|
17.12.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 426/11 |
IR-REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2020/2117
tas-16 ta’ Diċembru 2020
dwar it-tiġdid tal-awtorizzazzjoni tas-selenometjonina magħmula Saccharomyces cerevisiae CNCM I-3399 bl-isem il-ġdid “Ħmira selenizzata Saccharomyces cerevisiae CNCM I-3399” bħala addittiv fl-għalf għall-ispeċijiet kollha tal-annimali, u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 900/2009
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Settembru 2003 fuq l-additivi għall-użu fl-għalf tal-annimali (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 9(2) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 jipprevedi l-awtorizzazzjoni ta’ addittivi għall-użu fin-nutrizzjoni tal-annimali u r-raġunijiet u l-proċeduri għall-għoti u għat-tiġdid ta’ din l-awtorizzazzjoni. |
|
(2) |
Is-selenometjonina magħmula minn Saccharomyces cerevisiae CNCM I-3399 hi awtorizzata għal 10 snin bħala addittiv tal-għalf għall-ispeċijiet kollha tal-annimali bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 900/2009 (2). |
|
(3) |
F’konformità mal-Artikolu 14(1) tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003, tressqet applikazzjoni għat-tiġdid tal-awtorizzazzjoni tas-selenometjonina magħmula minn Saccharomyces cerevisiae CNCM I-3399 bħala addittiv fl-għalf għall-ispeċijiet kollha tal-annimali fil-kategorija tal-addittivi “addittivi nutrittivi”. Ma’ dik l-applikazzjoni ntbagħtu d-dettalji u d-dokumenti meħtieġa skont l-Artikolu 14(2) tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003. |
|
(4) |
Fl-opinjoni tagħha tas-7 ta’ Mejju 2020 (3), l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (“l-Awtorità”) ikkonkludiet li fil-kundizzjonijiet tal-użu proposti, is-selenometjonina magħmula minn Saccharomyces cerevisiae CNCM I-3399 ma għandhiex effett negattiv fuq is-saħħa tal-annimali, fuq is-sikurezza tal-konsumaturi jew fuq l-ambjent. L-Awtorità kkonkludiet ukoll li l-addittiv hu sensitizzatur potenzjali tal-ġilda u respiratorju. Għalhekk, il-Kummissjoni jidhrilha li jenħtieġ jittieħdu miżuri protettivi xierqa biex ikunu evitati effetti negattivi fuq is-saħħa tal-bniedem, b’mod partikolari fir-rigward tal-utenti tal-addittiv. Il-prova tal-effikaċja tal-addittiv, li fuqha ssejset l-awtorizzazzjoni inizjali, ma tinbidilx fi proċedura tat-tiġdid. Finalment, l-Awtorità tirrakkomanda li tinbidel id-denominazzjoni tal-addittivi. L-Awtorità vverifikat ukoll ir-rapport dwar il-metodu tal-analiżi fl-addittiv tal-għalf, fl-għalf sottomess mil-Laboratorju ta’ Referenza stabbilit bir-Regolament (KE) Nru 1831/2003. |
|
(5) |
Il-valutazzjoni tas-selenometjonina magħmula minn Saccharomyces cerevisiae CNCM I-3399 turi li l-kundizzjonijiet għall-awtorizzazzjoni, kif previsti fl-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003, huma ssodisfati. Għaldaqstant, l-awtorizzazzjoni ta’ dan l-addittiv jenħtieġ tiġġedded. |
|
(6) |
Minħabba t-tiġdid tal-awtorizzazzjoni tas-selenometjonina magħmula minn Saccharomyces cerevisiae CNCM I-3399 bħala addittiv fl-għalf, jenħtieġ jitħassar ir-Regolament (KE) Nru 900/2009. |
|
(7) |
Billi r-raġunijiet tas-sikurezza ma jeħtiġux l-applikazzjoni immedjata tal-modifiki fil-kundizzjonijiet tal-awtorizzazzjoni tas-selenometjonina magħmula minn Saccharomyces cerevisiae CNCM I-3399, jixraq li l-partijiet interessati jingħataw perjodu tranżitorju biex iħejju ruħhom biex jissodisfaw ir-rekwiżiti l-ġodda li jirriżultaw mit-tiġdid tal-awtorizzazzjoni. |
|
(8) |
Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-awtorizzazzjoni tal-addittiv speċifikat fl-Anness, li jappartjenu għall-kategorija tal-addittivi “addittivi nutrittivi” u mill-grupp funzjonali “komposti tal-oligoelementi”, hi mġedda, soġġetta għall-kundizzjonijiet stabbiliti f’dak l-Anness.
Artikolu 2
1. Is-selenometjonina magħmula minn Saccharomyces cerevisiae CNCM I-3399 u t-taħlitiet lesti minn qabel li jkun fihom dan l-addittiv, li jkunu magħmulin u tikkettati qabel is-6 ta’ Lulju 2021 skont ir-regoli applikabbli qabel is-6 ta’ Jannar 2021 jistgħu jibqgħu jitqiegħdu fis-suq u jintużaw sakemm jispiċċaw il-ħażniet eżistenti.
2. Il-materjali tal-għalf u l-għalf kompost li fihom is-selenometjonina magħmula minn Saccharomyces cerevisiae CNCM I-3399, li jkunu magħmulin u tikkettati qabel is-6 ta’ Jannar 2022 skont ir-regoli applikabbli qabel is-6 ta’ Jannar 2021 jistgħu jibqgħu jitqiegħdu fis-suq u jintużaw sakemm jispiċċaw il-ħażniet eżistenti, jekk ikunu maħsuba għall-annimali li jipproduċu l-ikel.
3. Il-materjali tal-għalf u l-għalf kompost li fihom is-selenometjonina magħmula minn Saccharomyces cerevisiae CNCM I-3399, li jkunu magħmulin u tikkettati qabel is-6 ta’ Jannar 2023 skont ir-regoli applikabbli qabel is-6 ta’ Jannar 2021 jistgħu jibqgħu jitqiegħdu fis-suq u jintużaw sakemm jispiċċaw il-ħażniet eżistenti, jekk dawn ikunu maħsuba għall-annimali li ma jipproduċux l-ikel.
Artikolu 3
Ir-Regolament (KE) Nru 900/2009 hu mħassar.
Artikolu 4
Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, is-16 ta’ Diċembru 2020.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Ursula VON DER LEYEN
(1) ĠU L 268, 18.10.2003, p. 29.
(2) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 900/2009 tal-25 ta’ Settembru 2009 dwar l-awtorizzazzjoni tas-selenomethionine prodotta mis-Saccharomyces cerevisiae CNCM I-3399 bħala addittiv fl-għalf (ĠU L 256, 29.9.2009, p. 12).
(3) L-EFSA Journal 2020;18(5):6144.
ANNESS
|
Numru ta’ identifikazzjoni tal-addittiv |
Isem id-detentur tal-awtorizzazzjoni |
Addittiv |
Kompożizzjoni, formula kimika, deskrizzjoni, metodu analitiku. |
Speċi jew kategorija tal-annimal |
Età massima |
Kontenut minimu |
Kontenut massimu |
Dispożizzjonijiet oħra |
Tmiem il-perjodu tal-awtorizzazzjoni |
||||||||
|
Selenju f’mg/kg ta’ għalf komplut b’kontenut ta’ ndewwa ta’ 12 % |
|||||||||||||||||
|
Kategorija ta’ addittivi nutrittivi. Grupp funzjonali: komposti tal-oligoelementi |
|||||||||||||||||
|
3b812 |
-- |
Ħmira selenizzata Saccharomyces cerevisiae CNCM I-3399, inattivata |
Kompożizzjoni tal-addittiv Preparazzjoni ta’ selenju organiku: Kontenut ta’ selenju: 2 000 sa 3 500 mg Se/kg Selenju organiku > 97 sa 99 % ta’ selenju totali Selenometjonina > 63 % ta’ selenju totali |
L-ispeċijiet kollha |
- |
|
0,50 (total) |
|
6 ta’ Jannar 2031 |
||||||||
|
Karatterizzazzjoni tas-sustanza attiva Selenometjonina magħmula minn Saccharomyces cerevisiae CNCM I-3399 Formula kimika: C5H11NO2Se |
|||||||||||||||||
|
Metodu analitiku (1) Għad-determinazzjoni tas-selenometjonina fl-addittiv tal-għalf:
Għad-determinazzjoni tas-selenju totali fl-addittiv tal-għalf:
Għad-determinazzjoni tas-selenju totali fit-taħlitiet lesti minn qabel, fl-għalf kompost u fil-materjali tal-għalf:
|
|||||||||||||||||
(1) Id-dettalji tal-metodi analitiċi huma disponibbli fl-indirizz tal-Laboratorju ta’ Referenza tal-Unjoni Ewropea li ġej: https://ec.europa.eu/jrc/en/eurl/feed-additives/evaluation-reports