|
26.1.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 29/9 |
Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni
(Il-Każ M.8760 — EPH/Mátrai Erőmű)
Każ li jista' jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
(2018/C 29/07)
|
1. |
Fit-18 ta’ Jannar 2018, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1). Dan l-avviż jikkonċerna l-impriżi li ġejjin:
EPH takkwista indirettament, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet il-kontroll uniku ta’ Mátra kollha kemm hi. Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz ta’ xiri ta’ ishma. |
|
2. |
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma: — EPH: kumpanija ta’ servizzi involuti fl-estrazzjoni tal-linjite, il-produzzjoni, id-distrribuzzjoni u l-provvista tas-sħana u l-elettriċità, kif ukoll fit-trażmissjoni, id-distribuzzjoni u l-ħażna tal-gass. Fl-Ungerija, hija tħaddem tliet impjanti tal-enerġija li jaħdmu bil-gass, tipprovdi servizzi ta’ bbilanċjar, kif ukoll it-tisħin distrettwali f’Budapest; — Mátra: hija s-sid ta’ u tħaddem impjant tal-enerġija f’Visonta li jipproduċi 966 MW, u li jaħdem prinċipalment bil-linjite Visonta. Hija tipproduċi wkoll l-elettriċità minn impjanti solari u tal-bijomassa. Barra minn hekk, hija proprjetarja u tħaddem żewġ minjieri miftuħa f’Visonta u Bükkábrány. |
|
3. |
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata. Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet taħt ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) jinħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż. |
|
4. |
Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati sabiex iressqu l-kummenti li jista' jkollhom dwar l-operazzjoni proposta. Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta' din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata: M.8760 — EPH/Mátrai Erőmű Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:
|
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).
(2) ĠU C 366, 14.12.2013, p. 5.