12.10.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 362/1


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI (EURATOM) 2021/1802

tal-10 ta’ Ġunju 2021

skont l-Artikolu 83 tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea dwar l-Enerġija Atomika — Sommarju tad-dispożizzjonijiet ewlenin tad-Deċiżjoni jinsab hawn taħt, mingħajr preġudizzju għall-effett sħiħ tad-Deċiżjoni nnifisha

(notifikata fid-dokument numru C(2021) 3889)


Din id-Deċiżjoni hija indirizzata liċ-Ċentru Nazzjonali għar-Riċerka Nukleari (Instituto Superior Técnico, Campus Tecnológico e Nuclear – CTN, il-Portugall) u ġiet notifikata lis-CTN fl-10 ta’ Ġunju 2021.

Artikolu 1

1.   Iċ-Ċentru Nazzjonali għar-Riċerka Nukleari (Instituto Superior Técnico, Campus Tecnológico e Nuclear – CTN) kiser id-dispożizzjonijiet tal-ewwel paragrafu tal-Artikolu 78 tat-Trattat Euratom u tal-Artikoli 3 u 4 tar-Regolament tal-Kummissjoni (Euratom) Nru 302/2005 tat-8 ta’ Frar 2005 dwar l-applikazzjoni tas-salvagwardji tal-Euratom (1) meta ma kkomunikax fil-ħin lill-Kummissjoni d-dikjarazzjoni korretta u sħiħa tal-karatteristiċi tekniċi bażiċi.

2.   Iċ-Ċentru Nazzjonali għar-Riċerka Nukleari (Instituto Superior Técnico, Campus Tecnológico e Nuclear – CTN) kiser id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 79 tat-Trattat Euratom u tal-Artikoli 7, 8 u 9 tar-Regolament (Euratom) Nru 302/2005 dwar l-applikazzjoni tas-salvagwardji tal-Euratom meta naqas milli jwaqqaf u jħaddem sistema affidabbli tal-akkontabbiltà li kapaċi tirrapporta inventarju sħiħ tal-materjali nukleari.

Artikolu 2

1.   Il-Kummissjoni toħroġ twissija liċ-Ċentru Nazzjonali għar-Riċerka Nukleari (Instituto Superior Técnico, Campus Tecnológico e Nuclear – CTN).

2.   It-twissija hija imposta bil-fehim li n-nuqqasijiet elenkati fl-Artikolu 1 jiġu rettifikati malajr kemm jista’ jkun.

3.   Abbażi tar-rapport imsemmi fl-Artikolu 3 l-verifiki tagħha stess, il-Kummissjoni se tivvaluta l-konformità tas-CTN mar-rekwiżiti stabbiliti fil-paragrafu 2.

Artikolu 3

Is-CTN għandu jipprovdi rapport lill-Kummissjoni, fi żmien tliet xhur mid-data ta’ din id-Deċiżjoni, li jiddeskrivi l-miżuri meħuda biex jiġu rettifikati n-nuqqasijiet elenkati fl-Artikolu 1. Is-CTN għandu jwettaq miżuri biex jeskludi okkorrenzi simili fil-futur.

Artikolu 4

1.   Din id-Deċiżjoni hija indirizzata liċ-Ċentru Nazzjonali għar-Riċerka Nukleari (Instituto Superior Técnico, Campus Tecnológico e Nuclear – CTN, il-Portugall).

2.   Din id-Deċiżjoni għandha tiġi kkomunikata lir-Repubblika Portugiża.

Magħmul fi Brussell, l-10 ta’ Ġunju 2021.

 


(1)   ĠU L 5, 28.2.2005, p. 1.