Official Journal L 321 , 14/12/1999 P. 0003 - 0003
Ir-Regolament tal-Kumissjoni (EC) Nru 2626/1999 tat-13 ta' Diċembru 1999 li jemenda l-Anness I tar-Regolament tal-Kunsill (EEC) Nru 2658/87 dwar in- nomenklaturatat-tariffi u l-istatistika tat-Tariffa Komuni Doganali IL-KUMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ, Wara li kkunsidrat it-Trattat li waqqaf il-Komunità Ewropea, Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (EEC) Nru No 2658/87 tat-23 ta'Lulju 1987 dwar in-nomeklatura u t-Tariffa Komuni Doganali [1], kif emendata l-aħħar mir-Regolament tal-Kumissjoni (EC) Nru 2204/1999 [2], u in partikolari l-Artikolu 9 tiegħu, Billi: (1) Huwa meħtieġ li jkun hemm distinzjoni bejn faqqiegħ ippreparat jew ippreservat fil-ħall jew aċidu aċetiku skond sub - titolu 20019050 fuq naħa u faqqiegħ ippreparat jew ippreservat mod ieħor milli bil-ħall jew bl-aċidu aċetiku tas-subtkapitlu 200310 fuq il-banda l-oħra; (2) Skond it-test ta'titolu Nru 2001 fin-Noti ta' Spjegazzjoni tas-Sistema Armonizzata, fost additivi oħra, il-melħ jista' jiġi miżjud ma' prodotti ta' dak it-titolu. F'dan il-każ il-melħ jiġi miżjud għal skopijiet ta' preparazzjoni biss; (3) Biex tista' ssir distinzjoni ma' prodotti ta' subtitolu 200310, jidher li hemm il-ħtieġa li jiġi limitat il-kontenut ta' melħ fi prodotti ta' subtitolu 20019050; (4) Jidher li hu appropjat li l-limitu tal-kontenut tal-melħ ikun għall-massimu ta' 2,5 % bl-użin; (5) Huwa meħtieġ li tiġi kjarifikata n-Nota Addizzjonali Nru 1 ta' Kapitolu 20 biex din id-deċiżjoni tiġi riflessa: (6) Punti 3 u 4 ta'l-Anness tar-Regolament tal-Kumissjoni (EC) Nru 1196/97 [3], li qabel kienu jservu biex jikklassifikaw dawn il-prodotti fuq il-bażi tal-kontenut ta' ħall, irrispettivament mill-kontenut ta' melħ, għandhom jiġu rvokati; (7) Il-miżuri provduti f'dan ir-Regolament huma konformi ma'l-opinjoni tal-Kumitat tal-Kodiċi Doganali; ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT: Artikolu 1 Nota Addizzjonli 1 ta' Kapitolu 20 tan-Nomenklatura Kombinata annessa mar-Regolament (EEC) Nru 2658/87 qiegħda tinbidel b'dan: "1. Għal skiopijiet ta' titolu Nru 2001, ħxejjex, frott, lewż u partijiet veġetali oħra preparati u preservati fil-ħall jew fl-aċidu aċetiku għandu jkollhom kontenut ħieles ta' aċidu volatili ta' 0,5 % jew iżjed bl-użin, deskritt bħala aċidu aċetiku. B'żieda ma' dan, faqqiegħ li jaqa' taħt subtitlu 20019050 m'għandux ikollu kontenut ta' melħ li jiskorri 2.5 % bl-użin." Artikolu 2 Punti 3 u 4 ta' l-Anness ta' Regolament (EC) Nru 1196/97 qiegħed b'hekk jiġi revokat. Artikolu 3 Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-21 jum li jiġi wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej. Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha. Magħmul fi Brussel, fit-13 ta' Diċembru 1999. Għall-Kumissjoni Mario Monti Membru tal-Kumissjoni [1] ĠU L 256, tas-7.9.1987, p. 1 [2] ĠU L 278, tat-28.10.1999, p. 1 [3] ĠU L 170, tat-28.6.1997, p. 13 --------------------------------------------------