<?xml version="1.0" encoding="UTF-8"?><JUDGMENT xmlns:fmx="http://opoce" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:noNamespaceSchemaLocation="http://formex.publications.europa.eu/schema/formex-05.58-20161101.xd"><BIB.JUDGMENT><REF.CASE FILE="n.a."><NO.CASE>C-462/20</NO.CASE></REF.CASE><NO.CELEX>62020CJ0462</NO.CELEX><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2021:894">EU:C:2021:894</NO.ECLI><NO.SEQ>0001</NO.SEQ><PAGE.FIRST.ECR>1</PAGE.FIRST.ECR><PAGE.SEQ>1</PAGE.SEQ><PAGE.LAST.ECR>12</PAGE.LAST.ECR><PAGE.TOTAL>12</PAGE.TOTAL><AUTHOR>CJ</AUTHOR></BIB.JUDGMENT><CURR.TITLE><PAGE.HEADER><P><HT TYPE="SC">Sentenza tat‑<DATE ISO="20211028">28.10.2021</DATE> – Kawża C‑462/20</HT></P><P><HT TYPE="SC">ASGI <HT TYPE="ITALIC">et</HT></HT></P></PAGE.HEADER></CURR.TITLE><TITLE><TI><P><HT TYPE="UC">Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja</HT> (L-Għaxar Awla)</P><P><DATE ISO="20211028">28 ta’ Ottubru 2021</DATE><NOTE NUMBERING="STAR" TYPE="FOOTNOTE" NOTE.ID="E0001"><P>Lingwa tal-kawża: it-Taljan.</P></NOTE></P></TI></TITLE><INTERMEDIATE><INDEX IDX.CLOSE="”" SEPARATOR=" – " IDX.OPEN="“"><KEYWORD>Rinviju għal deċiżjoni preliminari</KEYWORD><KEYWORD>Direttiva 2003/109/KE</KEYWORD><KEYWORD>Status ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi residenti għal żmien twil</KEYWORD><KEYWORD>Artikolu 11</KEYWORD><KEYWORD>Direttiva 2011/98/UE</KEYWORD><KEYWORD>Drittijiet tal-ħaddiema ta’ pajjiżi terzi detenturi ta’ permess uniku</KEYWORD><KEYWORD>Artikolu 12</KEYWORD><KEYWORD>Direttiva 2009/50/KE</KEYWORD><KEYWORD>Drittijiet ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi li jkollhom il-karta blu tal-Unjoni Ewropea</KEYWORD><KEYWORD>Artikolu 14</KEYWORD><KEYWORD>Direttiva 2011/95/UE</KEYWORD><KEYWORD>Drittijiet tal-benefiċjarji ta’ protezzjoni internazzjonali</KEYWORD><KEYWORD>Artikolu 29</KEYWORD><KEYWORD>Ugwaljanza fit-trattament</KEYWORD><KEYWORD>Sigurtà soċjali</KEYWORD><KEYWORD>Regolament (KE) Nru 883/2004</KEYWORD><KEYWORD>Koordinazzjoni tas-sistemi ta’ sigurtà soċjali</KEYWORD><KEYWORD>Artikolu 3</KEYWORD><KEYWORD>Benefiċċji tal-familja</KEYWORD><KEYWORD>Assistenza soċjali</KEYWORD><KEYWORD>Protezzjoni soċjali</KEYWORD><KEYWORD>Aċċess għal oġġetti u għal servizzi</KEYWORD><KEYWORD>Leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru li teskludi liċ-ċittadini ta’ pajjiżi terzi mill-benefiċċju ta’ <QUOT.START CODE="2018" REF.END="QE0001" ID="QS0001"/>karta tal-familja<QUOT.END REF.START="QS0001" CODE="2019" ID="QE0001"/></KEYWORD></INDEX></INTERMEDIATE><JUDGMENT.INIT><P>Fil-Kawża C‑462/20,</P><P>li għandha bħala suġġett talba għal deċiżjoni preliminari skont l-Artikolu 267 TFUE, imressqa mit-Tribunale di Milano (il-Qorti Distrettwali ta’ Milano, l-Italja), permezz ta’ deċiżjoni tal‑<DATE ISO="20200914">14 ta’ Settembru 2020</DATE>, li waslet fil-Qorti tal-Ġustizzja fil‑<DATE ISO="20200925">25 ta’ Settembru 2020</DATE>, fil-proċedura</P></JUDGMENT.INIT><PARTIES><PLAINTIFS><P><HT TYPE="BOLD">Associazione per gli Studi Giuridici sull’Immigrazione (ASGI),</HT></P><P><HT TYPE="BOLD">Avvocati per niente onlus (APN),</HT></P><P><HT TYPE="BOLD">Associazione NAGA – Organizzazione di volontariato per l’Assistenza Socio-Sanitaria e per i Diritti di Cittadini Stranieri, Rom e Sinti</HT></P></PLAINTIFS><AGAINST>vs</AGAINST><DEFENDANTS><P><HT TYPE="BOLD">Presidenza del Consiglio dei Ministri – Dipartimento per le politiche della famiglia,</HT></P><P><HT TYPE="BOLD">Ministero dell’Economia e delle Finanze,</HT></P></DEFENDANTS></PARTIES><PREAMBLE><PREAMBLE.INIT><P>IL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA (L-Għaxar Awla),</P><P>komposta minn C. Lycourgos, President tar-Raba’ Awla, li qiegħed jaġixxi bħala President tal-Għaxar Awla, I. Jarukaitis (Relatur) u M. Ilešič, Imħallfin,</P><P>Avukat Ġenerali: P. Pikamäe,</P><P>Reġistratur: A. Calot Escobar,</P></PREAMBLE.INIT><?PAGE NO="2"?><GR.VISA><VISA>wara li rat il-proċedura bil-miktub,</VISA></GR.VISA><GR.CONSID><CONSID><P>wara li kkunsidrat l-osservazzjonijiet ippreżentati:</P><LIST TYPE="NDASH"><ITEM><P>għall-Associazione per gli Studi Giuridici sull’Immigrazione (ASGI), għall-Avvocati per niente onlus (APN) u għall-Associazione NAGA – Organizzazione di volontariato per l’Assistenza Socio-Sanitaria e per i Diritti di Cittadini Stranieri, Rom e Sinti, minn A. Guariso, L. Neri u I. Traina, avukati,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Gvern Taljan, minn G. Palmieri, bħala aġent, assistita minn P. Gentili, avvocato dello Stato,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Kummissjoni Ewropea, minn C. Cattabriga u D. Martin, bħala aġenti,</P></ITEM></LIST></CONSID></GR.CONSID><GR.VISA><VISA>wara li rat id-deċiżjoni, meħuda wara li nstema’ l-Avukat Ġenerali, li l-kawża tinqata’ mingħajr konklużjonijiet,</VISA></GR.VISA><PREAMBLE.FINAL>tagħti l-preżenti</PREAMBLE.FINAL></PREAMBLE><CONTENTS.JUDGMENT><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Sentenza</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0001"><NO.P>1</NO.P><TXT>It-talba għal deċiżjoni preliminari tirrigwarda l-interpretazzjoni tal-Artikolu 11(1)(d) u (f) tad-Direttiva tal-Kunsill 2003/109/KE tal‑<DATE ISO="20031125">25 ta’ Novembru 2003</DATE> dwar l-istatus ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi li jkunu residenti għat-tul (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 19, Vol. 6, p. 272), tal-Artikolu 12(1)(e) u (g) tad-Direttiva 2011/98/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat‑<DATE ISO="20111213">13 ta’ Diċembru 2011</DATE> dwar proċedura ta’ applikazzjoni unika għal permess uniku għal ċittadini ta’ pajjiżi terzi sabiex jirrisjedu u jaħdmu fit-territorju ta’ Stat Membru u dwar ġabra komuni ta’ drittijiet għal ħaddiema ta’ pajjiżi terzi residenti legalment fi Stat Membru (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="343" PAGE.FIRST="1" DATE.PUB="2011">ĠU 2011, L 343, p. 1</REF.DOC.OJ>), tal-Artikolu 14(1)(e) tad-Direttiva tal-Kunsill 2009/50/KE tal‑<DATE ISO="20090525">25 ta’ Mejju 2009</DATE> dwar il-kondizzjonijiet ta’ dħul u residenza ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi għall-finijietta’ impjieg bi kwalifiki għoljin (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="155" PAGE.FIRST="17" DATE.PUB="2009">ĠU 2009, L 155, p. 17</REF.DOC.OJ>), u tal-Artikolu 29 tad-Direttiva 2011/95/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat‑<DATE ISO="20111213">13 ta’ Diċembru 2011</DATE> dwar standards għall-kwalifika ta’ ċittadini nazzjonali ta’ pajjiżi terzi jew persuni mingħajr stat bħala benefiċjarji ta’ protezzjoni internazzjonali, għal stat uniformi għar-refuġjati jew għal persuni eliġibbli għal protezzjoni sussidjarja, u għall-kontenut tal-protezzjoni mogħtija (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="337" PAGE.FIRST="9" DATE.PUB="2011">ĠU 2011, L 337, p. 9</REF.DOC.OJ>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0002"><NO.P>2</NO.P><TXT>Din it-talba tressqet fil-kuntest ta’ kawża bejn l-Associazione per gli Studi Giuridici sull’Immigrazione (ASGI), l-Avvocati per niente onlus (APN) u l-Associazione NAGA – Organizzazione di volontariato per l’Assistenza Socio-Sanitaria e per i Diritti di Cittadini Stranieri, Rom e Sinti à la Presidenza del Consiglio dei Ministri – Dipartimento per le politiche della famiglia (Presidenza tal-Kunsill tal-Ministri – Dipartiment tal-Politika tal-Familja, l-Italja) u l-Ministero dell’Economia e delle Finanze (il-Ministeru għall-Ekonomija u għall-Finanzi, l-Italja) dwar l-esklużjoni taċ-ċittadini ta’ pajjiżi terzi mill-benefiċċju ta’ karta mogħtija lill-familji li tagħti l-possibbiltà li jinkisbu skontijiet jew tnaqqis tariffarju waqt ix-xiri ta’ oġġetti u ta’ servizzi (iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0002" ID="QS0002"/>karta tal-familja<QUOT.END REF.START="QS0002" CODE="201D" ID="QE0002"/>).</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><?PAGE NO="3"?><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-kuntest ġuridiku</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Id-dritt tal-Unjoni</HT></HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Id-Direttiva 2003/109</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0003"><NO.P>3</NO.P><TXT>L-Artikolu 11 tad-Direttiva 2003/109, intitolat <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0003" ID="QS0003"/>Trattament ugwali<QUOT.END REF.START="QS0003" CODE="201D" ID="QE0003"/>, jipprevedi li:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="011.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0004" ID="QS0004"/>1.</NO.PARAG><ALINEA><P>Ir-residenti għat-tul għandhom igawdu trattament ugwali ma’ dak taċ-ċittadini fir-rigward ta’:</P><P>[…]</P><P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>(d)</NO.P><TXT>sigurtà soċjali, assistenza soċjali u protezzjoni soċjali kif definiti bil-liġi nazzjonali;</TXT></NP></ITEM></LIST><P>[…]</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>(f)</NO.P><TXT>aċċess għal oġġetti u servizzi u l-provvista ta’ oġġetti u servizzi magħmula disponibbli lill-pubbliku u l-proċeduri għal ksib ta’ akkommodazzjoni;</TXT></NP></ITEM></LIST></P><P>[…]</P></ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="011.002"><NO.PARAG>2.</NO.PARAG><ALINEA>Fir-rigward tad-disposizzjonijiet tal-paragrafu 1, il-punti (b), (d), (e), (f) u (g), l-Istat Membru konċernat jista’ jirrestrinġi trattament ugwali għall-każi fejn ir-residenza reġistrata jew il-post normali ta’ residenza tar-residenti għat-tul, jew dak tal-membri tal-familja li għalihom hu/i jagħmer talba għall-benefiċċji, ikun jinsab fit-territorju ta’ l-Istat Membru konċernat.</ALINEA><ALINEA>[…]<QUOT.END REF.START="QS0004" CODE="201D" ID="QE0004"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Id-Direttiva 2009/50</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0004"><NO.P>4</NO.P><TXT>L-Artikolu 14 tad-Direttiva 2009/50, intitolat <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0005" ID="QS0005"/>Trattament ugwali<QUOT.END REF.START="QS0005" CODE="201D" ID="QE0005"/>, jipprevedi, fil-paragrafu 1 tiegħu, li:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0006" ID="QS0006"/>Id-detenturi ta’ Karta Blu tal-UE għandhom igawdu minn trattament ugwali għal dak taċ-ċittadini tal-Istat Membru li ħareġ il-Karta Blu, fir-rigward ta’:</P><P>[…]</P><P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>(e)</NO.P><TXT>id-dispożizzjonijiet fil-liġi nazzjonali dwar il-fergħat tas-sigurtà soċjali, kif definiti fir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1408/1971 [tal‑<DATE ISO="19710614">14 ta’ Ġunju 1971</DATE> dwar l-applikazzjoni ta’ skemi tas-sigurtà soċjali għal persuni impjegati, għal persuni li jaħdmu għal rashom u għall-familji tagħhom li jispustaw ruħhom fil-Komunità (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 1, p. 35)]. Id-dispożizzjonijiet speċjali fl-Anness għar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 859/2003 [tal‑<DATE ISO="20030514">14 ta’ Mejju 2003</DATE> li jestendi d-dispożizzjonijiet tar-Regolament (KEE) Nru 1408/71 u r-Regolament (KEE) Nru 574/72 għal ċittadini ta’ pajjiżi terzi li mhumiex diġà koperti b’dawk id-dispożizzjonijiet unikament minħabba ċ-ċittadinanza tagħhom (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 4, p. 317),] għandhom japplikaw kif meħtieġ;</TXT></NP></ITEM></LIST><?PAGE NO="4"?><P>[…]</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>(g)</NO.P><TXT>aċċess għal oġġetti u servizzi u l-provvista ta’ oġġetti u servizzi disponibbli għall-pubbliku, inklużi l-proċeduri għall-kisba ta’ dar, kif ukoll is-servizzi ta’ informazzjoni u konsulenza mogħtija minn uffiċċji tal-impjieg;</TXT></NP></ITEM></LIST></P></ALINEA><ALINEA>[…]<QUOT.END REF.START="QS0006" CODE="201D" ID="QE0006"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Id-Direttiva 2011/95</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0005"><NO.P>5</NO.P><TXT>L-Artikolu 29 tad-Direttiva 2011/95, intitolat <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0007" ID="QS0007"/>Għajnuna soċjali<QUOT.END REF.START="QS0007" CODE="201D" ID="QE0007"/>, jipprevedi, fil-paragrafu 1 tiegħu, li:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0008" ID="QS0008"/>L-Istati Membri għandhom jiżguraw li benefiċjarji ta’ protezzjoni internazzjonali jirċievu, fl-Istat Membru li jkun ta din il-protezzjoni, l-għajnuna soċjali meħtieġa, kif ipprovdut lil ċittadini nazzjonali ta’ dak l-Istat Membru.<QUOT.END REF.START="QS0008" CODE="201D" ID="QE0008"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Id-Direttiva 2011/98</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0006"><NO.P>6</NO.P><TXT>L-Artikolu 12 tad-Direttiva 2011/98, intitolat <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0009" ID="QS0009"/>Dritt għal trattament ugwali<QUOT.END REF.START="QS0009" CODE="201D" ID="QE0009"/>, jipprevedi li:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="012.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0010" ID="QS0010"/>1.</NO.PARAG><ALINEA><P>Il-ħaddiema ta’ pajjiżi terzi, kif imsemmija fil-punti (b) u (c) tal-Artikolu 3(1) għandhom igawdu minn trattament ugwali maċ-ċittadini tal-Istat Membru fejn jirrisjedu fir-rigward ta’:</P><P>[…]</P><P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>(e)</NO.P><TXT>fergħat tas-sigurtà soċjali, kif definiti fir-Regolament (KE) Nru 883/2004 [tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad‑<DATE ISO="20040429">29 ta’ April 2004</DATE> dwar il-kordinazzjoni ta’ sistemi ta’ sigurtà soċjali (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 5, p. 72)];</TXT></NP></ITEM></LIST><P>[…]</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>(g)</NO.P><TXT>aċċess għal merkanzija u servizzi u l-provvista ta’ merkanzija u servizzi disponibbli għall-pubbliku inklużi l-proċeduri għall-kisba ta’ akkommodazzjoni kif previst mil-liġi nazzjonali, mingħajr preġudizzju għal-libertà ta’ kuntratt f’konformità mal-liġi tal-Unjoni u dik nazzjonali;</TXT></NP></ITEM></LIST></P></ALINEA><ALINEA>[…]</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="012.002"><NO.PARAG>2.</NO.PARAG><ALINEA><P>L-Istati Membri jistgħu jirrestrinġu t-trattament ugwali:</P><P>[…]</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>(d)</NO.P><TXT>skont il-punt (g) tal-paragrafu 1 billi:</TXT><P><LIST TYPE="roman"><ITEM><NP><NO.P>(i)</NO.P><TXT>tillimta l-applikazzjoni lil dawk il-ħaddiema ta’ pajjiżi terzi li jkunu f’impjieg,</TXT></NP></ITEM></LIST></P></NP></ITEM></LIST><P>[…]<QUOT.END REF.START="QS0010" CODE="201D" ID="QE0010"/></P></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ><?PAGE NO="5"?><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Ir-Regolament Nru 883/2004</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0007"><NO.P>7</NO.P><TXT>L-Artikolu 1 tar-Regolament Nru 883/2004, intitolat <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0011" ID="QS0011"/>Definizzjonijiet<QUOT.END REF.START="QS0011" CODE="201D" ID="QE0011"/>, jgħid li:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0012" ID="QS0012"/>Għall-għanijiet ta’ dan ir-Regolament:</P><P>[…]</P><P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>(z)</NO.P><TXT><QUOT.START CODE="2018" REF.END="QE0013" ID="QS0013"/>benefiċċju marbut mal-familja<QUOT.END REF.START="QS0013" CODE="2019" ID="QE0013"/> tfisser il-benefiċċji kollha <HT TYPE="ITALIC">in natura</HT> jew fi flus maħsuba biex jagħmlu tajjeb għall-ispejjeż tal-familja, minbarra għotjiet ta’ pagamenti għall-manteniment u allowances speċjali marbutin mat-twelid ta’ tarbija u ma’ adozzjoni msemmija fl-Anness I.<QUOT.END REF.START="QS0012" CODE="201D" ID="QE0012"/></TXT></NP></ITEM></LIST></P></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0008"><NO.P>8</NO.P><TXT>L-Artikolu 3 ta’ dan ir-regolament, intitolat <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0014" ID="QS0014"/>Oqsma koperti<QUOT.END REF.START="QS0014" CODE="201D" ID="QE0014"/>, jipprevedi, fil-paragrafu 1 tiegħu, li:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0015" ID="QS0015"/>Dan ir-Regolament għandu japplika għal-leġislazzjoni kollha li tikkonċerna l-fergħat li ġejjin tas-sigurtà soċjali:</P><P>[…]</P><P>(j) benefiċċji marbuta mal-familja.<QUOT.END REF.START="QS0015" CODE="201D" ID="QE0015"/></P></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Id-dritt Taljan</HT></HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0009"><NO.P>9</NO.P><TXT>L-Artikolu 1(391) tal-legge n. 208/2015 – Disposizioni per la formazione del bilancio annuale e pluriennale dello Stato (legge di stabilità 2016) (il-Liġi Nru 208/2015, li Tistabbilixxi Dispożizzjonijiet għall-Istabbiliment tal-Baġit Annwali u Multiannwali tal-Istat (Liġi ta’ Stabbiltà 2016)), tat‑<DATE ISO="20151228">28 ta’ Diċembru 2015</DATE> (suppliment ordinarju tal-GURI Nru 302, tat‑<DATE ISO="20151230">30 ta’ Diċembru 2015</DATE>), fil-verżjoni tagħha applikabbli għall-fatti fil-kawża prinċipali, jistabbilixxi li:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0016" ID="QS0016"/>Karta tal-familja intiża għall-familji komposti minn ċittadini Taljani jew minn ċittadini ta’ Stati Membri tal-Unjoni Ewropea li jirrisjedu b’mod regolari fit-territorju Taljan u li l-unità domestika tagħhom tinkludi mill-inqas tlett ulied li l-età tagħhom ma taqbiżx is‑26 sena, hija stabbilita sa mis-sena 2016. Il-karta għandha tingħata lill-familji li jitolbuha skont il-kriterji u l-modalitajiet stabbiliti b’digriet tal-President tal-Kunsill tal-Ministri jew tal-Ministru għall-Familja u għall-Persuni b’Diżabbiltà, b’konsultazzjoni mal-Ministru għall-Ekonomija u għall-Finanzi, adottat f’terminu ta’ tliet xhur mid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ din id-dispożizzjoni. Il-karta tippermetti li jingħataw, mill-entitajiet pubbliċi jew privati li jipparteċipaw fl-inizjattiva, skontijiet għax-xiri ta’ oġġetti u ta’ servizzi jew tnaqqis tariffarju. L-entitajiet li jipparteċipaw fl-inizjattiva, li jagħtu skontijiet jew tnaqqis ogħla minn dak normalment mogħti fis-suq, jistgħu jenfasizzaw il-fatt li huma jkunu qegħdin jipparteċipaw fl-inizjattiva għal finijiet promozzjonali u pubbliċitarji.<QUOT.END REF.START="QS0016" CODE="201D" ID="QE0016"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0010"><NO.P>10</NO.P><TXT>L-Artikolu 1(391) ta’ din il-liġi ġie implimentat permezz tad-decreto della Presidenza del Consiglio dei Ministri – Dipartimento per le politiche della famiglia – Rilascio della Carta della famiglia (id-Digriet tal-Presidenza tal-Kunsill tal-Ministri – Dipartiment tal-Politika tal-Familja, dwar il-Ħruġ tal-Karta tal-Familja), tas‑<DATE ISO="20190627">27 ta’ Ġunju 2019</DATE> (GURI Nru 203, tat‑<DATE ISO="20190830">30 ta’ Awwissu 2019</DATE>). Dan id-digriet jipprevedi li l-karta tal-familja għandha tinħareġ mid-Dipartiment tal-Politika tal-Familja tal-Presidenza tal-Kunsill tal-Ministri fuq talba tal-persuni kkonċernati. It-talba għandha tintbagħat permezz ta’ sit internet u, fiha, l-applikant għandu jiddikjara li huwa jissodisfa l-kundizzjonijiet meħtieġa mil-liġi, b’mod partikolari<?PAGE NO="6"?> l-kwalità ta’ ċittadin Taljan jew ta’ ċittadin ta’ Stat Membru tal-Unjoni residenti b’mod regolari fl-Italja. Il-fornituri pubbliċi jew privati ta’ oġġetti u ta’ servizzi (pereżempju n-negozjanti) jipparteċipaw liberament fl-inizjattiva. Għal dan il-għan, huma jistgħu jikkonkludu ftehim mad-Dipartiment tal-Politika tal-Familja tal-Presidenza tal-Kunsill tal-Ministri. Huma għandhom jimpenjaw ruħhom li jagħtu lid-detenturi tal-karta tnaqqis ta’ mill-inqas 5 % fuq il-prezz pubbliku ta’ ċerti oġġetti jew servizzi li huma jagħżlu huma stess. L-ismijiet tal-fornituri parteċipanti huma ppubblikati fuq is-sit internet.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0011"><NO.P>11</NO.P><TXT>L-Artikolu 90 bis tad-decreto-legge n. 18/2020 – Misure di potenziamento del Servizio sanitario nazionale e di sostegno economico per famiglie, lavoratori e imprese connesse all’emergenza epidemiologica da COVID‑19 (id-Digriet-Liġi Nru 18/2020, dwar Miżuri ta’ Tisħiħ tas-Servizz tas-Saħħa Nazzjonali u ta’ Għajnuna Ekonomika lill-Familji, lill-Ħaddiema u lill-Impriżi Marbuta mal-Kriżi Epidemjoloġika tal-COVID‑19), tas‑<DATE ISO="20200317">17 ta’ Marzu 2020</DATE> (GURI Nru 70, tas‑<DATE ISO="20200317">17 ta’ Marzu 2020</DATE>), introdott mil-legge di conversione n. 27/2020 (il-Liġi ta’ Konverżjoni Nru 27/2020), tal‑<DATE ISO="20200424">24 ta’ April 2020</DATE> (suppliment ordinarju tal-GURI Nru 110, tad‑<DATE ISO="20200429">29 ta’ April 2020</DATE>), naqqas, għall‑2020, għal wild wieħed biss in-numru ta’ ulied dipendenti meħtieġa sabiex jibbenefikaw mill-karta tal-familja.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-kawża prinċipali u d-domandi preliminari</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0012"><NO.P>12</NO.P><TXT>Permezz ta’ ittra tal‑<DATE ISO="20200331">31 ta’ Marzu 2020</DATE>, l-ASGI u żewġ assoċjazzjonijiet oħra li ma humiex rikorrenti fil-kawża prinċipali talbu lid-Dipartiment tal-Politika tal-Familja tal-Presidenza tal-Kunsill tal-Ministri sabiex il-leġiżlazzjoni dwar il-karta tal-familja titwarrab sa fejn teskludi mill-benefiċċju tagħha liċ-ċittadini ta’ pajjiżi terzi li għandhom status protett mid-dritt tal-Unjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0013"><NO.P>13</NO.P><TXT>Peress li din it-talba baqgħet mingħajr tweġiba, ir-rikorrenti adixxew lit-Tribunale di Milano (il-Qorti Distrettwali ta’ Milano, l-Italja), il-qorti tar-rinviju, permezz ta’ proċedura speċjali applikabbli għat-tilwim fil-qasam tad-diskriminazzjoni, sabiex din il-leġiżlazzjoni titwarrab f’dan ir-rigward u sabiex tiġi ordnata emenda tal-imsemmija leġiżlazzjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0014"><NO.P>14</NO.P><TXT>Quddiem din il-qorti, ir-rikorrenti jsostnu b’mod partikolari li l-leġiżlazzjoni inkwistjoni fil-kawża prinċipali tmur kontra l-Artikolu 11(1)(d) tad-Direttiva 2003/109, peress li l-karta tal-familja taqa’, fil-fehma tagħhom, taħt il-kunċetti ta’ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0017" ID="QS0017"/>sigurtà soċjali<QUOT.END REF.START="QS0017" CODE="201D" ID="QE0017"/>, ta’ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0018" ID="QS0018"/>għajnuna soċjali<QUOT.END REF.START="QS0018" CODE="201D" ID="QE0018"/> u ta’ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0019" ID="QS0019"/>protezzjoni soċjali<QUOT.END REF.START="QS0019" CODE="201D" ID="QE0019"/> msemmija f’din id-dispożizzjoni. Din il-leġiżlazzjoni tmur kontra wkoll l-Artikolu 12(1)(e) tad-Direttiva 2011/98, moqri flimkien mal-Artikolu 1(z) u mal-Artikolu 3(1)(j) tar-Regolament Nru 883/2004, peress li l-karta tal-familja taqa’ taħt il-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0020" ID="QS0020"/>benefiċċji tal-familja<QUOT.END REF.START="QS0020" CODE="201D" ID="QE0020"/> msemmi f’dan ir-regolament. Fl-aħħar nett, l-imsemmija leġiżlazzjoni tmur kontra l-Artikolu 14(1)(e) tad-Direttiva 2009/50, moqri flimkien mal-istess dispożizzjonijiet tar-Regolament Nru 883/2004, kif ukoll mal-Artikolu 29 tad-Direttiva 2011/95, peress li l-karta tal-familja taqa’ taħt il-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0021" ID="QS0021"/>protezzjoni soċjali<QUOT.END REF.START="QS0021" CODE="201D" ID="QE0021"/> msemmi f’din id-dispożizzjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0015"><NO.P>15</NO.P><TXT>Barra minn hekk, ir-rikorrenti jsostnu li l-leġiżlazzjoni inkwistjoni fil-kawża prinċipali tkun inkompatibbli wkoll mad-dritt tal-Unjoni jekk kellu jitqies li l-ħruġ tal-karta tal-familja jikkostitwixxi servizz fis-sens tal-Artikolu 11(1)(f) tad-Direttiva 2003/109, tal-Artikolu 12(1)(g) tad-Direttiva 2011/98 u tal-Artikolu 14(1)(g) tad-Direttiva 2009/50.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0016"><NO.P>16</NO.P><TXT>Il-konvenuti fil-kawża prinċipali jitolbu li r-rikors jiġi miċħud billi jsostnu, għal dak li jirrigwarda d-Direttiva 2003/109, li l-karta tal-familja ma taqax taħt il-kunċetti ta’ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0022" ID="QS0022"/>għajnuna soċjali<QUOT.END REF.START="QS0022" CODE="201D" ID="QE0022"/> jew ta’ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0023" ID="QS0023"/>protezzjoni soċjali<QUOT.END REF.START="QS0023" CODE="201D" ID="QE0023"/>, iżda tikkostitwixxi miżura ta’ sostenn għall-familja u ta’ tnaqqis tal-ispejjeż<?PAGE NO="7"?> tas-servizzi għall-familja. Huma jsostnu, f’dan ir-rigward, li l-għoti ta’ din il-karta ma jiddependix mid-dħul tal-benefiċjarji u li hija ma hijiex iffinanzjata mill-awtoritajiet pubbliċi, peress li t-tnaqqis jingħata mill-fornituri ta’ oġġetti u ta’ servizzi li magħhom jeżisti ftehim. Għal raġunijiet analogi, huma jqisu li l-leġiżlazzjoni inkwistjoni fil-kawża prinċipali la tmur kontra d-Direttiva 2011/98, peress li l-karta tal-familja ma tistax titqies li hija benefiċċju tal-familja, la kontra d-Direttiva 2009/50 u lanqas kontra d-Direttiva 2011/95.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0017"><NO.P>17</NO.P><TXT>Il-qorti tar-rinviju tesponi li s-soluzzjoni tal-kawża prinċipali tiddependi prinċipalment fuq il-kwistjoni dwar jekk il-karta tal-familja taqax taħt wieħed mill-kunċetti ta’ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0024" ID="QS0024"/>sigurtà soċjali<QUOT.END REF.START="QS0024" CODE="201D" ID="QE0024"/>, ta’ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0025" ID="QS0025"/>għajnuna soċjali<QUOT.END REF.START="QS0025" CODE="201D" ID="QE0025"/>, ta’ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0026" ID="QS0026"/>protezzjoni soċjali<QUOT.END REF.START="QS0026" CODE="201D" ID="QE0026"/>, ta’ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0027" ID="QS0027"/>aċċess għal oġġetti u għal servizzi<QUOT.END REF.START="QS0027" CODE="201D" ID="QE0027"/> jew ta’ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0028" ID="QS0028"/>benefiċċju tal-familja<QUOT.END REF.START="QS0028" CODE="201D" ID="QE0028"/>, imsemmija fid-direttivi invokati kif ukoll fir-Regolament Nru 883/2004.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0018"><NO.P>18</NO.P><TXT>Hija tosserva li, għalkemm it-telf ta’ profitt marbut mat-tnaqqis li minnu jibbenefikaw il-familji li għandhom il-karta tal-familja jibqa’ r-responsabbiltà tal-fornituri ta’ oġġetti u ta’ servizzi, pubbliċi jew privati, li jiddeċiedu li jikkonkludu ftehim mad-Dipartiment tal-Politika tal-Familja tal-Presidenza tal-Kunsill tal-Ministri, dan id-dipartiment, li l-funzjonament tiegħu jitħallas mill-baġit tal-Istat, jittratta t-talbiet għall-għoti ta’ karti tal-familja, joħroġhom u jippubblika l-ismijiet tal-entitajiet pubbliċi jew privati li jkunu kkonkludew tali ftehim.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0019"><NO.P>19</NO.P><TXT>Hija tosserva li l-kwistjonijiet ta’ liġi mqajma mill-partijiet għandhom jiġu deċiżi billi tingħata interpretazzjoni awtonoma tad-dritt tal-Unjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0020"><NO.P>20</NO.P><TXT>Huwa f’dawn iċ-ċirkustanzi li t-Tribunale di Milano (il-Qorti Distrettwali ta’ Milano, l-Italja) iddeċidiet li tissospendi l-proċeduri quddiemha u li tagħmel lill-Qorti tal-Ġustizzja d-domandi preliminari li ġejjin:</TXT><QUOT.S LEVEL="1"><LIST TYPE="OTHER"><ITEM><NP><NO.P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0029" ID="QS0029"/>1)</NO.P><TXT>L-Artikolu 11(1)(d) jew (f) tad-[Direttiva 2003/109] jipprekludi leġiżlazzjoni nazzjonali, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li jippermetti lill-gvern ta’ Stat Membru joħroġ dokument li jagħti d-dritt għal skontijiet fuq oġġetti u servizzi pprovduti minn entitajiet pubbliċi u privati li jkunu kkonkludew ftehim ma’ dak il-gvern, liċ-ċittadini ta’ dak l-Istat Membru u ta’ Stati Membri oħra biss tal-Unjoni Ewropea, esklużi ċittadini ta’ pajjiżi terzi li jkunu residenti għat-tul?</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>2)</NO.P><TXT>L-Artikolu 12(1)(e) tad-[Direttiva 2011/98], moqrija flimkien mal-Artikolu 1(z) u mal-Artikolu 3[1](j) tar-[Regolament Nru 2004/883] jew l-Artikolu 12(1)(g) tad-[Direttiva 2011/98] jipprekludi leġiżlazzjoni nazzjonali, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li tippermetti lill-gvern ta’ Stat Membru joħroġ dokument li jagħti dritt għal skontijiet fuq oġġetti u servizzi pprovduti minn entitajiet pubbliċi u privati li kkonkludew ftehim ma’ dak il-gvern, biss lil ċittadini ta’ dak l-Istat Membru u ta’ Stati oħra membri tal-Unjoni Ewropea, esklużi ċittadini ta’ pajjiżi terzi msemmija fl-Artikolu 3(1)(b) u (c) tad-[Direttiva 2011/98]?</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>3)</NO.P><TXT>L-Artikolu 14(1)(e) tad-[Direttiva 2009/50], moqri flimkien mal-Artikolu 1(z) u mal-Artikolu 3[1](j) tar-[Regolament Nru 2004/883], jew l-Artikolu 14(1)(g) tad-[Direttiva 2009/50], jipprekludi leġiżlazzjoni nazzjonali, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li tippermetti lill-gvern ta’ Stat Membru joħroġ dokument li jagħti d-dritt għal skontijiet fuq oġġetti u servizzi provduti minn entitajiet pubbliċi u privati li kkonkludew ftehim ma’ dak il-gvern, biss lil ċittadini ta’ dak l-Istat Membru u ta’ Stati oħra membri tal-Unjoni Ewropea, esklużi ċittadini ta’ pajjiżi terzi li għandhom il-Karta Blu tal-Unjoni Ewropea, skont id-[Direttiva 2009/50]?</TXT></NP></ITEM><?PAGE NO="8"?><ITEM><NP><NO.P>4)</NO.P><TXT>L-Artikolu 29 tad-[Direttiva 2011/95] jipprekludi leġiżlazzjoni nazzjonali, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li tippermetti lill-gvern ta’ Stat Membru joħroġ dokument li jagħti d-dritt għal skontijiet fuq oġġetti u servizzi pprovduti minn entitajiet pubbliċi u privati li kkonkludew ftehim ma’ dan il-gvern, biss lil ċittadini ta’ dan l-Istat Membru u ta’ Stati Membri oħra tal-Unjoni Ewropea, esklużi ċittadini ta’ pajjiżi terzi benefiċjarji ta’ protezzjoni internazzjonali?<QUOT.END REF.START="QS0029" CODE="201D" ID="QE0029"/></TXT></NP></ITEM></LIST></QUOT.S></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq id-domandi preliminari</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0021"><NO.P>21</NO.P><TXT>Permezz tal-erba’ domandi tagħha, li għandhom jiġu eżaminati flimkien, il-qorti tar-rinviju tistaqsi, essenzjalment, jekk l-Artikolu 11(1)(d) jew l-Artikolu 11(1)(f) tad-Direttiva 2003/109, l-Artikolu 12(1)(e) jew l-Artikolu 12(1)(g) tad-Direttiva 2011/98, l-Artikolu 14(1)(e) jew l-Artikolu 14(1)(g) tad-Direttiva 2009/50 u l-Artikolu 29 tad-Direttiva 2011/95 għandhomx jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru li teskludi liċ-ċittadini ta’ pajjiżi terzi koperti minn dawn id-direttivi mill-benefiċċju ta’ karta tal-familja li tippermetti li jinkisbu skontijiet jew tnaqqis tariffarju waqt ix-xiri ta’ oġġetti u ta’ servizzi pprovduti minn entitajiet pubbliċi jew privati li jkunu kkonkludew ftehim mal-gvern ta’ dan l-Istat Membru.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0022"><NO.P>22</NO.P><TXT>Sabiex jiġi ddeterminat, fl-ewwel lok, jekk din l-esklużjoni tmurx kontra l-ugwaljanza fit-trattament għal dak li jirrigwarda l-benefiċċji koperti minn dawn id-direttivi, għandu jiġi eżaminat jekk il-karta tal-familja taqax taħt waħda minn dawn il-benefiċċji.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0023"><NO.P>23</NO.P><TXT>Għal dan il-għan, għandu jiġi osservat, qabelxejn, li l-benefiċċji msemmija fl-Artikolu 12(1)(e) tad-Direttiva 2011/98 u fl-Artikolu 14(1)(e) tad-Direttiva 2009/50 huma dawk li jappartjenu għall-oqsma differenti tas-sigurtà soċjali kif iddefiniti mid-dritt tal-Unjoni, jiġifieri mir-Regolament Nru 883/2004.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0024"><NO.P>24</NO.P><TXT>Skont ġurisprudenza stabbilita tal-Qorti tal-Ġustizzja, id-distinzjoni bejn il-benefiċċji li jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament Nru 883/2004 u dawk li huma esklużi minnu hija bbażata essenzjalment fuq l-elementi li jikkostitwixxu kull benefiċċju, b’mod partikolari l-għanijiet u l-kundizzjonijiet għall-għoti ta’ dan, u mhux fuq il-fatt jekk benefiċċju huwiex ikklassifikat jew le bħala benefiċċju tas-sigurtà soċjali mil-leġiżlazzjoni nazzjonali (sentenzi tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20170621">21 ta’ Ġunju 2017</DATE>, <NAME.CASE>Martinez Silva</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑449/16</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2017:485">EU:C:2017:485</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0020">20</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata, kif ukoll tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20200402">2 ta’ April 2020</DATE>, <NAME.CASE>Caisse pour l’avenir des enfants (Wild tal-konjuġi ta’ ħaddiem fruntalier)</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑802/18</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2020:269">EU:C:2020:269</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0035">35</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0025"><NO.P>25</NO.P><TXT>Il-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet ripetutament li benefiċċju jista’ jitqies li huwa benefiċċju tas-sigurtà soċjali sa fejn, minn naħa, dan jingħata lill-benefiċjarji mingħajr ebda evalwazzjoni individwali u diskrezzjonali tal-bżonnijiet personali, fuq il-bażi ta’ sitwazzjoni ddefinita legalment u sa fejn, min-naħa l-oħra, dan ikun marbut ma’ wieħed mir-riskji elenkati espressament fl-Artikolu 3(1) tar-Regolament Nru 883/2004 (sentenzi tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20170621">21 ta’ Ġunju 2017</DATE>, <NAME.CASE>Martinez Silva</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑449/16</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2017:485">EU:C:2017:485</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0020">20</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata, kif ukoll tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20200402">2 ta’ April 2020</DATE>, <NAME.CASE>Caisse pour l’avenir des enfants (Wild tal-konjuġi ta’ ħaddiem fruntalier)</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑802/18</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2020:269">EU:C:2020:269</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0036">36</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0026"><NO.P>26</NO.P><TXT>Għaldaqstant, benefiċċji mogħtija awtomatikament lill-familji li jissodisfaw ċerti kriterji oġġettivi bbażati b’mod partikolari fuq id-daqs tagħhom, id-dħul tagħhom u r-riżorsi f’kapital tagħhom, minbarra kull evalwazzjoni individwali u diskrezzjonali tal-bżonnijiet personali, u li huma intiżi sabiex jikkumpensaw il-piżijiet tal-familja, għandhom jitqiesu bħala benefiċċji tas-sigurtà soċjali<?PAGE NO="9"?> (sentenzi tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20170621">21 ta’ Ġunju 2017</DATE>, <NAME.CASE>Martinez Silva</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑449/16</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2017:485">EU:C:2017:485</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0022">22</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata, kif ukoll tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20200402">2 ta’ April 2020</DATE>, <NAME.CASE>Caisse pour l’avenir des enfants (Wild tal-konjuġi ta’ ħaddiem fruntalier)</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑802/18</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2020:269">EU:C:2020:269</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0037">37</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0027"><NO.P>27</NO.P><TXT>Għal dak li jirrigwarda l-kwistjoni dwar jekk benefiċċju partikolari jaqax taħt il-benefiċċji tal-familja previsti fl-Artikolu 3(1)(j) tar-Regolament Nru 883/2004, għandu jiġi osservat li, skont l-Artikolu 1(z) ta’ dan ir-regolament, it-termini <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0030" ID="QS0030"/>benefiċċju marbut mal-familja<QUOT.END REF.START="QS0030" CODE="201D" ID="QE0030"/> ifissru l-benefiċċji kollha in natura jew fi flus maħsuba sabiex jagħmlu tajjeb għall-ispejjeż tal-familja, minbarra għotjiet ta’ pagamenti għall-manteniment u allowances speċjali marbutin mat-twelid ta’ tarbija jew ma’ adozzjoni msemmija fl-Anness I tal-imsemmi regolament. Il-benefiċċji tal-familja huma intiżi għalhekk sabiex jgħinu soċjalment lill-ħaddiema li għandhom ir-responsabbiltà ta’ familja billi jinvolvu lis-soċjetà f’dawn l-ispejjeż. F’dan ir-rigward, il-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet li l-kliem <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0031" ID="QS0031"/>jagħmlu tajjeb għall-ispejjeż tal-familja<QUOT.END REF.START="QS0031" CODE="201D" ID="QE0031"/> għandhom jiġu interpretati fis-sens li jirreferu, b’mod partikolari, għal kontribuzzjoni pubblika għall-baġit tal-familja intiża sabiex tnaqqas l-ispejjeż li jirriżultaw mill-manteniment tal-ulied (ara, f’dan is-sens, is-sentenzi tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20131024">24 ta’ Ottubru 2013</DATE>, <NAME.CASE>Lachheb</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑177/12</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2013:689">EU:C:2013:689</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0034">34</REF.NP.ECR> u <REF.NP.ECR REF="NP0035">35</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> kif ukoll il-ġurisprudenza ċċitata; tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20170621">21 ta’ Ġunju 2017</DATE>, <NAME.CASE>Martinez Silva</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑449/16</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2017:485">EU:C:2017:485</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0023">23</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata, kif ukoll tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20200402">2 ta’ April 2020</DATE>, <NAME.CASE>FV u GW (Wild tal-konjuġi ta’ ħaddiem fruntalier)</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑802/18</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2020:269">EU:C:2020:269</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0038">38</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0028"><NO.P>28</NO.P><TXT>Issa, għalkemm, kif isostnu r-rikorrenti, il-karta tal-familja hija intiża għall-familji u ġiet ikklassifikata mil-leġiżlatur Taljan bħala <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0032" ID="QS0032"/>miżura ta’ sostenn favur familji numerużi<QUOT.END REF.START="QS0032" CODE="201D" ID="QE0032"/>, u għalkemm il-ħruġ ta’ din il-karta, il-konklużjoni ta’ ftehimiet mal-fornituri ta’ oġġetti jew ta’ servizzi kkonċernati kif ukoll il-pubblikazzjoni ta’ isimhom huma żgurati u ffinanzjati mill-Istat, jidher madankollu li l-għan tal-imsemmija karta huwa l-ksib ta’ skontijiet jew ta’ tnaqqis tariffarju mogħti minn dawn il-fornituri, li jsostnu l-ispiża tagħha u li l-parteċipazzjoni tagħhom f’din l-azzjoni favur il-familji hija volontarja. Għaldaqstant, kif isostnu l-Gvern Taljan u l-Kummissjoni Ewropea, il-karta tal-familja ma tikkostitwixxix benefiċċju li għandu n-natura ta’ kontribuzzjoni pubblika li tinvolvi lis-soċjetà fl-ispejjeż tal-familja u ma taqax, konsegwentement, taħt il-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament Nru 883/2004.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0029"><NO.P>29</NO.P><TXT>Minn dan isegwi li l-Artikolu 12(1)(e) tad-Direttiva 2011/98 u l-Artikolu 14(1)(e) tad-Direttiva 2009/50 għandhom jiġu interpretati fis-sens li ma jipprekludux leġiżlazzjoni bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0030"><NO.P>30</NO.P><TXT>Sussegwentement, bid-differenza tad-Direttivi 2011/98 u 2009/50, id-Direttiva 2003/109 tirreferi għad-dritt nazzjonali sabiex jiġi ddeterminat jekk benefiċċju soċjali partikolari jaqax taħt dawk li hija tkopri, peress li l-Artikolu 11(1)(d) ta’ din tal-aħħar jipprevedi ugwaljanza fit-trattament bejn residenti għal żmien twil u ċittadini nazzjonali għal dak li jirrigwarda s-sigurtà soċjali, l-għajnuna soċjali u l-protezzjoni soċjali <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0033" ID="QS0033"/>kif definiti bil-liġi nazzjonali<QUOT.END REF.START="QS0033" CODE="201D" ID="QE0033"/>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0031"><NO.P>31</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, għandu jitfakkar li, meta l-leġiżlatur tal-Unjoni għamel riferiment espress għal-leġiżlazzjoni nazzjonali, kif huwa l-każ fl-Artikolu 11(1)(d) tad-Direttiva 2003/109, ma huwiex ir-rwol tal-Qorti tal-Ġustizzja li tagħti lit-termini kkonċernati definizzjoni awtonoma u uniformi skont id-dritt tal-Unjoni. Madankollu, l-assenza ta’ definizzjoni awtonoma u uniformi, skont id-dritt tal-Unjoni, tal-kunċetti ta’ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0034" ID="QS0034"/>sigurtà soċjali<QUOT.END REF.START="QS0034" CODE="201D" ID="QE0034"/>, ta’ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0035" ID="QS0035"/>għajnuna soċjali<QUOT.END REF.START="QS0035" CODE="201D" ID="QE0035"/> u ta’ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0036" ID="QS0036"/>protezzjoni soċjali<QUOT.END REF.START="QS0036" CODE="201D" ID="QE0036"/> għall-finijiet ta’ din id-direttiva u r-riferiment għad-dritt nazzjonali ma jimplikawx li l-Istati Membri jistgħu jippreġudikaw l-effett utli tagħha fl-applikazzjoni tal-prinċipju ta’ ugwaljanza fit-trattament previst f’din id-dispożizzjoni (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20120424">24 ta’ April 2012</DATE>, <NAME.CASE>Kamberaj</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑571/10</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2012:233">EU:C:2012:233</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0077">77</REF.NP.ECR> u <REF.NP.ECR REF="NP0078">78</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="10"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0032"><NO.P>32</NO.P><TXT>F’dan il-każ, ma jidhirx madankollu li l-esklużjoni taċ-ċittadini ta’ pajjiżi terzi li jkollhom l-istatus ta’ resident għal żmien twil, skont id-Direttiva 2003/109, mill-benefiċċju tal-karta tal-familja tista’ tippreġudika l-effett utli ta’ din id-direttiva għal dak li jirrigwarda l-ugwaljanza fit-trattament fil-qasam tas-sigurtà soċjali, tal-għajnuna soċjali u tal-protezzjoni soċjali. Għaldaqstant, sakemm din il-karta ma taqax, skont il-leġiżlazzjoni Taljana, taħt il-kunċetti ta’ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0037" ID="QS0037"/>sigurtà soċjali<QUOT.END REF.START="QS0037" CODE="201D" ID="QE0037"/>, ta’ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0038" ID="QS0038"/>għajnuna soċjali<QUOT.END REF.START="QS0038" CODE="201D" ID="QE0038"/> jew ta’ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0039" ID="QS0039"/>protezzjoni soċjali<QUOT.END REF.START="QS0039" CODE="201D" ID="QE0039"/>, liema fatt għandu jiġi vverifikat mill-qorti tar-rinviju, l-Artikolu 11(1)(d) tad-Direttiva 2003/109 ma jipprekludix leġiżlazzjoni bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0033"><NO.P>33</NO.P><TXT>Għal dak li jirrigwarda d-Direttiva 2011/95, l-Artikolu 29 tagħha jipprevedi li l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-benefiċjarji ta’ protezzjoni internazzjonali jirċievu, fl-Istat Membru li jkun ta din il-protezzjoni, l-istess assistenza soċjali neċessarja kif ipprovdut lil ċittadini nazzjonali ta’ dak l-Istat Membru. Għalhekk, din id-direttiva tirrikjedi li l-livell tal-benefiċċji soċjali mogħtija lill-benefiċjarji ta’ protezzjoni internazzjonali mill-Istat Membru li jkun ta din il-protezzjoni jkun l-istess bħal dak offrut liċ-ċittadini ta’ dan l-Istat Membru (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20181121">21 ta’ Novembru 2018</DATE>, <NAME.CASE>Ayubi</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑713/17</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2018:929">EU:C:2018:929</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0025">25</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0034"><NO.P>34</NO.P><TXT>Għalkemm id-Direttiva 2011/95 ma tipprovdi ebda dettalji dwar il-benefiċċji li għandhom jirċievu l-benefiċjarji tal-assistenza soċjali skont l-Artikolu 29 tagħha, minn ġurisprudenza stabbilita jirriżulta li l-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0040" ID="QS0040"/>benefiċċji ta’ assistenza soċjali<QUOT.END REF.START="QS0040" CODE="201D" ID="QE0040"/> jirreferi għall-iskemi kollha ta’ għajnuna stabbiliti minn awtoritajiet pubbliċi, kemm fuq livell nazzjonali, reġjonali jew lokali, li jirrikorri għalihom individwu li ma jkollux riżorsi suffiċjenti sabiex jissodisfa l-bżonnijiet bażiċi tiegħu kif ukoll dawk tal-familja tiegħu (ara, b’analoġija, is-sentenzi tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20141111">11 ta’ Novembru 2014</DATE>, <NAME.CASE>Dano</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑333/13</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2014:2358">EU:C:2014:2358</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0063">63</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>, u tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20150915">15 ta’ Settembru 2015</DATE>, <NAME.CASE>Alimanovic</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑67/14</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2015:597">EU:C:2015:597</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0044">44</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0035"><NO.P>35</NO.P><TXT>F’dan il-każ, hija l-qorti tar-rinviju li għandha tivverifika jekk, fid-dawl ta’ din id-definizzjoni, il-karta tal-familja tikkostitwixxix benefiċċju ta’ assistenza soċjali, fis-sens tal-Artikolu 29 tad-Direttiva 2011/95.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0036"><NO.P>36</NO.P><TXT>Sabiex, fit-tieni lok, jiġi ddeterminat jekk l-esklużjoni taċ-ċittadini ta’ pajjiżi terzi msemmija fid-Direttivi 2003/109, 2011/98 u 2009/50 mill-benefiċċju tal-karta tal-familja tmurx kontra l-ugwaljanza fit-trattament prevista fl-Artikolu 11(1)(f) tad-Direttiva 2003/109, fl-Artikolu 12(1)(g) tad-Direttiva 2011/98 u fl-Artikolu 14(1)(g) tad-Direttiva 2009/50, għandu jiġi kkonstatat li dawn id-dispożizzjonijiet jipprevedu ugwaljanza fit-trattament ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi koperti minn dawn id-direttivi ma’ ċittadini tal-Istat Membru ospitanti fir-rigward tal-aċċess għal oġġetti u għal servizzi u tal-provvista ta’ oġġetti u ta’ servizzi offruti lill-pubbliku.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0037"><NO.P>37</NO.P><TXT>Issa, mill-indikazzjonijiet mogħtija mill-qorti tar-rinviju jirriżulta li l-għan tal-karta tal-familja huwa li tippermetti l-aċċess għal oġġetti u għal servizzi u l-provvista ta’ oġġetti u ta’ servizzi offruti lill-pubbliku billi jibbenefikaw minn skont jew minn tnaqqis tariffarju.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0038"><NO.P>38</NO.P><TXT>Għalhekk, l-esklużjoni taċ-ċittadini ta’ pajjiżi terzi koperti minn dawn id-direttivi mill-benefiċċju tal-karta tal-familja, sa fejn iċċaħħadhom mill-aċċess għal dawn l-oġġetti u għal dawn is-servizzi kif ukoll mill-provvista tagħhom taħt l-istess kundizzjonijiet bħal dawk li jibbenefikaw minnhom iċ-ċittadini Taljani, tikkostitwixxi inugwaljanza fit-trattament li tmur kontra l-Artikolu 11(1)(f) tad-Direttiva 2003/109, l-Artikolu 12(1)(g) tad-Direttiva 2011/98 u l-Artikolu 14(1)(g) tad-Direttiva 2009/50.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="11"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0039"><NO.P>39</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, għandu jiġi osservat li mill-atti tal-proċess u, b’mod partikolari, mill-osservazzjonijiet bil-miktub ippreżentati mill-Gvern Taljan, ma jirriżultax li dan tal-aħħar esprima b’mod ċar li huwa kellu l-intenzjoni li jibbaża ruħu fuq id-derogi msemmija fl-Artikolu 11(2) tad-Direttiva 2003/109 u fl-Artikolu 12(2)(d)(i) tad-Direttiva 2011/98 (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20170621">21 ta’ Ġunju 2017</DATE>, <NAME.CASE>Martinez Silva</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑449/16</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2017:485">EU:C:2017:485</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0029">29</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0040"><NO.P>40</NO.P><TXT>Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet preċedenti kollha, ir-risposta li għandha tingħata għad-domandi magħmula hija li:</TXT><P><LIST TYPE="NDASH"><ITEM><P>l-Artikolu 12(1)(e) tad-Direttiva 2011/98 u l-Artikolu 14(1)(e) tad-Direttiva 2009/50 għandhom jiġu interpretati fis-sens li ma jipprekludux leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru li teskludi liċ-ċittadini ta’ pajjiżi terzi koperti minn dawn id-direttivi mill-benefiċċju ta’ karta mogħtija lill-familji li tagħti il-possibbiltà li jinkisbu skontijiet jew tnaqqis tariffarju waqt ix-xiri ta’ oġġetti u ta’ servizzi pprovduti minn entitajiet pubbliċi jew privati li jkunu kkonkludew ftehim mal-gvern ta’ dan l-Istat Membru;</P></ITEM><ITEM><P>l-Artikolu 11(1)(d) tad-Direttiva 2003/109 għandu jiġi interpretat fis-sens li dan lanqas ma jipprekludi tali leġiżlazzjoni sakemm tali karta ma taqax, skont il-leġiżlazzjoni nazzjonali ta’ dan l-Istat Membru, taħt il-kunċetti ta’ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0041" ID="QS0041"/>sigurtà soċjali<QUOT.END REF.START="QS0041" CODE="201D" ID="QE0041"/>, ta’ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0042" ID="QS0042"/>għajnuna soċjali<QUOT.END REF.START="QS0042" CODE="201D" ID="QE0042"/> jew ta’ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0043" ID="QS0043"/>protezzjoni soċjali<QUOT.END REF.START="QS0043" CODE="201D" ID="QE0043"/>;</P></ITEM><ITEM><P>l-Artikolu 29 tad-Direttiva 2011/95 għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi tali leġiżlazzjoni jekk l-imsemmija karta taqa’ taħt skema ta’ għajnuna stabbilita minn awtoritajiet pubbliċi li jirrikorri għaliha individwu li ma jkollux riżorsi suffiċjenti sabiex jissodisfa l-bżonnijiet bażiċi tiegħu kif ukoll dawk tal-familja tiegħu, u</P></ITEM><ITEM><P>l-Artikolu 11(1)(f) tad-Direttiva 2003/109, l-Artikolu 12(1)(g) tad-Direttiva 2011/98 u l-Artikolu 14(1)(g) tad-Direttiva 2009/50 għandhom jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu tali leġiżlazzjoni.</P></ITEM></LIST></P></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq l-ispejjeż</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0041"><NO.P>41</NO.P><TXT>Peress li l-proċedura għandha, fir-rigward tal-partijiet fil-kawża prinċipali, in-natura ta’ kwistjoni mqajma quddiem il-qorti tar-rinviju, hija dik il-qorti li tiddeċiedi fuq l-ispejjeż. L-ispejjeż sostnuti għas‑sottomissjoni tal-osservazzjonijiet lill-Qorti tal-Ġustizzja, barra dawk tal-imsemmija partijiet, ma jistgħux jitħallsu lura.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><JURISDICTION><INTRO>Għal dawn il-motivi, Il-Qorti tal-Ġustizzja (L-Għaxar Awla) taqta’ u tiddeċiedi:</INTRO><P><HT TYPE="BOLD">L-Artikolu 12(1)(e) tad-Direttiva 2011/98/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat‑<DATE ISO="20111213">13 ta’ Diċembru 2011</DATE> dwar proċedura ta’ applikazzjoni unika għal permess uniku għal ċittadini ta’ pajjiżi terzi sabiex jirrisjedu u jaħdmu fit-territorju ta’ Stat Membru u dwar ġabra komuni ta’ drittijiet għal ħaddiema ta’ pajjiżi terzi residenti legalment fi Stat Membru u l-Artikolu 14(1)(e) tad-Direttiva tal-Kunsill 2009/50/KE tal‑<DATE ISO="20090525">25 ta’ Mejju 2009</DATE> dwar il-kondizzjonijiet ta’ dħul u residenza ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi għall-finijietta’ impjieg bi kwalifiki għoljin għandhom jiġu interpretati fis-sens li ma jipprekludux leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru li teskludi liċ-ċittadini ta’ pajjiżi terzi koperti minn dawn id-direttivi mill-benefiċċju ta’ karta mogħtija lill-familji li tagħti il-possibbiltà li jinkisbu<?PAGE NO="12"?> skontijiet jew tnaqqis tariffarju waqt ix-xiri ta’ oġġetti u ta’ servizzi pprovduti minn entitajiet pubbliċi jew privati li jkunu kkonkludew ftehim mal-gvern ta’ dan l-Istat Membru.</HT></P><P><HT TYPE="BOLD">L-Artikolu 11(1)(d) tad-Direttiva tal-Kunsill 2003/109/KE tal‑<DATE ISO="20031125">25 ta’ Novembru 2003</DATE> dwar l-istatus ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi li jkunu residenti għat-tul għandu jiġi interpretat fis-sens li dan lanqas ma jipprekludi tali leġiżlazzjoni sakemm tali karta ma taqax, skont il-leġiżlazzjoni nazzjonali ta’ dan l-Istat Membru, taħt il-kunċetti ta’ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0044" ID="QS0044"/>sigurtà soċjali<QUOT.END REF.START="QS0044" CODE="201D" ID="QE0044"/>, ta’ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0045" ID="QS0045"/>għajnuna soċjali<QUOT.END REF.START="QS0045" CODE="201D" ID="QE0045"/> jew ta’ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0046" ID="QS0046"/>protezzjoni soċjali<QUOT.END REF.START="QS0046" CODE="201D" ID="QE0046"/>.</HT></P><P><HT TYPE="BOLD">l-Artikolu 29 tad-Direttiva 2011/95/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat‑<DATE ISO="20111213">13 ta’ Diċembru 2011</DATE> dwar standards għall-kwalifika ta’ ċittadini nazzjonali ta’ pajjiżi terzi jew persuni mingħajr stat bħala benefiċjarji ta’ protezzjoni internazzjonali, għal stat uniformi għar-refuġjati jew għal persuni eliġibbli għal protezzjoni sussidjarja, u għall-kontenut tal-protezzjoni mogħtija għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi tali leġiżlazzjoni jekk l-imsemmija karta taqa’ taħt skema ta’ għajnuna stabbilita minn awtoritajiet pubbliċi li jirrikorri għaliha individwu li ma jkollux riżorsi suffiċjenti sabiex jissodisfa l-bżonnijiet bażiċi tiegħu kif ukoll dawk tal-familja tiegħu.</HT></P><P><HT TYPE="BOLD">L-Artikolu 11(1)(f) tad-Direttiva 2003/109, l-Artikolu 12(1)(g) tad-Direttiva 2011/98 u l-Artikolu 14(1)(g) tad-Direttiva 2009/50 għandhom jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu tali leġiżlazzjoni.</HT></P></JURISDICTION></CONTENTS.JUDGMENT><SIGNATURE.CASE><SIGNATORY><P>Firem</P></SIGNATORY></SIGNATURE.CASE></JUDGMENT>