|
6.7.2021 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 266/11 |
Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni
(Il-Każ M.10354 — Macquarie/Beauparc Utilities)
Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
(2021/C 266/09)
1.
Fid-29 ta’ Ġunju 2021, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).Dan l-avviż jikkonċerna l-impriżi li ġejjin:
|
— |
Macquarie European Infratructure Fund 6 ScSP (“MEIF 6”, il-Lussemburgu), ġestit minn Macquarie Infrastructure and Real Assets (Europe) Limited (“MIRA”, ir-Renju Unit), sussidjarja ta’ Macquarie Group Limited (“Macquarie”, l-Awstralja), |
|
— |
Beauparc Utilities Holdings Limited (“Beauparc Utilities”, l-Irlanda). |
Macquarie takkwista, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll esklużiv ta’ Beauparc Utilities kollha kemm hi.
Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz ta’ xiri ta’ ishma.
2.
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:|
— |
Macquarie: il-forniment ta’ servizzi bankarji, finanzjarji, konsultattivi, ta’ investiment u ta’ ġestjoni tal-fondi globalment, |
|
— |
Beauparc Utilities: il-ġbir, is-separazzjoni / l-ipproċessar u t-trattament ta’ skart mhux perikoluż fl-Irlanda, fir-Renju Unit u fin-Netherlands, u l-ġenerazzjoni / il-bejgħ bl-ingrossa u l-provvista bl-imnut tal-elettriċità u l-provvista bl-imnut tal-gass fl-Irlanda. |
3.
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura ssimplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) jinħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.
4.
Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:
M.10354 — Macquarie/Beauparc Utilities
Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:
Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu
Faks +32 22964301
Indirizz postali:
|
European Commission |
|
Directorate-General for Competition |
|
Merger Registry |
|
1049 Bruxelles / Brussel |
|
BELGIQUE / BELGIË |
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).