European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
ta'l-Unjoni Ewropea

MT

Is-serje L


2024/3240

23.12.2024

DEĊIŻJONI (EU, Euratom) 2024/3240 TAL-PARLAMENT EWROPEW

tas-17 ta’ Diċembru 2024

li taħtar l-Ombudsman Ewropew

IL-PARLAMENT EWROPEW,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikulari t-tielet paragrafu tal-Artikolu 24 u l-Artikolu 228 tiegħu,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea għall-Enerġija Atomika, u b'mod partikolari l-Artikolu 106a tiegħu,

Wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) 2021/1163 tal-24 ta’ Ġunju 2021 li jistabbilixxi r-regolamenti u l-kundizzjonijiet ġenerali li jirregolaw it-twettiq tad-dmirijiet tal-Ombudsman (Statut tal-Ombudsman Ewropew) u li jħassar id-Deċiżjoni 94/262/KEFA, KE, Euratom (1),

Wara li kkunsidra r-Regola 237 tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

Wara li kkunsidra s-sejħa għan-nominazzjonijiet (2),

Wara li kkunsidra l-vot tiegħu tas-17 ta’ Diċembru 2024,

IDDEĊIEDA:

li jeleġi lil Teresa ANJINHO biex isservi bħala Ombudsman Ewropew sat-tmiem tal-leġislatura.

Magħmul fi Strasburgu, is-17 ta’ Diċembru 2024.

Għall-Parlament Ewropew

Il-President

R. METSOLA


(1)   ĠU L 253, 16.7.2021, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2021/1163/oj.

(2)   ĠU C, C/2024/4914, 30.8.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2024/4914/oj.


ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2024/3240/oj

ISSN 1977-074X (electronic edition)