European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
ta'l-Unjoni Ewropea

MT

Serje L


2024/773

6.3.2024

DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2024/773

tal-4 ta’ Marzu 2024

li temenda d-Deċiżjoni 2009/992/UE dwar ir-rekwiżiti minimi għad-data addizzjonali li trid tiddaħħal fir-reġistru elettroniku nazzjonali tal-impriżi tat-trasport bit-triq

(notifikata bid-dokument C(2024)1120)

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1071/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Ottubru 2009 li jistabbilixxi regoli komuni dwar il-kundizzjonijiet li għandhom jiġu rispettati għall-eżerċizzju tal-professjoni ta’ operatur tat-trasport bit-triq u li jħassar id-Direttiva tal-Kunsill 96/26/KE (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 16(1), it-tieni subparagrafu, tiegħu,

Billi:

(1)

L-Artikolu 16(1) tar-Regolament (KE) Nru 1071/2009 jeżiġi li kull Stat Membru jżomm reġistru elettroniku nazzjonali tal-impriżi tat-trasport bit-triq li jkunu ġew awtorizzati minn awtorità kompetenti maħtura minnu biex jeżerċitaw il-kariga ta’ operatur tat-trasport bit-triq. Ir-reġistri elettroniċi nazzjonali għandhom jinkludu mill-inqas id-data stabbilita fl-Artikolu 16(2) tar-Regolament (KE) Nru 1071/2009.

(2)

Ir-Regolament (UE) 2020/1055 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2) emenda l-Artikolu 16(2) tar-Regolament (KE) Nru 1071/2009, billi ppreveda li tiddaħħal data addizzjonali fir-reġistri elettroniċi nazzjonali.

(3)

Biex tiġi ffaċilitata l-interkonnessjoni tar-reġistri elettroniċi nazzjonali, il-Kummissjoni adottat id-Deċiżjoni 2009/992/UE (3). Id-Deċiżjoni 2009/992/UE jenħtieġ li tipprevedi li d-data addizzjonali tiġi inkluża fir-reġistri elettroniċi nazzjonali.

(4)

Għalhekk, id-Deċiżjoni 2009/992/UE jenħtieġ li tiġi emendata skont dan,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-Anness tad-Deċiżjoni 2009/992/UE huwa sostitwit bl-Anness ta’ din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, l-4 ta’ Marzu 2024.

Għall-Kummissjoni

Adina-Ioana VǍLEAN

Membru tal-Kummissjoni


(1)   ĠU L 300, 14.11.2009, p. 51.

(2)  Ir-Regolament (UE) 2020/1055 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Lulju 2020 li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 1071/2009, (KE) Nru 1072/2009 u (UE) Nru 1024/2012 bl-għan li jiġu adattati għall-iżviluppi fis-settur tat-trasport bit-triq (ĠU L 249, 31.7.2020, p. 17).

(3)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/992/UE tas-17 ta’ Diċembru 2009 dwar ir-rekwiżiti minimi għad-data li trid tiddaħħal fir-reġistru elettroniku nazzjonali tal-impriżi tat-trasport bit-triq (ĠU L 339, 22.12.2009, p. 36).


ANNESS

“ANNESS

Kategorija tad-data

Oġġett tad-data

Deskrizzjoni addizzjonali tal-entrata tad-data

Tul

Impriża tat-trasport

Isem

Entrata alfanumerika ta’ test liberu

1 -100

Forma legali

Entrata alfanumerika ta’ test liberu

1 -50

Għadd ta’ persuni impjegati

Entrata numerika ta’ test liberu

1 -7

Ikklassifikar tar-riskju

Entrata numerika ta’ test liberu

1 -5

Firxa tal-ikklassifikar tar-riskju

Dikjarazzjoni ta’:

—

“Griż”

—

“Aħdar”

—

“Amber”

—

“Aħmar”

 

Għadd totali ta’ Vetturi Amministrati

Entrata numerika ta’ test liberu

1 -6

Indirizz

Indirizz

Entrata alfanumerika ta’ test liberu

1 -150

Kodiċi postali

Entrata alfanumerika ta’ test liberu

1 -10

Belt

Entrata alfanumerika ta’ test liberu

1 -50

Kodiċi tal-pajjiż

Magħżul mill-kodiċi ta’ żewġ ittri ISO 3166-1 alpha 2

2

Awtorizzazzjoni

Tip

Dikjarazzjoni ta’:

—

“Liċenzja Komunitarja għat-trasport tal-passiġġieri”

—

“Liċenzja Nazzjonali għat-trasport tal-passiġġieri”

jew:

—

“Liċenzja Komunitarja għat-trasport tal-oġġetti”

—

“Liċenzja Komunitarja għat-trasport tal-oġġetti, esklussivament ≤3,5 t”

—

“Liċenzja Nazzjonali għat-trasport tal-oġġetti”

 

Numru tas-serje tal-Liċenzja Komunitarja (1).

Entrata alfanumerika ta’ test liberu

1 -20

Data tal-bidu tal-liċenzja Komunitarja

Entrata ta’ data numerika bil-format ISO 8601 (YYYY-MM-DD)

10

Data tal-iskadenza tal-liċenzja Komunitarja

Entrata ta’ data numerika bil-format ISO 8601 (YYYY-MM-DD)

10

Għadd ta’ vetturi amministrati bl-awtorizzazzjoni

Entrata numerika ta’ test liberu

1 -6

Numru tar-reġistrazzjoni tal-vettura

Entrata alfanumerika ta’ test liberu

1 -15

Status tal-awtorizzazzjoni

Dikjarazzjoni ta’:

—

“Attiva”

—

“Sospiża”

—

“Irtirata”

—

“Skaduta”

—

“Mitlufa/misruqa”

—

“Annullata”

—

“Ritornata”

 

Data tal-irtirar tal-liċenzja Komunitarja

Entrata ta’ data numerika bil-format ISO 8601 (YYYY-MM-DD)

10

Data tas-sospensjoni tal-liċenzja Komunitarja

Entrata ta’ data numerika bil-format ISO 8601 (YYYY-MM-DD)

10

Data tal-iskadenza tas-sospensjoni tal-liċenzja Komunitarja

Entrata ta’ data numerika bil-format ISO 8601 (YYYY-MM-DD)

10

Raġuni għas-sospensjoni jew għall-irtirar tal-liċenzja Komunitarja

Dikjarazzjoni ta’:

—

“Mingħajr stabbiliment effettiv u stabbli”

—

“Pożizzjoni finanzjarja mhux xierqa”

—

“Mingħajr il-kompetenza professjonali mitluba”

—

“Mingħajr reputazzjoni tajba”

—

“Oħra”

 

Numru serjali tal-kopja ċertifikata vera tal-liċenzja Komunitarja (2)

Entrata alfanumerika ta’ test liberu

1 -20

Data tal-bidu tal-kopja ċertifikata vera

Entrata ta’ data numerika bil-format ISO 8601 (YYYY-MM-DD)

10

Data tal-iskadenza tal-kopja ċertifikata vera

Entrata ta’ data numerika bil-format ISO 8601 (YYYY-MM-DD)

10

Data tal-irtirar tal-kopja ċertifikata vera

Entrata ta’ data numerika bil-format ISO 8601 (YYYY-MM-DD)

10

Data tas-sospensjoni tal-kopja ċertifikata vera

Entrata ta’ data numerika bil-format ISO 8601 (YYYY-MM-DD)

10

Data tal-iskadenza tas-sospensjoni tal-kopja ċertifikata vera

Entrata ta’ data numerika bil-format ISO 8601 (YYYY-MM-DD)

10

Rappreżentanza legali tal-impriża (meta xieraq) (3)

Isem

Entrata alfanumerika ta’ test liberu

1 -100

Kunjom(ijiet)

Entrata alfanumerika ta’ test liberu

1 -100

Data tat-twelid

Entrata ta’ data numerika bil-format ISO 8601 (YYYY-MM-DD)

10

Post tat-twelid

Entrata alfanumerika ta’ test liberu

1 -50

Amministratur tat-Trasport

Isem

Entrata alfanumerika ta’ test liberu

1 -100

Kunjom(ijiet)

Entrata alfanumerika ta’ test liberu

1 -100

Data tat-twelid

Entrata ta’ data numerika bil-format ISO 8601 (YYYY-MM-DD)

10

Post tat-twelid

Test alfa liberu

1 -50

Numru taċ-ċertifikat tal-kompetenza professjonali

Entrata alfanumerika ta’ test liberu

1 -20

Data tal-ħruġ taċ-ċertifikat tal-kompetenza professjonali

Entrata ta’ data numerika bil-format ISO 8601 (YYYY-MM-DD)

10

Pajjiż tal-ħruġ taċ-ċertifikat tal-kompetenza professjonali

Magħżul mill-kodiċi ta’ żewġ ittri ISO 3166-1 alpha 2

2

Validità taċ-ċertifikat tal-kompetenza professjonali

Dikjarazzjoni ta’:

—

“Validu”

—

“Invalidu”

 

Ksur serju

Kategorija

Entrata alfanumerika bil-valuri kodifikati

 

Tip

Entrata alfanumerika bil-valuri kodifikati

 

Data tal-ksur

Entrata ta’ data numerika bil-format ISO 8601 (YYYY-MM-DD)

10

Data tal-verifika li tikkonferma l-ksur

Entrata ta’ data numerika bil-format ISO 8601 (YYYY-MM-DD)

10

Stat Membru fejn ġie kkonfermat il-ksur

Magħżul mill-kodiċi ta’ żewġ ittri ISO 3166-1 alpha 2

2

Raġuni għalfejn it-telfien ta’ reputazzjoni tajba hu rispons sproporzjonat (4)

Entrata alfanumerika ta’ test liberu

1 -500

Persuna inkompetenti

Isem

Entrata alfanumerika ta’ test liberu

1 -100

Kunjom(ijiet)

Entrata alfanumerika ta’ test liberu

1 -100

Data tat-twelid

Entrata ta’ data numerika bil-format ISO 8601 (YYYY-MM-DD)

10

Post tat-twelid

Test alfa liberu

1 -50

Numru taċ-ċertifikat tal-kompetenza professjonali

Entrata alfanumerika ta’ test liberu

1 -20

Data tal-ħruġ taċ-ċertifikat tal-kompetenza professjonali

Entrata ta’ data numerika bil-format ISO 8601 (YYYY-MM-DD)

10

Pajjiż tal-ħruġ taċ-ċertifikat tal-kompetenza professjonali

Magħżul mill-kodiċi ta’ żewġ ittri ISO 3166-1 alpha 2

2

Raġuni għal dikjarazzjoni bħala inkompetenti

Dikjarazzjoni ta’:

—

“Ksur ta’ regoli nazzjonali”

—

“Ksur ta’ regoli Komunitarji”

 

Miżura attwali tar-rijabilitazzjoni

Dikjarazzjoni ta’:

—

“Taħriġ xieraq ta’ mill-anqas tliet xhur”

—

“Eżami dwar is-suġġetti elenkati fil-parti I tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 1071/2009”

 

Data tal-bidu tad-dikjarazzjoni bħala inkompetenti

Entrata ta’ data numerika bil-format ISO 8601 (YYYY-MM-DD)

10

Data tal-għeluq tad-dikjarazzjoni bħala inkompetenti

Entrata ta’ data numerika bil-format ISO 8601 (YYYY-MM-DD)

10

”.

(1)  F’kull dokument maħluq biex jinżamm ġol-vettura, in-numru għandu jiġi stampat bl-istess format kif ikun irreġistrat fir-reġistru nazzjonali.

(2)  F’kull dokument maħluq biex jinżamm ġol-vettura, in-numru għandu jiġi stampat bl-istess format kif ikun irreġistrat fir-reġistru nazzjonali.

(3)  Ara l-Artikolu 16(2), il-punt (c), tar-Regolament (KE) Nru 1071/2009.

(4)  Din l-entrata ma għandu jkun fiha l-ebda data personali għajr dik meħtieġa dwar l-Amministratur tat-Trasport.


ELI: http://data.europa.eu/eli/dec_impl/2024/773/oj

ISSN 1977-074X (electronic edition)