|
8.6.2021 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 201/27 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2021/919
tas-7 ta’ Ġunju 2021
li temenda d-Deċiżjoni (PESK) 2018/1939 dwar l-appoġġ tal-Unjoni għall-universalizzazzjoni u l-implimentazzjoni effettiva tal-Konvenzjoni Internazzjonali għat-Trażżin ta’ Atti ta’ Terroriżmu Nukleari
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikoli 28(1) u 31(1) tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà,
Billi:
|
(1) |
Fl-10 ta’ Diċembru 2018, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2018/1939 (1). |
|
(2) |
Id-Deċiżjoni (PESK) 2018/1939 tipprevedi perijodu ta’ implimentazzjoni ta’ 36 xahar għall-attivitajiet imsemmija fl-Artikolu 1 tagħha mid-data tal-konklużjoni tal-ftehim ta’ finanzjament imsemmi fl-Artikolu 3(3) tagħha. |
|
(3) |
Fis-6 u s-16 ta’ April 2021, l-Uffiċċju tan-Nazzjonijiet Uniti kontra d-Droga u l-Kriminalità u l-Uffiċċju tan-Nazzjonijiet Uniti għall-Ġlieda Kontra t-Terroriżmu, rispettivament, fil-kapaċità tagħhom bħala aġenziji ta’ implimentazzjoni, talbu l-awtorizzazzjoni tal-Unjoni biex tiġi estiża l-implimentazzjoni tad-Deċiżjoni (PESK) 2018/1939 sat-30 ta’ Novembru 2022 minħabba sfidi kontinwi li jirriżultaw mill-pandemija tal-COVID-19. |
|
(4) |
Il-kontinwazzjoni tal-attivitajiet imsemmija fl-Artikolu 1 tad-Deċiżjoni (PESK) 2018/1939 tista’ ssir mingħajr ebda implikazzjoni fir-rigward ta’ riżorsi finanzjarji sat-30 ta’ Novembru 2022. |
|
(5) |
Jenħtieġ għalhekk li d-Deċiżjoni (PESK) 2018/1939 tiġi emendata skont dan, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
L-Artikolu 5 tad-Deċiżjoni (PESK) 2018/1939 huwa sostitwit b’dan li ġej:
“Artikolu 5
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.
Hija għandha tiskadi fit-30 ta’ Novembru 2022.”.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.
Magħmul fil-Lussemburgu, is-7 ta’ Ġunju 2021.
Għall-Kunsill
Il-President
F. VAN DUNEM
(1) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2018/1939 tal-10 ta’ Diċembru 2018 dwar l-appoġġ tal-Unjoni għall-universalizzazzjoni u l-implimentazzjoni effettiva tal-Konvenzjoni Internazzjonali għat-Trażżin ta’ Atti ta’ Terroriżmu Nukleari (ĠU L 314, 11.12.2018, p. 41).