|
8.11.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 278/22 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2018/1664
tas-6 ta' Novembru 2018
li temenda d-Deċiżjoni 1999/70/KE dwar l-awdituri esterni tal-banek ċentrali nazzjonali, fir-rigward tal-awdituri esterni ta' Lietuvos bankas
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra l-Protokoll Nru 4 dwar l-Istatut tas-Sistema Ewropea ta' Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew, anness mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u mat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 27.1 tiegħu,
Wara li kkunsidra r-Rakkomandazzjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew tal-4 ta' Ottubru 2018 lill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea dwar l-awdituri esterni ta' Lietuvos bankas (BĊE/2018/23) (1),
Billi:
|
(1) |
Il-kontijiet tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) u tal-banek ċentrali nazzjonali tal-Istati Membri li l-munita tagħhom hija l-euro għandhom jiġu awditjati minn awdituri esterni indipendenti rakkomandati mill-Kunsill Governattiv tal-BĊE u approvati mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea. |
|
(2) |
Il-mandat tal-awdituri esterni ta' Lietuvos bankas skada wara l-awditu għas-sena finanzjarja 2017. |
|
(3) |
Permezz tar-Rakkomandazzjoni tiegħu tat-18 ta' Mejju 2018 (BĊE/2018/15) (2), il-BĊE rrakkomanda li UAB Deloitte Lietuva jinħatru bħala awdituri esterni ta' Lietuvos bankas għas-snin finanzjarji 2018 sa 2021. UAB Deloitte Lietuva ma aċċettawx il-ħatra. Għalhekk huwa neċessarju li jinħatru awdituri esterni għas-snin finanzjarji 2018 sa 2021. |
|
(4) |
Il-Kunsill Governattiv tal-BĊE rrakkomanda li UAB Ernst & Young Baltic jinħatru bħala l-awdituri esterni ta' Lietuvos bankas għas-snin finanzjarji 2018 sa 2021. |
|
(5) |
Għalhekk jenħtieġ li d-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/70/KE (3) tiġi emendata skont dan, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Fl-Artikolu 1 tad-Deċiżjoni 1999/70/KE, il-paragrafu 19 huwa sostitwit b'dan li ġej:
“19. UAB Ernst & Young Baltic huma b'dan approvati bħala l-awdituri esterni ta' Lietuvos bankas għas-snin finanzjarji 2018 sa 2021.”.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha ssir effettiva fid-data tan-notifika tagħha.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Bank Ċentrali Ewropew.
Magħmul fi Brussell, is-6 ta' Novembru 2018.
Għall-Kunsill
Il-President
H. LÖGER
(1) ĠU C 370, 12.10.2018, p. 1.
(2) Rakkomandazzjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew tat-18 ta' Mejju 2018 lill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea dwar l-awdituri esterni tal-Lietuvos bankas (BĊE/2018/15) (ĠU C 181, 28.5.2018, p. 1).
(3) Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/70/KE tal-25 ta' Jannar 1999 dwar l-awdituri esterni tal-banek ċentrali nazzjonali (ĠU L 22, 29.1.1999, p. 69).