<?xml version="1.0" encoding="UTF-8"?><CONCLUSION NNC="YES" xmlns:fmx="http://opoce" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:noNamespaceSchemaLocation="http://formex.publications.europa.eu/schema/formex-05.58-20161101.xd"><BIB.CONCLUSION><REF.CASE FILE="n.a."><NO.CASE>C-324/17</NO.CASE></REF.CASE><NO.CELEX>62017CC0324</NO.CELEX><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2019:312">EU:C:2019:312</NO.ECLI><NO.SEQ>0001</NO.SEQ><PAGE.FIRST.ECR>1</PAGE.FIRST.ECR><PAGE.SEQ>1</PAGE.SEQ><PAGE.LAST.ECR>18</PAGE.LAST.ECR><PAGE.TOTAL>18</PAGE.TOTAL></BIB.CONCLUSION><CURR.TITLE><PAGE.HEADER><P><HT TYPE="SC">Konklużjonijiet Bot – Kawża C‑324/17</HT></P><P><HT TYPE="SC">Gavanozov</HT></P></PAGE.HEADER></CURR.TITLE><TITLE><TI><P><HT TYPE="UC">Konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali</HT></P><P><HT TYPE="UC">Bot</HT></P><P>ippreżentati fil-<DATE ISO="20190411">11 ta’ April 2019</DATE><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0001"><P>Lingwa oriġinali: il-Franċiż.</P></NOTE></P></TI><STI><P><HT TYPE="BOLD">Kawża C‑324/17</HT></P><P>Proċeduri kriminali</P><P>vs</P><P>Ivan Gavanozov</P><P><HT TYPE="NORMAL">(talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-iSpetsializiran nakazatelen sad (il-Qorti Kriminali Speċjalizzata, il-Bulgarija))</HT></P></STI></TITLE><INTERMEDIATE><INDEX IDX.CLOSE="”" SEPARATOR=" – " IDX.OPEN="“"><KEYWORD>Rinviju għal deċiżjoni preliminari</KEYWORD><KEYWORD>Kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji kriminali</KEYWORD><KEYWORD>Direttiva 2014/41/UE</KEYWORD><KEYWORD>Ordni ta’ investigazzjoni Ewropea</KEYWORD><KEYWORD>Proċeduri u garanziji fl-Istat Membru emittenti</KEYWORD><KEYWORD>Raġunijiet sostantivi li wasslu għall-ħruġ tal-ordni ta’ investigazzjoni Ewropea</KEYWORD><KEYWORD>Assenza ta’ rimedji ġudizzjarji fl-Istat Membru emittenti</KEYWORD><KEYWORD>Awtonomija proċedurali</KEYWORD><KEYWORD>Prinċipji ta’ ekwivalenza u ta’ effettività</KEYWORD><KEYWORD>Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea</KEYWORD><KEYWORD>Artikolu 47</KEYWORD><KEYWORD>Artikolu 14 tad-Direttiva 2014/41</KEYWORD><KEYWORD>Kunċett ta’ <QUOT.START CODE="2018" ID="QS0001" REF.END="QE0001"/>persuna kkonċernata<QUOT.END REF.START="QS0001" CODE="2019" ID="QE0001"/></KEYWORD><KEYWORD>Persuna li kontriha nġabet akkuża kriminali u miżuri ta’ ġbir ta’ provi applikati kontra terz</KEYWORD></INDEX></INTERMEDIATE><CONTENTS.CONCLUSION><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">I.</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Introduzzjoni</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0001"><NO.P>1.</NO.P><TXT>Il-ftuħ tal-fruntieri fl-Unjoni Ewropea inevitabbilment kellu r-riżultat li jiffaċilita d-dimensjoni transkonfinali tal-kriminalità, jew saħansitra li joħloq possibiltajiet ġodda ta’ kriminalità. Dan il-fenomenu jirrikjedi li l-qafas legali li fih isiru l-investigazzjonijiet u, b’mod partikolari, il-poteri ta’ investigazzjoni li għandhom l-awtoritajiet ġudizzjarji tal-Istati Membri jkunu jistgħu jegħlbu l-fruntieri nazzjonali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0002"><NO.P>2.</NO.P><TXT>Għalhekk, l-Istati Membri ħabirku sabiex jimplimentaw kooperazzjoni ġudizzjarja b’mod partikolari fil-qasam ta’ provi<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0002"><P>Fl-ewwel lok, bl-Att tal-Kunsill tad-<DATE ISO="20000529">29 ta’ Mejju 2000</DATE> li jistabbilixxi skont l-Artikolu 34 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea l-Konvenzjoni dwar l-Assistenza Reċiproka f’Materji Kriminali bejn l-Istati Membri fl-Unjoni Ewropea (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 19, Vol. 1, p. 172), u l-Protokoll, stabbilit mill-Kunsill skont l-Artikolu 34 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, għall-Konvenzjoni dwar l-għajnuna reċiproka f’Materji Kriminali bejn l-Istati Membri ta’ l-Unjoni Ewropea (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 19, Vol. 8, p. 233), imbagħad, fit-tieni lok,bid-Deċiżjoni kwadru tal-Kunsill 2003/577/JHA tat-<DATE ISO="20030722">22 ta’ Lulju 2003</DATE> dwar it-twettiq fl-Unjoni Ewropea tal-mandati li jiffriżaw xi proprjetà jew xi evidenza (ĠU, Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 19, Vol. 6, p. 185), u d-Deċiżjoni Kwadru tal-Kunsill 2008/978/ĠAI tat-<DATE ISO="20081218">18 ta’ Diċembru 2008</DATE> dwar il-Mandat Ewropew għall-Provi sabiex jinkisbu oġġetti, dokumenti u data għall-użu fi proċedimenti f’materji kriminali (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="350" PAGE.FIRST="72" DATE.PUB="2008">ĠU 2008, L 350, p. 72</REF.DOC.OJ>).</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="2"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0003"><NO.P>3.</NO.P><TXT>Għalkemm in-numru dejjem ikbar ta’ proċeduri ġudizzjarji li jippermettu kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet tal-Istati Membri għamliha possibli li tiżdied l-effettività tal-kooperazzjoni biex tinkiseb evidenza, jibqa’ l-fatt li, kif indikat mil-leġiżlatur tal-Unjoni, il-qafas legali Ewropew kien sar, minħabba, b’mod partikolari, l-akkumulazzjoni ta’ strumenti speċifiċi, kemm frammentat wisq kif ukoll kumpless wisq<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0003"><P>Ara l-premessa 5 tad-Direttiva 2014/41/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-<DATE ISO="20140403">3 ta’ April 2014</DATE> dwar l-Ordni ta’ Investigazzjoni Ewropew f’materji kriminali (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="130" PAGE.FIRST="1" DATE.PUB="2014">ĠU 2014, L 130, p. 1</REF.DOC.OJ>, rettifika fil-<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="143" PAGE.FIRST="16" DATE.PUB="2015">ĠU 2015, L 143, p. 16</REF.DOC.OJ>).</P></NOTE>. Intiża biex tissostitwixxi l-istrumenti ta’ kooperazzjoni fil-qasam tal-evidenza, id-Direttiva 2014/41 għandha l-għan kemm li tissimplifika l-qafas legali għall-ksib tal-evidenza fil-proċeduri ta’ investigazzjoni kif ukoll li ttejjeb l-effettività ta’ din tal-aħħar.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0004"><NO.P>4.</NO.P><TXT>Id-Direttiva 2014/41 għandha kamp ta’ applikazzjoni ġeneriku u partikolarment wiesa’ fir-rigward tal-atti li hija intiża sabiex tissostitwixxi. Għalhekk, mill-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 1(1) ta’ din id-direttiva jirriżulta li l-ordni ta’ investigazzjoni Ewropea hija deċiżjoni ġudizzjarja maħruġa jew ivvalidata minn awtorità ġudizzjarja ta’ Stat Membru (iktar ’il quddiem l-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0002" REF.END="QE0002"/>Istat emittenti<QUOT.END REF.START="QS0002" CODE="201D" ID="QE0002"/>) sabiex waħda jew iktar miżuri investigattivi speċifiċi jiġu eżegwiti fi Stat Membru ieħor (iktar ’il quddiem l-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0003" REF.END="QE0003"/>Istat ta’ eżekuzzjoni<QUOT.END REF.START="QS0003" CODE="201D" ID="QE0003"/>) bil-ħsieb li jinkisbu provi f’konformità mad-dispożizzjonijiet ta’ din id-direttiva.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0005"><NO.P>5.</NO.P><TXT>Barra minn hekk, l-awtoritajiet tal-Istati Membri huma, fil-prinċipju, obbligati jeżegwixxu l-ordnijiet ta’ investigazzjoni Ewropej abbażi tal-prinċipju tar-rikonoxximent reċiproku, u dan konformement mal-qafas stabbilit bid-Direttiva 2014/41<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0004"><P>F’konformità mal-konklużjonijiet tal-Kunsill Ewropew ta’ Tampere tal-<DATE ISO="19991015">15</DATE> u <DATE ISO="19991016">16 ta’ Ottubru 1999</DATE> kif ukoll tal-adozzjoni mill-Kunsill Ewropew tal-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0004" REF.END="QE0004"/>Programm ta’ Stokkolma – Ewropa miftuħa u sigura għas-servizz u l-protezzjoni taċ-ċittadini<QUOT.END REF.START="QS0004" CODE="201D" ID="QE0004"/> (<REF.DOC.OJ COLL="C" NO.OJ="115" PAGE.FIRST="1" DATE.PUB="2010">ĠU 2010, C 115, p. 1</REF.DOC.OJ>) u konformement mal-Artikolu 82(1) TFUE, id-Direttiva 2014/41 hija bbażata fuq il-prinċipju ta’ rikonoxximent reċiproku. Skont il-premessa 38 tagħha, l-objettiv ta’ dan l-att huwa r-rikonoxximent reċiproku tad-deċiżjonijiet meħuda sabiex jinkisbu provi u, skont l-Artikolu 1(2) ta’ din id-direttiva, l-Istati Membri għandhom jeżegwixxu ordni ta’ investigazzjoni Ewropea abbażi tal-prinċipju ta’ rikonoxximent reċiproku.</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0006"><NO.P>6.</NO.P><TXT>Peress li l-miżuri investigattivi meħuda mill-awtoritajiet kompetenti sabiex jinkisbu provi f’materji kriminali jistgħu jkunu partikolarment intrużivi għaliex jistgħu jippreġudikaw id-dritt għar-rispett tal-ħajja privata tal-persuni kkonċernati, huwa imperattiv li l-leġiżlazzjoni tal-Unjoni tilħaq bilanċ bejn l-effettività u l-ħeffa tal-proċeduri ta’ investigazzjoni, minn naħa, u l-protezzjoni tad-drittijiet tal-persuni kkonċernati b’dawn il-miżuri investigattivi, min-naħa l-oħra.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0007"><NO.P>7.</NO.P><TXT>Filwaqt li din il-kawża titlob lill-Qorti tal-Ġustizzja sabiex tinterpreta għall-ewwel darba d-Direttiva 2014/41, hija toffrilha fuq kollox il-possibbiltà li tiddeċiedi fuq dan il-bilanċ delikat, imma primordjali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0008"><NO.P>8.</NO.P><TXT>Għalhekk, id-domandi preliminari jirrigwardaw, essenzjalment, l-Artikolu 14 ta’ din id-direttiva u r-rimedji ġudizzjarjii li jippermettu li jiġu kkontestati r-raġunijiet sostantivi tal-miżuri investigattivi indikati fid-deċiżjoni ġudizzjarja li twassal għal ħruġ ta’ ordni ta’ investigazzjoni Ewropea.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0009"><NO.P>9.</NO.P><TXT>F’dawn il-konklużjonijiet, sejjer nesponi r-raġunijiet li għalihom, l-ewwel nett, inqis li l-Artikolu 14 tad-Direttiva 2014/41 jipprekludi l-leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru li ma tippermettix lil xhud milqut b’miżuri investigattivi, bħalma huma tfittxija, sekwestru u smigħ, li jressaq rikors sabiex jikkontesta r-raġunijiet sostantivi li wasslu għal dawn il-miżuri investigattivi, jew jikseb kumpens. F’dawn iċ-ċirkustanzi, nikkunsidra wkoll li din id-dispożizzjoni, moqrija fid-dawl tad-drittijiet fundamentali, tipprekludi li awtorità nazzjonali toħroġ ordni ta’ investigazzjoni Ewropea.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0010"><NO.P>10.</NO.P><TXT>It-tieni nett, jiena tal-opinjoni li, fl-assenza ta’ rimedji ġudizzjarji previsti mid-dritt nazzjonali fil-kuntest tal-proċeduri nazzjonali simili, l-Artikolu 14 tad-Direttiva 2014/41 ma jistax jiġi invokat minn individwu quddiem qorti nazzjonali sabiex jikkontesta r-raġunijiet sostantivi li wasslu għall-ħruġ ta’ ordni ta’ investigazzjoni Ewropea.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="3"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0011"><NO.P>11.</NO.P><TXT>It-tielet nett, naħseb li l-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0005" REF.END="QE0005"/>persuna kkonċernata<QUOT.END REF.START="QS0005" CODE="201D" ID="QE0005"/> fis-sens tad-Direttiva 2014/41 jinkludi, minn naħa, xhud milqut minn miżuri investigattivi mitluba f’ordni ta’ investigazzjoni Ewropea, inkwantu d-dar ta’ residenza tiegħu hija s-suġġett ta’ tfittxija u ta’ sekwestru u li din il-persuna ser tinstema’ bħala xhud, u, min-naħa l-oħra, il-persuna li tkun is-suġġett ta’ akkuża kriminali, meta l-miżura ta’ ġbir ta’ provi deċiża fil-proċedura li tagħha hija s-suġġett tkun tikkonċerna lil terz.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">II.</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Il-kuntest ġuridiku</HT></TXT></NP></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">A.</HT></HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Id-dritt tal-Unjoni</HT></HT></TXT></NP></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="ITALIC">1.</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="ITALIC">Il-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0012"><NO.P>12.</NO.P><TXT>L-ewwel paragrafu tal-Artikolu 47 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0005"><P>Iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0006" REF.END="QE0006"/>Karta<QUOT.END REF.START="QS0006" CODE="201D" ID="QE0006"/>.</P></NOTE> huwa fformulat kif ġej:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0007" REF.END="QE0007"/>Kull persuna li d-drittijiet u l-libertajiet tagħha garantiti mil-liġi ta’ l-Unjoni jiġu vjolati għandha d-dritt għal rimedju effettiv quddiem qorti skond il-kondizzjonijiet stabbiliti f’dan l-Artikolu.<QUOT.END REF.START="QS0007" CODE="201D" ID="QE0007"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0013"><NO.P>13.</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 48(2) tal-Karta, <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0008" REF.END="QE0008"/>[g]ħandu jiġi ggarantit ir-rispett għad-drittijiet tad-difiża ta’ kull imputat<QUOT.END REF.START="QS0008" CODE="201D" ID="QE0008"/>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0014"><NO.P>14.</NO.P><TXT>L-Artikolu 52(3) tal-Karta jipprevedi kif ġej:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0009" REF.END="QE0009"/>Safejn din il-Karta fiha drittijiet li jikkorrispondu għal drittijiet iggarantiti mill-Konvenzjoni […] għall-Protezzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem u l-Libertajiet Fundamentali[<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0006"><P>Iffirmata f’Ruma fl-<DATE ISO="19501104">4 ta’ Novembru 1950</DATE>, iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0010" REF.END="QE0010"/>KEDB<QUOT.END REF.START="QS0010" CODE="201D" ID="QE0010"/>.</P></NOTE>], it-tifsira u l-ambitu ta’ dawk id-drittijiet għandhom ikunu l-istess bħal dawk stabbiliti mill-Konvenzjoni msemmija. Din id-dispożizzjoni ma żżommx lil-liġi ta’ l-Unjoni milli jipprevedi protezzjoni aktar estensiva.<QUOT.END REF.START="QS0009" CODE="201D" ID="QE0009"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="ITALIC">2.</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="ITALIC">Id-Direttiva 2014/41</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0015"><NO.P>15.</NO.P><TXT>Il-premessi 2, 11, 12, 18, 19, 22 u 39 tad-Direttiva 2014/41 jipprovdu li:</TXT><QUOT.S LEVEL="1"><CONSID><NP><NO.P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0011" REF.END="QE0011"/>(2)</NO.P><TXT>Taħt l-Artikolu 82(1) [TFUE], il-kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji kriminali fl-Unjoni għandha tkun ibbażata fuq il-prinċipju ta’ rikonoxximent reċiproku ta’ sentenzi u deċiżjonijiet ġudizzjarji, li, mill-Kunsill Ewropew ta’ Tampere tal-15 u s-<DATE ISO="19991016">16 ta’ Ottubru 1999</DATE> <QUOT.START CODE="2018" ID="QS0012" REF.END="QE0012"/>l hawn, ġie komunement imsejjaħ bħala bażi importanti tal-kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji kriminali fi ħdan l-Unjoni.</TXT></NP></CONSID><P>[…]</P><CONSID><NP><NO.P>(11)</NO.P><TXT>L-[ordni ta’ investigazzjoni Ewropea (OIE) għandha tintgħażel] fejn l-eżekuzzjoni ta’ miżura investigattiva tidher proporzjonata, adegwata u applikabbli għall-każ inkwistjoni. L-awtorità emittenti għandha għalhekk taċċerta jekk il-provi mfittxija humiex meħtieġa u proporzjonati għall-fini tal-proċedimenti, jekk il-miżura investigattiva magħżula hijiex meħtieġa u proporzjonata għall-ġbir ta’ dawn il-provi, u jekk, permezz tal-ħruġ ta’ OIE, Stat Membru ieħor għandux ikun involut fil-ġbir tal-prova konċernata. […]</TXT></NP></CONSID><?PAGE NO="4"?><CONSID><NP><NO.P>(12)</NO.P><TXT>Meta tinħareġ OIE l-awtorità emittenti li toħroġha għandha tagħti attenzjoni partikolari biex jiġi żgurat ir-rispett sħiħ għad-drittijiet stabbiliti fl-Artikolu 48 tal-[Karta]. Il-preżunzjoni tal-innoċenza u d-drittijiet ta’ difiża fi proċedimenti kriminali, huma pilastru tad-drittijiet fundamentali rikonoxxuti fil-Karta fil-qasam tal-ġustizzja kriminali. Kwalunkwe limitazzjoni ta’ tali drittijiet minn miżura investigattiva ordnata skont id-dispożizzjonijiet ta’ din id-Direttiva għandha tkun konformi b’mod sħiħ mar-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 52 tal-Karta fir-rigward tan-neċessità, il-proporzjonalità u l-għanijiet li għandha tfittex, partikolarment il-ħarsien tad-drittijiet u l-libertajiet tal-oħrajn.</TXT></NP></CONSID><P>[…]</P><CONSID><NP><NO.P>(18)</NO.P><TXT>Bħal fi strumenti oħra ta’ rikonoxximent reċiproku, din id-Direttiva ma għandhiex l-effett li timmodifika l-obbligu tar-rispett għad-drittijiet fundamentali u għall-prinċipji fundamentali legali kif imnaqqxa fl-Artikolu 6 [TUE] u fil-Karta. Sabiex dan ikun ċar, ġiet inserita dispożizzjoni speċifika fit-test.</TXT></NP></CONSID><CONSID><NP><NO.P>(19)</NO.P><TXT>Il-ħolqien ta’ spazju ta’ libertà, sigurtà u ġustizzja fl-Unjoni huwa bbażat fuq fiduċja reċiproka u presunzjoni ta’ konformità minn Stati Membri oħra mad-dritt tal-Unjoni u, b’mod partikolari, mad-drittijiet fundamentali. Madankollu, dik il-presunzjoni hija konfutabbli. Konsegwentement, jekk ikun hemm raġunijiet sostantivi biex wieħed jemmen li l-eżekuzzjoni ta’ miżura investigattiva indikata fl-OIE tkun tirriżulta fi ksur ta’ dritt fundamentali tal-persuna kkonċernata u li l-Istat Membru ta’ eżekuzzjoni ser jinjora l-obbligi tiegħu dwar il-ħarsien tad-drittijiet fundamentali rikonoxxuti fil-Karta, l-eżekuzzjoni tal-OIE għandha tiġi rifjutata.</TXT></NP></CONSID><P>[…]</P><CONSID><NP><NO.P>(22)</NO.P><TXT>Ir-rimedji legali disponibbli kontra OIE għandhom ikunu tal-inqas ugwali għal dawk disponibbli fil-każ domestiku kontra l-miżura investigattiva kkonċernata. F’konformità mal-liġi nazzjonali tagħhom l-Istati Membri għandhom jiżguraw l-applikabbiltà ta’ dawk ir-rimedji legali, anke billi jgħarrfu lill kwalunkwe parti interessata fiż-żmien tajjeb bil-possibbiltajiet u l-modi biex tfittixhom. Fil-każijiet fejn oġġezzjonijiet kontra OIE jiġu ppreżentati minn parti interessata fl-Istat ta’ eżekuzzjoni fir-rigward tar-raġunijiet sostantivi għall-ħruġ tal-OIE, ikun jaqbel li l-informazzjoni dwar tali kontestazzjoni tintbagħat lill-awtorità emittenti u li l-parti interessata tiġi infurmata b’dan.<QUOT.END REF.START="QS0012" CODE="201D" ID="QE0012"/></TXT></NP></CONSID><P>[…]</P><CONSID><NP><NO.P>(39)</NO.P><TXT>Din id-Direttiva tirrispetta d-drittijiet fundamentali u tosserva l-prinċipji rikonoxxuti mill-Artikolu 6 [TUE] u fil-Karta, notevolment it-Titolu VI tagħha, fid-dritt internazzjonali u ftehimiet internazzjonali li għalihom l-Unjoni jew l-Istati Membri kollha huma Partijiet, inkluża l-[KEDB], u fil-kostituzzjonijiet tal-Istati Membri fl-oqsma ta’ applikazzjoni rispettivi tagħhom. []<QUOT.END REF.START="QS0011" CODE="201D" ID="QE0011"/></TXT></NP></CONSID></QUOT.S></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0016"><NO.P>16.</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 1 tad-Direttiva 2014/41:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="001.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0013" REF.END="QE0013"/>1.</NO.PARAG><ALINEA>L-Ordni ta’ Investigazzjoni Ewropew (OIE) huwa deċiżjoni ġudizzjarja maħruġa jew validata minn awtorità ġudizzjarja ta’ Stat Membru […] sabiex waħda jew aktar miżuri investigattivi speċifiċi jiġu eżegwiti fi Stat Membru ieħor […] bil-ħsieb li jinkisbu provi f’konformità mad-dispożizzjonijiet ta’ din id-direttiva.</ALINEA><ALINEA>L-OIE jista’ jinħareġ ukoll biex jinkisbu provi li jkunu diġà fil-pussess tal-awtoritajiet kompetenti tal-Istat ta’ eżekuzzjoni.</ALINEA><ALINEA>[…]</ALINEA></PARAG><?PAGE NO="5"?><PARAG IDENTIFIER="001.004"><NO.PARAG>4.</NO.PARAG><ALINEA>Din id-Direttiva m’għandhiex ikollha l-effett li timmodifika l-obbligu tar-rispett għad-drittijiet fundamentali ul-prinċipji legali kif sanċiti fl-Artikolu 6 [TUE], inklużi d-drittijiet ta’ difiża ta’ persuni suġġetti għal proċedimenti kriminali, u kwalunkwe obbligu li jaqa’ fuq l-awtoritajiet ġudizzjarji f’dan ir-rigward ma għandux jiġi affettwat.<QUOT.END REF.START="QS0013" CODE="201D" ID="QE0013"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0017"><NO.P>17.</NO.P><TXT>L-Artikolu 5(1) ta’ din id-direttiva jindika li <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0014" REF.END="QE0014"/>[l]-OIE fil-forma stabbilita fl-Anness A għandu jitlesta, jiġi ffirmat, u l-kontenut tiegħu jiġi ċċertifikat bħala preċiż u korrett mill-awtorità emittenti<QUOT.END REF.START="QS0014" CODE="201D" ID="QE0014"/>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0018"><NO.P>18.</NO.P><TXT>L-Artikolu 6 ta’ din id-direttiva jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="006.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0015" REF.END="QE0015"/>1.</NO.PARAG><ALINEA><P>L-awtorità emittenti tista’ toħroġ OIE biss fejn tkun sodisfatta li ġew sodisfatti l-kondizzjonijiet li ġejjin:</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>(a)</NO.P><TXT>l-emissjoni tal-OIE tkun meħtieġa u proporzjonata għall-fini tal-proċedimenti msemmija fl-Artikolu 4 b’kont meħud tad-drittijiet tal-persuna suspettata jew akkużata; u</TXT></NP></ITEM></LIST><P>[…]</P></ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="006.002"><NO.PARAG>2.</NO.PARAG><ALINEA>Il-kondizzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 1 għandhom jiġu vvalutati mill-awtorità emittenti f’kull każ.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="006.003"><NO.PARAG>3.</NO.PARAG><ALINEA>Fejn l-awtorità ta’ eżekuzzjoni jkollha raġuni għalxiex temmen li l-kondizzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 1 ma ġewx sodisfatti, hija tista’ tikkonsulta lill-awtorità emittenti dwar l-importanza li l-OIE jiġi eżegwit. Wara dik il-konsultazzjoni, l-awtorità emittenti tista’ tiddeċiedi li tirtira l-OIE.<QUOT.END REF.START="QS0015" CODE="201D" ID="QE0015"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0019"><NO.P>19.</NO.P><TXT>L-Artikolu 11 tad-Direttiva 2014/41, fil-Kapitolu III, intitolat <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0016" REF.END="QE0016"/>Proċedura u Salvagwardji għall-Istat ta’ eżekuzzjoni<QUOT.END REF.START="QS0016" CODE="201D" ID="QE0016"/>, jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="011.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0017" REF.END="QE0017"/>1.</NO.PARAG><ALINEA><P>Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 1(4), ir-rikonoxximent jew l-eżekuzzjoni ta’ OIE jistgħu jiġu rifjutati fl-Istat ta’ eżekuzzjoni fejn:</P><P>[…]</P><P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>(f)</NO.P><TXT>ikun hemm raġunijiet sostantivi għalxiex jitwemmen li l-eżekuzzjoni ta’ miżura investigattiva indikata fl-OIE tkun inkompatibbli mal-obbligi tal-Istat ta’ eżekuzzjoni taħt l-Artikolu 6 [TUE] u l-Karta;</TXT></NP></ITEM></LIST></P><P>[…]</P></ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="011.004"><NO.PARAG>4.</NO.PARAG><ALINEA>Fil-każijiet imsemmija fil-punti (a), (b), (d), (e) u (f) tal-paragrafu 1 qabel ma jiġi deċiż li OIE ma jiġix rikonoxxut jew eżegwit, kompletament jew parzjalment, l-awtorità ta’ eżekuzzjoni għandha tikkonsulta lill-awtorità emittenti, bi kwalunkwe mezz adatt, u għandha, fejn ikun il-każ, titlob biex l-awtorità emittenti tipprovdi kwalunkwe informazzjoni meħtieġa mingħajr dewmien.</ALINEA><ALINEA>[…]<QUOT.END REF.START="QS0017" CODE="201D" ID="QE0017"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0020"><NO.P>20.</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 14 ta’ din id-direttiva:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="014.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0018" REF.END="QE0018"/>1.</NO.PARAG><ALINEA>L-Istati Membri għandhom jiżguraw li rimedji legali ekwivalenti għal dawk disponibbli f’każ domestiku simili jkunu applikabbli għall-miżuri investigattivi indikati fl-OIE.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="014.002"><NO.PARAG>2.</NO.PARAG><ALINEA>Ir-raġunijiet sostantivi għall-ħruġ tal-OIE jistgħu jiġu kkontestati biss f’rikors fl-Istat emittenti, mingħajr preġudizzju għall-garanziji tad-drittijiet fundamentali fl-Istat ta’ eżekuzzjoni.</ALINEA></PARAG><?PAGE NO="6"?><PARAG IDENTIFIER="014.003"><NO.PARAG>3.</NO.PARAG><ALINEA>Fejn dan ma jimminax il-ħtieġa li tiġi żgurata l-kunfidenzjalità ta’ investigazzjoni, taħt l-Artikolu 19(1), l-awtorità emittenti u l-awtorità ta’ eżekuzzjoni għandhom jieħdu l-miżuri adatti biex jiżguraw li tkun ipprovduta informazzjoni dwar il-possibbiltajiet disponibbli taħt il-liġi nazzjonali għal tfittxija tar-rimedji legali meta dawn isiru applikabbli u fiż-żmien tajjeb biex jippermetti l-eżerċizzju effettiv tagħhom.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="014.004"><NO.PARAG>4.</NO.PARAG><ALINEA>L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-iskadenzi għat-tfittxija ta’ rimedju legali jkunu l-istess bħal dawk previsti f’kawżi domestiċi simili u li jiġu applikati b’mod li jiggarantixxi l-possibbiltà tal-eżerċizzju effettiv ta’ dawn ir-rimedji legali għal-partijiet konċernati.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="014.005"><NO.PARAG>5.</NO.PARAG><ALINEA>L-awtorità emittenti u l-awtorità ta’ eżekuzzjoni għandhom jinfurmaw lil xulxin dwar ir-rimedji legali mitluba kontra l-ħruġ, ir-rikonoxximent jew l-eżekuzzjoni ta’ OIE.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="014.006"><NO.PARAG>6.</NO.PARAG><ALINEA>Kontestazzjoni legali ma għandhiex tissospendi l-eżekuzzjoni tal-miżura investigattiva, ħlief jekk ikollha dak l-effett f’kawżi domestiċi simili.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="014.007"><NO.PARAG>7.</NO.PARAG><ALINEA>L-Istat emittenti għandu jieħu kont ta’ kontestazzjoni li jkollha suċċess kontra r-rikonoxximent jew l-eżekuzzjoni ta’ OIE skont il-liġi nazzjonali. Mingħajr preġudizzju għar-regoli proċedurali nazzjonali, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li fi proċedimenti kriminali fl-Istat emittenti jkunu rispettati d-drittijiet tad-difiża u d-dritt għal proċedimenti ġusti meta ssir il-valutazzjoni tal-provi miksuba permezz tal-OIE.<QUOT.END REF.START="QS0018" CODE="201D" ID="QE0018"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0021"><NO.P>21.</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 24 ta’ din id-direttiva:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="024.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0019" REF.END="QE0019"/>1.</NO.PARAG><ALINEA>Fejn persuna tkun fit-territorju ta’ Stat ta’ eżekuzzjoni u jkun meħtieġ li din tinstema’ bħala xhieda jew esperta mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat emittenti, l-awtorità emittenti tista’ toħroġ OIE biex ix-xhieda jew l-esperta tinstema’ b’vidjokonferenza jew bi trażmissjoni awdjoviżiva oħra f’konformità mal-paragrafi 5 sa 7.</ALINEA><ALINEA>[…]</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="024.002"><NO.PARAG>2.</NO.PARAG><ALINEA><P>Flimkien mar-raġunijiet sabiex ma jingħatax ir-rikonoxximent jew ma ssirx l-eżekuzzjoni li huma msemmija fl-Artikolu 11, l-eżekuzzjoni ta’ OIE tista’ wkoll tiġi rifjutata jekk:</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>(a)</NO.P><TXT>il-persuna suspettata jew akkużata ma tagħtix kunsens; jew</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(b)</NO.P><TXT>l-eżekuzzjoni ta’ tali miżura investigattiva f’każ partikolari tmur kontra l-prinċipji fundamentali tal-liġi tal-Istat ta’ eżekuzzjoni.</TXT></NP></ITEM></LIST><P>[…]<QUOT.END REF.START="QS0019" CODE="201D" ID="QE0019"/></P></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0022"><NO.P>22.</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 34 (1) sa (3) tad-Direttiva 2014/41:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="034.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0020" REF.END="QE0020"/>1.</NO.PARAG><ALINEA><P>Mingħajr preġudizzju għall-applikazzjoni tagħhom bejn l-Istati Membri u Stati terzi u l-applikazzjoni temporanja tagħhom taħt l-Artikolu 35, din id-Direttiva tissostitwixxi, mill-<DATE ISO="20170522">22 ta’ Mejju 2017</DATE>, id-dispożizzjonijiet korrispondenti tal-konvenzjonijiet li ġejjin li japplikaw fir-relazzjonijiet bejn l-Istati Membri marbutin b’din id-Direttiva:</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>(a)</NO.P><TXT>il-Konvenzjoni Ewropea dwar assistenza legali reċiproka f’materji kriminali tal-Kunsill tal-Ewropa tal-<DATE ISO="19590420">20 ta’ April 1959</DATE> kif ukoll iż-żewġ protokolli addizzjonali tagħha, u l-ftehimiet bilaterali konklużi skont l-Artikolu 26 ta’ dik il-Konvenzjoni;</TXT></NP></ITEM><?PAGE NO="7"?><ITEM><NP><NO.P>(b)</NO.P><TXT>il-Konvenzjoni li timplimenta l-Ftehim ta’ Schengen[<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0007"><P>Il-Konvenzjoni li timplimenta l-Ftehim ta’ Schengen tal-<DATE ISO="19850614">14 ta’ Ġunju 1985</DATE> bejn il-Gvernijiet tal-Istati tal-Unjoni Ekonomika tal-Benelux, ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja u r-Repubblika Franċiża dwar it-tneħħija bil-mod ta’ kontrolli fil-fruntieri komuni tagħhom, iffirmata f’Schengen (il-Lussemburgu) fid-<DATE ISO="19900619">19 ta’ Ġunju 1990</DATE> (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti: Kapitolu 19, Vol. 2, p. 9).</P></NOTE>];</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(c)</NO.P><TXT>il-Konvenzjoni rigward assistenza legali reċiproka f’materji kriminali bejn l-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea u l-protokoll tagħha[<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0008"><P>Ara n-nota ta’ qiegħ il-paġna 2 ta’ dawn il-konklużjonijiet.</P></NOTE>]”.</TXT></NP></ITEM></LIST></ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="034.002"><NO.PARAG>2.</NO.PARAG><ALINEA>Id-Deċiżjoni Kwadru [2008/978] hija b’dan sostitwita għall-Istati Membri marbutin minn din id-Direttiva. Id-dispożizzjonijiet tad-Deċiżjoni Kwadru [2003/577] huma sostitwiti għall-Istati Membri kollha marbutin minn din id-Direttiva fir-rigward tal-iffriżar tal-evidenza.</ALINEA><ALINEA>Għall-Istati Membri marbutin b’din id-Direttiva, ir-referenzi għad-Deċiżjoni Kwadru [2008/978] u, fir-rigward tal-iffriżar tal-evidenza, għad-Deċiżjoni Kwadru [2003/577], għandhom jinftiehmu bħala referenzi għal din id-Direttiva.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="034.003"><NO.PARAG>3.</NO.PARAG><ALINEA>Addizzjonalment għal din id-Direttiva, l-Istati Membri jistgħu jikkonkludu jew ikomplu japplikaw ftehimiet jew arranġamenti bilaterali jew multilaterali ma’ Stati Membri oħra wara l-<DATE ISO="20170522">22 ta’ Mejju 2017</DATE> biss sakemm dawn jippermettu li l-għanijiet ta’ din id-Direttiva jkomplu jissaħħu u jikkontribwixxu biex jissimplifikaw jew jiffaċilitaw aktar il-proċeduri għall-ġbir ta’ provi u sakemm il-livell ta’ salvagwardji stabbiliti f’din id-Direttiva jiġi rispettat.<QUOT.END REF.START="QS0020" CODE="201D" ID="QE0020"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0023"><NO.P>23.</NO.P><TXT>L-Artikolu 36(1) ta’ din id-direttiva jindika li <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0021" REF.END="QE0021"/>[l]-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa sabiex jikkonformaw ma’ din id-Direttiva sal-<DATE ISO="20170522">22 ta’ Mejju 2017</DATE><QUOT.END REF.START="QS0021" CODE="201D" ID="QE0021"/>.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">B.</HT></HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Id-dritt Bulgaru</HT></HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0024"><NO.P>24.</NO.P><TXT>Konformement mal-Artikolu 160(1) tan-nakazatelno‑protsesualen kodeks (il-Kodiċi ta’ Proċedura Kriminali), it‑tfittxija u s-sekwestru jistgħu jiġu eżegwiti jekk jeżistu raġunijiet suffiċjenti sabiex jitwemmen li, f’post partikolari, jinsabu ċerti affarijiet (dokumenti, oġġetti, kompjuters u oħrajn) li jkun fihom informazzjoni rilevanti għall-proċedura.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0025"><NO.P>25.</NO.P><TXT>Bis-saħħa tal-Artikolu 107(2) tal-Kodiċi ta’ Proċedura Kriminali, moqri flimkien mal-Artikolu 13 ta’ dan il-kodiċi, is-smigħ ta’ xhud li ma jkunx instema’ qabel matul il-fażi preliminari tal-proċedura kriminali għandu jiġi eżegwit abbażi ta’ deċiżjoni ġudizzjarja. Fir-rigward tat-tfittxija u s-sekwestru, dawn għandhom jiġu eżegwiti matul il-fażi ġudizzjarja tal-proċedura bis-saħħa ta’ deċiżjoni ġudizzjarja.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0026"><NO.P>26.</NO.P><TXT>Id-deċiżjonijiet ġudizzjarji li jordnaw miżuri ta’ ġbir ta’ prova, bħalma huma t-tfittxija, is-sekwestru u s-smigħ ta’ xhud, ma jistgħux jiġu kkontestati la mill-partijiet fil-proċedura u lanqas mill-persuni kkonċernati b’dawn il-miżuri u ma huma suġġetti għal ebda kontroll.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0027"><NO.P>27.</NO.P><TXT>Ma huwa possibbli l-ebda kontroll indirett, jiġifieri kontroll imwettaq flimkien mas-sentenza kriminali, ta’ dawn id-deċiżjonijiet.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0028"><NO.P>28.</NO.P><TXT>L-ewwel nett, bis-saħħa tal-Artikolu 318 tal-Kodiċi ta’ Proċedura Kriminali, is-sentenza kriminali għandha tiġi vverifikata unikament abbażi ta’ rikors ippreżentat mill-prosekutur jew mill-akkużat. Il-persuni li l-postijiet tagħhom huma s-suġġett ta’ tfittxija jew li l-oġġetti tagħhom huma s-suġġetti ta’ sekwestru, minn naħa, u l-persuni li jinstemgħu bħala xhud, min-naħa l-oħra, ma għandhomx id-dritt li jitolbu, fl-istess żmien tal-verifika tas-sentenza kriminali, il-verifika tal-legalità tad-deċiżjoni ġudizzjarja intiża, rispettivament, sabiex teżegwixxi tfittxija jew sekwestru u sabiex tawtorizza s-smigħ.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="8"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0029"><NO.P>29.</NO.P><TXT>It-tieni nett, bis-saħħa tal-Artikolu 305 tal-Kodiċi ta’ Proċedura Kriminali, moqri flimkien mal-Artikolu 301 tal-istess kodiċi, id-deċiżjoni li jagħtu l-qrati li jiddeċiedu dwar il-mertu tirrigwarda biss il-ħtija tal-akkużat u mhux l-eżistenza jew le ta’ motivi li jiġġustifikaw il-ħruġ ta’ deċiżjoni ta’ tfittxija, ta’ sekwestru jew ta’ smigħ ta’ xhud. Fir-rigward tas-sentenza fit-tieni istanza, din tirrigwarda biss il-kwistjonijiet eżaminati fl-ewwel istanza. B’mod partikolari, il-qorti tat-tieni istanza għandha tivverifika l-mod li bih ġew eżegwiti l-miżuri investigattivi u, b’mod partikolari l-osservanza tar-regoli proċedurali mingħajr ma tikkontrolla n-natura suffiċjenti tar-raġunijiet tad-deċiżjoni li tordna l-miżuri investigattivi.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0030"><NO.P>30.</NO.P><TXT>L-Artikolu 2 taż-zakon za otgovornostta na darzhavata i obshtinite za vredi (il-Liġi dwar ir-Responsabbiltà tal-Istat u tal-Muniċipalitajiet għad-Danni Kkawżati)<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0009"><P>DV Nru 60, tal-<DATE ISO="19880805">5 ta’ Awwissu 1988</DATE>.</P></NOTE> jipprevedi l-ħlas ta’ kumpens f’każ ta’ danni li jirriżultaw minn ċerti atti ġudizzjarji indirizzati kontra l-akkużat meta jiġi stabbilit li dawn ma humiex legali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0031"><NO.P>31.</NO.P><TXT>L-atti li jinvolvu deċiżjoni intiżi sabiex jiġu eżegwiti tfittxija, sekwestru jew sabiex isir smigħ ta’ xhud ma humiex indirizzati kontra l-akkużat u lanqas ma huwa legalment possibbli li tiġi stabbilita l-illegalità tagħhom. Għalhekk, dawn l-ipoteżijiet ma jidhrux fil-każi fejn huwa dovut kumpens.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0032"><NO.P>32.</NO.P><TXT>Iż-zakon za evropeyskata zapoved za razsledvane (il-Liġi dwar l-Ordni ta’ Investigazzjoni Ewropea)<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0010"><P>DV Nru 16, tal-<DATE ISO="20180220">20 ta’ Frar 2018</DATE>.</P></NOTE> tittrasponi d-Direttiva 2014/41 fl-ordinament ġuridiku Bulgaru.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0033"><NO.P>33.</NO.P><TXT>Il-qorti tar-rinviju tippreċiża li, għalkemm l-Artikolu 18 tal-Liġi dwar l-Ordni ta’ Ivestigazzjoni Ewropea jipprevedi rimedji ġudizzjarji li jikkonċernaw l-eżekuzzjoni mill-awtoritajiet Bulgari ta’ ordni ta’ investigazzjoni Ewropea adottata mill-awtoritajiet ġudizzjarji ta’ Stat Membru ieħor, bil-kuntrarju, din il-liġi ma tipprevedix rimedji ġudiżżjarji fil-kuntest tal-proċedura tal-ħruġ ta’ tali deċiżjoni.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">III.</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Il-fatti tat-tilwima fil-kawża prinċipali u d-domandi preliminari</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0034"><NO.P>34.</NO.P><TXT>L-awtoritajiet ġudizzjarji Bulgari jakkużaw lil Ivan Dimov Gavanozov li mexxa organizzazzjoni kriminali, li kienet timplika wkoll tliet persuni oħra, bl-għan li jiġu evitati l-intaxxar u l-ħlas tat-taxxa fuq il-valur miżjud (VAT), billi tistabbilixxi u tuża dokumenti skorretti, kif ukoll tnaqqas b’mod irregolari l-VAT tal-input. B’mod partikolari, I. D. Gavanozov huwa akkużat li importa fil-Bulgarija, permezz ta’ kumpanniji fittizja, zokkor provenjenti minn Stati Membri oħra (akkwist intra-Komunitarju), fosthom ir-Repubblika Ċeka, mingħand fornitur, il-kumpannija X, irrappreżenta mix-xhud, Y, zokkor li mbagħad biegħ mingħajr dokumenti fis-suq intern, u dan mingħajr ma ġiet ikkalkolata u tħallset it-taxxa. Skont id-dokumenti fil-pussess tal-awtoritajiet ġudizzjarji, I. D. Gavanozov kien wettaq esportazzjoni ta’ zokkor permezz ta’ provvista intra-Komunitarja lejn ir-Rumanija. L-ammont tal-VAT li ma ġiex ikkalkolat u lanqas imħallas kien jammonta għal <FT TYPE="NUMBER">1128</FT> 664.49 lev Bulgaru (BGN) (EUR 577 085.85).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0035"><NO.P>35.</NO.P><TXT>Matul il-fażi preliminari tal-proċedura, ma ġiet adottata l-ebda miżura investigattiva intiża sabiex tiġbor il-provi la kontra l-kumpannija X u lanqas kontra x-xhud Y.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0036"><NO.P>36.</NO.P><TXT>Madankollu ġie stabbilit li kienu seħħew kuntatti personali u professjonali bejn I. D. Gavanozov u Y, kuntatti li tmexxew kemm permezz tal-għajnuna ta’ interpretu kif ukoll bl-Ingliż, billi dawn iż-żewġ persuni ma kinux jafu l-lingwa materna tal-ieħor. Madankollu, deher ukoll li I. D. Gavanozov kien iffirma kuntratt ta’ rappreżentanza esklużiva mal-kumpannija X, li tagħha x-xhud Y huwa r-rappreżentant, u dan il-kuntratt kien ifformulat biss bil-Bulgaru.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="9"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0037"><NO.P>37.</NO.P><TXT>Sabiex tippreċiża l-estensjoni tar-rapporti bejn I. D. Gavanozov u Y, il-qorti tar-rinviju, l-Ispetsializiran nakazatelen sad (il-Qorti Kriminali Speċjalizzata, il-Bulgarija), ordnat il-ġbir ta’ provi ġodda.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0038"><NO.P>38.</NO.P><TXT>Għalhekk, din iddeċidiet li teżegwixxi tfittxija u sekwestru fil-bini tal-kumpannija X sabiex tistabbilixxi jekk il-kuntratt prodott mix-xhud Y kienx jidher fost id-dokumenti ta’ din il-kumpannija u jekk jeżistux dokumenti stabbiliti b’rabta mal-eżekuzzjoni ta’ dan il-kuntratt. Hija ddeċidiet ukoll li teżegwixxi tfittxija u sekwestru fid-dar ta’ Y sabiex tistabbilixxi jekk dan iżommx dokumenti li jikkonċernaw l-attività inkriminata u li tisma’ lil dan ix-xhud permezz ta’ vidjokonferenza, billi dan ma xtaqx li jidher fil-Bulgarija sabiex jinstema’.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0039"><NO.P>39.</NO.P><TXT>Billi l-bini tal-kumpannija X u d-dar ta’ Y jinsabu fit-territorju tar-Repubblika Ċeka, il-qorti tar-rinviju ddeċidiet li toħroġ ordni ta’ investigazzjoni Ewropea intiża sabiex titlob lill-awtoritajiet ġudizzjarji Ċeki jwettqu dawn il-miżuri investigattivi.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0040"><NO.P>40.</NO.P><TXT>Fl-istadju tal-adozzjoni ta’ din id-deċiżjoni, il-qorti tar-rinviju tiddikjara li ltaqgħet ma’ diffikultajiet sabiex timla, fil-formola tal-ordni ta’ investigazzjoni Ewropea li tidher fl-Anness A tad-Direttiva 2014/41, is-sezzjoni J<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0011"><P>Iktar ’il quddiem is-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0022" REF.END="QE0022"/>sezzjoni J<QUOT.END REF.START="QS0022" CODE="201D" ID="QE0022"/>.</P></NOTE>, iddedikata għar-rimedji ġudizzjarji.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0041"><NO.P>41.</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, il-qorti tar-rinviju ppreċiżat fid-deċiżjoni tar-rinviju li d-dritt Bulgaru ma jipprevedi l-ebda rimedju ġudizzjarju kontra l-adozzjoni ta’ dawn il-miżuri investigattivi.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0042"><NO.P>42.</NO.P><TXT>Hija indikat ukoll li, fil-fehma tagħha, il-leġiżlazzjoni Bulgara ma hijiex konformi mal-Artikolu 14 tad-Direttiva 2014/41 u ma tissodisfax il-prinċipju ta’ effettività sa fejn il-persuni kkonċernati b’miżuri ta’ ġbir ta’ provi ma għandhom l-ebda rimedju kontra l-atti li jordnaw dawn il-miżuri.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0043"><NO.P>43.</NO.P><TXT>F’dawn iċ-ċirkustanzi, l-Ispetsializiran nakazatelen sad (il-Qorti Kriminali Speċjalizzata) iddeċidiet li tissospendi l-proċeduri quddiemha u li tagħmel lill-Qorti tal-Ġustizzja d-domandi preliminari li ġejjin:</TXT><QUOT.S LEVEL="1"><LIST TYPE="OTHER"><ITEM><NP><NO.P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0023" REF.END="QE0023"/>1)</NO.P><TXT>L-Artikolu 14 tad-Direttiva 2014/41/UE […] jipprekludi leġiżlazzjoni u ġurisprudenza nazzjonali li ma jippermettux, la permezz ta’ rikors dirett kontra d-deċiżjoni ġudizzjarja u lanqas permezz ta’ talba separata għad-danni, li jiġu kkontestati r-raġunijiet dwar il-mertu tad-deċiżjoni ġudizzjarja li toħroġ ordni ta’ investigazzjoni Ewropew intiż sabiex titwettaq tfittxija fi proprjetà immobbli residenzjali u fi proprjetà immobbli kummerċjali u sabiex jitwettaq sekwestru ta’ oġġetti partikolari, kif ukoll sabiex jinżamm smigħ ta’ xhieda?</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>2)</NO.P><TXT>L-Artikolu 14(2) tad-Direttiva [2014/41] jagħti, b’mod dirett u immedjat, lill-persuna kkonċernata d-dritt li tikkontesta d-deċiżjoni ġudizzjarja li toħroġ ordni ta’ investigazzjoni Ewropew, anki jekk id-dritt nazzjonali ma jipprevedix rimedju proċedurali f’dan is-sens?</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>3)</NO.P><TXT>Il-persuna li tkun is-suġġett ta’ akkuża kriminali hija, fid-dawl tal-Artikolu 14(2) moqri flimkien mal-Artikolu 6(1)(a) u mal-Artikolu 1(4) tad-Direttiva 2014/41, parti kkonċernata fis-sens tal-Artikolu 14(4) tal-istess direttiva, f’sitwazzjoni fejn il-miżura ta’ ġbir ta’ provi tkun tikkonċerna lil terz?</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>4)</NO.P><TXT>Il-persuna li tgħix fi jew li tuża proprjetà immobbli fejn jitwettqu t-tfittxija u s-sekwestru jew il-persuna li ser tinstema’ bħala xhud hija parti kkonċernata fis-sens tal-Artikolu 14(4), moqri flimkien mal-Artikolu 14(2) tad-Direttiva 2014/41?<QUOT.END REF.START="QS0023" CODE="201D" ID="QE0023"/></TXT></NP></ITEM></LIST></QUOT.S></NP.ECR></GR.SEQ><?PAGE NO="10"?><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">IV.</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">L-analiżi tiegħi</HT></TXT></NP></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">A.</HT></HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Fuq l-ammissibbiltà</HT></HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0044"><NO.P>44.</NO.P><TXT>Il-Gvern Ċek u l-Gvern Awstrijak qajmu, espressament u impliċitament, l-inammissibbiltà tad-domandi preliminari għar-raġuni li peress li d-digriet tar-rinviju nħareġ meta skada t-terminu għat-traspożizzjoni tad-Direttiva 2014/41, din tal-aħħar ma kinitx għadha ġiet trasposta fir-Repubblika Ċeka u lanqas fir-Repubblika tal-Bulgarija u li l-applikazzjoni diretta ta’ din id-direttiva ma hijiex possibbli.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0045"><NO.P>45.</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, ninnota, l-ewwel nett li billi d-digriet tar-rinviju huwa ddatat it-<DATE ISO="20170523">23 ta’ Mejju 2017</DATE>, huwa posterjuri għall-iskadenza tat-terminu tat-traspożizzjoni tad-Direttiva 2014/41 iffissat fl-Artikolu 36(1) tagħha għat-<DATE ISO="20170522">22 ta’ Mejju 2017</DATE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0046"><NO.P>46.</NO.P><TXT>Sussegwentement, id-Direttiva 2014/41 ġiet trasposta kemm fir-Repubblika tal-Bulgarija kif ukoll fir-Repubblika Ċeka matul il-proċedura quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja. Għalhekk, il-qorti tar-rinviju bagħtet lill-Qorti tal-Ġustizzja, matul il-proċedura quddiemha, kopja tal-liġi ta’ traspożizzjoni kif ukoll ittra ta’ akkumpanjament. Barra minn hekk, wara l-iskadenza tat-terminu ta’ traspożizzjoni, ir-Repubblika Ċeka kkomunikat lill-Kummissjoni Ewropea l-miżuri ta’ traspożizzjoni tad-Direttiva 2014/41<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0012"><P>Id-dettalji ta’ dawn il-miżuri jistgħu jiġu kkonsultati fuq l-indirizz tal-internet li ġej: https://eur-lex.europa.eu/legal-content/EN/NIM/?uri=celex:32014L0041.</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0047"><NO.P>47.</NO.P><TXT>Fl-aħħar nett, l-interpretazzjoni mitluba mill-qorti tar-rinviju hija mhux biss rilevanti, imma wkoll neċessarja għal din tal-aħħar.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0048"><NO.P>48.</NO.P><TXT>Fil-fatt, il-miżuri ta’ tfittxija, ta’ sekwestru u ta’ smigħ tax-xhud Y previsti mill-qorti tar-rinviju jirrigwardaw proċedura pendenti fil-Bulgarija u intiża sabiex tiddetermina jekk I. D. Gavanozov effettivament wettaqx frodi tal-VAT.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0049"><NO.P>49.</NO.P><TXT>Barra minn hekk, id-domandi preliminari li saru lill-Qorti tal-Ġustizzja jirrigwardaw dispożizzjoni tad-dritt tal-Unjoni u, sa fejn huma ser jippermettu lill-qorti tar-rinviju tiddetermina kif timtela s-sezzjoni J, huma jirrispondu għal bżonn oġġettiv espress minnha.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0050"><NO.P>50.</NO.P><TXT>Minn dan isegwi li d-domandi preliminari huma, fil-fehma tiegħi, ammissibbli.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">B.</HT></HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Fuq il-mertu</HT></HT></TXT></NP></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="ITALIC">1.</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="ITALIC">Fuq l-ewwel domanda preliminari</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0051"><NO.P>51.</NO.P><TXT>Permezz tal-ewwel domanda tagħha, il-qorti tar-rinviju tistaqsi, essenzjalment, lill-Qorti tal-Ġustizzja jekk l-Artikolu 14 tad-Direttiva 2014/41 għandux jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi leġiżlazzjoni nazzjonali li ma tipprevedi l-ebda rimedju ġudizzjarju li jippermetti li jiġu kkontestati r-raġunijiet sostantivi li wasslu għall-ħruġ ta’ ordni ta’ investigazzjoni Ewropea li għandu l-iskop li jitwettqu tfittxija, sekwestru ta’ ċerti oġġetti u l-organizzazzjoni ta’ smigħ ta’ xhud.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0052"><NO.P>52.</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, għandu jiġi kkonstatat li r-rekwiżiti ta’ din id-direttiva fil-qasam ta’ rimedji ġudizzjarji juru li, għal-leġiżlatur tal-Unjoni, tali rimedji ġudizzjarji għandhom neċessarjament jiġu previsti mill-Istati Membri.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="11"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0053"><NO.P>53.</NO.P><TXT>Għalhekk, mill-Artikolu 13(2) ta’ din id-direttiva, li jipprovdi li <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0024" REF.END="QE0024"/>[t]-trasferiment tal-provi jista’ jiġi sospiż, sa meta toħroġ id-deċiżjoni rigward rimedju legali […]<QUOT.END REF.START="QS0024" CODE="201D" ID="QE0024"/>, jirriżulta li l-eżistenza ta’ rimedju hija ampjament prevista minn dan il-leġiżlatur.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0054"><NO.P>54.</NO.P><TXT>Iktar minn hekk, billi jirrikjedi fl-Artikolu 14(1) tad-Direttiva 2014/41 li <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0025" REF.END="QE0025"/>rimedji legali ekwivalenti għal dawk disponibbli f’każ domestiku simili jkunu applikabbli għall-miżuri investigattivi indikati fl-OIE<QUOT.END REF.START="QS0025" CODE="201D" ID="QE0025"/>, huwa ċar, fil-fehma tiegħi, li kuntrarjament għal dak li jsostni l-Gvern Ċek, il-leġiżlatur tal-Unjoni ppresuppona l-eżistenza ta’ rimedju legali kontra miżuri investigattivi fil-kuntest tal-proċeduri nazzjonali<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0013"><P>Jidhirli li din il-pożizzjoni hija kondiviża mill-Gvern Awstrijak u mill-Kummissjoni.</P></NOTE> u impona fuq l-Istati Membri li jipprevedu, fil-materja ta’ ordni ta’ investigazzjoni Ewropea, rimedji ġudizzjarji ekwivalenti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0055"><NO.P>55.</NO.P><TXT>Għalhekk, għalkemm l-Artikolu 14(1) ta’ din id-direttiva ma jobbligax lill-Istati Membri jipprevedu rimedji ġudizzjarji supplimentari fir-rigward ta’ dawk eżistenti fil-kuntest ta’ proċedura nazzjonali simili<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0014"><P>Ninnota madankollu li, taħt il-premessa 22 ta’ din id-direttiva, l-Istati Membri għandhom il-possibbiltà li jipprevedu rimedji ġudizzjarji supplimentari sabiex tiġi kkontestata ordni ta’ investigazzjoni Ewropea.</P></NOTE>, din id-dispożizzjoni tobbligahom, tal-inqas u permezz ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0026" REF.END="QE0026"/>logħba b’effett ta’ mera<QUOT.END REF.START="QS0026" CODE="201D" ID="QE0026"/>, li jistabbilixxu rimedji ġudizzjarji applikabbli għall-miżuri investigattivi indikati f’ordni ta’ investigazzjoni Ewropea li jkunu ekwivalenti għal dawk offruti fil-kuntest ta’ proċedura nazzjonali simili<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0015"><P>Din l-interpretazzjoni hija kkorroborata mill-premessa 22 tad-Direttiva 2014/41, li, konformement mal-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja, tista’ tippreċiża l-kontenut ta’ din id-direttiva (ara s-sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20150611">11 ta’ Ġunju 2015</DATE>, <NAME.CASE>Zh. u O</NAME.CASE>. (<NO.CASE>C‑554/13</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2015:377">EU:C:2015:377</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0042">42</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>)). Minn dan jirriżulta, fil-fehma tiegħi, li, għalkemm din id-direttiva tobbliga lill-Istati Membri li jipprevedu rimedji ġudizzjarji ekwivalenti għal dawk previsti fir-rigward ta’ miżuri interni simili, hija ma tippreġudikax, fil-prinċipju u bla ħsara għall-osservanza tal-prinċipju ta’ effettività, il-kompetenza tal-Istati Membri li jimplimentaw tali rimedji ġudizzjarji għall-miżuri investigattivi li jippreġudikaw dritt fundamentali.</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0056"><NO.P>56.</NO.P><TXT>Din l-interpretazzjoni tad-Direttiva 2014/41 hija, fil-fehma tiegħi, saħansitra iktar iġġustifikata għaliex, fil-kuntest ta’ investigazzjoni kriminali, il-miżuri investigattivi, ordnati mill-awtoritajiet kompetenti bl-għan leġittimu li jiġbru provi, jistgħu jkunu intrużivi u jiksru d-drittijiet fundamentali tal-persuni milquta rrikonoxxuti, b’mod partikolari, mill-Karta. Barra minn hekk, b’teħid inkunsiderazzjoni tal-karatteristiċi tas-sanzjonijiet kriminali, il-proċess li jwassal għal dawn is-sanzjonijiet għandu, kollu kemm hu, neċessarjament ikun iċċirkondat minn garanziji speċifiċi sabiex id-drittijiet fundamentali tal-persuni involuti fil-proċedura jkunu rrispettati<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0016"><P>Ara Hagueneau-Moizard, C., F. Gazin, u J. Leblois-Happe, <HT TYPE="ITALIC">Les fondements du droit pénal européen</HT>, Larcier, Brussell, 2015, p. 55.</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0057"><NO.P>57.</NO.P><TXT>Konsegwentement, in-neċessità ta’ stħarriġ ġudizzjarju effettiv intiż sabiex jiżgura r-rispett tad-drittijiet fundamentali mill-qrati nazzjonali<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0017"><P>F’dan ir-rigward, infakkar li, skont il-Qorti tal-Ġustizzja, għandhom ikunu b’mod partikolari l-qrati nazzjonali li għandhom jiggarantixxu l-applikazzjoni sħiħa tad-dritt tal-Unjoni fl-Istati Membri kollha kif ukoll il-protezzjoni ġudizzjarja tad-drittijiet li l-individwi jgawdu taħt dan id-dritt (ara s-sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20180725">25 ta’ Lulju 2018</DATE>, <NAME.CASE>Minister for Justice and Equality (Nuqqasijiet fis-sistema ġudizzjarja)</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑216/18 PPU</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2018:586">EU:C:2018:586</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0050">50</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata)).</P></NOTE>, enfasizzata ħafna drabi<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0018"><P>Nirreferi, f’dan ir-rigward, għall-premessa 12 kif ukoll għall-Artikolu 1(4) tad-Direttiva 2014/41. Dan ir-rekwiżit għandu jiġi distint mill-obbligu impost fuq l-Unjoni li tirrispetta d-drittijiet fundamentali meta hija timplimenta l-kompetenza kriminali mogħtija mit-Trattat.</P></NOTE>, hija iktar u iktar importanti fil-kuntest tal-kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji kriminali u l-possibbiltà li jiġu kkontestati r-raġunijiet sostantivi li jwasslu għal ordni ta’ investigazzjoni Ewropea għandha, għalhekk, importanza kbira ħafna.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0058"><NO.P>58.</NO.P><TXT>Fl-aħħar nett, din l-interpretazzjoni ma titqigħedx fid-dubju mill-fatt li l-miżuri ta’ ġbir ta’ provi jolqtu lil terz li għandu l-istatus ta’ xhud.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0059"><NO.P>59.</NO.P><TXT>Fil-fatt, għandu jiġi kkonstatat li, fl-Artikolu 1(4) tad-Direttiva 2014/41, il-leġiżlatur tal-Unjoni ma llimitax l-obbligu tar-rispett tad-drittijiet fundamentali għad-drittijiet tad-difiża tal-persuni suġġetti għal proċedura kriminali.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="12"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0060"><NO.P>60.</NO.P><TXT>Barra minn hekk, għalkemm ċerti dispożizzjonijiet ta’ din id-direttiva bħalma huma l-Artikolu 6(1)(a) jenfasizzaw id-drittijiet tal-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0027" REF.END="QE0027"/>persuna suspettata jew akkużata<QUOT.END REF.START="QS0027" CODE="201D" ID="QE0027"/>, dispożizzjonijiet oħra ta’ din id-direttiva, fosthom, b’mod partikolari, l-Artikolu 5(1)(c), l-Artikolu 13(2) kif ukoll l-Artikoli 14 u 22 jirreferu għall-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0028" REF.END="QE0028"/>persuna kkonċernata<QUOT.END REF.START="QS0028" CODE="201D" ID="QE0028"/>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0061"><NO.P>61.</NO.P><TXT>Barra minn hekk, l-Artikolu 11(1)(f) tad-Direttiva 2014/41, moqri fid-dawl tal-premessa 19 tagħha, u l-Artikolu 14 ta’ dan l-att jipprovdu li l-garanziji stabbiliti mil-leġiżlatur tal-Unjoni, f’termini ta’ rimedji ġudizzjarji jew ta’ raġunijiet għal nuqqas ta’ eżekuzzjoni jew għal nuqqas ta’ rikonoxximent, huma stabbiliti għall-benefiċċju tal-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0029" REF.END="QE0029"/>persuna kkonċernata<QUOT.END REF.START="QS0029" CODE="201D" ID="QE0029"/>, u mhux għall-benefiċċju tal-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0030" REF.END="QE0030"/>persuna suspettata<QUOT.END REF.START="QS0030" CODE="201D" ID="QE0030"/> jew tal-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0031" REF.END="QE0031"/>persuna akkużata<QUOT.END REF.START="QS0031" CODE="201D" ID="QE0031"/>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0062"><NO.P>62.</NO.P><TXT>Issa, l-użu ta’ espressjonijiet differenti huwa, fil-fehma tiegħi, ’il bogħod minn wieħed trivjali, speċjalment peress li, fil-kuntest tad-Direttiva 2014/41, il-miżuri investigattivi msemmija f’ordni ta’ investigazzjoni Ewropea jistgħu jikkonċernaw kemm il-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0032" REF.END="QE0032"/>persuna suspettata<QUOT.END REF.START="QS0032" CODE="201D" ID="QE0032"/> jew <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0033" REF.END="QE0033"/>il-persuna akkużata<QUOT.END REF.START="QS0033" CODE="201D" ID="QE0033"/> kif ukoll terzi u, għalhekk, jiksru d-drittijiet tagħhom.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0063"><NO.P>63.</NO.P><TXT>Fil-kuntest tal-investigazzjoni fil-kawża prinċipali kontra I. D. Gavanozov, Y huwa xhud, imma huwa kkonċernat bil-miżuri investigattivi previsti, intiżi sabiex jiġbru l-provi kontra I. D. Gavanozov. Hekk, it-tfittxija u s-sekwestru ser jiġu eżegwiti fid-dar tiegħu u huwa sejjer jinstema’.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0064"><NO.P>64.</NO.P><TXT>Minn dan isegwi li l-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0034" REF.END="QE0034"/>persuna kkonċernata<QUOT.END REF.START="QS0034" CODE="201D" ID="QE0034"/> fis-sens tad-Direttiva 2014/41 jirreferi wkoll għal xhud, bħalma huwa Y, li huwa s-suġġett ta’ miżuri investigattivi mitluba f’ordni ta’ investigazzjoni Ewropea.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0065"><NO.P>65.</NO.P><TXT>Issa, mill-espożizzjoni tad-dritt nazzjonali u l-kundanni repetuti tar-Repubblika tal-Bulgarija mill-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem, enfasizzati fid-deċiżjoni tar-rinviju<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0019"><P>Fid-digriet tar-rinviju, wara l-espożizzjoni tad-dritt nazzjonali, huwa ppreċiżat li, wara s-sentenzi tal-KEDB, tas-<DATE ISO="20070726">26 ta’ Lulju 2007</DATE>, Peev vs Il-Bulgarija (CE:ECHR:2007:0726JUD006420901), u tat-<DATE ISO="20080522">22 ta’ Mejju 2008</DATE>, Iliya Stefanov vs Il-Bulgarija (CE:ECHR:2008:0522JUD006575501), ir-Repubblika tal-Bulgarija impenjat ruħha li temenda d-dritt nazzjonali sabiex tippermetti stħarriġ ġudizzjarju <HT TYPE="ITALIC">a posteriori</HT> tal-att ġudizzjaru intiż sabiex jeżegwixxi tfittxija u sekwestru, stħarriġ istigat mill-persuni kkonċernati bit-tfittxija u s-sekwestru. Jirriżulta wkoll mid-digriet tar-rinviju li dawn l-emendi tad-dritt Bulgaru għadhom ma ġewx adottati.</P></NOTE>, jirriżulta li d-dritt Bulgaru ma jipprovdi l-ebda rimedju ġudizzjarju li jippermetti lil xhud jikkontesta r-raġunijiet sostantivi ta’ miżuri investigattivi fil-kuntest ta’ proċeduri nazzjonali, bħalma huma tfittxija u sekwestru, lanqas li jikseb, b’mod effettiv, kwalunkwe kumpens fil-kuntest ta’ rikors għad-danni<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0020"><P>Huwa veru li l-possibbiltà ta’ kontestazzjoni tar-raġunijiet sostantivi ta’ miżuri investigattivi f’materja kriminali hija differenti mill-possibbiltà li jintalab kumpens għal dannu kkawżat minn miżuri bħal dawn. Madankollu, mill-ġurisprudenza tal-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem jirriżulta li l-possibbiltà li jinkiseb kumpens fl-ipoteżi fejn tfittxija jew sekwestru jkunu ġew deċiżi jew eżegwiti illegalment tifforma parti integrali mid-dritt għal rimedju legali effettiv fis-sens tal-Artikolu 13 tal-KEDB. Fir-rigward tal-analiżi tad-dritt Bulgaru, ir-rwol u l-importanza tar-rikors għad-danni ma għandhomx jiġu sottovalutati għaliex, kif enfasizzat il-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem, fl-assenza ta’ rimedju li jippermetti l-kontestazzjoni tal-legalità tat-tfittxijiet u tas-sekwestri eżegwiti, il-possibbiltà ta’ rikors għad-danni hija primordjali (QEDB, <DATE ISO="20080522">22 ta’ Mejju 2008</DATE>, Iliya Stefanov vs Il-Bulgarija (CE:ECHR:2008:0522JUD006575501, § 59), u <DATE ISO="20170119">19 ta’ Jannar 2017</DATE>, Posevini vs Il-Bulgarija (CE:ECHR:2017:0119JUD006363814, § 84)).</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0066"><NO.P>66.</NO.P><TXT>Barra minn hekk, skont l-indikazzjonijiet ipprovduti mill-qorti tar-rinviju<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0021"><P>Hekk, permezz ta’ ittra, il-qorti tar-rinviju informat lill-Qorti tal-Ġustizzja bit-traspożizzjoni ta’ din id-direttiva u indikatilha espressament f’dan ir-rigward li, għalkemm l-Artikolu 18 tal-Liġi dwar l-Ordni ta’ Investigazzjoni Ewropea iipprevedi rimedju ġudizzjarju li jikkonċerna l-eżekuzzjoni mill-awtoritajiet Bulgari ta’ ordni ta’ investigazzjoni Ewropea adottat mill-awtoritajiet ġudizzjarji ta’ Stat Membru ieħor, din il-liġi ma tipprevedix rimedju ġudizzjarju fil-kuntest tal-proċedura ta’ ħruġ ta’ ordni bħal dan.</P></NOTE>, it-traspożizzjoni fid-dritt Bulgaru tad-Direttiva 2014/41 ma introduċietx il-possibbiltà għal xhud, bħalma huwa Y, milqut minn tfittxija, sekwestru u smigħ, li jikkontesta r-raġunijiet sostantivi li wasslu għal dawn il-miżuri investigattivi.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0067"><NO.P>67.</NO.P><TXT>Fl-opinjoni tiegħi, għandhom jinsiltu żewġ konklużjonijiet minn dawn il-kunsiderazzjonijiet kollha.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0068"><NO.P>68.</NO.P><TXT>Fl-ewwel lok, niddeduċi minn dan li l-leġiżlazzjoni Bulgara ma hijiex konformi mal-Artikolu 14 tad-Direttiva 2014/41.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="13"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0069"><NO.P>69.</NO.P><TXT>Fit-tieni lok, din id-dispożizzjoni, moqrija fid-dawl tad-drittijiet fundamentali, tipprekludi li awtorità, f’dan il-każ Bulgara, tkun tista’ toħroġ talba għal ordni ta’ investigazzjoni Ewropea.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0070"><NO.P>70.</NO.P><TXT>Fil-fatt, peress li d-Direttiva 2014/41 tipprevedi garanziji<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0022"><P>Il-possibbiltà ta’ kontestazzjoni tar-raġunijiet sostantivi li jwasslu għall-ħruġ ta’ ordni ta’ investigazzjoni Ewropea rrikonoxxuta mill-Artikolu 14 tad-Direttiva 2014/41 u, b’mod iktar wiesa’, il-garanziji previsti minn din id-dispożizzjoni ma humiex l-uniċi garanziji stabbiliti mil-leġiżlatur tal-Unjoni. Għalhekk, il-fatt li, mid-definizzjoni stess, ordni ta’ investigazzjoni Ewropea hija deċiżjoni ġudizzjarja li tkun inħarġet jew ġiet ivvalidata minn awtorità ġudizzjarja ta’ Stat Membru jikkostitwixxi garanzija fih innifsu. Barra minn hekk, l-Artikolu 1(3) ta’ din id-direttiva jipprevedi li, fil-kuntest tad-drittijiet tad-difiża, persuna suspettata jew akkużata tista’ titlob il-ħruġ ta’ ordni ta’ investigazzjoni Ewropea. Barra minn hekk, għalkemm l-Artikolu 1(4) ta’ din id-direttiva jfakkar li din ma għandhiex l-effett li timmodifika l-obbligu tar-rispett tad-drittijiet fundamentali, diversi obbligi li huma imposti kemm fuq l-Istat emittenti kif ukoll fuq l-Istat ta’ eżekuzzjoni għandhom l-għan li jiggarantixxu r-rispett tad-drittijiet fundamentali. B’mod partikolari, l-Artikolu 6(1)(a) tad-Direttiva 2014/41 jippreċiża li ordni ta’ investigazzjoni tista’ tinħareġ biss jekk tkun meħtieġa u proporzjonata għall-iskop tal-proċedimenti li fihom tista’ tittieħed, b’teħid inkunsiderazzjoni tad-drittijiet tal-persuna suspettata jew akkużata. Bis-saħħa tal-Artikolu 6(3) ta’ din id-direttiva, meta l-awtorità ta’ eżekuzzjoni jkollha raġuni għalxiex temmen li din il-kundizzjoni ma ġietx issodisfatta, hija tista’ tikkonsulta lill-awtorità emittenti dwar l-importanza li l-ordni ta’ investigazzjoni Ewropea tiġi eżegwita. Wara dik il-konsultazzjoni, l-awtorità emittenti tista’ tiddeċiedi li tirtira l-ordni ta’ investigazzjoni Ewropea. Fl-aħħar nett, bis-saħħa tal-Artikolu 11 ta’ din id-direttiva, l-Istat ta’ eżekuzzjoni jista’ jirrifjuta r-rikonoxximent jew l-eżekuzzjoni ta’ ordni ta’ investigazzjoni għal raġunijiet differenti, fosthom jekk imur kontra l-prinċipju <HT TYPE="ITALIC">non bis in idem</HT> jew l-osservanza tal-obbligi ta’ dan l-Istat fil-qasam tad-drittijiet fundamentali.</P></NOTE>, bħalma huwa rimedju legali li jippermetti l-kontestazzjoni tar-raġunijiet sostantivi li wasslu għall-miżuri investigattivi msemmija f’ordni ta’ investigazzjoni Ewropea, fl-assenza ta’ dawn il-garanziji, il-mekkaniżmu tal-ordni ta’ investigazzjoni Ewropea ma jistax jiġi ngaġġat.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0071"><NO.P>71.</NO.P><TXT>Din il-pożizzjoni tirriżulta, l-ewwel nett, mill-interpretazzjoni tas-sezzjoni J.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0072"><NO.P>72.</NO.P><TXT>Minkejja diverġenzi bejn id-diversi verżjonijiet lingwistiċi ta’ din is-sezzjoni J<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0023"><P>Il-verżjoni bil-lingwa Franċiża tas-sezzjoni J tippreċiża: <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0035" REF.END="QE0035"/>Veuillez indiquer si un recours a déjà été formé contre l’émission d’<HT TYPE="ITALIC">une</HT> décision d’enquête européenne […]<QUOT.END REF.START="QS0035" CODE="201D" ID="QE0035"/>. Bl-istess mod, il-verżjoni bil-lingwa Ingliża tindika: <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0036" REF.END="QE0036"/>Please indicate if a legal remedy has already been sought against the issuing of <HT TYPE="ITALIC">an</HT> EIO […]<QUOT.END REF.START="QS0036" CODE="201D" ID="QE0036"/>. Min-naħa l-oħra, mill-verżjoni bil-lingwa Spanjola tas-sezzjoni J jirriżulta li <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0037" REF.END="QE0037"/>Sírvase indicar si ya se ha interpuesto algún recurso contra la emisión de <HT TYPE="ITALIC">la</HT> OEI […]<QUOT.END REF.START="QS0037" CODE="201D" ID="QE0037"/>. (enfasi miżjuda minni).</P></NOTE>, inqis li din, interpretata fid-dawl tal-istruttura u tal-għan tad-Direttiva 2014/41<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0024"><P>Ara s-sentenza tad-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20150429">29 ta’ April 2015</DATE>, <NAME.CASE>Léger</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑528/13</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2015:288">EU:C:2015:288</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0035">35</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>, tirrikjedi, skont il-paragrafu 1 tagħha, li l-awtorità emittenti tindika lill-omologa tagħha fl-Istat ta’ eżekuzzjoni jekk ġiex ippreżentat rikors kontra l-ħruġ tal-ordni ta’ investigazzjoni Ewropea msemmi fil-formola li tidher fl-Anness A ta’ din id-direttiva u, skont il-paragrafu 2 tagħha, li hija tipprovdi l-informazzjoni dwar ir-rimedji ġudizzjarji kif ukoll il-possibbiltajiet ta’ assistenza fl-Istat emittenti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0073"><NO.P>73.</NO.P><TXT>Dwar dan il-punt, minn naħa, ninnota li l-utilità għall-Istat ta’ eżekuzzjoni tal-informazzjoni dwar jekk ikunx diġà ġie ppreżentat rikors kontra ordni ta’ investigazzjoni Ewropea, fis-sens ta’ kwalunkwe ordni ta’ investigazzjoni Ewropea, fl-Istat emittenti għalija tidher li hija bogħod minn evidenti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0074"><NO.P>74.</NO.P><TXT>Min-naħa l-oħra, fil-każ ta’ miżura investigattiva li ma teħtieġx kunfidenzjalità<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0025"><P>Kuntrarjament, pereżempju, għall-miżuri ta’ sekwestru jew ta’ tfittxija, li, sabiex ikunu effettivi, jirrikjedu effett ta’ sorpiża u għandhom jibqgħu kunfidenzjali qabel ma jiġu eżegwiti.</P></NOTE>, eventwali rimedju kontra l-ordni ta’ investigazzjoni Ewropea jikkostitwixxi informazzjoni importanti għall-Istat ta’ eżekuzzjoni inkwantu s-suċċess ta’ dan ir-rimedju jista’ jimmina din il-miżura investigattiva.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0075"><NO.P>75.</NO.P><TXT>Min-naħa l-oħra, is-sezzjoni J(2) moqrija flimkien mal-Artikolu 14(2) tad-Direttiva 2014/41, timplika li l-awtoritajiet tal-Istat ta’ eżekuzzjoni jistgħu javżaw lill-persuna milquta bil-miżuri investigattivi bil-possibbiltà li jikkontesta r-raġunijiet sostantivi li wasslu għall-ħruġ tal-ordni ta’ investigazzjoni Ewropea fl-Istat emittenti u, jekk ikun il-każ, jipprovdulu informazzjoni dwar l-assistenza legali jew lingwistika li minnha huwa jista’ jibbenefika f’dan l-Istat<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0026"><P>Dan l-obbligu ta’ informazzjoni impost fuq l-Istati Membri huwa wkoll espress fil-premessa 22 tad-Direttiva 2014/41.</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0076"><NO.P>76.</NO.P><TXT>Barra minn hekk, in-neċessità li fis-sezzjoni J(2) tingħata l-informazzjoni dwar ir-rimedji ġudizzjarji fl-Istat emittenti hija wkoll garanzija tal-effettività tar-raġunijiet ta’ nuqqas ta’ rikonoxximent jew nuqqas ta’ eżekuzzjoni tal-ordnijiet ta’ investigazzjoni Ewropea u, b’mod partikolari, tar-raġuni ddikjarata fl-Artikolu 11(1)(f) ta’ din id-direttiva.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="14"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0077"><NO.P>77.</NO.P><TXT>Imma fl-assenza ta’ rimedji ġudizzjarji previsti fl-Istat emittenti, il-formola li tidher fl-Anness A ta’ din id-direttiva ma tista’ timtela, il-kuntest komplet tal-ordni ta’ investigazzjoni Ewropea ma jistax jiġi pprovdut<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0027"><P>Nenfasizza fuq dan il-punt li, skont l-Artikolu 5(1) tad-Direttiva 2014/41, l-ordni ta’ investigazzjoni Ewropea prevista fil-formola li tidher fl-Anness A għandha timtela, tiġi ffirmata, u l-kontenut tagħha ċċertifikat bħala eżatt u korrett mill-awtorità emittenti. Barra minn hekk, skont l-Artikolu 16(2)(a) ta’ din id-direttiva, l-awtorità ta’ eżekuzzjoni għandha tinforma lill-awtorità emittenti, immedjatament u b’kull mezz disponibbli, bil-fatt li huwa impossibbli li tieħu deċiżjoni fuq ir-rikonoxximent jew l-eżekuzzjoni minħabba l-fatt li l-formola prevista fl-Anness A hija inkompleta jew manifestament skorretta. Isegwi minn dan li l-formola li tidher fl-Anness A ta’ din id-direttiva tifformalizza l-ordni ta’ investigazzjoni Ewropea u li l-informazzjoni li hija rikjesta għandha l-għan li tinforma lill-Istat ta’ eżekuzzjoni dwar il-miżuri investigattivi mitluba, l-investigazzjoni li minnha jiffurmaw parti, kif ukoll dwar l-ambjent legali tagħhom.</P></NOTE> u dan l-ordni la jista’ jiġi fformulat u lanqas, <HT TYPE="ITALIC">a fortiori</HT>, jirnexxi.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0078"><NO.P>78.</NO.P><TXT>It-tieni nett, il-leġiżlazzjoni Bulgara u n-nuqqas ta’ protezzjoni tad-drittijiet fundamentali li hija twassal għalih jimpedixxu l-applikazzjoni tal-mekkaniżmu tar-rikonoxximent reċiproku li huwa ċentrali għall-ordni ta’ investigazzjoni Ewropea.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0079"><NO.P>79.</NO.P><TXT>Ir-rikonoxximent reċiproku huwa bbażat fuq il-premessa tal-eżistenza, bejn l-Istati Membri, ta’ fiduċja reċiproka mifhuma bħala <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0038" REF.END="QE0038"/>iċ-ċertezza li ċ-ċittadini Ewropej kollha għandhom aċċess għal sistema ġudizzjarja li tissodisfa r-rekwiżiti tal-ogħla kwalità<QUOT.END REF.START="QS0038" CODE="201D" ID="QE0038"/><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0028"><P>Ara programme de La Haye: renforcer la liberté, la sécurité et la justice dans l’Union européenne (il-Programm ta’ Den Haag: Tisħiħ tal-Libertà, is-Sigurtà u l-Ġustizzja fl-Unjoni Ewropea) (<REF.DOC.OJ COLL="C" NO.OJ="053" PAGE.FIRST="1" DATE.PUB="2005">ĠU 2005, C 53, p. 1</REF.DOC.OJ>) (parti III, punt 3.2.). Ara, ukoll, is-sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20180725">25 ta’ Lulju 2018</DATE>, <NAME.CASE>Minister for Justice and Equality (Nuqqasijiet fis-sistema ġudizzjarja)</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑216/18 PPU</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2018:586">EU:C:2018:586</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0035">35</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</P></NOTE> [traduzzjoni mhux uffiċjali]. Konsegwentement, hija teżiġi li l-Istati Membri jqisu, ħlief f’ċirkustanzi eċċezzjonali, li l-Istati Membri l-oħra kollha jirrispettaw id-drittijiet fundamentali rrikonoxxuti mid-dritt tal-Unjoni<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0029"><P>Ara s-sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20180725">25 ta’ Lulju 2018</DATE>, <NAME.CASE>Minister for Justice and Equality (Nuqqasijiet fis-sistema ġudizzjarja)</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑216/18 PPU</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2018:586">EU:C:2018:586</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0036">36</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</P></NOTE> u hija timplika li <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0039" REF.END="QE0039"/>l-Istati Membri jistgħu jkunu meħtieġa […] li jippreżumu r-rispett tad-drittijiet fundamentali mill-Istati Membri l-oħra<QUOT.END REF.START="QS0039" CODE="201D" ID="QE0039"/><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0030"><P>Sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20180725">25 ta’ Lulju 2018</DATE>, <NAME.CASE>Minister for Justice and Equality (Nuqqasijiet fis-sistema ġudizzjarja)</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑216/18 PPU</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2018:586">EU:C:2018:586</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0037">37</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0080"><NO.P>80.</NO.P><TXT>Ninnota madankollu li l-użu tal-verb <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0040" REF.END="QE0040"/>jistgħu<QUOT.END REF.START="QS0040" CODE="201D" ID="QE0040"/> mill-Qorti tal-Ġustizzja ma jwassal għal ebda obbligu u li l-premessa 19 tad-Direttiva 2014/41 tirreferi għan-natura konfutabbli ta’ din il-preżunzjoni<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0031"><P>Atti oħra adottati reċentement fil-kuntest tal-ispazju ta’ libertà, ta’ sigurtà u ta’ ġustizzja jirreferu għal preżunzjoni ta’ rispett, mill-Istati Membri, tad-drittijiet fundamentali, bħal, b’mod partikolari, il-premessa 34 tar-Regolament (UE) 2018/1805 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-<DATE ISO="20181114">14 ta’ Novembru 2018</DATE> dwar ir-rikonoxximent reċiproku ta’ ordnijiet ta’ ffriżar u ordnijiet ta’ konfiska (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="303" PAGE.FIRST="1" DATE.PUB="2018">ĠU 2018, L 303, p. 1</REF.DOC.OJ>).</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0081"><NO.P>81.</NO.P><TXT>F’dan il-każ, meħuda inkunsiderazzjoni l-konstatazzjonijiet repetuti tal-ksur tal-Artikoli 3, 8 u 13 tal-KEDB mir-Repubblika tal-Bulgarija fl-assenza ta’ modifiki tad-dispożizzjonijiet tal-Kodiċi ta’ Proċedura Kriminali, minħabba l-fatt li l-qorti tar-rinviju nnifisha tiddubita mir-rispett tad-drittijiet fundamentali mil-leġiżlazzjoni Bulgara u l-assenza ta’ introduzzjoni ta’ rimedju ġudizzjarju waqt it-traspożizzjoni tad-Direttiva 2014/41, huwa evidenti, fil-fehma tiegħi, li l-preżenunzjoni tar-rispett tad-drittijiet fundamentali minn dan l-Istat Membru fil-materja ma tistax tiġi stabbilita.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0082"><NO.P>82.</NO.P><TXT>Fil-fatt, l-impossibbiltà, fil-Bulgarija, għal terz milqut b’miżuri investigattivi bħalma huma t-tfittxijiet jew is-sekwestri, li essenzjalment jiksru d-dritt tiegħu għar-rispett tal-ħajja privata, li jikkontesta r-raġunijiet sostantivi li wasslu għal dawn il-miżuri hija, kif iddeċidiet il-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem diversi drabi, nuqqas manifest ta’ protezzjoni effettiva tad-dritt għar-rispett tal-ħajja privata<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0032"><P>Ara l-QEDB, <DATE ISO="20131015">15 ta’ Ottubru 2013</DATE>, Gutsanovi vs Il-Bulgarija (CE:ECHR:2013:1015JUD003452910, § 67 u § 208 sa 212); <DATE ISO="20160216">16 ta’ Frar 2016</DATE>, Govedarski vs Il-Bulgarija (CE:ECHR:2016:0216JUD003495712, § 38 sa 40 u § 72 sa 75); <DATE ISO="20160331">31 ta’ Marzu 2016</DATE>, Stoyanov <HT TYPE="ITALIC">et</HT> vs Il-Bulgarija (CE:ECHR:2016:0331JUD005538810, § 114 sa 116), u <DATE ISO="20160609">9 ta’ Ġunju 2016</DATE>, Popovi vs Il-Bulgarija (CE:ECHR:2016:0609JUD003965111, § 49, 89 u 93). F’dan ir-rigward, infakkar, għal finijiet kollha, li, kif jirriżulta mill-ispjegazzjonijiet tal-Karta (<REF.DOC.OJ COLL="C" NO.OJ="303" PAGE.FIRST="17" DATE.PUB="2007">ĠU 2007, C 303, p. 17</REF.DOC.OJ>), id-dritt għal rimedju effettiv iggarantit fl-ewwel paragrafu tal-Artikolu 47 tal-Karta huwa bbażat fuq l-Artikolu 13 tal-KEDB. Madankollu, konformement mal-Artikolu 52(3) tal-Karta, it-tifsira u l-ambitu tad-drittijiet li hija tirrikonoxxi għandhom ikunu l-istess bħal dawk mogħtija minn dik il-konvenzjoni u l-fatt, imsemmi fl-ispjegazzjonijiet dwar il-Karta, li l-protezzjoni fid-dritt tal-Unjoni hija iktar wiesgħa għaliex hija tiggarantixxi dritt għal rimedju effettiv quddiem qorti, hija irrilevanti f’dan il-każ.</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="15"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0083"><NO.P>83.</NO.P><TXT>Jekk il-preżunzjoni li Stat Membru jirrispetta d-drittijiet fundamentali ma tkunx tista’ tiġi stabbilita, il-fiduċja reċiproka ma tistax tiġi rikjesta mingħand l-Istati Membri l-oħra, b’mod li r-rikonoxximent reċiproku ma jistax jiġi implimentat u jibbenefika lil dan l-Istat Membru.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0084"><NO.P>84.</NO.P><TXT>Inżid ngħid li, f’sitwazzjoni bħal din, il-possibbiltà, enfasizzata mill-Gvern Ungeriż, għall-Istat ta’ eżekuzzjoni li jagħmel użu mill-Artikolu 11 tad-Direttiva 2014/41, ma hijiex suffiċjenti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0085"><NO.P>85.</NO.P><TXT>Minbarra li r-rikors għar-raġunijiet ta’ nuqqas ta’ eżekuzzjoni jew ta’ nuqqas ta’ rikonoxximent huwa eċċezzjoni, li għandu jiġi interpretat ristrettivament<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0033"><P>Ara, b’analoġija, il-ġurisprudenza dwar il-mandat ta’ arrest Ewropew u, b’mod partikolari, is-sentenzi tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20180725">25 ta’ Lulju 2018</DATE>, <NAME.CASE>AY (Mandat ta’ arrest – Xhud)</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑268/17</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2018:602">EU:C:2018:602</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt52), u tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20180725">25 ta’ Lulju 2018</DATE>, <NAME.CASE>Minister for Justice and Equality (Nuqqasijiet fis-sistema ġudizzjarja)</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑216/18 PPU</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2018:586">EU:C:2018:586</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0041">41</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>, għall-prinċipju ta’ eżekuzzjoni tal-ordnijiet ta’ investigazzjoni Ewropew riżultanti mill-Artikolu 1(2) tad-Direttiva 2014/41, l-applikazzjoni tal-Artikolu 11(1)(f) ta’ din id-direttiva jirrikjedi, konformement mal-premessa 19 ta’ din id-direttiva, evalwazzjoni każ b’każ sabiex tiġi konfutata l-preżunzjoni ta’ rispett tad-drittijiet fundamentali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0086"><NO.P>86.</NO.P><TXT>Madankollu, naħseb li, jekk l-evalwazzjoni tal-effettività tar-rimedji ġudizzjarji tista’ tiġġustifika, każ b’każ, l-applikazzjoni tal-Artikolu 11(1)(f) tad-Direttiva 2014/41, l-assenza ta’ kull possibbiltà ta’ rimedji ġudizzjarji tista’, kif isostni korrettament il-Gvern Awstrijak, twassal għal użu sistematiku ta’ din id-dispożizzjoni, li jqiegħed fid-dubju l-interess prattiku tal-ordni ta’ investigazzjoni Ewropea.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0087"><NO.P>87.</NO.P><TXT>Barra minn hekk, f’ċirkustanzi bħal dawk prevalenti fir-Repubblika tal-Bulgarija, l-applikazzjoni tal-Artikolu 11(1)(f) tad-Direttiva 2014/41 toħloq riskju sinjifikattiv ta’ nuqqas ta’ eżekuzzjoni jew ta’ nuqqas ta’ eżekuzzjoni b’mod varjabbli bejn l-Istati Membri u finalment titfa’ piż ta’ responsabbiltà importanti ħafna fuq l-awtoritajiet ta’ eżekuzzjoni li jistgħu jesponu ruħhom għal ksur tad-dispożizzjonijiet tal-KEDB<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0034"><P>Infakkar, f’dan ir-rigward, li, meħuda inkunsiderazzjoni s-sentenza tal-QEDB tal-<DATE ISO="20110121">21 ta’ Jannar 2011</DATE>, M. S. S. vs Il-Belġju u l-Greċja (CE:ECHR:2011:0121JUD003069609, § 358, 360 u 367), dan ir-riskju ta’ kundanna mill-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem xejn ma huwa inċert u li dan ġie kkunsidrat u meħud serjament mil-leġiżlatur tal-Unjoni fil-kuntest tal-Artikolu 11(1)(f) tad-Direttiva 2014/41.</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0088"><NO.P>88.</NO.P><TXT>Fl-aħħar nett, l-interpretazzjoni tad-Direttiva 2014/41 li nipproponi hija kompatibbli mal-effettività neċessarja tal-mekkaniżmu tal-ordni ta’ investigazzjoni Ewropea.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0089"><NO.P>89.</NO.P><TXT>Fil-fatt, il-leġiżlatur tal-Unjoni ċċirkonda l-implimentazzjoni tal-ordni ta’ investigazzjoni Ewropea b’garanziji intiżi sabiex jipproteġu d-drittijiet tal-persuni kkonċernati bil-miżuri investigattivi. Għalhekk, jekk Stat Membru jagħżel li ma jittrasponix id-Direttiva 2014/41 f’dan ir-rigward, li ma jintroduċix dawn il-garanziji u, konsegwentement, li ma jirrispettax il-bilanċ riżultanti minn din id-direttiva bejn in-natura intrużiva tal-miżuri investigattivi u l-possibbiltà li dawn jiġu kkontestati, huwa ma jistax jibbenefika mill-mekkaniżmu tal-ordni ta’ investigazzjoni Ewropea.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0090"><NO.P>90.</NO.P><TXT>Fid-dawl ta’ dawn il-kunsiderazzjonijiet kollha, naħseb li, minn naħa, l-Artikolu 14 tad-Direttiva 2014/41 jipprekludi l-leġiżlazzjoni Bulgara u li, min-naħa l-oħra, dan l-artikolu, moqri fid-dawl tad-drittijiet fundamentali, jipprekludi li awtorità Bulgara toħroġ ordni ta’ investigazzjoni Ewropea.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="ITALIC">2.</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="ITALIC">Fuq it-tieni domanda preliminari</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0091"><NO.P>91.</NO.P><TXT>Permezz tat-tieni domanda tagħha, il-qorti tar-rinviju tistaqsi, essenzjalment, lill-Qorti tal-Ġustizzja jekk l-Artikolu 14(2) tad-Direttiva 2014/41 jistax jiġi invokat minn individwu quddiem qorti nazzjonali sabiex jikkontesta r-raġunijiet sostantivi li wasslu għall-ħruġ ta’ ordni ta’ investigazzjoni Ewropea, fl-assenza ta’ rimedji ġudizzjarji previsti għal dan l-iskop mid-dritt nazzjonali.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="16"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0092"><NO.P>92.</NO.P><TXT>Jidhirli li, billi telaq mill-premessa tal-eżistenza, fl-Istati Membri, ta’ rimedji ġudizzjarji li jippermettu li jiġu kkontestati r-raġunijiet sostantivi li jkunu wasslu għall-ħruġ ta’ ordni ta’ investigazzjoni Ewropea, il-leġiżlatur tal-Unjoni ħaseb sabiex, permezz tal-Artikolu 14(2) ta’ din id-direttiva, jevita li dawn ir-raġunijiet ikunu kkontestati fl-Istat ta’ eżekuzzjoni u kkontrollati mill-qorti ta’ dan tal-aħħar<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0035"><P>Ara l-espożizzjoni tal-motivi tal-Inizzjattiva tar-Renju tal-Belġju, tar-Repubblika tal-Bulgarija, tar-Repubblika tal-Estonja, tar-Renju ta’ Spanja, tar-Repubblika tal-Awstrija, tar-Repubblika tas-Slovenja u tar-Renju tal-Isvezja għal Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-Ordni ta’ Investigazzjoni Ewropew f’materji kriminali (Dokument Nru 9288/10, add 1, tat-<DATE ISO="20100603">3 ta’ Ġunju 2010</DATE>, aċċessibbli fuq l-indirizz tal-internet li ġej: https://data.consilium.europa.eu/doc/document/ST-9288-2010-ADD-1/mt/pdf) (p. 14).</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0093"><NO.P>93.</NO.P><TXT>F’dawn iċ-ċirkustanzi, l-Artikolu 14(2) ta’ din id-direttiva ma joħloqx, bħala tali, fl-Istat emittenti u lanqas <HT TYPE="ITALIC">a fortiori</HT> fl-Istat ta’ eżekuzzjoni, rimedju ġudizzjarju li jippermetti li jiġu kkontestati r-raġunijiet sostantivi li wasslu għall-ħruġ ta’ ordni ta’ investigazzjoni Ewropea.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0094"><NO.P>94.</NO.P><TXT>Xorta jibqa’ l-fatt li, skont id-dispożizzjonijiet magħquda tal-Artikolu 14(1) u (2) tad-Direttiva 2014/41, l-eżistenza ta’ tali rimedju ġudizzjarju huwa, fis-sistema tal-ordni ta’ investigazzjoni Ewropea, obbligu impost fuq l-Istati Membri.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0095"><NO.P>95.</NO.P><TXT>Madankollu, l-obbligu ma jistax jibqa’ ineffettiv għar-raġuni li din id-direttiva ma tkunx ġiet trasposta korrettament.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0096"><NO.P>96.</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, infakkar li, skont ġurisprudenza stabbilita tal-Qorti tal-Ġustizzja, fil-każijiet kollha fejn id-dispożizzjonijiet ta’ direttiva jidhru, mill-perspettiva tal-kontenut tagħhom, mingħajr kundizzjonijiet u preċiżi biżżejjed, l-individwi kkonċernati għandhom id-dritt li jinvokawhom quddiem il-qrati nazzjonali kontra l-Istat, kemm jekk dan ikun naqas li jittrasponi d-direttiva fid-dritt nazzjonali fil-ħin, kif ukoll jekk ikun wettaq traspożizzjoni żbaljata<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0036"><P>Ara b’mod partikolari s-sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20181121">21 ta’ Novembru 2018</DATE>, <NAME.CASE>Ayubi</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑713/17</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2018:929">EU:C:2018:929</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0037">37</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0097"><NO.P>97.</NO.P><TXT>Għalhekk, ma huwiex eskluż li l-persuna kkonċernata bil-miżuri investigattivi tkun tista’, fl-ipoteżi fejn l-Istat emittenti ma jkun ippreveda l-ebda rimedju ġudizzjarju sabiex jiġu kkontestati r-raġunijiet sostantivi li jkunu wasslu għall-ħruġ ta’ ordni ta’ investigazzjoni Ewropea, imma jkun introduċa rimedji ġudizzjarji sabiex jiġu kkontestati r-raġunijiet sostantivi fil-proċeduri interni simili, tibbaża ruħha fuq l-ekwivalenza pprospettata fl-Artikolu 14(1) tad-Direttiva 2014/41.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0098"><NO.P>98.</NO.P><TXT>Madankollu, jekk id-dritt nazzjonali ma jipprevedi l-ebda rimedju ġudizzjarju fil-kuntest ta’ proċeduri ta’ investigazzjonijiet nazzjonali simili, l-effett dirett ta’ din id-dispożizzjoni ma jistax jiġġustifika l-ħolqien <HT TYPE="ITALIC">ex nihilo</HT> ta’ rimedju ġudizzjarju kontra miżura investigattiva Ewropea.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0099"><NO.P>99.</NO.P><TXT>Jekk din iċ-ċirkustanza tiġġustifika, iktar u iktar, li awtorità Bulgara ma tkunx tista’, fl-assenza ta’ kull possibbiltà ta’ rimedji ġudizzjarji, toħroġ ordni ta’ investigazzjoni Ewropea, hija għandha tagħti lok għall-introduzzjoni mill-Kummissjoni ta’ rikors għall-konstatazzjoni ta’ nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu minħabba traspożizzjoni żbaljata tad-direttiva.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0100"><NO.P>100.</NO.P><TXT>Għaldaqstant, nikkunsidra li l-Artikolu 14 tad-Direttiva 2014/41 ma jistax jiġi invokat minn individwu quddiem qorti nazzjonali sabiex jikkontesta r-raġunijiet sostantivi li wasslu għall-ħruġ ta’ ordni ta’ investigazzjoni Ewropea, fl-assenza ta’ rimedji ġudizzjarji previsti mid-dritt nazzjonali fil-kuntest ta’ proċeduri nazzjonali simili.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><?PAGE NO="17"?><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="ITALIC">3.</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="ITALIC">Fuq it-tielet u r-raba’ domanda preliminari</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0101"><NO.P>101.</NO.P><TXT>Permezz tat-tielet u r-raba’ domanda preliminari, il-qorti tar-rinviju tistaqsi, essenzjalment, lill-Qorti tal-Ġustizzja jekk il-persuna li tkun is-suġġett ta’ akkuża kriminali hijiex <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0041" REF.END="QE0041"/>persuna kkonċernata<QUOT.END REF.START="QS0041" CODE="201D" ID="QE0041"/> fis-sens tad-Direttiva 2014/41, meta l-miżuri ta’ ġbir ta’ provi jkunu jikkonċernaw terz u jekk dan it-terz, f’dan il-każ, il-persuna li tgħix fi jew li tuża proprjetà immobbli fejn jitwettqu t-tfittxija u s-sekwestru jew il-persuna li ser tinstema’ bħala xhud, hijiex ukoll <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0042" REF.END="QE0042"/>persuna kkonċernata<QUOT.END REF.START="QS0042" CODE="201D" ID="QE0042"/> fis-sens ta’ din id-direttiva.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0102"><NO.P>102.</NO.P><TXT>Billi l-qorti tar-rinviju ppreċiżat ukoll li, f’każ ta’ risposta fl-affermattiv għat-tieni domanda, l-Artikolu 14(2) tad-Direttiva 2014/41 jikkostitwixxi l-bażi li tqiegħed mezz ta’ rimedju ġudizzjarju għad-dispożizzjoni tal-persuni kkonċernati, meħuda inkunsiderazzjoni r-risposta li jiena nipproponi li tingħata għat-tieni domanda preliminari, ir-risposta għal dawn id-domandi preliminari ma tidhirx, <HT TYPE="ITALIC">a priori</HT>, neċessarja.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0103"><NO.P>103.</NO.P><TXT>Madankollu, l-interpretazzjoni tal-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0043" REF.END="QE0043"/>persuna kkonċernata<QUOT.END REF.START="QS0043" CODE="201D" ID="QE0043"/> fis-sens tad-Direttiva 2014/41 hija, fil-fehma tiegħi, utili sabiex il-qorti tar-rinviju tkun tista’ tiddetermina r-rekwiżiti ta’ dan l-att.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0104"><NO.P>104.</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, kif sostniet korrettament il-Kummissjoni, din id-direttiva la għandha l-għan u lanqas l-effett li tarmonizza l-kuntest legali tal-miżuri investigattivi u tar-rimedji ġudizzjarji relatati magħhom fi ħdan l-Istati Membri. Konsegwentement, l-amministrazzjoni ta’ dawn ir-rimedji ġudizzjarji taqa’ fl-awtonomija proċedurali ta’ kull wieħed mill-Istati Membri.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0105"><NO.P>105.</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, jidher madankollu li, billi din id-direttiva tipprevedi garanziji għall-benefiċċju tal-persuni kkonċernati bil-miżuri investigattivi, il-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0044" REF.END="QE0044"/>persuna kkonċernata<QUOT.END REF.START="QS0044" CODE="201D" ID="QE0044"/> għandu jkun l-oġġett ta’ interpretazzjoni awtonoma taħt id-Direttiva 2014/41.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0106"><NO.P>106.</NO.P><TXT>Fir-rigward tal-persuna milquta b’miżuri investigattivi, imma li għandha l-istatus ta’ terz fil-kuntest tal-proċedura kriminali, huwa suffiċjenti li jingħad li mill-punti 58 sa 64 ta’ dawn il-konklużjonijiet jirriżulta li hija taqa’ taħt il-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0045" REF.END="QE0045"/>persuna kkonċernata<QUOT.END REF.START="QS0045" CODE="201D" ID="QE0045"/> fis-sens tal-Artikolu 14 tad-Direttiva 2014/41.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0107"><NO.P>107.</NO.P><TXT>Fir-rigward tal-persuna milquta bl-akkuża kriminali, imma mhux bil-miżuri ta’ ġbir ta’ provi li jidhru fl-ordni ta’ investigazzjoni Ewropea, peress li dawn il-miżuri jistgħu jaffettwaw l-interessi tagħha fil-kuntest tal-proċedura inkwistjoni, billi, pereżempju, l-elementi miġbura jistgħu jservu ta’ prova kontra tagħha, hija tikkostitwixxi, ukoll, <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0046" REF.END="QE0046"/>persuna kkonċernata<QUOT.END REF.START="QS0046" CODE="201D" ID="QE0046"/> fis-sens ta’ din id-direttiva.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">V.</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Konklużjoni</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0108"><NO.P>108.</NO.P><TXT>Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet kollha preċedenti, nipproponi li l-Qorti tal-Ġustizzja tirrispondi għad-domandi preliminari magħmula mill-iSpetsializiran nakazatelen sad (il-Qorti Kriminali Speċjalizzata, il-Bulgarija) kif ġej:</TXT><P><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P>1)</NO.P><TXT>L-Artikolu 14 tad-Direttiva 2014/41/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-<DATE ISO="20140403">3 ta’ April 2014</DATE> dwar l-Ordni ta’ Investigazzjoni Ewropew f’materji kriminali, għandu jiġi interpretat fis-sens li, fl-assenza ta’ kwalunkwe possibbiltà prevista mil-leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru, bħalma hija l-leġiżlazzjoni Bulgara, li jiġu kkontestati r-raġunijiet sostantivi ta’ miżura investigattiva msemmija f’ordni ta’ investigazzjoni Ewropea, huwa jipprekludi din il-leġiżlazzjoni u li awtorità ta’ dan l-Istat Membru toħroġ ordni ta’ investigazzjoni Ewropea.</TXT></NP></ITEM><?PAGE NO="18"?><ITEM><NP><NO.P>2)</NO.P><TXT>L-Artikolu 14 tad-Direttiva 2014/41 ma jistax jiġi invokat minn individwu quddiem qorti nazzjonali sabiex jikkontesta r-raġunijiet sostantivi li wasslu għall-ħruġ ta’ ordni ta’ investigazzjoni Ewropea, fl-assenza ta’ rimedji ġudizzjarji previsti mid-dritt nazzjonali fil-kuntest ta’ proċeduri nazzjonali simili.</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>3)</NO.P><TXT>Il-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0047" REF.END="QE0047"/>persuna kkonċernata<QUOT.END REF.START="QS0047" CODE="201D" ID="QE0047"/> fis-sens tad-Direttiva 2014/41 jinkludi xhud li huwa s-suġġett ta’ miżuri investigattivi mitluba f’ordni ta’ investigazzjoni Ewropea kif ukoll il-persuna milquta bl-akkuża kriminali, imma mhux bil-miżuri investigattivi msemmija f’ordni ta’ investigazzjoni Ewropea.</TXT></NP></ITEM></LIST></P></NP.ECR></GR.SEQ></CONTENTS.CONCLUSION></CONCLUSION>