11 ta' Frar 2016, il-Kummissjoni estendiet dawk il-miżuri għal importazzjonijiet tal-moduli fotovoltajċi tas-siliċju kristallin u komponenti ewlenin (jiġifieri ċelloli) konsenjati mill-Malasja u t-Tajwan, sew jekk huma ddikjarati li joriġinaw fil-Malasja u t-Tajwan u sew jekk le, bl-eċċezzjoni ta' importazzjonijiet prodotti minn ċerti kumpaniji eżentati speċifikament minn dawk il-miżuri (“il-miżuri estiżi”). (5). |
|
(3) |
Wara l-investigazzjoni tar-rieżami tal-iskadenza tal-miżuri oriġinali, il-Kummissjoni, fl-1 ta' Marzu 2017, imponiet dazji antidumping u kumpensatorji għal perjodu ta' 18-il xahar (“il-miżuri kontinwati”) (6). Fl-istess ġurnata temmet ukoll żewġ investigazzjonijiet dwar ir-rieżami interim parzjali li kienu limitati għall-interess tal-Unjoni (7). |
|
(4) |
Fit-3 ta' Marzu 2017, il-Kummissjoni nediet rieżami interim parzjali limitat għall-forma u l-livell tal-miżuri kontinwi (8). Wara dan ir-rieżami, il-Kummissjoni emendat il-miżuri kontinwi wara l-pubblikazzjoni tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/1570 (9), li daħal fis-seħħ fl-1 ta' Ottubru 2017. |
|
(5) |
Fit-8 ta' Novembru 2017, il-Kummissjoni emendat il-miżuri estiżi u żiedet produttur esportatur ġdid mal-lista tal-kumpaniji eżentati stabbiliti fl-Artikolu 1(1) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/184 u r-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/185 rispettivament (10). |
|
(6) |
Għalhekk, il-miżuri kompensatorji u anti-dumping attwalment fis-seħħ fir-rigward ta' importazzjonijiet ta' moduli fotovoltajċi tas-siliċju kristallin u komponenti ewlenin (jiġifieri ċelloli) ikkunsinjati mill-Malasja u t-Tajwan, kemm jekk iddikjarati bħala li joriġinaw fil-Malasja u fit-Tajwan kif ukoll jekk le, huma dawk imposti mir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/366 u mir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/367, bl-eċċezzjoni ta' importazzjonijiet prodotti mill-kumpaniji speċifikament eżentati minn dawk il-miżuri kif stipulat fir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2016/184 u r-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2016/185, kif emendat mir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2017/1997. |
B. PROĊEDURA
1. Bidu
|
(7) |
Bir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/1994 (“ir-Regolament tal-Bidu”), il-Kummissjoni bdiet rieżami tal-miżuri estiżi għall-fini tad-determinazzjoni tal-possibbiltà li tingħata eżenzjoni minn dawn il-miżuri lil Longi (Kuching) SDN.BHD (“l-applikant” jew “Longi Kuching”), produttur esportatur Malasjan ta' moduli fotovoltajċi tas-siliċju kristallin u komponenti ewlenin (jiġifieri ċelloli) (11). Ir-Regolament li ta bidu għar-rieżami ħassar ukoll id-dazji antidumping rigward l-applikant, u għamel l-importazzjonijiet minnu soġġetti għar-reġistrazzjoni. |
|
(8) |
It-talba ppreżentata mill-applikant kien fiha biżżejjed evidenza prima facie biex issostni l-pretensjoni tal-applikant li hu kien produttur esportatur ġdid u ssodisfa l-kriterji għal eżenzjoni skont l-Artikoli 11(4) u 13(4) tar-Regolament antidumping bażiku u l-Artikolu 23(6) tar-Regolament antisussidji bażiku, jiġifieri:
|
2. Prodott taħt rieżami
|
(9) |
Il-prodott taħt rieżami huwa moduli jew pannelli fotovoltajċi tas-siliċju kristallin u ċ-ċelloli tat-tip użat fil-moduli jew pannelli fotovoltajċi tas-siliċju kristallin (iċ-ċelloli għandhom ħxuna li ma taqbiżx l-400 mikrometru), konsenjati mill-Malasja u t-Tajwan, kemm jekk huma ddikjarati li joriġinaw mill-Malasja u mit-Tajwan u kemm jekk le, li bħalissa jaqgħu taħt il-Kodiċijiet NM ex 8501 31 00, ex 8501 32 00, ex 8501 33 00, ex 8501 34 00, ex 8501 61 20, ex 8501 61 80, ex 8501 62 00, ex 8501 63 00, ex 8501 64 00 u ex 8541 40 90. |
|
(10) |
It-tipi ta' prodotti li ġejjin huma esklużi mid-definizzjoni tal-prodott rieżaminat:
|
3. Perjodu ta' Rapportar
|
(11) |
Il-perjodu tar-rapportar kopra l-perjodu mill-1 ta' Jannar 2017 sal-31 ta' Diċembru 2017. |
4. Investigazzjoni
|
(12) |
Il-Kummissjoni avżat lil Longi Kuching, l-industrija tal-Unjoni rrappreżentata mill-ilmentatur fl-investigazzjoni oriġinali (EU ProSun) u r-rappreżentanti tal-Malasja u tar-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina bil-bidu tar-rieżami. |
|
(13) |
Il-Kummissjoni fittxet u vverifikat l-informazzjoni kollha meqjusa bħala meħtieġa għall-finijiet tar-rieżami. B'mod partikolari, irċeviet tweġiba għall-kwestjonarju mingħand l-applikant. Saret żjara ta' verifika fl-istabbiliment tal-applikant fil-Malasja f'Marzu 2018. |
C. IS-SEJBIET
|
(14) |
Longi Kuching huwa produttur ġenwin Malasjan ta' moduli fotovoltajċi tas-siliċju kristallin u ċelloli li ġie inkorporat f'Jannar 2016. Huwa beda l-produzzjoni kummerċjali ta' moduli u ċelloli f'Mejju 2016. |
|
(15) |
Longi Kuching ma esportax il-prodott taħt rieżami lejn l-Unjoni matul il-perjodu tal-investigazzjoni użat fl-investigazzjoni li wasslet għall-miżuri estiżi, jiġifieri mill-1 ta' April 2014 sal-31 ta' Marzu 2015. Longi Kuching l-anqas ma xtara l-prodott li qed jiġi rieżaminat mir-RPĊ għal aktar bejgħ jew trasbord lejn l-Unjoni sa tmiem il-perjodu ta' rapportar, jiġifieri l-31 ta' Diċembru 2017. Madankollu, kien daħal f'obbligu kuntrattwali biex jesporta l-prodott taħt rieżami lejn klijent fl-Unjoni. |
|
(16) |
Matul il-verifika fl-istabbiliment tal-applikant intwera li l-kuntratt kien ġie sodisfatt u l-applikant kien ikkonsenja l-prodott taħt rieżami lil klijent fil-Polonja f'Novembru 2017. Sa dik id-data ma kien sar l-ebda bejgħ ieħor fl-Unjoni. |
|
(17) |
L-applikant huwa sussidjarja kollha kemm hi proprjetà ta' kumpanija bbażata ġewwa Hong Kong, Longi H.K. Trading Limited, li min-naħa tagħha hija propjetà kollha kemm hi tal-kumpanija Ċiniża Longi Green Energy Technology Co., Ltd. Il-kumpanija tal-aħħar hija l-kumpanija prinċipali aħħarija tal-Longi Group, li hija attiva fil-katina tal-valur kollha ta' Solar PV u tipproduċi, fost affarijiet oħra, wejfers, ingotti, ċelloli solari u moduli solari. Longi Group huwa suġġett għal miżuri kompensatorji u anti-dumping attwalment fis-seħħ fuq l-importazzjonijiet ta' moduli fotovoltajċi tas-siliċju kristallin u ċelloli li joriġinaw fir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina. Kif indikat fir-Regolament tal-Bidu, il-Kummissjoni eżaminat bir-reqqa din ir-relazzjoni u vverifikat jekk Longi Kuching kienx stabbilit jew użat għaċ-ċirkomvenzjoni tal-miżuri eżistenti. |
|
(18) |
Il-Kummissjoni sabet li Longi Kuching huwa produttur ġenwin tal-prodott taħt rieżami b'faċilitajiet tal-produzzjoni kompleti u tal-ogħla livell kemm għaċ-ċelloli kif ukoll għall-moduli, inklużi r-riċerka u l-iżvilupp. Huwa ma kienx involut f'attivitajiet ta' ċirkomvenzjoni, bħal trasbord, operazzjonijiet ta' assemblaġġ jew bejgħ mill-ġdid ta' moduli jew ċelloli fotovoltajċi li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina lejn l-Unjoni. |
|
(19) |
Il-Kummissjoni għalhekk ikkonkludiet li Longi Kuching la kien stabbilit u lanqas intuża għaċ-ċirkomvenzjoni tal-miżuri oriġinali u li s-sjieda Ċiniża, fiha nfisha, ma kinitx tikkostitwixxi raġuni biex tiġi rifjutata l-applikazzjoni. |
|
(20) |
F'dan l-isfond, il-Kummissjoni ma sabitx li kien neċessarju li timponi kundizzjonijiet ta' monitoraġġ partikolari f'każ li l-eżenzjoni tingħata. Sabiex tkun żgurata l-applikazzjoni xierqa ta' din l-eżenzjoni, il-Kummissjoni qieset li jkun xieraq li jiġu applikati miżuri speċjali applikabbli għall-kumpaniji kollha li ġew mogħtija eżenzjonijiet. Dawn il-miżuri speċjali huma r-rekwiżit tal-preżentazzjoni lill-awtoritajiet tad-dwana tal-Istati Membri ta' fattura kummerċjali valida, li għandha tkun konformi mar-rekwiżiti stipulati fl-Artikolu 1(2) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2016/184 u l-Artikolu 1(2) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2016/185. L-importazzjonijiet li ma jkunux akkumpanjati b'fattura bħal din gћandhom ikunu suġġetti gћad-dazju antidumping u kumpensatorju estiż rispettivament. |
|
(21) |
Fid-dawl tas-sejbiet deskritti fil-premessi minn (13) sa (19), il-Kummissjoni kkonkludiet li Longi (Kuching) SDN.BHD jissodisfa l-kriterji stabbiliti fl-Artikoli 11(4) u 13(4) tar-Regolament antidumping bażiku u l-Artikolu 23(6) tar-Regolament antisussidji bażiku u jenħtieġ li jkun eżenti mill-miżuri estiżi. |
|
(22) |
Is-sejbiet ta' hawn fuq kienu żvelati lill-applikant u lil partijiet oħra interessati, li ngħataw l-opportunità li jgħaddu l-kummenti. Ma wasal l-ebda kumment. |
D. IL-MODIFIKA TAL-LISTA TA' KUMPANIJI LI JIBBENEFIKAW MINN EŻENZJONI GĦALL-MIŻURI ESTIŻI
|
(23) |
Meta wieħed iqis is-sejbiet ta' hawn fuq, il-Kummissjoni kkonkludiet li l-kumpanija Longi (Kuching) SDN.BHD jenħtieġ li tiżdied mal-lista ta' kumpaniji li huma eżentati mid-dazju kumpensatorju u mid-dazju antidumping imposti bir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2016/184 u r-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2016/185, rispettivament. |
|
(24) |
Minħabba li l-lista tal-produtturi esportaturi mill-Malasja u mit-Tajwan kienet inkluża wkoll fir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2017/366 u r-Regolament (UE) 2017/367, Longi (Kuching) SDN.BHD għandu wkoll jiżdied mal-lista ta' produtturi esportaturi inklużi f'dawk iż-żewġ Regolamenti. |
|
(25) |
Għalhekk, Longi (Kuching) SDN.NHD għandu jitniżżel fil-lista ta' kumpaniji individwali msemmija fl-Artikolu 1(1) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2016/184, l-Artikolu 1(1) tar-Regolament (UE) 2016/185, l-Artikolu 4(1) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2017/366 u l-Artikolu 4(1) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2017/367. |
|
(26) |
Barra minn hekk, l-applikazzjoni tal-eżenzjoni hija kondizzjonali fuq il-konformità mar-rekwiżit stipulat fl-Artikolu 1(2) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2016/184 u fl-Artikolu 1(2) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2016/185. Dan ir-rekwiżit huwa rifless ukoll fl-Artikolu 4(2) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2017/366 u fl-Artikolu 4(2) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2017/367. |
|
(27) |
Il-lista ta' kumpaniji speċifiċi individwali għandhom ikunu identiċi fir-regolamenti ta' implimentazzjoni kollha fis-seħħ. Billi, permezz tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2017/1997, Jinko Solar Technology SDN.BHD kienet inkluża fil-lista ta' kumpaniji identifikati individwalment fl-Artikolu 4(1) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2016/184 u l-Artikolu 1(1) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2016/185, isimha jrid jiddaħħal wkoll fil-lista ta' kumpaniji identifikati individwalment fl-Artikolu 4(1) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2017/366 u l-Artikolu 4(1) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2017/367. |
|
(28) |
Il-miżuri stipulati f 'dan ir-Regolament huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat stabbilit bl-Artikolu 15(1) tar-Regolament (UE) 2016/1036. |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
It-tabella li tidher fl-Artikolu 1(1) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2016/184 tinbidel bit-tabella li ġejja:
|
“Il-pajjiż |
Il-kumpanija |
Kodiċi addizzjonali TARIC |
|
Il-Malasja |
AUO - SunPower Sdn. Bhd. Flextronics Shah Alam Sdn. Bhd. Hanwha Q CELLS Malaysia Sdn. Bhd. Panasonic Energy Malaysia Sdn. Bhd. TS Solartech Sdn. Bhd. Jinko Solar Technology SDN.BHD Longi (Kuching) SDN.BHD |
C073 C074 C075 C076 C077 C203 C309 |
|
It-Tajwan |
ANJI Technology Co., Ltd. AU Optronics Corporation Big Sun Energy Technology Inc. EEPV Corp. E-TON Solar Tech. Co., Ltd. Gintech Energy Corporation Gintung Energy Corporation Inventec Energy Corporation Inventec Solar Energy Corporation LOF Solar Corp. Ming Hwei Energy Co., Ltd. Motech Industries, Inc. Neo Solar Power Corporation Perfect Source Technology Corp. Ritek Corporation Sino-American Silicon Products Inc. Solartech Energy Corp. Sunengine Corporation Ltd. Topcell Solar International Co., Ltd. TSEC Corporation Win Win Precision Technology Co., Ltd. |
C058 C059 C078 C079 C080 C081 C082 C083 C084 C085 C086 C087 C088 C089 C090 C091 C092 C093 C094 C095 C096 ” |
Artikolu 2
It-tabella li tidher fl-Artikolu 1(1) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2016/185 tinbidel bit-tabella li ġejja:
|
“Il-pajjiż |
Il-kumpanija |
Kodiċi addizzjonali TARIC |
|
Il-Malasja |
AUO - SunPower Sdn. Bhd. Flextronics Shah Alam Sdn. Bhd. Hanwha Q CELLS Malaysia Sdn. Bhd. Panasonic Energy Malaysia Sdn. Bhd. TS Solartech Sdn. Bhd. Jinko Solar Technology SDN.BHD Longi (Kuching) SDN.BHD |
C073 C074 C075 C076 C077 C203 C309 |
|
It-Tajwan |
ANJI Technology Co., Ltd. AU Optronics Corporation Big Sun Energy Technology Inc. EEPV Corp. E-TON Solar Tech. Co., Ltd. Gintech Energy Corporation Gintung Energy Corporation Inventec Energy Corporation Inventec Solar Energy Corporation LOF Solar Corp. Ming Hwei Energy Co., Ltd. Motech Industries, Inc. Neo Solar Power Corporation Perfect Source Technology Corp. Ritek Corporation Sino-American Silicon Products Inc. Solartech Energy Corp. Sunengine Corporation Ltd. Topcell Solar International Co., Ltd. TSEC Corporation Win Win Precision Technology Co., Ltd. |
C058 C059 C078 C079 C080 C081 C082 C083 C084 C085 C086 C087 C088 C089 C090 C091 C092 C093 C094 C095 C096 ” |
Artikolu 3
It-tabella li tidher fl-Artikolu 4(1) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2017/366 tinbidel bit-tabella li ġejja:
|
“Il-pajjiż |
Il-kumpanija |
Kodiċi addizzjonali TARIC |
|
Il-Malasja |
AUO - SunPower Sdn. Bhd. Flextronics Shah Alam Sdn. Bhd. Hanwha Q CELLS Malaysia Sdn. Bhd. Panasonic Energy Malaysia Sdn. Bhd. TS Solartech Sdn. Bhd. Jinko Solar Technology SDN.BHD Longi (Kuching) SDN.BHD |
C073 C074 C075 C076 C077 C203 C309 |
|
It-Tajwan |
ANJI Technology Co., Ltd. AU Optronics Corporation Big Sun Energy Technology Inc. EEPV Corp. E-TON Solar Tech. Co., Ltd. Gintech Energy Corporation Gintung Energy Corporation Inventec Energy Corporation Inventec Solar Energy Corporation LOF Solar Corp. Ming Hwei Energy Co., Ltd. Motech Industries, Inc. Neo Solar Power Corporation Perfect Source Technology Corp. Ritek Corporation Sino-American Silicon Products Inc. Solartech Energy Corp. Sunengine Corporation Ltd. Topcell Solar International Co., Ltd. TSEC Corporation Win Win Precision Technology Co., Ltd. |
C058 C059 C078 C079 C080 C081 C082 C083 C084 C085 C086 C087 C088 C089 C090 C091 C092 C093 C094 C095 C096 ” |
Artikolu 4
It-tabella li tidher fl-Artikolu 4(1) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2017/367 tinbidel bit-tabella li ġejja:
|
“Il-pajjiż |
Il-kumpanija |
Kodiċi addizzjonali TARIC |
|
Il-Malasja |
AUO - SunPower Sdn. Bhd. Flextronics Shah Alam Sdn. Bhd. Hanwha Q CELLS Malaysia Sdn. Bhd. Panasonic Energy Malaysia Sdn. Bhd. TS Solartech Sdn. Bhd. Jinko Solar Technology SDN.BHD Longi (Kuching) SDN.BHD |
C073 C074 C075 C076 C077 C203 C309 |
|
It-Tajwan |
ANJI Technology Co., Ltd. AU Optronics Corporation Big Sun Energy Technology Inc. EEPV Corp. E-TON Solar Tech. Co., Ltd. Gintech Energy Corporation Gintung Energy Corporation Inventec Energy Corporation Inventec Solar Energy Corporation LOF Solar Corp. Ming Hwei Energy Co., Ltd. Motech Industries, Inc. Neo Solar Power Corporation Perfect Source Technology Corp. Ritek Corporation Sino-American Silicon Products Inc. Solartech Energy Corp. Sunengine Corporation Ltd. Topcell Solar International Co., Ltd. TSEC Corporation Win Win Precision Technology Co., Ltd. |
C058 C059 C078 C079 C080 C081 C082 C083 C084 C085 C086 C087 C088 C089 C090 C091 C092 C093 C094 C095 C096 ” |
Artikolu 5
L-awtoritajiet doganali huma mitluba jwaqqfu r-reġistrazzjoni ta' importazzjonijiet li jsiru skont l-Artikolu 3 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2017/1994. Ebda dazju tal-antidumping ma għandu jinġabar fuq l-importazzjonijiet irreġistrati b'dan il-mod.
Artikolu 6
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-18 ta' Lulju 2018.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Jean-Claude JUNCKER
(1) ĠU L 176, 30.6.2016, p. 21.
(2) ĠU L 176, 30.6.2016, p. 55.
(3) Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 1238/2013 tat-2 ta' Diċembru 2013 li jimponi dazju antidumping definittiv u li jiġbor definittivament id-dazju provviżorju impost fuq l-importazzjonijiet ta' moduli fotovoltajċi tas-siliċju kristallin u komponenti ewlenin (jiġifieri ċelloli) li joriġinaw fi jew li huma kkonsinjati mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina (ĠU L 325, 5.12.2013, p. 1).
(4) Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 1239/2013 tat-2 ta' Diċembru 2013 li jimponi dazju kumpensatorju definittiv fuq importazzjonijiet ta' moduli fotovoltajċi tas-siliċju kristallin u komponenti ewlenin (jiġifieri ċelloli) li joriġinaw jew li huma kkunsinnati mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina (ĠU L 325, 5.12.2013, p. 66).
(5) Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/184 tal-11 ta' Frar 2016 li jestendi d-dazju definittiv impost bir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 1239/2013, tat-2 ta' Diċembru 2013, li jimponi dazju kumpensatorju definittiv fuq importazzjonijiet ta' moduli fotovoltajċi tas-siliċju kristallin u komponenti ewlenin (jiġifieri ċelloli) li joriġinaw fi jew li huma kkunsinjati mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina (ĠU L 37, 12.2.2016, p. 56) u r-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/185 tal-11 ta' Frar 2016 li jestendi d-dazju anti-dumping definittiv impost mir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 1238/2013, tat-2 ta' Diċembru 2013, li jimponi dazju antidumping definittiv fuq l-importazzjonijiet ta' moduli fotovoltajċi tas-siliċju kristallin u komponenti ewlenin (jiġifieri ċelloli) li joriġinaw fi jew li huma kkonsinjati mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina (ĠU L 37, 12.2.2016, p. 76).
(6) Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/366 tal-1 ta' Marzu 2017 li jimponi dazji kumpensatorji fuq l-importazzjoni ta' moduli fotovoltajċi tas-siliċju kristallin u l-komponenti ewlenin (jiġifieri ċ-ċelloli) li joriġinaw jew jintbagħtu mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina wara rieżami tal-skadenza skont l-Artikolu 18(2) tar-Regolament (UE) 2016/1037 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jtemm l-investigazzjoni dwar ir-rieżami interim parzjali skont Artikolu 19(3) tar-Regolament (UE) 2016/1037 (ĠU L 56, 3.3.2017, p. 1), u r-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/367 tal-1 ta' Marzu 2017 li jimponi dazju antidumping definittiv fuq importazzjonijiet ta' moduli fotovoltajċi tas-siliċju kristallin u l-komponenti ewlenin (jiġifieri ċ-ċelloli) li joriġinaw jew jintbagħtu mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina, wara rieżami tal-iskadenza skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament (UE) 2016/1036 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jtemm l-investigazzjoni dwar ir-rieżami interim parzjali skont l-Artikolu 11(3) tar-Regolament (UE) 2016/1036 (ĠU L 56, 3.3.2017, p. 131).
(7) Ibid.
(8) Notifika ta' bidu ta' rieżami interim parzjali tal-miżuri antidumping u kumpensatorji applikabbli għall-importazzjonijiet ta' moduli fotovoltajċi tas-siliċju kristallin u l-komponenti ewlenin (jiġifieri ċ-ċelloli) li joriġinaw jew huma kkunsinjati mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina (ĠU C 67, 3.3.2017, p. 16).
(9) Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/1570 tal-15 ta' Settembru 2017 li jemenda r-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2017/366 u r-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2017/367 li jimponu dazji antidumping u kumpensatorji definittivi fuq l-importazzjonijiet ta' moduli fotovoltajċi tas-siliċju kristallin u komponenti ewlenin (jiġifieri ċelloli) li joriġinaw fi jew li huma kkonsinjati mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina u li jirrevoka d-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2013/707/UE li tikkonferma l-aċċettazzjoni ta' impenn offrut b'rabta mal-proċedimenti ta' antidumping u antisussidji li jikkonċernaw l-importazzjonijiet ta' moduli fotovoltajċi bis-siliċju kristallin u l-komponenti ewlenin (jiġifieri ċ-ċelloli) li joriġinaw jew jintbagħtu mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina għall-perjodu ta' applikazzjoni ta' miżuri definittivi (ĠU L 238, 16.9.2017, p. 22).
(10) Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/1997 tas-7 ta' Novembru 2017 li jemenda r-Regolamenti ta' Implimentazzjoni (UE) 2016/184 u (UE) 2016/185 li jestendu d-dazju kumpensatorju u antidumping definittivi fuq l-importazzjonijiet ta' moduli fotovoltajċi tas-siliċju kristallin u komponenti ewlenin (jiġifieri ċelloli) li joriġinaw fi jew li huma kkonsinjati mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina għal importazzjonijiet ta' moduli fotovoltajċi tas-siliċju kristallin u komponenti ewlenin (jiġifieri ċelloli) ikkunsinjati mill-Malasja u t-Tajwan, kemm jekk iddikjarati bħala li joriġinaw fil-Malasja jew fit-Tajwan kif ukoll jekk le (ĠU L 289, 8.11.2017, p. 1).
(11) Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/1994 tas-6 ta' Novembru 2017 li jagħti bidu għal rieżami tar-Regolamenti ta' Implimentazzjoni (UE) 2016/184 u (UE) 2016/185 (li jestendu d-dazji antidumping u kompensatorji definittivi imposti fuq l-importazzjonijiet ta' moduli fotovoltajċi tas-siliċju kristallin u komponenti ewlenin (jiġifieri ċelloli) li joriġinaw fi jew li huma kkonsinjati mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina għal importazzjonijiet ta' moduli fotovoltajċi tas-siliċju kristallin u komponenti ewlenin (jiġifieri ċelloli) ikkunsinjati mill-Malasja u t-Tajwan, kemm jekk iddikjarati bħala li joriġinaw fil-Malasja jew fit-Tajwan kif ukoll jekk le) għall-finijiet li tiġi ddeterminata l-possibbiltà li tingħata eżenzjoni minn dawk il-miżuri lil produttur esportatur Malasjan partikolari, li jitħassar id-dazju antidumping fir-rigward tal-importazzjonijiet minn dak il-produttur esportatur u li l-importazzjonijiet minn dak il-produttur esportatur isiru soġġetti għar-reġistrazzjoni (ĠU L 288, 7.11.2017, p. 30).