11.4.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 126/3


Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Każ M.10986 – AXA SPAIN / GACM SPAIN)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2023/C 126/03)

1.   

Fis-27 ta’ Marzu 2023, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).

Dan l-avviż jikkonċerna l-impriżi li ġejjin:

—

AXA Seguros Generales, S.A. de Seguros y Reaseguros (“AXA Seguros Generales”, Spanja) li tappartjeni għal AXA S.A. (“AXA Group”, Franza)

—

GACM España, S.A.U. (“GACM Spain”, Spanja)

AXA Seguros Generales se takkwista, skont it-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll esklużiv ta’ GACM España kollha.

Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz ta’ xiri ta’ ishma.

2.   

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

—

AXA Seguros Generales hija parti minn AXA Spain, grupp tal-assigurazzjoni Spanjol awtorizzat li jwettaq negozju ta’ assigurazzjoni u riassigurazzjoni fl-oqsma tal-assigurazzjoni tas-saħħa, tal-ħajja u tat-tfaddil, tal-fondi tal-pensjonijiet, tal-assigurazzjoni tal-karozzi u ta’ assigurazzjonijiet oħra personali u tan-negozju. AXA Spain hija parti minn grupp ta’ kumpaniji li l-kumpanija omm aħħarija tiegħu hija l-kumpanija Franċiża kkwotata AXA Group li hija attiva fil-qasam tal-assigurazzjoni u tal-immaniġġjar tal-assi f’54 pajjiż.

—

GACM Spain hija kumpanija azzjonarja ta’ kumpaniji tal-assigurazzjoni tal-proprjetà u tad-diżgrazzji, kif ukoll tal-ħajja u tas-saħħa fi Spanja.

3.   

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

4.   

Il-Kummissjoni tistieden lil partijiet terzi interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jenħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:

M.10986 – AXA SPAIN / GACM SPAIN

Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-posta elettronika jew bil-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:

Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu

Indirizz tal-posta:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).