|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje C |
|
C/2025/4355 |
30.7.2025 |
Avviż għall-attenzjoni tal-entitajiet soġġetti għall-miżuri restrittivi previsti fid-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2022/2319, kif emendata bid-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2025/1575 u r-Regolament tal-Kunsill (UE) 2022/2309, kif implimentat bir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2025/1576 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Haiti
(C/2025/4355)
L-informazzjoni li ġejja qed tinġieb għall-attenzjoni tal-entitajiet li jidhru fl-Anness I tad-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2022/2319 (1), kif emendata bid-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2025/1575 (2), u fl-Anness I tar-Regolament tal-Kunsill (UE) 2022/2309 (3), kif implimentat bir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2025/1576 (4), dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Haiti.
Fit-8 ta' Lulju 2025, il-Kumitat tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti (“KSNU”) stabbilit skont ir-Riżoluzzjoni 2653 (2022) tal-KSNU, żied żewġ entitajiet mal-lista ta' persuni u entitajiet soġġetti għal miżuri restrittivi.
L-individwi kkonċernati jistgħu fi kwalunkwe ħin iressqu talba lill-Kumitat tan-NU stabbilit skont ir-Riżoluzzjoni 2653 (2022) tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti, flimkien ma' kwalunkwe dokumentazzjoni ta' ġustifikazzjoni, biex id-deċiżjoni li jiġu inklużi fil-lista tan-NU tiġi rieżaminata. Din it-talba għandha tintbagħat fl-indirizz li ġej:
|
Focal Point for De-listing |
|
Security Council Subsidiary Organs Branch |
|
Room DC2 2034 |
|
United Nations |
|
New York, N.Y. 10017 |
|
United States of America |
|
Tel.: +1 917 367 9448 |
|
Faks: +1 917 367 0460 |
|
Posta elettronika: delisting@un.org |
Għal aktar informazzjoni, ara: https://www.un.org/securitycouncil/sanctions/2653.
B'segwitu għad-deċiżjoni tan-NU, il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea ddetermina li l-entitajiet iddeżinjati min-NU għandhom jiġu inklużi fil-listi ta' persuni u entitajiet li huma soġġetti għall-miżuri restrittivi previsti fid-Deċiżjoni (PESK) 2022/2319, kif emendata bid-Deċiżjoni (PESK) 2025/1575 u r-Regolament (UE) 2022/2309, kif implimentat bir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2025/1576. Ir-raġunijiet għall-inklużjoni fil-lista tal-individwi kkonċernati jinsabu fl-entrata rilevanti fl-Anness I tad-Deċiżjoni u fl-Anness I tar-Regolament.
Qed tinġibed l-attenzjoni tal-individwi kkonċernati dwar il-possibbiltà li jippreżentaw applikazzjoni mal-awtoritajiet kompetenti tal-Istat(i) Membru/i rilevanti kif indikat fuq is-siti web fl-Anness II tar-Regolament (UE) 2022/2309, kif implimentat mir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2025/1576, sabiex tinkiseb awtorizzazzjoni biex il-fondi ffriżati jintużaw għal ħtiġijiet bażiċi jew pagamenti speċifiċi (ara l-Artikolu 6 tar-Regolament).
L-individwi kkonċernati jistgħu jressqu talba lill-Kunsill, flimkien mad-dokumentazzjoni ta' ġustifikazzjoni, biex id-deċiżjoni li jiġu inklużi fil-lista msemmija hawn fuq tiġi rieżaminata, fl-indirizz li ġej:
|
Kunsill tal-Unjoni Ewropea |
|
Segretarjat Ġenerali |
|
RELEX.1 |
|
Rue de la Loi/Wetstraat 175 |
|
1048 Bruxelles/Brussel |
|
BELGIQUE/BELGIË |
L-attenzjoni tal-entitajiet ikkonċernati qed tinġibed ukoll għall-possibbiltà li tiġi kkontestata d-Deċiżjoni tal-Kunsill quddiem il-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea, f'konformità mal-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 275, it-tieni paragrafu, u l-Artikolu 263, ir-raba' u s-sitt paragrafi, tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea.
(1) ĠU L 307, 28.11.2022, p. 135.
(2) ĠU L, 2025/1575, 29.7.2025, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2025/1575/oj.
(3) ĠU L 307, 28.11.2022, p. 17.
(4) ĠU L, 2025/1576, 29.7.2025, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2025/1576/oj.
ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2025/4355/oj
ISSN 1977-0987 (electronic edition)