<?xml version="1.0" encoding="UTF-8"?><JUDGMENT xmlns:fmx="http://opoce" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:noNamespaceSchemaLocation="http://formex.publications.europa.eu/schema/formex-05.21-20110601.xd"><BIB.JUDGMENT><REF.CASE FILE="ECRCJ2011MTA.0100000101.case.xml"><NO.CASE>C-90/09 P</NO.CASE></REF.CASE><NO.CELEX>62009CJ0090</NO.CELEX><NO.SEQ>0001.0002</NO.SEQ><PAGE.FIRST.ECR>I-30</PAGE.FIRST.ECR><PAGE.SEQ>1</PAGE.SEQ><PAGE.LAST.ECR>I-63</PAGE.LAST.ECR><PAGE.TOTAL>34</PAGE.TOTAL><AUTHOR>CJ</AUTHOR></BIB.JUDGMENT><CURR.TITLE><LEFT>SENTENZA TAL-<DATE ISO="20110120">20.1.2011</DATE> — KAWŻA C-90/09 P</LEFT><RIGHT>GENERAL QUÍMICA <HT TYPE="ITALIC">ET</HT> vs IL-KUMMISSJONI</RIGHT></CURR.TITLE><TITLE><TI><P><HT TYPE="UC">Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja</HT> (L-Ewwel Awla)</P><P><DATE ISO="20110120">20 ta’ Jannar 2011</DATE><NOTE NUMBERING="STAR" TYPE="FOOTNOTE" NOTE.ID="E0001"><P>Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol.</P></NOTE></P></TI></TITLE><JUDGMENT.INIT><P>Fil-Kawża C-90/09 P,</P><P>li għandha bħala suġġett appell taħt l-Artikolu 56 tal-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja, ippreżentat fis-<DATE ISO="20090227">27 ta’ Frar 2009</DATE>,</P></JUDGMENT.INIT><PARTIES><PLAINTIFS><P><HT TYPE="BOLD">General Química SA</HT>, stabbilita f’Alava (Spanja),</P><P><HT TYPE="BOLD">Repsol Química SA,</HT> stabbilita f’Madrid (Spanja),</P><P><HT TYPE="BOLD">Repsol YPF SA,</HT> stabbilita f’Madrid,</P><P>irrappreżentati minn J. M. Jiménez-Laiglesia Oñate, u J. Jiménez-Laiglesia Oñate, avukati</P><PARTY.STATUS>appellanti,</PARTY.STATUS></PLAINTIFS><?PAGE NO="I-31"?><AGAINST>il-parti l-oħra fil-kawża li hija:</AGAINST><DEFENDANTS><P><HT TYPE="BOLD">Il-Kummissjoni Ewropea</HT>, irrappreżentata minn F. Castillo de la Torre u E. Gippini Fournier, bħala aġenti, b’indirizz għan-notifika fil-Lussemburgu</P><PARTY.STATUS>konvenuta fl-ewwel istanza,</PARTY.STATUS></DEFENDANTS></PARTIES><PREAMBLE><PREAMBLE.INIT><P>IL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA (L-Ewwel Awla),</P><P>komposta minn A. Tizzano (Relatur), President tal-Awla, J.-J. Kasel, M. Ilešič, E. Levits u M. Safjan, Imħallfin,</P><P>Avukat Ġenerali: J. Mazák,</P><P>Reġistratur: R. Şereş, Amministratur,</P></PREAMBLE.INIT><GR.VISA><VISA>wara li rat il-proċedura bil-miktub u wara s-seduta tad-<DATE ISO="20100429">29 ta’ April 2010</DATE>,</VISA><?PAGE NO="I-32"?><VISA>wara li semgħet il-konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali, ippreżentati fis-seduta tal-<DATE ISO="20100914">14 ta’ Settembru 2010</DATE>,</VISA></GR.VISA><PREAMBLE.FINAL>tagħti l-preżenti</PREAMBLE.FINAL></PREAMBLE><CONTENTS.JUDGMENT><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Sentenza</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>1</NO.P><TXT>Permezz tal-appell tagħhom General Química SA (iktar ’il quddiem <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0001" REF.END="QE0001"/>GQ<QUOT.END REF.START="QS0001" CODE="201D" ID="QE0001"/>), Repsol Química SA (iktar ’il quddiem <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0002" REF.END="QE0002"/>RQ<QUOT.END REF.START="QS0002" CODE="201D" ID="QE0002"/>) u Repsol YPF SA (iktar ’il quddiem <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0003" REF.END="QE0003"/>RYPF<QUOT.END REF.START="QS0003" CODE="201D" ID="QE0003"/>) qegħdin jitolbu l-annullament tas-sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza tal-Komunitajiet Ewropej (li saret il-Qorti Ġenerali fl-<DATE ISO="20091201">1 ta’ Diċembru 2009</DATE>) tat-<DATE ISO="20081218">18 ta’ Diċembru 2008</DATE>, General Química <HT TYPE="ITALIC">et</HT> vs Il-Kummissjoni, (T-85/06, iktar ’il quddiem is-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0004" REF.END="QE0004"/>sentenza appellata<QUOT.END REF.START="QS0004" CODE="201D" ID="QE0004"/>), li biha din tal-aħħar ċaħdet ir-rikors tagħhom għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2006/902/KE, tal-<DATE ISO="20051221">21 ta’ Diċembru 2005</DATE>, dwar il-proċedura ta’ applikazzjoni tal-Artikolu 81 tat-Trattat KE u tal-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE kontra Flexsys NV, Bayer AG, Crompton Manufacturing Company Inc. (ex Uniroyal Chemical Company Inc.), Crompton Europe Ltd, Chemtura Corporation (ex Crompton Corporation), General Química SA, Repsol Química SA u Repsol YPF SA (Kawża COMP/F/C.38.443) – Prodotti kimiċi għall-ipproċessar tal-lastku (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="353" PAGE.FIRST="50" DATE.PUB="2006">ĠU 2006 L 353, p. 50</REF.DOC.OJ>, iktar ’il quddiem id-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0005" REF.END="QE0005"/>deċiżjoni kontenzjuża<QUOT.END REF.START="QS0005" CODE="201D" ID="QE0005"/>), u imponiet fuq dawn il-kumpanniji, b’mod konġunt, multa għall-parteċipazzjoni tagħhom f’numru ta’ ftehim u ta’ prattiki miftiehma.</TXT></NP><?PAGE NO="I-33"?><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-fatti li wasslu għall-kawża</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>2</NO.P><TXT>GQ hija kumpannija Spanjola li tipproduċi ċerti tipi ta’ prodotti kimiċi għall-ipproċessar tal-lasktu. Hija sussidjarja 100 % ta’ RQ, liema kumpannija hija sussidjarja 100 % ta’ RYPF.</TXT></NP><NP><NO.P>3</NO.P><TXT>Fit-<DATE ISO="20050412">12 ta’ April 2005</DATE>, il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej innotifikat lill-appellanti dikjarazzjoni tal-oġġezzjonijiet relattiva għal proċedura ta’ applikazzjoni tal-Artikolu 81 KE u tal-Artikolu 53 tal-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, tat-<DATE ISO="19920502">2 ta’ Mejju 1992</DATE> (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="001" PAGE.FIRST="3" DATE.PUB="1994">ĠU 1994, L 1, p. 3</REF.DOC.OJ>).</TXT></NP><NP><NO.P>4</NO.P><TXT>Bid-deċiżjoni kontenzjuża, il-Kummissjoni ddikjarat lil RQ u RYPF, imsejħa flimkien bħala <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0006" REF.END="QE0006"/>Repsol<QUOT.END REF.START="QS0006" CODE="201D" ID="QE0006"/>, flimkien u <HT TYPE="ITALIC">in solidum</HT> responsabbli għall-ksur imwettaq minn GQ.</TXT></NP><NP><NO.P>5</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, il-Kummissjoni esponiet fl-imsemmija deċiżjoni li kumpannija parent tista’ tiġi kkunsidrata <HT TYPE="ITALIC">a priori</HT> bħala responsabbli għall-aġir tas-sussidjarji tagħha li jkunu 100 % kkontrollati minnha, iżda li huwa possibbli li din il-preżunzjoni ta’ eżerċizzju effettiv ta’ influwenza determinanti fuq tali sussidjarji tiġi invertita mill-kumpannija parent.</TXT></NP><NP><NO.P>6</NO.P><TXT>Il-Kummissjoni ppreċiżat li tali inverżjoni ta’ preżunzjoni ma tistax tirriżulta mill-affermazzjoni li l-kumpannija parent ma pparteċipatx direttament fil-ħsieb jew li ma kinitx infurmata bih, jew li ma inkoraġġietx lis-sussidjarji tagħha sabiex jadottaw komportament illeċitu. Il-Kummissjoni kkunsidrat bl-istess mod li l-fatt li RQ u RYPF ma assumewx ir-responsabbiltà għat-tmexxija fuq bażi regolari u lanqas amministrazzjoni operazzjonali ta’ GQ, ma kienx biżżejjed sabiex din il-preżunzjoni tiġi invertita.</TXT></NP><?PAGE NO="I-34"?><NP><NO.P>7</NO.P><TXT>Barra minn hekk, il-Kummissjoni osservat li, f’dan il-każ, anki jekk l-amministratur waħdieni ta’ GQ iddelega l-poteri tiegħu relattivi għat-tmexxija operazzjonali taghħa, huwa xorta jkun meqjus bħala <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0007" REF.END="QE0007"/>rabta<QUOT.END REF.START="QS0007" CODE="201D" ID="QE0007"/> bejn GQ u RQ, għax bih, l-informazzjoni li tirrigwarda l-bejgħ, il-produzzjoni u r-riżultati finanzjarji ġew komunikati lill-kumpannija parent. Barra minn hekk, ir-riżultati finanzjarji ta’ GQ ġew ikkonsolidati ma’ dawk ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0008" REF.END="QE0008"/>Repsol<QUOT.END REF.START="QS0008" CODE="201D" ID="QE0008"/>, bil-konsegwenza li l-profitti jew it-telf ta’ GQ kienu riflessi fil-profitti u t-telf tal-grupp.</TXT></NP><NP><NO.P>8</NO.P><TXT>F’dawn iċ-ċirkustanzi, il-Kummissjoni kkonstatat, fl-Artikolu 1(f) sa (h) tad-deċiżjoni kontenzjuża, li l-appellanti kienu pparteċipaw, bejn il-<DATE ISO="19991031">31 ta’ Ottubru 1999</DATE> u t-<DATE ISO="20000630">30 ta’ Ġunju 2000</DATE>, f’numru ta’ ftehim u ta’ prattiki miftiehma fir-rigward tal-iffissar tal-prezzijiet u l-iskambju ta’ informazzjoni kunfidenzjali fuq ċerti prodotti kimiċi destinati għall-ipproċessar tal-lasktu, madwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, bi ksur tal-Artikolu 81 u l-Artikolu 53 tal-Ftehim taż-Żona Ekonomika Ewropea, tat-<DATE ISO="19920502">2 ta’ Mejju 1992</DATE>.</TXT></NP><NP><NO.P>9</NO.P><TXT>Bħala konsegwenza, fl-Artikolu 2(d) tal-imsemmija deċiżjoni, il-Kummissjoni mmultat lil GQ, lil RQ u lil RYPF, <HT TYPE="ITALIC">in solidum</HT>, multa ta’ EUR 3.38 miljun.</TXT></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-proċedura quddiem il-Qorti Ġenerali u s-sentenza appellata</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>10</NO.P><TXT>Permezz ta’ att ippreżentat fir-Reġistru tal-Qorti Ġenerali nhar it-<DATE ISO="20060308">8 ta’ Marzu 2006</DATE>, l-appellanti ppreżentaw rikors abbażi tal-Artikolu 230 KE, fejn talbu l-annullament parzjali tad-deċiżjoni kontenzjuża.</TXT></NP><?PAGE NO="I-35"?><NP><NO.P>11</NO.P><TXT>Insostenn ta’ dan ir-rikors, huma invokaw tliet motivi. L-ewwel motiv kien jirrigwarda żball evidenti ta’ evalwazzjoni u ta’ nuqqas ta’ motivazzjoni f’dak li jirrigwarda r-responsabbiltà <HT TYPE="ITALIC">in solidum</HT> tal-appellanti. It-tieni u t-tielet motiv, li ma humiex ulterjorment inkwistjoni għaliex ma humiex indikati fl-appell, kienu jirrigwardaw rispettivament diversi żbalji ta’ liġi li l-Kummissjoni allegatament għamlet meta kkalkulat il-multa, kif ukoll żball ta’ evalwazzjoni, in-nuqqas ta’ motivazzjoni u ksur tal-prinċipju ta’ ugwaljanza fl-applikazzjoni tal-komunikazzjoni dwar il-kooperazzjoni.</TXT></NP><NP><NO.P>12</NO.P><TXT>Fir-rigward tal-ewwel motiv, il-Qorti Ġenerali qabelxejn fakkret, fil-punt 58 tas-sentenza appellata, il-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja li tirriżulta mis-sentenzi tal-<DATE ISO="19831025">25 ta’ Ottubru 1983</DATE>, AEG Telefunken vs Il-Kummissjoni (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="107/82" PAGE.ECR="3151" YEAR="1983">107/82, Ġabra p. 3151</REF.DOC.ECR>, punt 49), u tas-<DATE ISO="20001116">16 ta’ Novembru 2000</DATE>, Stora Kopparbergs Bergslags vs Il-Kummissjoni (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-286/98 P" PAGE.ECR="I-9925" YEAR="2000">C-286/98 P, Ġabra p. I-9925</REF.DOC.ECR>, punt 26), ġurisprudenza li minnha jirriżulta li l-fatt li sussidjarja għandha personalità ġuridika distinta mhux biżżejjed sabiex jeskludi l-possibilità li l-kumpannija parent tiġi miżmuma responsabbli għall-aġir tagħha, speċjalment jekk tali sussidjarja ma taġixxix b’mod awtonomu fis-suq, iżda tapplika l-istruzzjonijiet mogħtija liha mill-kumpannija parent tagħha.</TXT></NP><NP><NO.P>13</NO.P><TXT>Barra minn hekk, fil-punt 59 tas-sentenza appellata, il-Qorti Ġenerali osservat li, skont ġurisprudenza stabbilita, fil-każ partikolari fejn kumpannija parent tikkontrolla 100 % lis-sussidjarja tagħha u liema sussidjarja tkun aġixxiet b’mod illegali, teżisti preżunzjoni konfutabbli li tgħid li dik il-kumpannija parent teżerċita effettivament influwenza determinanti fuq l-aġir tas-sussidjarja tagħha (b’referenza għas-sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-<DATE ISO="20060927">27 ta’ Settembru 2006</DATE>, Avebe vs Il-Kummissjoni, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="T-314/01" PAGE.ECR="II-3085" YEAR="2006">T-314/01, Ġabra p. II-3085</REF.DOC.ECR>, punt 136 u l-ġurisprudenza ċċitata), b’tali mod illi dawn iż-żewg kumpanniji jikkostitwixxu impriża waħda taħt l-Artikolu 81 KE (b’referenza għas-sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-<DATE ISO="20050615">15 ta’ Ġunju 2005</DATE>, Tokai Carbon <HT TYPE="ITALIC">et</HT> vs Il-Kummissjoni, imsejħa <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0009" REF.END="QE0009"/>Tokai II<QUOT.END REF.START="QS0009" CODE="201D" ID="QE0009"/>, T-71/03, T-74/03, T-87/03 u T-91/03, punt 59). Għaldaqstant hija l-kumpannija parent li, quddiem il-qorti Komunitarja, tkun qiegħda tikkontesta deċiżjoni tal-Kummissjoni li timponilha multa għall-aġir imwettaq mis-sussidjarja tagħha, li għandha tinverti din il-preżunzjoni billi tressaq provi li juru l-awtonomija ta’ din tal-aħħar, u għalhekk il-Qorti Ġenerali tirreferi f’dan ir-rigward, b’mod partikolari, għas-sentenza Stora Kopparbergs Bergslags vs Il-Kummissjoni, iċċitata iktar ’il fuq (punt 29).</TXT></NP><?PAGE NO="I-36"?><NP><NO.P>14</NO.P><TXT>Il-Qorti Ġenerali ppreċiżat, fil-punt 60 tas-sentenza appellata, li, għalkemm fl-imsemmija sentenza Stora Kopparbergs Bergslags vs Il-Kummissjoni l-Qorti tal-Ġustizzja kienet invokat ċirkustanzi differenti milli ż-żamma ta’ 100 % tal-kapital tas-sussidjarja, dan sar biss għall-iskop sabiex tesponi t-totalità tal-elementi li fuqhom il-Qorti Ġenerali bbażat ir-raġunament tagħha fid-deċiżjoni attakkata fl-ambitu ta’ din il-kawża, u mhux sabiex tissuġġetta l-imsemmija preżunzjoni għall-eżistenza ta’ provi supplementari.</TXT></NP><NP><NO.P>15</NO.P><TXT>Il-Qorti Ġenerali għaldaqstant ikkonkludiet, fil-punt 62 tas-sentenza appellata, li huwa biżżejjed li l-Kummissjoni tagħti prova li l-kapital kollu ta’ sussidjarja huwa miżmum mill-kumpannija parent tagħha sabiex b’hekk tiġi stabbilita l-preżunzjoni li din tal-aħħar teżerċita influwenza determinanti fuq l-aġir tal-imsemmija sussidjarja fis-suq. Għaldaqstant, il-Kummissjoni tkun tista’ tikkunsidra lill-kumpannija parent bħala responsabbli <HT TYPE="ITALIC">in solidum</HT> għall-ħlas tal-multa imposta fuq is-sussidjarja tagħha fir-rigward ta’ ftehim illegali li fihom tali sussidjarja tkun ipparteċipat, anki jekk jirriżulta li l-kumpannija parent ma kinitx involuta direttament f’dawn il-ftehim, sakemm din tal-aħħar ma tippruvax li s-sussidjarja tagħha għandha aġir awtonomu fis-suq.</TXT></NP><NP><NO.P>16</NO.P><TXT>Għaldaqstant il-Qorti Ġenerali kkonstatat, fil-punt 63 tas-sentenza appellata, li, f’dan il-każ, <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0010" REF.END="QE0010"/>il-Kummissjoni ma injoratx il-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja u tal-Qorti Ġenerali meta rreferiet għaż-żamma ta’ 100 % tal-kapital ta’ GQ mill-kumpanniji parent tagħha […] sabiex iżżommhom responsabbli għall-aġir antikompetittiv ta’ din tal-aħħar<QUOT.END REF.START="QS0010" CODE="201D" ID="QE0010"/>.</TXT></NP><NP><NO.P>17</NO.P><TXT>Il-Qorti Ġenerali osservat iktar tard, fil-punt 65 tas-sentenza appellata, li RYPF u RQ ma ssottomettew l-ebda element relattiv għal rabtiet organizzazzjonali, ekonomiċi u ġuridiċi bejniethom u GQ sabiex juru l-awtonomija kummerċjali u operazzjonali ta’ din is-sussidjarja.</TXT></NP><NP><NO.P>18</NO.P><TXT>Min-naħa l-oħra, il-Qorti Ġenerali qalet, fil-punt 66 tas-sentenza appellata, li l-elementi mressqa mill-Kummissjoni fil-punt 262 tal-motivazzjoni fid-deċiżjoni kontenzjuża, saħqu favur l-eżistenza ta’ entità unika, u jiġifieri li l-amministratur waħdieni ta’ GQ aġixxa dejjem bħala <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0011" REF.END="QE0011"/>rabta<QUOT.END REF.START="QS0011" CODE="201D" ID="QE0011"/> ma’ RQ, li RYPF ikkonsolidat il-kontijiet<?PAGE NO="I-37"?> ta’ GQ u ta’ RQ fuq livell ta’ grupp, u finalment, li RQ u RYPF irrispondew għad-dikjarazzjoni ta’ oġġezzjonijiet b’mod konġunt.</TXT></NP><NP><NO.P>19</NO.P><TXT>Barra minn hekk, fil-punti 68 u 69 tas-sentenza appellata, il-Qorti Ġenerali ddeċidiet li l-fatt li nhar it-<DATE ISO="20021022">22 ta’ Ottubru 2002</DATE> RQ ordnat lil GQ sabiex twaqqaf kull prattika li tista’ tikkostitwixxi ksur tar-regoli tal-kompetizzjoni, wara spezzjoni li seħħet fl-istabbilimenti ta’ GQ nhar is-<DATE ISO="20020927">27 ta’ Settembru 2002</DATE>, kienet tikkostitwixxi prova biżżejjed tal-influwenza determinanti eżerċitata minn RYPF u RQ dwar il-politika ta’ GQ, mhux biss fis-suq, iżda wkoll fir-rigward tal-aġir ta’ ksur li jikkostitwixxi s-suġġett tad-deċiżjoni kontenzjuża.</TXT></NP><NP><NO.P>20</NO.P><TXT>Sussidjarjament, il-Qorti Ġenerali eżaminat. fil-punti 71 sa 76 tas-sentenza appellata. jekk, fid-deċiżjoni kontenzjuża, il-Kummissjoni għamlitx xi żball ta’ evalwazzjoni li jirrigwarda l-elementi ta’ prova ppreżentati mill-appellanti jew jekk hi injorathomx b’mod żbaljat, bil-mod kif ġej:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0012" REF.END="QE0012"/>71</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, għandu jingħad li l-fatt li l-attivitajiet tas-sussidjarja huma differenti, anki kompletament, mill-attivitajiet tal-grupp jew anki l-fatt li l-kumpannija parent ippruvat, mingħajr suċċess, terġa’ tbiegħ lis-sussidjarja, mhux biżżejjed sabiex jaqilbu l-preżunzjoni li RQ u RYPF huma responsabbli. Anki jekk gruppi ta’ impriżi u kumpanniji holding frekwentement ikollhom attivitajiet ta’ negozju differenti u xi kultant ibiegħu wħud mis-sussidjarji tagħhom, huma xorta jitqiesu bħala li jikkostitwixxu impriża waħda għall-finijiet tal-Artikolu 81 KE (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-<DATE ISO="20060927">27 ta’ Settembru 2006</DATE>, Akzo Nobel <HT TYPE="ITALIC">et</HT> vs Il-Kummissjoni, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="T-330/01" PAGE.ECR="II-3389" YEAR="2006">T-330/01, Ġabra p. II-3389</REF.DOC.ECR>, punti 78 u 82).</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>72</NO.P><TXT>Barra minn dan, il-Kummissjoni, bi tweġiba għat-talba għal dokumenti mressqa mir-rikorrenti, ipproduċiet lill-Qorti Ġenerali dokument li jinkludi l-minuti tal-bord tad-diretturi ta’ RQ mill-1998 sa 2000 u li jsemmi r-riżultati finanzjari ta’ GQ u riżoluzzjoni dwar il-bejgħ ta’ kumpannija ta’ GQ f’Silquímica SA u l-bejgħ ta’ proprjetà immobbli ta’ GQ. Jekk il-bord tad-diretturi ta’ RQ għandu rwol<?PAGE NO="I-38"?> sinjifikattiv f’diversi aspetti essenzjali fl-istrateġija ta’ GQ, bħal pereżempju, il-bejgħ ta’ proprjetà immobbli jew il-bejgħ ta’ kumpannija holding, u jirriserva l-poter ta’ deċiżjoni finali f’dan ir-rigward, jirriżulta li hu jeżerċita influwenza deċiżiva fuq l-aġir ta’ GQ.</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>73</NO.P><TXT>Fir-rigward tal-argument dwar in-nuqqas ta’ sovrapożizzjoni fis-sħubija tal-organi tal-kumpanniji rikorrenti, għandu jingħad li mill-ittra tal-<DATE ISO="20040405">5 ta’ April 2004</DATE> mibgħuta minn GQ lill-Kummissjoni u prodotta mir-rikorrenti waqt il-proċedura prekontenzjuża jidher li [<HT TYPE="ITALIC">kunfidenzjali</HT>] kien kemm president tal-bord tad-diretturi ta’ GQ mill-1996 sal-2000 u anki membru fil-bord tad-diretturi ta’ RQ mill-1998 sal-1999. Barra minn dan, tajjeb li jissemma li, meta mistoqsija dwar dan il-punt waqt is-seduta, ir-rikorrenti rrikonoxxew, tal-inqas b’mod impliċitu, li kien hemm din is-sovrapożizzjoni.</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>74</NO.P><TXT>Bl-istess mod, l-argumenti li jallegaw li fid-deċiżjoni [kontenzjuża] l-Kummissjoni ma eżaminatx il-provi fattwali kollha li wrew li l-uffiċjali eżekuttivi ta’ GQ biss iddeċidew dwar il-politika kummerċjali tagħha u implementawha, mingħajr ma RQ kienet ġiet informata jew mitluba tawtorizza dan, ma jistgħux jintlaqgħu fid-dawl tal-ġurisprudenza ċċitata iktar ’il fuq. L-istess huwa minnu dwar l-argument li l-informazzjoni li ngħatat lil RQ minn GQ ma kinitx tikkonċerna l-politika kummerċjali imma r-riżultati finanzjarji tas-sussidjarja.</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>75</NO.P><TXT>Fir-rigward tar-relazzjoni bejn GQ u Repsol Italia, fid-deċiżjoni [kontenzjuża], irid jingħad li l-Kummissjoni hija korretta li tirrifjuta l-argumenti tar-rikorrenti dwar l-allegat kunflitt ta’ interessi bejn GQ u l-kumpanniji parent tagħha billi tgħid li RYPF tikkonsolida l-kontijiet tal-grupp, li hu magħmul minn numru ta’ sussidjarji li jinkludi lil GQ u lil Repsol Italia. Barra minn dan, il-Kummissjoni hija wkoll korretta meta tgħid li r-relazzjoni hija sabiex issaħħaħ il-preżunzjoni li hemm impriża waħda.</TXT></NP></ITEM><?PAGE NO="I-39"?><ITEM><NP><NO.P>76</NO.P><TXT>F’dawn iċ-ċirkustanzi, jista’ jiġi konkluż, kif għamlet il-Kummissjoni fil-premessa 264 tad-deċiżjoni [kontenzjuża], li r-rikorrenti ma rnexxilhomx jaqilbu l-preżunzjoni li l-kumpanniji parent huma responsabbli.<QUOT.END REF.START="QS0012" CODE="201D" ID="QE0012"/></TXT></NP></ITEM></LIST></ALINEA></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>21</NO.P><TXT>Finalment, fil-punt 77 tas-sentenza appellata, il-Qorti Ġenerali ppreċiżat li l-ebda argument imressaq b’mod sussidjarju mill-kumpanniji appellanti ma’ kien ta’ natura li jista’ jinvalida d-deċiżjoni kontenzjuża.</TXT></NP><NP><NO.P>22</NO.P><TXT>B’mod partikolari, fil-punti 78 sa 83 tal-imsemmija sentenza, il-Qorti Ġenerali ddeċidiet li, kif jista’ jiġi dedott mill-ġurisprudenza relattiva għas-suġġett, il-preżunzjoni tar-responsabbiltà li toħroġ miż-żamma tal-kapital tapplika mhux biss f’każijiet fejn hemm relazzjoni diretta bejn il-kumpannija parent u s-sussidjarja tagħha, imma anki f’każijiet bħall-kawża preżenti, fejn ir-relazzjoni hija indiretta, minħabba sussidjarja intermedjarja.</TXT></NP><NP><NO.P>23</NO.P><TXT>Abbażi ta’ dawn il-kunsiderazzjonijiet kollha, il-Qorti Ġenerali, fil-punt 84 tas-sentenza appellata, ċaħdet l-ewwel motiv imressaq insostenn tar-rikors għal annullament.</TXT></NP><NP><NO.P>24</NO.P><TXT>Billi ddeċidiet li l-motivi l-oħra lanqas ma kienu fondati, il-Qorti Ġenerali, fil-punt 157 tas-sentenza appellata, ċaħdet ir-rikors fit-totalità tiegħu.</TXT></NP></GR.SEQ><?PAGE NO="I-40"?><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">It-talbiet tal-partijiet</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>25</NO.P><TXT>Fl-appell, l-appellanti jitolbu li l-Qorti tal-Ġustizzja jogħġobha:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><LIST TYPE="DASH"><ITEM><P>tannulla s-sentenza appellata fil-parti fejn tiċħad il-motiv tal-annullament relatat ma’ żball manifest ta’ evalwazzjoni u n-nuqqas ta’ motivazzjoni sabiex l-appellanti jinstabu responsabbli <HT TYPE="ITALIC">in solidum</HT>;</P></ITEM><ITEM><P>tannulla l-Artikolu 1(g) u (h) u l-Artikolu 2(d) tad-deċiżjoni kontenzjuża peress li dawn jiddikjaraw li RYPF u RQ huma responsabbli b’mod konġunt u <HT TYPE="ITALIC">in solidum</HT> għall-ksur li GQ wettqet tal-Artikolu 81(1) KE u, sussidjarjament, sa fejn id-deċiżjoni kontenzjuża hi kontra RYPF, u</P></ITEM><ITEM><P>fiż-żewġ każijiet, li tnaqqas il-multa b’mod xieraq.</P></ITEM></LIST></ALINEA></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>26</NO.P><TXT>Il-Kummissjoni titlob li l-Qorti tal-Ġustizzja jogħġobha:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><LIST TYPE="DASH"><ITEM><P>tiċħad l-appell, u</P></ITEM><ITEM><P>tikkundanna lill-appellanti għall-ispejjeż.</P></ITEM></LIST></ALINEA></QUOT.S></P></NP></GR.SEQ><?PAGE NO="I-41"?><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq l-appell</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>27</NO.P><TXT>L-appellanti invokaw żewġ aggravji insostenn tal-appell tagħhom, ibbażati fuq żbalji ta’ liġi relattivi għall-imputazzjoni lil RQ u lil RYPF, rispettivament, tar-responsabbiltà għall-ksur tal-Artikolu 81(1) KE li wettqet GQ.</TXT></NP><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Fuq l-ewwel aggravju, dwar żbalji ta’ liġi relattivi għall-imputazzjoni lil RQ tar-responsabbiltà għall-ksur tal-Artikolu 81(1) KE li wettqet GQ</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>28</NO.P><TXT>L-ewwel aggravju mqajjem mill-appellanti jinqasam essenzjalment fi tliet partijiet.</TXT><P>Fuq l-ewwel parti, dwar il-fatt li l-Qorti Ġenerali applikat b’mod żbaljat il-preżunzjoni ta’ influwenza determinanti li kumpannija parent għandha fuq sussidjarja kkontrollata minnha 100 %</P></NP><GR.SEQ LEVEL="4"><TITLE><TI><NP><NO.P>—</NO.P><TXT>L-argumenti tal-partijiet</TXT></NP></TI></TITLE><NP><NO.P>29</NO.P><TXT>Skont l-appellanti, il-Qorti Ġenerali għamlet żball ta’ liġi meta kkunsidrat, b’mod żbaljat, li, sabiex iżżomm lil kumpannija parent responsabbli għall-aġir ta’ ksur ta’<?PAGE NO="I-42"?> sussidjarja li tagħha hija żżomm 100 % tal-kapital, il-Kummissjoni setgħet iżżomm ma’ kriterju li ma għandu l-ebda rabta mal-ksur li sar minn tali sussidjarja.</TXT></NP><NP><NO.P>30</NO.P><TXT>Huwa minnu li s-sentenza tal-<DATE ISO="20090910">10 ta’ Settembru 2009</DATE>, Akzo Nobel <HT TYPE="ITALIC">et</HT> vs Il-Kummissjoni (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-97/08 P" PAGE.ECR="I-8237" YEAR="2009">C-97/08 P, Ġabra p. I-8237</REF.DOC.ECR>), tikkonferma l-leġittimità tal-applikazzjoni ta’ preżunzjoni f’dak ir-rigward. Minkejja dan, il-Kummissjoni tkun xorta waħda obbligata tippreżenta provi supplementari sabiex il-kumpannija parent tkun miżmuma responsabbli għall-aġir tas-sussidjarja tagħha.</TXT></NP><NP><NO.P>31</NO.P><TXT>Għaldaqstant, kif joħroġ ċar mis-sentenzi tal-Qorti Ġenerali tal-<DATE ISO="20050915">15 ta’ Settembru 2005</DATE>, Daimler Chrysler vs Il-Kummissjoni (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="T-325/01" PAGE.ECR="II-3319" YEAR="2005">T-325/01, Ġabra p. II-3319</REF.DOC.ECR>, punt 218, u tas-<DATE ISO="20070426">26 ta’ April 2007</DATE>, Bolloré vs Il-Kummissjoni (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="T-109/02+T-118/02+T-122/02+T-125/02+T-126/02+T-128/02+T-129/02+T-132/02+T-136/02" PAGE.ECR="II-947" YEAR="2007">T-109/02, T-118/02, T-122/02, T-125/02, T-126/02, T-128/02, T-129/02, T-132/02 u T-136/02, Ġabra p. II-947</REF.DOC.ECR>, punt 132), u sa ċertu punt, is-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja Stora Kopparbergs Bergslags vs Il-Kummissjoni, iċċitata iktar ’il fuq, il-Kummissjoni ma tistax tiġi meħlusa milli tivverifika, f’kull każ, jekk il-kumpannija parent eżerċitatx poter effettiv ta’ tmexxija ta’ sussidjarja tagħha u jekk din applikatx l-istruzzjonijiet riċevuti.</TXT></NP><NP><NO.P>32</NO.P><TXT>Skont il-Kummissjoni, din it-teżi tmur kontra l-ġurisprudenza stabbilita. Fil-fatt, fis-sentenzi ċċitati iktar ’il fuq AEG Telefunken vs Il-Kummissjoni, Stora Kopparbergs Bergslags vs Il-Kummissjoni u Akzo Nobel <HT TYPE="ITALIC">et</HT> vs Il-Kummissjoni, il-Qorti tal-Ġustizzja kkonfermat l-eżistenza ta’ preżunzjoni fis-sens li sussidjarja li tkun ikkontrollata 100 % mill-kumpannija parent tagħha ssegwi politika abbozzata mill-istess organi statutorji li jistabbilixxu l-politika ta’ din tal-aħħar. Dan jippermetti li l-kumpannija parent tinżamm responsabbli ta’ ksur imwettaq mis-sussidjarja tagħha stess anki fin-nuqqas ta’ indikazzjonijiet li juru l-involviment tal-imsemmija kumpannija parent fil-fatti li jikkostitwixxu l-ksur li jkun seħħ.</TXT></NP><NP><NO.P>33</NO.P><TXT>Kuntrarjament għal dak allegat mill-appellanti, ir-rikors għal tali preżunzjoni ma jipprevedix inverżjoni tal-preżunzjoni, iżda jiswa biss sabiex jiġi stabbilit il-livell ta’ prova rikjest sabiex kumpannija parent tkun tistà tiġi miżmuma responsabbli għal attivitajiet kollużivi li huma attribwiti lis-sussidjarja tagħha.</TXT></NP></GR.SEQ><?PAGE NO="I-43"?><GR.SEQ LEVEL="4"><TITLE><TI><NP><NO.P>—</NO.P><TXT>Il-kunsiderazzjonijiet tal-Qorti tal-Ġustizzja</TXT></NP></TI></TITLE><NP><NO.P>34</NO.P><TXT>Għandu qabelxejn jiġi osservat li, skont ġurisprudenza stabbilita, il-kunċett ta’ impriża jirrappreżenta kwalunkwe entità li teżerċita attività ekonomika, indipendentement mill-istatut ġuridiku ta’ dik l-entità u l-mod ta’ kif tiġi ffinanzjata (ara, b’mod partikolari, is-sentenzi tat-<DATE ISO="20050628">28 ta’ Ġunju 2005</DATE>, Dansk Rørindustri <HT TYPE="ITALIC">et</HT> vs Il-Kummissjoni, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-189/02 P+C-202/02 P+C-205/02 P+C-206/02 P+C-207/02 P+C-208/02 P+C-213/02 P" PAGE.ECR="I-5425" YEAR="2005">C-189/02 P, C-202/02 P, C-205/02 P sa C-208/02 P u C-213/02 P, Ġabra p. I-5425</REF.DOC.ECR>, punt 112; tal-<DATE ISO="20060110">10 ta’ Jannar 2006</DATE>, Cassa di Risparmio di Firenze <HT TYPE="ITALIC">et</HT>, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-222/04" PAGE.ECR="I-289" YEAR="2006">C-222/04, Ġabra p. I-289</REF.DOC.ECR>, punt 107, u tal-<DATE ISO="20060711">11 ta’ Lulju 2006</DATE>, FENIN vs Il-Kummissjoni, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-205/03 P" PAGE.ECR="I-6295" YEAR="2006">C-205/03 P, Ġabra p. I-6295</REF.DOC.ECR>, punt 25).</TXT></NP><NP><NO.P>35</NO.P><TXT>Il-Qorti tal-Ġustizzja indikat ukoll li l-kunċett ta’ impriża, meta jitqiegħed f’dan il-kuntest, għandu jinftiehem bħala li jkopri unità ekonomika anki jekk, mill-perspettiva ġuridika, din l-unità ekonomika hija magħmula minn diversi persuni fiżiċi jew ġuridiċi (sentenzi tal-<DATE ISO="20061214">14 ta’ Diċembru 2006</DATE>, Confederación Española de Empresarios de Estaciones de Servicio, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-217/05" PAGE.ECR="I-11987" YEAR="2006">C-217/05, Ġabra p. I-11987</REF.DOC.ECR>, punt 40; Akzo Nobel <HT TYPE="ITALIC">et</HT> vs Il-Kummissjoni, iċċitati iktar ’il fuq, punt 55, u dik tal-<DATE ISO="20100701">1 ta’ Lulju 2010</DATE>, Knauf Gips vs Il-Kummissjoni <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-407/08 P" PAGE.ECR="I-6375" YEAR="2010">C-407/08 P, Ġabra p. I-6375</REF.DOC.ECR>, punt 64).</TXT></NP><NP><NO.P>36</NO.P><TXT>Fejn tali entità ekonomika tikser ir-regoli tal-kompetizzjoni, hija għandha, skont il-prinċipju ta’ responsabbiltà personali, tirrispondi għal tali ksur (sentenza Akzo Nobel <HT TYPE="ITALIC">et</HT> vs Il-Kummisjoni, iċċitata iktar ’il fuq, punt 56 u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP><NP><NO.P>37</NO.P><TXT>Fir-rigward tal-kwistjoni relattiva għal f’liema ċirkustanzi persuna ġuridika li ma wettqitx hija stess ksur tista’ xorta waħda tiġi mmultata, minn ġurisprudenza stabbilita jirriżulta li kumpannija parent tista’ tiġi miżmuma responsabbli għall-aġir ta’ sussidjarja tagħha, b’mod partikolari meta, għalkemm għandha personalità ġuridika distinta, din is-sussidjarja ma tiddeterminax b’mod awtonomu l-aġir tagħha fis-suq, iżda essenzjalment hija tapplika l-istruzzjonijiet li jingħatawlha mill-kumpannija parent tagħha, b’mod partikolari fir-rigward ta’ rabtiet ekonomiċi, organizzazzjonali<?PAGE NO="I-44"?> u ġuridiċi li jgħaqqdu lil dawn iż-żewġ entitajiet (sentenza Akzo Nobel <HT TYPE="ITALIC">et</HT> vs Il-Kummisjoni, iċċitata iktar ’il fuq, punt 58 u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP><NP><NO.P>38</NO.P><TXT>Fil-fatt, f’tali sitwazzjoni, il-kumpannija parent u s-sussidjarja tagħha jagħmlu parti mill-istess unità ekonomika u b’hekk jiffurmaw impriża waħda għall-finijiet tal-Artikolu 81 KE u, għaldaqstant, il-Kummissjoni tista’ tindirizza deċiżjoni li fiha timponi multi lill-kumpannija parent mingħajr ma jkollha għalfejn tistabbilixxi l-implikazzjoni personali ta’ din tal-aħħar fil-ksur (ara, f’dan is-sens, is-sentenza Akzo Nobel <HT TYPE="ITALIC">et</HT> vs Il-Kummissjoni, iċċitata iktar ’il fuq, punt 59).</TXT></NP><NP><NO.P>39</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, il-Qorti Ġenerali ppreċiżat li, fil-każ speċifiku fejn kumpannija parent iżżomm 100 % tal-kapital tas-sussidjarja tagħha li tkun wettqet ksur tar-regoli tal-kompetizzjoni tal-Unjoni, minn naħa, din il-kumpannija parent tista’ teżerċita influwenza determinanti fuq l-aġir ta’ din is-sussidjarja, u, min-naħa l-oħra, teżisti preżunzjoni <HT TYPE="ITALIC">juris tantum</HT> li tgħid li l-imsemmija kumpannija parent effettivament teżerċita influwenza determinanti fuq l-aġir tas-sussidjarja tagħha (ara s-sentenza Akzo Nobel <HT TYPE="ITALIC">et</HT> vs Il-Kummissjoni, punt 60 u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP><NP><NO.P>40</NO.P><TXT>F’dawn iċ-ċirkustanzi, huwa biżżejjed li l-Kummissjoni tagħti prova li l-kapital kollu tas-sussidjarja huwa miżmum kollu kemm hu mill-kumpannija parent tagħha sabiex tippreżumi li din tal-aħħar teżerċita influwenza determinanti fuq il-politika kummerċjali ta’ din is-sussidjarja. Il-Kummissjoni tkun f’pożizzjoni, sussegwentement, li tqis lill-kumpannija parent responsabbli <HT TYPE="ITALIC">in solidum</HT> għall-ħlas tal-multa imposta fuq is-sussidjarja tagħha, sakemm l-imsemmija kumpannija parent, li għandha l-oneru li tinverti din il-preżunzjoni, ma tipproduċix provi suffiċjenti li jistgħu juru li s-sussidjarja tagħha taġixxi b’mod awtonomu fis-suq (ara s-sentenzi ċċitati iktar ’il fuq Stora Kopparbergs Bergslags vs Il-Kummissjoni, punt 29, u Akzo Nobel <HT TYPE="ITALIC">et</HT> vs Il-Kummissjoni, punt 61).</TXT></NP><NP><NO.P>41</NO.P><TXT>Għaldaqstant, kuntrarjament għal dak li argumentaw l-appellanti, il-Qorti Ġenerali osservat korrettament, fil-punt 60 tas-sentenza appellata, li, anki jekk huwa minnu li l-Qorti tal-Ġustizzja evokat fil-punti 28 u 29 tas-sentenza Stora Kopparbergs Bergslags vs Il-Kummissjoni, iċċitata iktar ’il fuq, ċirkustanzi oħra minbarra ż-żamma ta’ 100 % tal-kapital mill-kumpannija parent, bħan-nuqqas ta’ kontestazzjoni tal-influwenza<?PAGE NO="I-45"?> li l-kumpannija parent teżerċita fuq il-politika kummerċjali tas-sussidjarja tagħha u r-rappreżentazzjoni komuni taż-żewġ kumpanniji matul il-proċedura amministrattiva, madankollu xorta jibqa’ l-fatt li tali ċirkustanzi l-Qorti tal-Ġustizzja osservathom biss bl-għan li tesponi l-elementi kollha li fuqhom il-Qorti Ġenerali kienet ibbażat ir-raġunament tagħha f’din il-kawża, u mhux sabiex tissuġġetta l-implementazzjoni tal-preżunzjoni msemmija iktar ’il fuq għall-produzzjoni ta’ provi supplementari fir-rigward tal-fatt li l-kumpannija parent effettivaent eżerċitat influwenza fuq is-sussidjarja tagħha (ara, f’dan is-sens, is-sentenza Akzo Nobel <HT TYPE="ITALIC">et</HT> vs Il-Kummissjoni, iċċitata iktar ’il fuq, punt 62).</TXT></NP><NP><NO.P>42</NO.P><TXT>Minn dawn il-kunsiderazzjonjiet kollha jirriżulta li l-Qorti Ġenerali ma wettqet l-ebda żball ta’ liġi meta ddeċidiet, fil-punti 59 sa 63 tas-sentenza appellata, li, ġaladarba kumpannija parent iżżomm 100 % tal-kapital tas-sussidjarja tagħha, teżisti preżunzjoni <HT TYPE="ITALIC">juris tantum</HT> li tgħid li din il-kumpannija parent teżerċita influwenza determinanti fuq l-aġir tas-sussidjarja tagħha.</TXT></NP><NP><NO.P>43</NO.P><TXT>Għaldaqstant, hemm lok li l-ewwel parti tal-ewwel aggravju tiġi miċħuda bħala infondata.</TXT><P>Fuq it-tieni parti tal-ewwel aggravju, li tallega żbalji fl-evalwazzjoni tal-eżistenza ta’ influwenza determinanti ta’ kumpannija parent fuq l-aġir ta’ sussidjarja kkontrollata 100 %.</P></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="4"><TITLE><TI><NP><NO.P>—</NO.P><TXT>L-argumenti tal-partijiet</TXT></NP></TI></TITLE><NP><NO.P>44</NO.P><TXT>L-appellanti jesponu, fl-ewwel lok, li, anki jekk il-Kummissjoni setgħet tassumi l-eżerċizzju effettiv tal-kumpannija parent bħala wieħed ta’ influwenza determinanti fuq l-aġir tal-kumpannija sussidjarja tagħha li tagħha hija għandha ż-żamma ta’<?PAGE NO="I-46"?> 100 % tal-kapital, il-Qorti Ġenerali tkun xorta waħda għamlet żball ta’ liġi f’dak li jikkonċerna r-regoli applikabbli fil-qasam tal-prova, billi llimitat b’mod eċċessiv il-possibiltà li tinverti tali preżunzjoni, u billi introduċiet mekkaniżmu ta’ responsabbiltà awtomatika li jmur kontra l-prinċipju ta’ responsabbiltà personali.</TXT></NP><NP><NO.P>45</NO.P><TXT>Fit-tieni lok, dwar l-evalwazzjoni tal-elementi ta’ prova ppreżentati sabiex jinvertu l-imsemmija preżunzjoni, l-appellanti jallegaw li l-elementi analizzati mill-Qorti Ġenerali fil-punt 66 tas-sentenza appellata ma jwasslux għall-konklużjoni li teżisti entità ekonomika waħda.</TXT></NP><NP><NO.P>46</NO.P><TXT>Fit-tielet lok, huma jsostnu li, fil-punti 68 u 69 tas-sentenza appellata, il-Qorti Ġenerali żnaturat il-komunikazzjoni li permezz tagħha, wara l-ispezzjoni li saret mill-Kummissjoni, RQ ordnat lill-kumpanniji kollha fi ħdan il-grupp tagħha, fosthom GQ, sabiex iwaqqfu kull prattika li tista’ tikkostitwixxi ksur, għar-raġuni li din il-komunikazzjoni ma stabbilietx li RQ kienet taf bl-aġir attribiwit lil GQ.</TXT></NP><NP><NO.P>47</NO.P><TXT>Fir-raba’ lok, l-istess punti tas-sentenza appellata jistgħu wkoll ikunu vizzjati bi żball ta’ kwalifikazzjoni ġuridika u ta’ motivazzjoni, dan sakemm l-imsemmija komunikazzjoni ma kinitx biżżejjed sabiex turi l-eżistenza ta’ unità ekonomika waħda bejn RQ u GQ.</TXT></NP><NP><NO.P>48</NO.P><TXT>Min-naħa tagħha, il-Kummissjoni ssostni li, fir-rigward tal-inverżjoni, mill-kumpannija parent, tal-preżunzjoni ta’ eżerċizzju ta’ influwenza determinanti fuq is-sussidjarja tagħha, is-sentenza Akzo Nobel <HT TYPE="ITALIC">et</HT> vs Il-Kummissjoni, iċċitata iktar ’il fuq, ipprovdiet numru ta’ indikazzjonijiet li jikkonfermaw il-leġittimità tar-raġunament tal-Qorti Ġenerali. Fil-fatt, f’din is-sentenza, il-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet li, sabiex wieħed jiddeċiedi jekk sussidjarja għandhiex aġir awtonomu fis-suq, hemm bżonn illi jiġu eżaminati l-elementi kollha relattivi għar-rabtiet ekonomiċi, organizzazzjonali u ġuridiċi, li jgħaqqdu din is-sussidjarja mal-kumpannija parent.</TXT></NP><?PAGE NO="I-47"?><NP><NO.P>49</NO.P><TXT>Issa, skont il-Kummissjoni, l-appellanti naqsu milli juru li l-Qorti Ġenerali għamlet xi żbalji fl-evalwazzjoni ta’ dawn l-elementi.</TXT></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="4"><TITLE><TI><NP><NO.P>—</NO.P><TXT>Il-kunsiderazzjonijiet tal-Qorti tal-Ġustizzja</TXT></NP></TI></TITLE><NP><NO.P>50</NO.P><TXT>Fir-rigward tal-ewwel ilment dwar żball ta’ liġi li l-Qorti Ġenerali allegatament wettqet meta naqqset il-possibiltajiet għall-kumpannija parent li tinverti l-preżunzjoni ta’ influwenza determinanti fuq l-aġir ta’ sussidjarja tagħha li tagħha hija għandha ż-żamma ta’ 100 % tal-kapital, għandu jissemma li, fil-punt 65 tas-sentenza appellata, tali qorti ġustament ikkonstatat li hija l-kumpannija parent li għandha tissottometti għall-evalwazzjoni tal-Qorti Ġenerali kwalunkwe element relattiv għar-rabtiet organizzazzjonali, ekonomiċi u ġuridiċi bejn l-istess kumpannija parent u s-sussidjarja tagħha b’mod li juru li huma ma jikkostitwixxux entità ekonomika waħda.</TXT></NP><NP><NO.P>51</NO.P><TXT>Mill-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja joħroġ li, sabiex tiġi invertita l-preżunzjoni li kumpannija parent li żżomm 100 % tal-kapital soċjali tas-sussidjarja tagħha teżerċita influwenza determinanti fuqha, hija l-kumpannija parent li għandha tissottometti għall-evalwazzjoni tal-qorti tal-Unjoni l-elementi kollha relattivi għar-rabtiet organizzazzjonali, ekonomiċi u ġuridiċi bejn il-kumpannija nnifisha u s-sussidjarja tagħha, b’mod li turi li huma ma jikkostitwixxux entità ekonomika waħda (ara s-sentenza Akzo Nobel <HT TYPE="ITALIC">et</HT> vs Il-Kummissjoni, iċċitata iktar ’il fuq, punt 65).</TXT></NP><NP><NO.P>52</NO.P><TXT>Tajjeb li jiġi ppreċiżat ukoll li, kuntrarjament għal dak li jsostnu l-appellanti, minħabba n-natura konfutabbli tagħha, din il-preżunzjoni, li tista’ tiġi invertita f’kull każ partikolari billi jsir riferiment għall-elementi kollha msemmija mill-Qorti Ġenerali, ma twassalx għal attribuzzjoni awtomatika ta’ responsabbiltà lill-kumpannija parent li żżomm il-kapital soċjali kollu tas-sussidjarja tagħha, li kienet tkun kontra l-prinċipju ta’ responsabbiltà personali li fuqu huwa bbażat id-dritt tal-kompetizzjoni tal-Unjoni.</TXT></NP><?PAGE NO="I-48"?><NP><NO.P>53</NO.P><TXT>B’konsegwenza ta’ dan, dan l-ilment għandu jiġi miċħud.</TXT></NP><NP><NO.P>54</NO.P><TXT>Fir-rigward tat-tieni u t-tielet ilmenti, dwar żball li għamlet il-Qorti Ġenerali fis-sens li l-elementi analizzati fil-punt 66 tas-sentenza appellata ma jwasslux għall-konklużjoni li teżisti entità ekonomika waħda, u ta’ żnaturar fil-punti 68 u 69 tal-imsemmija sentenza, tal-ordni kkomunikata minn RQ lil GQ, fis-sens li din tal-aħħar ma tistabbilixxix li RQ kienet taf bl-aġir attribwit lil GQ, għandu jiġi osservat li dawn jirriżultaw minn interpretazzjoni żbaljata tas-siltiet rilevanti tal-imsemmija sentenza.</TXT></NP><NP><NO.P>55</NO.P><TXT>Fil-fatt, minn naħa, kuntrarjament għal dak li jallegaw l-appellanti, il-Qorti Ġenerali ma kkonkludietx, meta kkunsidrat l-elementi analizzati fil-punt 66 tas-sentenza appellata, li hemm l-eżistenza ta’ entità ekonomika waħda. Hija llimitat ruħha li tikkonstata li dawn l-elementi, li diġà kienu ttieħdu inkunsiderazzjoni mill-Kummissjoni fil-punt 262 tal-motivi tad-deċiżjoni kontenzjuża, jikkorroboraw l-eżistenza ta’ entità waħda u, għaldaqstant, ma jippermettux li l-preżunzjoni kontra RQ tiġi invertita.</TXT></NP><NP><NO.P>56</NO.P><TXT>Min-naħa l-oħra, fil-punti 68 u 69 tas-sentenza appellata, il-Qorti Ġenerali ma ddeduċietx mill-ordni kkomunikata lil GQ minn RQ li din tal-aħħar kienet taf b’mod ċert bl-aġir ta’ ksur attribwit lill-GQ, iżda kkunsidrat li d-dikjarazzjoni tal-appellanti, li tikkonferma l-komunikazzjoni tal-imsemmi ordni lil GQ, kienet biżżejjed sabiex waħedha tagħti prova li RQ teżerċita influwenza determinanti fuq il-politika ta’ GQ.</TXT></NP><NP><NO.P>57</NO.P><TXT>F’dawn iċ-ċirkustanzi, it-tieni u t-tielet ilmenti għandhom ukoll jiġu miċħuda bħala li ma humiex fondati.</TXT></NP><NP><NO.P>58</NO.P><TXT>Bis-saħħa tar-raba’ ilment, l-appellanti jallegaw, essenzjalment, li l-Qorti Ġenerali naqset milli tagħti motivazzjoni, fis-sens li hija allegatament ma indikatx biżżejjed<?PAGE NO="I-49"?> ir-raġunijiet li fuqhom, fil-punt 69 tas-sentenza appellata, hija kkunsidrat l-imsemmija dikjarazzjoni tal-appellanti fir-rigward tal-ordni kkomunikata lil GQ minn RQ kienet biżżejjed, waħedha, sabiex tagħti prova li RQ teżerċita influwenza effettiva fuq il-politika ta’ GQ.</TXT></NP><NP><NO.P>59</NO.P><TXT>Għandu jitfakkar li, skont ġurisprudenza stabbilita, il-motivazzjoni ta’ sentenza għandha turi b’mod ċar u inekwivoku r-raġunament tal-Qorti Ġenerali, b’mod li tippermetti lill-interessati jkunu jafu l-ġustifikazzjonijiet tad-deċiżjoni meħuda u lill-Qorti tal-Ġustizzja teżerċita l-istħarriġ ġudizzjarju tagħha (ara s-sentenza tat-<DATE ISO="20090402">2 ta’ April 2009</DATE>, France Telecom vs Il-Kummissjoni <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-202/07 P" PAGE.ECR="I-2369" YEAR="2009">C-202/07 P, Ġabra p. I-2369</REF.DOC.ECR>, punt 29, u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP><NP><NO.P>60</NO.P><TXT>F’dan il-każ, il-Qorti Ġenerali llimitat ruħha li tikkunsidra, fil-punt 69 tas-sentenza appellata, li l-komunikazzjoni li biha, wara l-ispezzjoni li saret fl-istabbilimenti ta’ GQ fis-<DATE ISO="20020927">27 ta’ Settembru 2002</DATE>, RQ ordnat lil GQ sabiex twaqqaf kwalunkwe prattika li setgħet tikkostitwixxi ksur ta’ regoli tal-kompetizzjoni, hija biżżejjed sabiex tagħti prova li RQ teżerċita influwenza determinanti fuq il-politika ta’ GQ, u dan mhux biss fis-suq, iżda wkoll fl-aġir ta’ ksur, li huwa s-suġġett ta’ din id-deċiżjoni kontenzjuża.</TXT></NP><NP><NO.P>61</NO.P><TXT>B’hekk, il-Qorti Ġenerali llimitat ruħha għal sempliċi affermazzjoni ta’ prinċipju, mingħajr ma qagħdet turi b’mod ċar u inekwivoku l-motivi li wassluha għal tali konklużjoni.</TXT></NP><NP><NO.P>62</NO.P><TXT>Minn dan jirriżulta li s-sentenza appellata hija vvizzjata minn nuqqas ta’ motivazzjoni peress li l-Qorti Ġenerali ma esponietx ir-raġunijiet li fuqhom ibbażat l-imsemmija konklużjoni.</TXT></NP><NP><NO.P>63</NO.P><TXT>Bħala konsegwenza, dan l-ilment huwa fondat, filwaqt li t-tieni parti tal-ewwel aggravju għandha tiġi miċħuda fir-rigward tal-kumplament.</TXT><?PAGE NO="I-50"?><P>Fuq it-tielet parti tal-ewwel aggravju, dwar żbalji ta’ liġi u ta’ motivazzjoni fl-eżaminazzjoni tal-elementi mressqa mill-appellanti bl-għan li jinvertu l-preżunzjoni ta’ influwenza determinanti ta’ RQ fuq l-aġir ta’ GQ.</P></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="4"><TITLE><TI><NP><NO.P>—</NO.P><TXT>L-argumenti tal-partijiet</TXT></NP></TI></TITLE><NP><NO.P>64</NO.P><TXT>L-appellanti jressqu sussidjarjament diversi lmenti kontra l-konstatazzjonijiet tal-Qorti Ġenerali fil-punti 71 sa 75 tas-sentenza appellata.</TXT></NP><NP><NO.P>65</NO.P><TXT>L-ewwel nett, il-Qorti Ġenerali allegatament żnaturat, fil-punt 71 tal-imsemmija sentenza, il-fatt li GQ twettaq attivitajiet differenti minn dawk ta’ RQ, apparti l-fatt li, b’mod żbaljat, ma tat l-ebda importanza lid-diversi tentattivi li RQ għamlet sabiex tittrasferixxi l-kumpannija GQ lil terzi bejn l-1993 u l-2004. Fil-fatt, tali elementi kieku kienu jikkostitwixxu prova ċara tan-nuqqas ta’ interess li RQ għandha lejn l-attivitajiet ta’ GQ.</TXT></NP><NP><NO.P>66</NO.P><TXT>Fit-tieni lok, kuntrarjament għall-evalwazzjonijiet tal-Qorti Ġenerali li jidhru fil-punt 72 tas-sentenza appellata, il-fatt li l-minuti tal-laqgħat tal-kunsill ta’ amministrazzjoni ta’ RQ ma għamlu qatt referenza għal GQ ħlief għal żewġ okkażjonijiet fuq perijodu ta’ tmien snin li ddekorrew bejn l-1998 u l-2005, juru n-nuqqas totali ta’ interess ta’ RQ fl-attivitajiet ta’ GQ.</TXT></NP><NP><NO.P>67</NO.P><TXT>Fit-tielet lok, skont l-appellanti, l-eżistenza ta’ koinċidenza tal-organi amministrattivi ta’ RQ u GQ, osservata mill-Qorti Ġenerali fil-punt 73 tas-sentenza appellata, tikkonċerna biss persuna waħda u għaldaqstant din il-koinċidenza kienet biss ta’ natura purament marġinali.</TXT></NP><?PAGE NO="I-51"?><NP><NO.P>68</NO.P><TXT>Fir-raba’ lok, fil-punt 74 tas-sentenza appellata, il-Qorti Ġenerali allegatament ċaħdet, b’mod żbaljat u mingħajr ma analizzathom, minn naħa, l-elementi li juru li d-diriġenti ta’ GQ biss kienu jiddeterminaw u jimplementaw il-politika kummmerċjali ta’ din il-kumpannija u, min-naħa l-oħra, l-allegazzjonijiet li l-informazzjoni mogħtija lil RQ minn GQ kienet tikkonċerna biss ir-riżultati finanzjarji ta’ din tal-aħħar.</TXT></NP><NP><NO.P>69</NO.P><TXT>Fil-ħames lok, f’dak li jikkonċerna l-konnessjoni bejn GQ u l-kumpannija Repsol Italia, il-Qorti Ġenerali allegatament żbaljat meta kkunsidrat, fil-punt 75 tas-sentenza appellata, li l-konsolidazzjoni tal-kontijiet magħmula minn RYPF fir-rigward tal-grupp kollu kienet tissostanzja l-argument tal-Kummissjoni, filwaqt li r-relazzjoni ta’ aġenzija mhux esklużiva li teżisti bejn GQ u din il-kumpannija tagħti prova tal-awtonomija kummerċjali ta’ GQ.</TXT></NP><NP><NO.P>70</NO.P><TXT>Il-Kummissjoni tirribatti li l-appellanti ma wrewx l-eżistenza ta’ ċirkustanzi eċċezzjonali tant li tinverti l-preżunzjoni tal-eżerċizzju ta’ influwenza determinanti tal-kumpannija parent fuq is-sussidjarja tagħha, ċirkustanzi li l-Qorti Ġenerali, b’mod żbaljat, naqset milli tanalizza jew żnaturat. L-argumenti mressqa mill-appellanti f’dan ir-rigward għandhom karattru ġenerali ħafna u huma infondati.</TXT></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="4"><TITLE><TI><NP><NO.P>—</NO.P><TXT>Il-kunsiderazzjonijiet tal-Qorti tal-Ġustizzja</TXT></NP></TI></TITLE><NP><NO.P>71</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, għandu jitfakkar li, skont ġurisprudenza stabbilita, mill-Artikolu 225 KE u mill-ewwel paragrafu tal-Artikolu 58 tal-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja jirriżulta li l-Qorti Ġenerali biss għandha l-kompetenza, minn naħa, li tikkonstata l-fatti, ħlief fil-każ fejn l-ineżattezza materjali tal-osservazzjonijiet tagħha tirriżulta mill-atti tal-proċess li jkunu ġew ippreżentati quddiemha, u, min-naħa l-oħra, li tevalwa dawn il-fatti. Ladarba l-Qorti Ġenerali tkun ikkonstatat jew evalwat il-fatti, il-Qorti tal-Ġustizzja għandha l-kompetenza li teżerċita, skont l-Artikolu 225 KE, stħarriġ fuq l-applikazzjoni tal-liġi għal dawn il-fatti u l-konsegwenzi ta’ dritt li waslet għalihom il-Qorti Ġenerali (ara, b’mod partikolari, is-sentenzi tas-<DATE ISO="20060406">6 ta’ April 2006</DATE>, General Motors vs Il-Kummissjoni, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-551/03 P" PAGE.ECR="I-3173" YEAR="2006">C-551/03 P, Ġabra p. I-3173</REF.DOC.ECR>, punt 51, Evonik<?PAGE NO="I-52"?> Degussa vs Il-Kummissjoni, C-266/06 P, punt 72, u tat-<DATE ISO="20090903">3 ta’ Settembru 2009</DATE>, Moser Baer India vs Il-Kunsill, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-535/06 P" PAGE.ECR="I-7051" YEAR="2009">C-535/06 P, Ġabra p. I-7051</REF.DOC.ECR>, punt 31).</TXT></NP><NP><NO.P>72</NO.P><TXT>Għaldaqstant, il-Qorti tal-Ġustizzja ma għandhiex il-kompetenza li tikkonstata l-fatti u lanqas, bħala regola, li teżamina l-provi li l-Qorti Ġenerali tkun qieset insostenn ta’ dawn il-fatti. Fil-fatt, ladarba dawn il-provi jkunu nkisbu legalment, u ladarba l-prinċipji ġenerali tad-dritt u r-regoli ta’ proċedura applikabbli fil-qasam tal-oneru u produzzjoni tal-provi jkunu ġew imħarsa, hija biss il-Qorti Ġenerali li hija kompetenti sabiex tevalwa l-valur li għandu jiġi attribwit lill-elementi mressqa quddiemha. Tali evalwazzjoni ma tikkostitwix, b’riżerva għall-każ fejn ikun hemm żnaturar ta’ dawn l-elementi, punt ta’ liġi, suġġett bħala tali, għall-kontroll tal-Qorti tal-Ġustizzja (sentenza General Motors vs Il-Kummissjoni, iċċitata iktar ’il fuq, punt 52; sentenza tal-<DATE ISO="20060921">21 ta’ Settembru 2006</DATE>, Technische Unie vs Il-Kummissjoni, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-113/04 P" PAGE.ECR="I-8831" YEAR="2006">C-113/04 P, Ġabra p. I-8831</REF.DOC.ECR>, punt 83; u s-sentenza tal-<DATE ISO="20080131">31 ta’ Jannar 2008</DATE>, Angelidis vs Il-Parlament, C-103/07 P, punt 46).</TXT></NP><NP><NO.P>73</NO.P><TXT>F’dan il-każ, f’dak li jirrigwarda l-ilmenti dwar l-allegat żnaturar, fil-punt 71 tas-sentenza appellata, tal-eżerċizzju min-naħa ta’ GQ, anki qabel ma hija bdiet tifforma parti mill-grupp RQ, ta’ attivitajiet differenti minn ta’ din u tat-tentattivi ta’ RQ sabiex tbiegħ lil GQ bejn l-1993 u l-2004, minn naħa, u l-allegati żbalji ta’ evalwazzjoni ġuridika tal-fatti analizzati fil-punti 72, 73 u 75 ta’ tali sentenza, min-naħa l-oħra, hemm lok li jiġi kkonstatat li l-appellanti, b’dawn l-ilmenti, qegħdin jipprovaw biss li jerġgħu jdaħħlu inkwistjoni l-evalwazzjoni tal-provi magħmula mill-Qorti Ġenerali, billi jikkontestaw il-valur li l-Qorti Ġenerali tat lil dawn il-provi fl-analiżi tagħha.</TXT></NP><NP><NO.P>74</NO.P><TXT>F’dawn iċ-ċirkustanzi, sa fejn l-appellanti realment la jallegaw li kien hemm żnaturar tal-fatti li fuqhom il-Qorti Ġenerali bbażat ruħha sabiex waslet għall-osservazzjonijiet tagħha u lanqas żball ta’ kwalifikazzjoni ġuridika tagħhom, fid-dawl tal-ġurisprudenza ċċitata fil-punti 71 u 72 tas-sentenza preżenti, dawn l-ilmenti għandhom jitwarrbu u jiġu meqjusa bħala mhux milqugħa.</TXT></NP><NP><NO.P>75</NO.P><TXT>F’dak li mbagħad jirrigwarda l-ilment li permezz tiegħu l-appellanti qegħdin ifittxu li juru l-mod insuffiċjenti, jew aħjar, il-mod kontradittorju tar-raġunament tal-Qorti<?PAGE NO="I-53"?> Ġenerali u l-iżball ta’ liġi li hi allegatament wettqet fil-parti tal-motivazzjoni tas-sentenza appellata relattiva għaċ-ċaħda tal-provi mressqa mir-rikorrenti sabiex juru l-awtonomija kummerċjali u operazzjonali ta’ GQ fir-rigward ta’ RQ, għandu jiġi osservat li, fil-punt 74 tas-sentenza appellata, il-Qorti Ġenerali ma eżaminatx fil-fond dawn il-provi, iżda hija ċaħdet l-argumenti tagħhom billi għamlet sempliċi riferiment għall-ġurisprudenza ċċitata iktar ’il fuq fis-sentenza appellata.</TXT></NP><NP><NO.P>76</NO.P><TXT>Madanakollu xorta għandu jiġi kkonstatat li l-ġurisprudenza msemmija fil-punti 58 u 60 tal-imsemmija sentenza appellata mhux biss ma tipprovdix elementi li jwasslu għall-esklużjoni ta’ tali argumenti mingħajr ma ssir analiżi speċifika tagħhom, iżda fil-verità tobbliga lill-Qorti Ġenerali, kif osservat hija stess fil-punt 65 ta’ din is-sentenza, sabiex tevalwa l-elementi kollha relattivi għar-rabtiet organizzazzjonali, ekonomiċi u ġuridiċi bejn RQ u GQ li jwasslu sabiex jiġi stabbilit li din tal-aħħar taġixxi b’mod awtonomu mill-kumannija parent tagħha u li, għaldaqstant, iż-żewġ kumpanniji ma jiffurmawx entità ekonomika waħda.</TXT></NP><NP><NO.P>77</NO.P><TXT>Tali verifika kienet iktar u iktar neċessarja peress li l-awtonomija ta’ GQ fl-implementazzjoni tal-politika kummerċjali tagħha tifforma parti, kif jirriżulta mill-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja, min-numru ta’ elementi rilevanti li jippermettu lill-appellanti sabiex jinvertu l-preżunzjoni ta’ influwenza determinanti ta’ RQ fuq l-aġir ta’ GQ, elementi li n-natura tagħhom u l-importanza tagħhom jistgħu jvarjaw skont il-karatteristiċi ta’ kull waħda minnhom (ara, f’dan is-sens, is-sentenza Akzo Nobel <HT TYPE="ITALIC">et</HT> vs Il-Kummissjoni, iċċitata iktar ’il fuq, punti 73 u 74).</TXT></NP><NP><NO.P>78</NO.P><TXT>Il-Qorti Ġenerali għaldaqstant kienet marbuta li tikkunsidra u teżamina b’mod konkret l-elementi tressqu mir-rikorrenti bl-għan li juru l-awtonomija ta’ GQ fl-implementazzjoni tal-politika kummerċjali tagħha, u dan sabiex tivverifika jekk il-Kummissjoni għamlitx żball ta’ evalwazzjoni meta kienet ikkunsidrat dawn il-provi bħala li ma jurux, f’dan il-każ, li tali sussidjarja ma tiffurmax entità ekonomika waħda flimkien ma’ RQ.</TXT></NP><?PAGE NO="I-54"?><NP><NO.P>79</NO.P><TXT>Minn dak li ntqal jirriżulta li, kif osserva l-Avukat Ġenerali fil-punt 51 tal-konklużjonijiet tiegħu, il-Qorti Ġenerali għamlet żball ta’ liġi meta qalet, fil-punt 74 tas-sentenza appellata, li l-argumenti mressqa bl-iskop li jistabbilixxu l-eżistenza ta’ tali awtonomija ma setgħux jilħqu dan l-għan <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0013" REF.END="QE0013"/>fir-rigward tal-ġurisprudenza ċċitata<QUOT.END REF.START="QS0013" CODE="201D" ID="QE0013"/>, mingħajr ma jsir eżami konkret tal-elementi mressqa mill-appellanti.</TXT></NP><NP><NO.P>80</NO.P><TXT>Għalhekk hemm lok li l-ilment preżenti jintlaqa’, bit-tielet parti tal-ewwel aggravju tiġi miċħuda fir-rigward tal-kumplament.</TXT></NP></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Fuq it-tieni aggravju, fir-rigward ta’ żball ta’ liġi li jikkonċerna l-fatt li RYPF inżammet responsabbli għall-ksur li GQ wettqet tal-Artikolu 81(1) KE</HT></P></TI></TITLE><P>— L-argumenti tal-partijiet</P><NP><NO.P>81</NO.P><TXT>Permezz tat-tieni aggravju tagħhom, l-appellanti sostnew li l-Qorti Ġenerali għamlet żball ta’ liġi meta estendiet b’mod awtomatiku r-responsabbiltà tas-sussidjara li wettqet il-ksur għal fuq il-kumpannija li tmexxi l-grupp li minnu l-imsemmija sussidjarja tifforma parti.</TXT></NP><NP><NO.P>82</NO.P><TXT>Meta ddeċidiet b’dan il-mod, il-Qorti Ġenerali żammet lil RYPF responsabbli tal-inkapaċità ta’ RQ li tirribatti r-responsabbiltà tagħha kwantu għall-aġir ta’ GQ. Minn dan jirriżulta li r-responsabbiltà għall-ksur imwettaq minn sussidjarja jkun attribwit b’mod sistematiku lill-kumpannija parent li tmexxi l-grupp li minnu l-imsemmija sussidjarja tifforma parti, u dan mingħajr ma jiġu kkunsidrati ċ-ċirkustanzi partikulari ta’ kull każ, speċjalment fir-rigward tal-ammont ta’ kumpanniji intermedjarji, in-natura jew l-attivitajiet tagħhom, u anki r-rabtiet ġuridiċi u ekonomiċi ta’ bejniethom.</TXT></NP><?PAGE NO="I-55"?><NP><NO.P>83</NO.P><TXT>Skont il-Kummissjoni, il-ġurisprudenza reċenti tal-Qorti Ġenerali tikkonferma li l-preżunzjoni tal-eżerċizzju ta’ influwenza fuq sussidjarja taqa’ fuq il-kumpannija parent li tmexxi grupp ta’ kumpanniji, anki jekk il-kontroll fuq tali sussidjarja huwa wieħed <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0014" REF.END="QE0014"/>mill-bogħod<QUOT.END REF.START="QS0014" CODE="201D" ID="QE0014"/> u <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0015" REF.END="QE0015"/>mhux dirett<QUOT.END REF.START="QS0015" CODE="201D" ID="QE0015"/>.</TXT><P>— Il-kunsiderazzjonijiet tal-Qorti tal-Ġustizzja</P></NP><NP><NO.P>84</NO.P><TXT>Ir-risposta għall-aggravju preżenti titlob li jiġi determinat jekk, u eventwalment taħt liema kundizzjonijiet, il-Kummissjoni tista’ tattribwixxi lil kumpannija li tmexxi grupp ta’ kumpanniji (iktar ’il quddiem <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0016" REF.END="QE0016"/>kumpannija holding<QUOT.END REF.START="QS0016" CODE="201D" ID="QE0016"/>), f’dan il-każ RYPF, responsabbiltà <HT TYPE="ITALIC">in solidum</HT> għall-ksur ta’ regoli dwar il-kompetizzjoni tal-Unjoni Ewropea li jkun twettaq minn kumpannija, f’dan il-każ, GQ, li l-kapital ta’ din il-kumpannija jkun miżmum minn kumpannija intermedjarja li tifforma parti mill-istess grupp, f’dan il-każ RQ, li hija stess hija kkontrollata 100 % mill-kumpannija holding.</TXT></NP><NP><NO.P>85</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, għandu jingħad li, b’konformità mal-ġurisprudenza stabbilita mfakkra fil-punti 34 sa 38 tas-sentenza preżenti, il-Kummissjoni tista’, f’ċertu każijiet, tiddeċiedi li timponi multa għal ksur tad-dritt tal-kompetizzjoni tal-Unjoni Ewropea fuq kumpannija mingħajr ma jkollha għalfejn toqgħod tistabbilixxi l-influwenza diretta tagħha f’dan il-ksur, b’mod partikolari fejn is-sussidjarja, għalkemm ikollha personalità ġuridika distinta, ma tiddeterminax b’mod awtonomu l-aġir tagħha fis-suq, iżda essenzjalment tapplika l-istruzzjonijiet mogħtija lilha mill-kumpannija parent tagħha.</TXT></NP><NP><NO.P>86</NO.P><TXT>Fid-dawl ta’ dawn il-kunsiderazzjonijiet, ma jistax jiġi eskluż li kumpannija holding tista’ tiġi miżmuma responsabbli <HT TYPE="ITALIC">in solidum</HT> għal ksur tad-dritt tal-kompetizzjoni tal-Unjoni mwettaq minn sussidjarja fil-grupp tagħha li ma żżomx il-kapital soċjali tagħha b’mod dirett, u dan jekk kemm-il darba din il-kumpannija holding teżerċita influwenza determinanti fuq l-imsemmija sussidjarja, anki jekk tali influwenza tkun teżisti b’mod indirett permezz ta’ kumpannija intermedjarja. Dan ikun b’mod partikolari l-każ fejn is-sussidjarja ma tiddeterminax l-aġir tagħha fis-suq b’mod awtonomu mill-kumpannija intermedjarja, u l-intermedjarja stess ma tiddeterminax<?PAGE NO="I-56"?> l-aġir tagħha fis-suq b’mod awtonomu, iżda essenzjalment tapplika l-istruzzjonijiet mogħtija lilha mill-kumpannija parent.</TXT></NP><NP><NO.P>87</NO.P><TXT>Fil-fatt, f’tali sitwazzjoni, kemm il-kumpannija holding, il-kumpannija intermedjarja u kif ukoll l-aħħar sussidjarja tal-grupp jagħmlu parti mill-istess unità ekonomika u għaldaqstant, jikkostitwixxu impriża waħda fis-sens tad-dritt tal-kompetizzjoni tal-Unjoni.</TXT></NP><NP><NO.P>88</NO.P><TXT>Jirriżulta li, kif stqarr l-Avukat Ġenerali fil-punti 62 u 63 fil-konklużjonijiet tiegħu, fil-każ partikolari fejn 100 % tal-kapital ta’ kumpannija intermedjarja huwa miżmum mill-kumpannija parent, li min-naħa tagħha din il-kumpannija intermedjarja żżomm il-kapital kollu ta’ sussidjarja fil-grupp tagħha u li tali sussidjarja tkun wettqet ksur tar-regoli tal-kompetizzjoni tal-Unjoni, teżisti l-preżunzjoni konfutabbli li din il-kumpannija holding teżerċita influwenza deċiżiva fuq l-aġir tal-kumpannija intermedjarja, u b’mod indirett permezz ta’ din tal-aħħar, teżerċita l-istess influwenza fuq l-aġir tal-imsemmija sussidjarja.</TXT></NP><NP><NO.P>89</NO.P><TXT>Għaldaqstant, f’din is-sitwazzjoni speċifika, il-Kummissjoni għandha l-jedd li tobbliga lill-kumpannija holding sabiex, <HT TYPE="ITALIC">in solidum</HT>, tħallas il-multa imposta fuq l-aħħar sussidjarja tal-grupp, sakemm din il-kumpannija holding ma tinvertix din il-preżunzjoni billi turi li kemm il-kumpannija intermedjarja u anki dik sussidjarja jaġixxu fis-suq b’mod awtonomu (ara, b’analoġija, is-sentenzi ċċitati iktar ’il fuq Stora Kopparbergs Bergslags vs Il-Kummissjoni, punt 29, u Akzo Nobel <HT TYPE="ITALIC">et</HT> vs Il-Kummissjoni, punt 61).</TXT></NP><NP><NO.P>90</NO.P><TXT>Minn dak imsemmi iktar ’il fuq jirriżulta li l-Qorti Ġenerali ma wettqitx żball ta’ liġi meta ddeċidiet, fil-punt 81 tas-sentenza appellata, li l-preżunzjoni tar-responsabbiltà ddeterminata mill-fatt li kumpannija tkun iżżomm il-kapital kollu ta’ kumpannija oħra, tapplika mhux biss fil-każ meta tkun teżisti relazzjoni diretta bejn il-kumpannija parent u s-sussidjarja tagħha, iżda tapplika wkoll fil-każ fejn, bħal f’dan il-każ, din ir-relazzjoni hija indiretta meta tikkunsidra l-involviment ta’ kumpannija oħra. Għaldaqstant, huwa ġust li l-Qorti Ġenerali ddeċidiet, fil-punti 64 u 80 tal-imsemmija sentenza, li l-appellanti jistgħu jiġu meqjusa mill-Kummissjoni bħala<?PAGE NO="I-57"?> responsabbli <HT TYPE="ITALIC">in solidum</HT>, b’mod partikolari minħabba l-parteċipazzjoni totali ta’ RQ f’GQ, u l-parteċipazzjoni totali ta’ RYPF f’RQ.</TXT></NP><NP><NO.P>91</NO.P><TXT>B’hekk, it-tieni aggravju għandu jiġi miċħud bħala infondat.</TXT></NP><NP><NO.P>92</NO.P><TXT>Minn dak imsemmi iktar ’il fuq jirriżulta li s-sentenza appellata għandha tiġi annullata fil-parti sa fejn hija tiċħad ir-rikors tal-appellanti għall-annullament tad-deċiżjoni kontenzjuża, sal-punt li, minn naħa, il-Qorti Ġenerali ma esponietx ir-raġunijiet ikkunsidrati insostenn tal-konklużjoni li l-komunikazzjoni ta’ RQ fejn tordna lil GQ sabiex twaqqaf kwalunkwe prattika li tista’ tikkostitwixxi ksur tar-regoli tal-kompetizzjoni hija prova biżżejjed li RQ kienet teżerċita influwenza determinanti fuq il-politika ta’ GQ mhux biss fis-suq, iżda wkoll fir-rigward tal-imġiba ta’ ksur li tikkostitwixxi s-suġġett tad-deċiżjoni kontenzjuża, u sa fejn, min-naħa l-oħra, il-Qorti Ġenerali naqset milli teżamina b’mod konkret l-elementi ppreżentati mill-appellanti bl-għan li juru l-awtonomija ta’ GQ waqt id-determinazzjoni u l-implementazzjoni tal-politika kummerċjali tagħha.</TXT></NP><NP><NO.P>93</NO.P><TXT>Il-kumplament tal-appell għandu jiġi miċħud.</TXT></NP></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq ir-rikors quddiem il-Qorti Ġenerali</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>94</NO.P><TXT>B’konformità mat-tieni sentenza tal-ewwel paragrafu tal-Artikolu 61 tal-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja, din tal-aħħar tista’, fil-każ li tannulla deċiżjoni tal-Qorti Ġenerali, tiddeċiedi b’mod definittiv dwar il-kawża jekk din tkun fi stat li tiġi deċiża. Dan huwa l-każ fil-kawża preżenti.</TXT></NP><?PAGE NO="I-58"?><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">L-argumenti tal-partijiet</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>95</NO.P><TXT>Fl-ewwel lok, l-appellanti jsostnu li, wara l-ispezzjoni li saret fis-<DATE ISO="20020927">27 ta’ Settembru 2002</DATE> fl-istabbilimenti ta’ GQ, fit-<DATE ISO="20021022">22 ta’ Ottubru 2002</DATE>, RQ ordnat lill-kumpanniji kollha fil-grupp tagħha, u għaldaqstant anki lil GQ, sabiex iwaqqfu kwalunkwe prattika li tista’ tikkostitwixxi ksur tar-regoli tal-kompetizzjoni tal-Unjoni.</TXT></NP><NP><NO.P>96</NO.P><TXT>Dan il-fatt juri li RQ u RYPF ma pparteċipawx fl-aġir ta’ ksur attribwit lil GQ, ma kellhom kuntatt ma’ ebda impriża involuta fl-akkordju inkwistjoni, ma pparteċipaw la fl-ippjanar tad-deċiżjoni tagħha u lanqas fl-implementazzjoni, ma kinux infurmati minn impriżi oħra dwar il-fatti inkwistjoni, u fl-aħħar nett, ma kinux infurmati minn GQ dwar l-aġir tagħha.</TXT></NP><NP><NO.P>97</NO.P><TXT>Fit-tieni lok, l-appellanti jsostnu li waqt il-proċedura prekontenzjuża, RYPF u GQ pprovdew lill-Kummissjoni b’sett ta’ dokumenti bl-għan li jinvertu l-preżunzjoni tar-responsabbiltà li kienet taqa’ fuqhom fir-rigward ta’ tali aġir, u li jagħtu prova tal-awtonomija kummerċjali u operazzjonali ta’ GQ. Dawn il-provi ġew evalwati b’mod żbaljat, jew injorati, mill-Kummissjoni.</TXT></NP><NP><NO.P>98</NO.P><TXT>B’mod partikolari, il-Kummissjoni għamlet żball evidenti ta’ evalwazzjoni tal-provi materjali tal-fatt li juri li GQ kellha awtonomija totali sabiex topera fis-suq, li d-diriġenti ta’ din il-kumpannija għandhom delega totali u prokura sabiex jeżerċitaw il-kompetenzi kollha relatati mad-direzzjoni, ta’ ġestjoni u ta’ amministrazzjoni. Barra minn hekk, il-Kummissjoni naqset milli tinnota wkoll li l-informazzjoni mogħtija minn GQ lil RQ kienet limitata għar-rendikont tar-riżultati fir-rigward ta’ baġits u pjanijiet strateġiċi jew kummerċjali stabbiliti mid-diriġenti ta’ GQ.</TXT></NP><?PAGE NO="I-59"?><NP><NO.P>99</NO.P><TXT>Min-naħa tagħha, il-Kummissjoni ssostni li l-appellanti naqsu milli jinvertu l-preżunzjoni tar-responsabbiltà ta’ RQ.</TXT></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Il-kunsiderazzjonijiet tal-Qorti tal-Ġustizzja</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>100</NO.P><TXT>Sabiex jiġu eżaminati l-oġġezzjonijiet preżenti, irid jiġi ddeterminat jekk il-Kummissjoni żbaljatx fl-evalwazzjoni peress li, minn naħa, l-ordni lil GQ minn RQ turi li din tal-aħħar la kienet taf bil-ksur inkwistjoni, la pparteċipat f’dan il-ksur, u lanqas ma inkoraġġiet lis-sussidjarja tagħha sabiex twettaq tali ksur, u min-naħa l-oħra, li l-provi ppreżentati relattivi għall-awtonomija tad-diriġenti ta’ GQ fl-ippjanar u l-implementazzjoni tal-politika kummerċjali ta’ din il-kumpannija juru li hi tistabbilixxi b’mod awtonomu l-aġir tagħha fis-suq.</TXT></NP><NP><NO.P>101</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, f’dak li għandu x’jaqsam, fl-ewwel lok, mal-ordni mogħtija lil GQ minn RQ, għandu jiġi osservat li, kif jirriżulta mill-proċess, din l-ordni kienet ta’ natura ġenerali u destinata mhux esklużivament għal GQ, iżda għall-kumpanniji kollha li jiffurmaw parti mill-grupp, u li tali ordni ngħatat sentejn u nofs wara li GQ waqfet mill-aġir antikompetittiv li allegatament wettqet.</TXT></NP><NP><NO.P>102</NO.P><TXT>Ċertament, tali elementi jimmilitaw favur nuqqas ta’ għarfien tal-ksur attribwit lil GQ, ta’ parteċipazzjoni f’dan il-ksur u anki tal-inkoraġġiment sabiex twettaq tali ksur. Madankollu, kuntrarjament għal dak imressaq mill-appellanti, dak li jippermetti lill-Kummissjoni sabiex tkun tista’ timponi multa fuq l-imsemmija kumpannija parent ma huwiex il-fatt li l-kumpannija parent inkoraġġiet lis-sussidjarja tagħha sabiex twettaq ksur tar-regoli tal-kompetizzjoni tal-Unjoni, u lanqas ma huwa xi involviment dirett minn din tal-ewwel f’tali ksur imwettaq minn din tat-tieni, iżda huwa l-fatt li ż-żewġ kumpanniji jikkostitwixxu unità ekonomika waħda u għalhekk jiffurmaw impriża waħda abbażi tal-Artikolu 81 KE (ara, f’dan is-sens, is-sentenza Akzo Nobel <HT TYPE="ITALIC">et</HT> vs Il-Kummissjoni, iċċitata iktar ’il fuq, punti 59 u 77).</TXT></NP><?PAGE NO="I-60"?><NP><NO.P>103</NO.P><TXT>Għandu għalhekk jiġi kkonstatat li, f’dan il-każ, is-sempliċi ċirkustanza li RQ, minn naħa, ma kinitx taf bil-ksur ħlief wara l-ispezzjoni tas-<DATE ISO="20020927">27 ta’ Settembru 2002</DATE> fl-istabbilimenti ta’ GQ u, min-naħa l-oħra, ma pparteċipatx b’mod dirett f’dan il-ksur u lanqas ma inkoraġġiet sabiex jitwettaq dan il-ksur, ma huwiex biżżejjed sabiex juri li ż-żewġ kumpanniji ma jiffurmawx unità ekonomika waħda. Tali ċirkustanza għaldaqstant mhux biżżejjed sabiex tinverti l-preżunzjoni ta’ eżerċizzju effettiv ta’ influwenza determinanti minn RQ fuq l-aġir ta’ GQ.</TXT></NP><NP><NO.P>104</NO.P><TXT>F’dak li għandu x’jaqsam, fit-tieni lok, mal-argumenti relattivi għall-awtonomija preżunta tad-diriġenti ta’ GQ fl-ippjanar u l-implementazzjoni tal-politika kummerċjali ta’ din il-kumpannija, hemm lok li jiġi osservat li l-elementi mressqa mill-appellanti f’dan ir-rigward ma jurux li GQ tiddetermina b’mod awtonomu l-aġir tagħha fis-suq u, għaldaqstant, li hi ma tiffurmax entità ekonomika waħda flimkien ma’ RQ. Fil-fatt, għalkemm huwa minnu li xi dokumenti ppreżentati mill-appellanti juru kompetenzi numerużi tal-immaniġġjar, direzzjoni u amministrazzjoni ta’ GQ li huma suġġetti għal delega favur tad-diriġenti tagħha, elementi oħra mid-dokumentazzjoni juru l-eżistenza ta’ indħil sinjifikattiv ta’ RQ fuq diversi aspetti mill-istrateġija u l-politika kummerċjali ta’ GQ.</TXT></NP><NP><NO.P>105</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, jaqbel li qabelxejn wieħed jirreferi għad-dikjarazzjoni tas-segretarju tal-kunsill tal-amministrazzjoni ta’ RQ tas-<DATE ISO="20050607">7 ta’ Ġunju 2005</DATE>, li tinkludi estratti ta’ għadd ta’ minuti tal-kunsill ta’ amministrazzjoni ta’ din il-kumpannija li ddekorrew bejn l-1998 u l-2005. Minn dan id-dokument jirriżulta li l-kunsill ta’ amministrazzjoni ta’ RQ intervjena b’mod sinjifikattiv, bejn l-1998 u l-2000, fuq ċerti aspetti essenzjali tal-politika ta’ GQ, b’mod partikolari bl-għan li jawtorizzaw, fis-<DATE ISO="19980417">17 ta’ April 1998</DATE>, il-bejgħ tal-parteċipazzjoni ta’ GQ fil-kumpannija Silquímica SA u, fit-<DATE ISO="19990128">28 ta’ Jannar 1999</DATE>, il-bejgħ ta’ beni immobbli ta’ GQ.</TXT></NP><NP><NO.P>106</NO.P><TXT>Barra minn hekk, hemm lok li jiġi kkonstatat li, f’dan il-każ, hekk kif osservat il-Kummissjoni fil-punt 262 tal-motivazzjonijiet tad-deċiżjoni kontenzjuża mingħajr ma effettivament ġiet ikkontestata mill-appellanti, l-amministratur waħdieni ta’ GQ appuntat minn RQ jikkostitwixxi, mill-aġir kostanti tiegħu, rabta bejn iż-żewg kumpanniji, li permezz tiegħu, informazzjoni li tirrigwarda l-bejgħ, il-produzzjoni u r-riżultati finanzjarji kienet tgħaddi għand RQ.</TXT></NP><?PAGE NO="I-61"?><NP><NO.P>107</NO.P><TXT>Fl-aħħar nett, fir-rigward għal darba oħra tal-iskambju bejn id-diriġenti ta’ GQ u dawk ta’ RQ, il-fatt, kif ikkonfermat mill-appellanti stess, li jagħtu informazzjoni fuq l-istadju tal-eżekuzzjoni ta’ pjanijiet strateġiċi u kummerċjali jikkostitwixxi indikazzjoni supplementari tal-eżistenza ta’ kontroll li RQ għandha fuq id-deċiżjonijiet meħuda u implementati mid-diriġenti ta’ GQ.</TXT></NP><NP><NO.P>108</NO.P><TXT>F’dan il-kuntest, ma għandha l-ebda rilevanza ċ-ċirkustanza li parti minn din l-informazzjoni tikkonċerna r-riżultati finanzjarji fir-rigward ta’ baġits annwali ta’ GQ, inkwantu kull kumpannija parent għandha l-obbligu li tikkonsolida l-kontijiet fuq livell tal-grupp tagħha.</TXT></NP><NP><NO.P>109</NO.P><TXT>Fid-dawl ta’ dawn il-kunsiderazzjonijiet, jista’ jiġi konkluż li l-Kummissjoni ma għamlitx żball ta’ evalwazzjoni meta kkunsidrat li l-elementi ppreżentati mill-appellanti dwar, minn naħa, il-fatt li RQ ma kinitx taf bil-ksur inkwistjoni u lanqas ma pparteċipat f’dan il-ksur, u lanqas ma inkoraġġiet lis-sussidjarja tagħha sabiex tagħmel dan il-ksur, u, min-naħa l-oħra, il-mod ta’ kif tiġi ppjanata u implementata l-politika kummerċjali ta’ GQ, meta jiġu meħuda inkunsiderazzjoni mal-elementi l-oħra rilevanti fil-proċess, ma jurux li hija tiddetermina b’mod awtonomu l-aġir tagħha fis-suq u ma jippermettux għalhekk, li tiġi invertita l-preżunzjoni li RQ eżerċitat influwenza determinanti fuq l-aġir ta’ GQ.</TXT></NP><NP><NO.P>110</NO.P><TXT>B’konsegwenza ta’ dan, hemm lok li l-ilmenti mressqa mill-appellanti insostenn tar-rikors għal annullament jiġu miċħuda.</TXT></NP><NP><NO.P>111</NO.P><TXT>Għalhekk, ir-rikors għandu jiġi miċħud.</TXT></NP></GR.SEQ></GR.SEQ><?PAGE NO="I-62"?><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq l-ispejjeż</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>112</NO.P><TXT>Skont l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 122 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja, meta l-appell ikun fondat u l-Qorti tal-Ġustizzja taqta’ l-kawża definittivament hija stess, hija għandha tiddeċiedi dwar l-ispejjeż.</TXT></NP><NP><NO.P>113</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 69(2) tal-imsemmija regoli, applikabbli għall-proċedura tal-appell taħt l-Artikolu 118 ta’ dawn tal-aħħar, il-parti li titlef għandha tbati l-ispejjeż, jekk dawn ikunu ntalbu. Madankollu, skont l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 69(3) tal-istess regoli, il-Qorti tal-Ġustizzja tista’ tiddeċiedi li kull parti tbati l-ispejjeż tagħha jekk il-partijiet ikunu telliefa rispettivament fuq kap jew iktar tat-talbiet tagħhom.</TXT></NP><NP><NO.P>114</NO.P><TXT>F’dan il-kuntest, peress li l-appellanti ngħataw raġun dwar l-essenza fil-kuntest tal-appell, iżda tilfu fit-talbiet tagħhom fil-kuntest tar-rikors għal annullament, hemm lok li jiġi deċiż li kull parti għandha tbati l-ispejjeż tagħha relattivi għal din l-istanza, u li l-appellanti jbatu l-ispejjeż kollha relattivi għall-proċedura fl-ewwel istanza.</TXT></NP></GR.SEQ></GR.SEQ><JURISDICTION><INTRO>Għal dawn il-motivi, Il-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) taqta’ u tiddeċiedi:</INTRO><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">1)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Is-sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza tal-Komunitajiet Ewropej tat-<DATE ISO="20081218">18 ta’ Diċembru 2008</DATE>, General Química vs Il-Kummissjoni (T-85/06), hija annullata f’dak li jirrigwarda ċ-ċaħda tar-rikors ta’ General Química SA, Repsol Química SA u Repsol YPF SA għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2006/902/KE, tal-<DATE ISO="20051221">21 ta’ Diċembru 2005</DATE>, dwar il-proċedura ta’ applikazzjoni tal-Artikolu 81 tat-Trattat KE u tal-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE kontra Flexsys NV, Bayer AG, Crompton Manufacturing Company Inc. (ex Uniroyal Chemical Company Inc.), Crompton Europe Ltd, Chemtura Corporation (ex Crompton Corporation.), General Química SA,<?PAGE NO="I-63"?> Repsol Química SA u Repsol YPF SA (Kawża COMP/F/C.38.443 – Prodotti kimiċi għall-ipproċessar tal-lastku), inkwantu, minn naħa, il-Qorti Ġenerali ma esponietx ir-raġunijiet milqugħa insostenn tal-konklużjoni li skontha, il-komunikazzjoni fejn Repsol Química SA ordnat lil General Química SA sabiex twaqqaf kwalunkwe prattika li setgħet tikkostitwixxi ksur tar-regoli tal-kompetizzjoni kienet biżżejjed, hi waħedha, sabiex turi li Repsol Química SA teżerċita influwenza determinanti fuq il-politika ta’ General Química SA mhux biss fis-suq, iżda wkoll f’dak li kellu x’jaqsam mal-aġir ta’ ksur, liema aġir kien is-suġġett tad-deċiżjoni 2006/902, u fejn, min-naħa l-oħra, il-Qorti Ġenerali naqset milli teżamina b’mod konkret l-elementi ppreżentati minn General Química SA, Repsol Química SA u Repsol YPF SA bl-għan li turi l-awtonomija ta’ General Química SA fl-ippjanar u l-implementazzjoni tal-politika kummerċjali tagħha.</HT></TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">2)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Il-kumplament tal-appell huwa miċħud.</HT></TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">3)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Ir-rikors ippreżentat minn General Química SA, Repsol Química SA u Repsol YPF SA quddiem il-Qorti tal-Prim’Istanza tal-Komunitajiet Ewropej huwa miċħud.</HT></TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">4)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Kull parti għandha tbati l-ispejjeż tagħha kollha relatati ma’ din l-istanza, u General Química SA, Repsol Química SA, kif ukoll Repsol YPF SA huma kkundannati għall-ispejjeż kollha relatati mal-proċedura tal-ewwel istanza.</HT></TXT></NP></ITEM></LIST></JURISDICTION></CONTENTS.JUDGMENT><SIGNATURE.CASE><P>Firem</P></SIGNATURE.CASE></JUDGMENT>