<?xml version="1.0" encoding="UTF-8"?><JUDGMENT xmlns:fmx="http://opoce" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:noNamespaceSchemaLocation="http://formex.publications.europa.eu/schema/formex-05.58-20161101.xd"><BIB.JUDGMENT><REF.CASE FILE="n.a."><NO.CASE>C-185/17</NO.CASE></REF.CASE><NO.CELEX>62017CJ0185</NO.CELEX><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2018:108">EU:C:2018:108</NO.ECLI><NO.SEQ>0001</NO.SEQ><PAGE.FIRST.ECR>1</PAGE.FIRST.ECR><PAGE.SEQ>1</PAGE.SEQ><PAGE.LAST.ECR>9</PAGE.LAST.ECR><PAGE.TOTAL>9</PAGE.TOTAL><AUTHOR>CJ</AUTHOR></BIB.JUDGMENT><CURR.TITLE><PAGE.HEADER><P><HT TYPE="SC">Sentenza tat-<DATE ISO="20180222">22.2.2018</DATE> – Kawża C‑185/17</HT></P><P><HT TYPE="SC">Saksa</HT></P></PAGE.HEADER></CURR.TITLE><TITLE><TI><P><HT TYPE="UC">Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja</HT> (L‑Għaxar Awla)</P><P><DATE ISO="20180222">22 ta’ Frar 2018</DATE><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="STAR" NOTE.ID="E0001"><P>Lingwa tal-kawża: il-Bulgaru.</P></NOTE></P></TI></TITLE><INTERMEDIATE><INDEX IDX.CLOSE="”" SEPARATOR=" – " IDX.OPEN="“"><KEYWORD>Rinviju għal deċiżjoni preliminari</KEYWORD><KEYWORD>Tariffa doganali komuni</KEYWORD><KEYWORD>Klassifikazzjoni tal-merkanzija</KEYWORD><KEYWORD>Standard armonizzat Ewropew EN 590:2013</KEYWORD><KEYWORD>Subintestatura 2710 19 43 tan-Nomenklatura Magħquda</KEYWORD><KEYWORD>Kriterji rilevanti fid-dawl tal-klassifikazzjoni ta’ merkanzija bħala żjut tal-gass</KEYWORD></INDEX></INTERMEDIATE><JUDGMENT.INIT><P>Fil-Kawża C‑185/17,</P><P>li għandha bħala suġġett talba għal deċiżjoni preliminari taħt l-Artikolu 267 TFUE, imressqa mill-Administrativen sad - Varna (il-Qorti Amministrattiva ta’ Varna, il-Bulgarija), b’deciżjoni tat-<DATE ISO="20170330">30 ta’ Marzu 2017</DATE>, li waslet fil-Qorti tal-Ġustizzja fl-<DATE ISO="20170410">10 ta’ April 2017</DATE>, fil-proċedura</P></JUDGMENT.INIT><PARTIES><PLAINTIFS><P><HT TYPE="BOLD">Mitnitsa Varna</HT></P></PLAINTIFS><AGAINST>vs</AGAINST><DEFENDANTS><P><HT TYPE="BOLD"><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0001" ID="QS0001"/>SAKSA<QUOT.END REF.START="QS0001" CODE="201D" ID="QE0001"/> ООD,</HT></P><P>fil-preżenza ta’:</P><P><HT TYPE="BOLD">Okrazhna prokuratura – Varna,</HT></P></DEFENDANTS></PARTIES><PREAMBLE><PREAMBLE.INIT><P>IL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA (L‑Għaxar Awla),</P><P>komposta minn E. Levits, President tal-Awla, M. Berger (Relatur) u F. Biltgen, Imħallfin,</P><P>Avukat Ġenerali: Y. Bot,</P><P>Reġistratur: A. Calot Escobar,</P></PREAMBLE.INIT><GR.VISA><VISA>wara li rat il-proċedura bil-miktub,</VISA></GR.VISA><GR.CONSID><CONSID><P>wara li kkunsidrat l-osservazzjonijiet ippreżentati:</P><LIST TYPE="NDASH"><ITEM><P>għal Mitnitsa Varna, minn G. Kostov, bħala aġent,</P></ITEM><ITEM><P>għal <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0002" ID="QS0002"/>SAKSA<QUOT.END REF.START="QS0002" CODE="201D" ID="QE0002"/> ООD, minn S. Zhelyazkova, адвокат,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Gvern Bulgaru, minn E. Petranova u L. Zaharieva, bħala aġenti,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Kummissjoni Ewropea, minn A. Caerios kif ukoll minn Y.G. Marinova u P. Mihaylova, bħala aġenti,</P></ITEM></LIST></CONSID></GR.CONSID><?PAGE NO="2"?><GR.VISA><VISA>wara li rat id-deċiżjoni, meħuda wara li nstema’ l-Avukat Ġenerali, li l-kawża tinqata’ mingħajr konklużjonijiet,</VISA></GR.VISA><PREAMBLE.FINAL>tagħti l-preżenti</PREAMBLE.FINAL></PREAMBLE><CONTENTS.JUDGMENT><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Sentenza</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0001"><NO.P>1</NO.P><TXT>It-talba għal deċiżjoni preliminari tirrigwarda l-interpretazzjoni tan-nota g tat-tabella 3 tal-istandard armonizzat EN 590, fil-verżjoni tiegħu ta’ Settembru 2013, intitolata <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0003" ID="QS0003"/>Karburanti għal karozzi – Karburanti għal magna diżil (żjut tal-gass) – rekwiżiti u metodi ta’ ttestjar<QUOT.END REF.START="QS0003" CODE="201D" ID="QE0003"/> (iktar ’il quddiem l-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0004" ID="QS0004"/>istandard EN 590:2013<QUOT.END REF.START="QS0004" CODE="201D" ID="QE0004"/>), kif ukoll tan-nota addizzjonali 2 tal-Kapitolu 27(d) u (e) tan-Nomenklatura Magħquda fl-Anness I tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 tat-<DATE ISO="19870723">23 ta’ Lulju 1987</DATE> dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni ta’ Dwana (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 2, Vol. 2, p. 382), fil-verżjoni tagħha li tirriżulta mir-Regolament ta’ Implementazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1101/2014 tas-<DATE ISO="20141016">16 ta’ Ottubru 2014</DATE> (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="312" PAGE.FIRST="1" DATE.PUB="2014">ĠU 2014, L 312, p. 1</REF.DOC.OJ>) (iktar ’il quddiem in-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0005" ID="QS0005"/>NM<QUOT.END REF.START="QS0005" CODE="201D" ID="QE0005"/>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0002"><NO.P>2</NO.P><TXT>Din it-talba tressqet fil-kuntest ta’ tilwima bejn Mitnitsa Varna (Dwana ta’ Varna, il-Bulgarija) u <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0006" ID="QS0006"/>SAKSA<QUOT.END REF.START="QS0006" CODE="201D" ID="QE0006"/> OOD dwar il-klassifikazzjoni tariffarja ta’ żejt minerali fi ħdan in-NM iddikjarat minn din il-kumpannija.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-kuntest ġuridiku</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Id-dritt tal-Unjoni</HT></HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">In-NM</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0003"><NO.P>3</NO.P><TXT>In-NM, stabbilita bir-Regolament Nru 2658/87, hija bbażata fuq is-sistema armonizzata ta’ deskrizzjoni u ta’ kodifikazzjoni tal-merkanzija, ippreparata mill-Kunsill għall-Kooperazzjoni Doganali, li sar l-Organizzazzjoni Dinjija tad-Dwana (ODD), u adottata bil-Konvenzjoni Internazzjonali dwar is-Sistema Armonizzata ta’ Deskrizzjoni u ta’ Kodifikazzjoni tal-Merkanzija, konkluża fi Brussell fl-<DATE ISO="19830614">14 ta’ Ġunju 1983</DATE>. Din il-konvenzjoni ġiet approvata, flimkien mal-Protokoll ta’ Emenda tagħha tal-<DATE ISO="19860624">24 ta’ Ġunju 1986</DATE>, f’isem il-Komunità Ekonomika Ewropea, bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 87/369/KEE tas-<DATE ISO="19870407">7 ta’ April 1987</DATE> (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 2, Vol. 2, p. 288).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0004"><NO.P>4</NO.P><TXT>Ir-regoli ġenerali għall-interpretazzjoni tan-NM, li jinsabu fl-ewwel parti, Titolu I, Taqsima A tagħha, jipprovdu b’mod partikolari:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0007" ID="QS0007"/>Il-klassifikazzjoni ta’ oġġetti fin-Nomenklatura Magħquda għandha tkun irregolata mill-prinċipji li ġejjin:</P><NP><NO.P>1.</NO.P><TXT>It-titli tat-taqsimiet, kapitli u subkapitli huma maħsubin għall-ħeffa ta’ referenza biss; għal għanijiet legali, il-klassifikazzjoni għandha tkun deċiża skond it-termini tat-titli u n-noti ta’ kwalunkwe taqsima jew kapitlu relattiv u, sakemm dawn t-titli jew in-noti ma jkunux jeħtieġu mod ieħor, skond id-dispożizzjonijiet li ġejjin.</TXT></NP><P>[…]<QUOT.END REF.START="QS0007" CODE="201D" ID="QE0007"/></P></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0005"><NO.P>5</NO.P><TXT>It-tieni parti tan-NM, intitolata <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0008" ID="QS0008"/>Skeda ta’ dazji tad-dwana<QUOT.END REF.START="QS0008" CODE="201D" ID="QE0008"/>, tinkludi Taqsima V, li fiha hemm b’mod partikolari l-Kapitolu 27 intitolat <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0009" ID="QS0009"/>Karburanti minerali, żjut minerali u prodotti tad-distillazzjoni tagħhom; sustanzi bituminużi; xemgħat minerali<QUOT.END REF.START="QS0009" CODE="201D" ID="QE0009"/>.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="3"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0006"><NO.P>6</NO.P><TXT>Il-Kapitolu 27 tan-NM jinkludi l-intestatura 2710, li hija fformulata kif ġej:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><NP><NO.P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0010" ID="QS0010"/>2710</NO.P><TXT>Żjut minerali (petroleum) u żjut miksubin minn minerali bituminużi, ħlief dawk mhux raffinati […]<QUOT.END REF.START="QS0010" CODE="201D" ID="QE0010"/></TXT></NP></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0007"><NO.P>7</NO.P><TXT>Dan il-Kapitolu 27 jinkludi wkoll is-subintestaturi li ġejjin:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><TBL NO.SEQ="0001" COLS="2" CLASS="GEN"><CORPUS><ROW><CELL COL="1"><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0011" ID="QS0011"/>2710 12</CELL><CELL COL="2">– – Żjut u preparazzjonijiet ħfief</CELL></ROW><ROW><CELL COL="1">[…]</CELL><CELL COL="2">[…]</CELL></ROW><ROW><CELL COL="1">2710 19</CELL><CELL COL="2">- - Oħrajn:</CELL></ROW><ROW><CELL COL="1"><IE/></CELL><CELL COL="2">- - - Zjut medji:</CELL></ROW><ROW><CELL COL="1">[…]</CELL><CELL COL="2">[…]</CELL></ROW><ROW><CELL COL="1"><IE/></CELL><CELL COL="2">- - - - Għal għanijiet oħrajn</CELL></ROW><ROW><CELL COL="1"><IE/></CELL><CELL COL="2">- - - - - Pitrolju:</CELL></ROW><ROW><CELL COL="1">2710 19 21</CELL><CELL COL="2">- - - - - - Karburant tal-ġett</CELL></ROW><ROW><CELL COL="1">2710 19 25</CELL><CELL COL="2">- - - - - - Oħrajn</CELL></ROW><ROW><CELL COL="1">[…]</CELL><CELL COL="2">[…]</CELL></ROW><ROW><CELL COL="1"><IE/></CELL><CELL COL="2">- - - Żjut ħoxnin:</CELL></ROW><ROW><CELL COL="1"><IE/></CELL><CELL COL="2">- - - - - - Żjut tal-gass:</CELL></ROW><ROW><CELL COL="1">[…]</CELL><CELL COL="2">[…]</CELL></ROW><ROW><CELL COL="1"><IE/></CELL><CELL COL="2">- - - - Għal għanijiet oħrajn</CELL></ROW><ROW><CELL COL="1">2710 19 43</CELL><CELL COL="2">B’kontenut ta’ kubrit mhux ogħla minn 0,001 % tal-piż<QUOT.END REF.START="QS0011" CODE="201D" ID="QE0011"/></CELL></ROW></CORPUS></TBL></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0008"><NO.P>8</NO.P><TXT>In-nota addizzjonali 2 tal-Kapitolu 27 tan-NM tipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0012" ID="QS0012"/>Għall-għanijiet ta’ titlu 2710:</P><P>[…]</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>(c)</NO.P><TXT><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0013" ID="QS0013"/>żjut medji<QUOT.END REF.START="QS0013" CODE="201D" ID="QE0013"/> (subtitli 2710 19 11 sa 2710 19 29) jfissru żjut u preparazzjonijiet li minnhom inqas minn 90 % tal-volum (inkluż telf) jiddistilla f’210°Ċ u 65 % jew iktar tal-volum (inkluż telf) jiddistilla f’250 Ċ bil-metodu ISO 3405 (ekwivalenti għall-metodu ASTM D 86);</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(d)</NO.P><TXT><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0014" ID="QS0014"/>żjut ħoxnin<QUOT.END REF.START="QS0014" CODE="201D" ID="QE0014"/> (subtitli 2710 19 31 sa 2710 19 99 u 2710 20 11 sa 2710 20 90) ifissru żjut u preparazzjonijiet li minnhom inqas minn 65 % tal-volum (inkluż telf) jiddistilla f’250 Ċ bil-metodu ISO 3405 (ekwivalenti għall-metodu ASTM D 86) jew li minnhom il-perċentwali ta’ distillazzjoni f’250 Ċ ma tistax tkun stabbilita b’dak il-metodu;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(e)</NO.P><TXT><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0015" ID="QS0015"/>żjut tal-gass<QUOT.END REF.START="QS0015" CODE="201D" ID="QE0015"/> (subtitli 2710 19 31 sa 2710 19 48 u 2710 20 11 sa 2710 20 19) ifissru żjut ħoxnin kif speċifikat f’paragrafu (d) fuq li minnhom 85 % jew aktar tal-volum (inkluż telf) jiddistilla fi 350°Ċ bil-metodu ISO 3405 (ekwivalenti għall-metodu ASTM D 86);</TXT></NP></ITEM></LIST><P>[…]<QUOT.END REF.START="QS0012" CODE="201D" ID="QE0012"/></P></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ><?PAGE NO="4"?><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Id-Direttiva 98/70</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0009"><NO.P>9</NO.P><TXT>Id-Direttiva 98/70/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-<DATE ISO="19981013">13 ta’ Ottubru 1998</DATE> dwar il-kwalità tal-karburanti tal-petrol u tad-diżil u li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 93/12/KEE (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 13, Vol. 23, p. 182), kif emendata bid-Direttiva tal-Kummissjoni 2014/77/UE tal-<DATE ISO="20140610">10 ta’ Ġunju 2014</DATE> (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="170" PAGE.FIRST="62" DATE.PUB="2014">ĠU 2014, L 170, p. 62</REF.DOC.OJ>) (iktar ’il quddiem id-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0016" ID="QS0016"/>Direttiva 98/70<QUOT.END REF.START="QS0016" CODE="201D" ID="QE0016"/>), tipprovdi, fl-Artikolu 1 tagħha, intitolat <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0017" ID="QS0017"/>Kamp ta’ applikazzjoni<QUOT.END REF.START="QS0017" CODE="201D" ID="QE0017"/>:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0018" ID="QS0018"/>Din id-Direttiva tistabbilixxi, fir-rigward tal-vetturi tat-triq […]:</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>a)</NO.P><TXT>speċifikazzjonijiet tekniċi minħabba raġunijiet ambjentali u ta’ saħħa għal karburanti biex jintużaw għal magni <QUOT.START CODE="2018" REF.END="QE0019" ID="QS0019"/>positive ignition<QUOT.END REF.START="QS0019" CODE="2019" ID="QE0019"/> u magni <QUOT.START CODE="2018" REF.END="QE0020" ID="QS0020"/>compression ignition<QUOT.END REF.START="QS0020" CODE="2019" ID="QE0020"/>, waqt li jiġu kkunsidrati r-rekwiżiti tekniċi ta’ dawn il-magni; u</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>b)</NO.P><TXT>mira għat-tnaqqis tal-emissjonijiet ta’ gass b’effett serra tul iċ-ċiklu tal-ħajja.<QUOT.END REF.START="QS0018" CODE="201D" ID="QE0018"/></TXT></NP></ITEM></LIST></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0010"><NO.P>10</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 4 ta’ din id-direttiva, intitolat <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0021" ID="QS0021"/>Karburant tad-diżil<QUOT.END REF.START="QS0021" CODE="201D" ID="QE0021"/>:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="004.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0022" ID="QS0022"/>1.</NO.PARAG><ALINEA>L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-karburant tad-diżil jista’ jitqiegħed fis-suq ġewwa t-territorju tagħhom biss jekk iħares l-ispeċifikazzjonijiet stabbiliti fl-Anness II.</ALINEA><ALINEA>[…]<QUOT.END REF.START="QS0022" CODE="201D" ID="QE0022"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0011"><NO.P>11</NO.P><TXT>L-Anness II tal-imsemmija direttiva jistabbilixxi l-ispeċifikazzjonijiet ambjentali applikabbli għall-karburanti ta’ tip diżil fis-suq intiż għall-vetturi mgħammra b’magna <QUOT.START CODE="2018" REF.END="QE0023" ID="QS0023"/>compression ignition<QUOT.END REF.START="QS0023" CODE="2019" ID="QE0023"/>. Skont in-nota 1 ta’ dan l-anness:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0024" ID="QS0024"/>Il-metodi tal-ittestjar għandhom ikunu dawk speċifikati f’EN 590:2013. L-Istati Membri jistgħu jadottaw il-metodu analitiku speċifikat minflok l-istandard EN 590:2013 jekk ikun jista’ jintwera li jipprovdi għall-inqas l-istess eżattezza u għall-inqas l-istess livell ta’ preċiżjoni bħall-metodu analitiku li jkun qed jissostitwixxi.<QUOT.END REF.START="QS0024" CODE="201D" ID="QE0024"/></P></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">L-istandard EN 590:2013</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0012"><NO.P>12</NO.P><TXT>L-istandard EN 590:2013 ġie stabbilit mill-Kumitat Tekniku CEN/TC 19 <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0025" ID="QS0025"/>Karburanti u kombustibbli tal-gass u likwidi, żjut tal-lubrikazzjoni u prodotti relatati, tal-petrolju, sintetiċi u bijoloġiċi<QUOT.END REF.START="QS0025" CODE="201D" ID="QE0025"/> u approvat mill-Kumitat Ewropew għall-Istandardizzazzjoni (CEN), fis-<DATE ISO="20130726">26 ta’ Lulju 2013</DATE>, skont mandat tal-Kummissjoni Ewropea, mogħti fit-<DATE ISO="20061113">13 ta’ Novembru 2006</DATE> (M 394 – Mandat indirizzat liċ-CEN għar-reviżjoni tal-istandard EN 590 sabiex il-konċentrazzjoni ta’ FAME u ta’ FAEE tiżdied sa 10 % fil-volum).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0013"><NO.P>13</NO.P><TXT>Fid-daħla ta’ dan l-istandard huwa speċifikat:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0026" ID="QS0026"/>Dan l-Istandard Ewropew għandu jingħata l-istatus ta’ standard nazzjonali […], u l-istandards nazzjonali kunfliġġenti kollha għandhom jiġu rtirati sa mhux iktar tard minn Marzu 2014.</P><P>[…]</P><P>Dan id-dokument tfassal fuq mandat mogħti liċ-CEN mill-Kummissjoni Ewropea u mill-Assoċjazzjoni Ewropea tal-Kummerċ Ħieles</P><P>[…]</P><?PAGE NO="5"?><P>Ir-rekwiżiti tad-[Direttiva 98/70] […], inkluż dawk tal-Emendi […], jittieħdu inkunsiderazzjoni. […]<QUOT.END REF.START="QS0026" CODE="201D" ID="QE0026"/> [traduzzjoni mhux uffiċjali]</P></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0014"><NO.P>14</NO.P><TXT>Il-punt 1 tal-imsemmi standard jgħid:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0027" ID="QS0027"/>Dan l-Istandard Ewropew jistabbilixxi rekwiżiti u metodi ta’ ttestjar għall-karburant ta’ magna diżil (żjut tal-gass) li jkun tqiegħed fis-suq u li ġie kkunsinnat.<QUOT.END REF.START="QS0027" CODE="201D" ID="QE0027"/> [traduzzjoni mhux uffiċjali]</P></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0015"><NO.P>15</NO.P><TXT>Il-punt 5.6.1 tal-istandard EN 590:2013 huwa fformulat kif ġej:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0028" ID="QS0028"/>Għar-rekwiżiti li jiddependu minn kundizzjonijiet klimatiċi, diversi għażliet huma previsti sabiex karatteristiċi staġunali jkunu jistgħu jiġu inklużi fil-pjan nazzjonali. L-opzjonijiet huma komposti minn sitt karatteristiċi li jirrigwardaw il-punt fejn jitwaħħal il-filtru kiesaħ (TLF) għall-klimi moderati u ħames klassijiet differenti għall-klimi artiċi jew kundizzjonijiet xitwin qliel. Ir-rekwiżiti li jiddependu minn kundizzjonijiet klimatiċi huma indikati fit-tabella 2 (klimi moderati) u fit-tabella 3 (klimi artiċi jew kundizzjonijiet xitwin qliel). Meta jiġi ttestjat skont il-metodi ta’ ttestjar indikati fit-Tabelli 2 u 3, il-karburant għall-magna diżil (żjut tal-gass) għandu jkun konformi mal-limiti previsti f’dawn it-tabelli.<QUOT.END REF.START="QS0028" CODE="201D" ID="QE0028"/> [traduzzjoni mhux uffiċjali]</P></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0016"><NO.P>16</NO.P><TXT>It-tabella 3 ta’ dan l-istandard, initolata <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0029" ID="QS0029"/>Rekwiżiti u metodi ta’ ttestjar relatati mal-kundizzjonijiet klimatiċi – klimi artiċi jew kundizzjonijiet xitwin qliel<QUOT.END REF.START="QS0029" CODE="201D" ID="QE0029"/>, jinkludi dan li ġej:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><TBL NO.SEQ="0002" COLS="8" CLASS="GEN"><CORPUS><ROW><CELL ROWSPAN="2" COL="1"><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0030" ID="QS0030"/>Proprjetajiet</CELL><CELL ROWSPAN="2" COL="2">Unità</CELL><CELL COLSPAN="5" COL="3">Limiti</CELL><CELL ROWSPAN="2" COL="8">Metodi ta’ ttestjar</CELL></ROW><ROW><CELL COL="3">Klassi 0</CELL><CELL COL="4">Klassi 1</CELL><CELL COL="5">Klassi 2</CELL><CELL COL="6">Klassi 3</CELL><CELL COL="7">Klassi 4</CELL></ROW><ROW><CELL COLSPAN="8" COL="1">[…]</CELL></ROW><ROW><CELL COL="1">Distillazzjoni <HT TYPE="SUP">g</HT>), <HT TYPE="SUP">h</HT>)</CELL><CELL COL="2"><IE/></CELL><CELL COL="3"><IE/></CELL><CELL COL="4"><IE/></CELL><CELL COL="5"><IE/></CELL><CELL COL="6"><IE/></CELL><CELL COL="7"><IE/></CELL><CELL ROWSPAN="3" COL="8"><P>EN ISO 3405 <HT TYPE="SUP">i</HT>)</P><P>EN ISO 3924</P></CELL></ROW><ROW><CELL COL="1">Irkuprat f’180°C</CELL><CELL COL="2">% (V/V) massimu.</CELL><CELL COL="3">10.0</CELL><CELL COL="4">10.0</CELL><CELL COL="5">10.0</CELL><CELL COL="6">10.0</CELL><CELL COL="7">10.0</CELL></ROW><ROW><CELL COL="1">Irreġistrat f’340°C</CELL><CELL COL="2">% (V/V) minimu.</CELL><CELL COL="3">95.0</CELL><CELL COL="4">95.0</CELL><CELL COL="5">95.0</CELL><CELL COL="6">95.0</CELL><CELL COL="7">95.0</CELL></ROW><ROW><CELL COLSPAN="8" COL="1"><P>[…]</P><NP><NO.P>g)</NO.P><TXT>Id-definizzjoni mogħtija fit-tariffa doganali komuni tal-UE tista’ ma tkunx applikabbli għall-klassijiet stabbiliti għall-klimi artiċi jew għall-kundizzjonijiet xitwin qliel.</TXT></NP><P>[…]<QUOT.END REF.START="QS0030" CODE="201D" ID="QE0030"/></P></CELL></ROW></CORPUS></TBL></QUOT.S></P><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">[traduzzjoni mhux uffiċjali]</HT></HT></P></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Id-dritt Bulgaru</HT></HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Il-Kodiċi Doganali</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0017"><NO.P>17</NO.P><TXT>Skont il-punt 1 tal-Artikolu 234(1) taż-Zakon za mitnitsite (il-Kodiċi Doganali), fil-verżjoni tiegħu applikabbli għall-kawża prinċipali, kull min jevita jew jipprova jevita parzjalment jew kompletament il-ħlas ta’ dazji doganali jkun qiegħed iwettaq frodi doganali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0018"><NO.P>18</NO.P><TXT>Mill-punt 1 tal-Artikolu 234(3) ta’ dan il-kodiċi jirriżulta li l-frodi doganali li għandha bħala għan merkanzija suġġetta għal dazji tas-sisa hija ssanzjonata, għall-persuni ġuridiċi, b’sanzjoni pekunjarja ta’ 150 sa 250 % tal-ammont tad-dazji mhux imħallsa.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><?PAGE NO="6"?><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">L-Istandard BDS EN 590:2014</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0019"><NO.P>19</NO.P><TXT>L-istandard EN 590:2013 ġie ttraspost fil-Bulgarija mill-Istitut Bulgaru għall-Istandardizzazzjoni permezz tal-istandard BDS EN 590:2014.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-kawża prinċipali u d-domandi preliminari</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0020"><NO.P>20</NO.P><TXT>Fl-<DATE ISO="20150810">10 ta’ Awwissu 2015</DATE>, it-tanker taż-żejt <HT TYPE="ITALIC">Cosmo</HT> wasal fil-port ta’ Varna, mgħobbi b’piż gross totali taħt vakwu ta’ <FT TYPE="NUMBER">4384630</FT> kg ta’ żejt minerali. SAKSA identifikat ruħha bħala d-destinatarja tal-merkanzija u ddikjaratha, deskritta bħala <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0031" ID="QS0031"/>żjut tal-gass 10PPM idrotrattat, b’kontenut ta’ kubrit ta’ mhux iktar minn 0.001 %, għaż-żoni klimatiċi artiċi, klassi 4 skont l-istandard EN 590, <FT TYPE="NUMBER">1236742</FT> kg taħt vakwu, <FT TYPE="NUMBER">1235100</FT> kg fil-miftuħ, <FT TYPE="NUMBER">1517660</FT> litri, b’densità ta’ 15°Celsius 816.1 kg/m<HT TYPE="SUP">3</HT>, f’24 vaguni tal-ferrovija, skont l-inventarju anness<QUOT.END REF.START="QS0031" CODE="201D" ID="QE0031"/>, fl-uffiċċju doganali tal-port ta’ Varna taħt is-subintestatura tariffarja 2710 19 43 tan-NM, għar-rilaxx għal ċirkulazzjoni libera.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0021"><NO.P>21</NO.P><TXT>B’ittra tal-<DATE ISO="20150811">11 ta’ Awwissu 2015</DATE>, is-servizz doganali ta’ Varna bagħat, għall-analiżi, lil-laboratorju reġjonali doganali ta’ Ruse (il-Bulgarija), żewġ kampjuni tal-merkanzija ddikjarata, sabiex tiġi stabbilita n-natura tagħha u għad-determinazzjoni tal-klassifikazzjoni tariffarja tagħha. Dan il-laboratorju qies li l-kampjun studjat kien kompost minn żejt minerali (petroleum) miżjud bil-paraffina u b’idrokarburi nafteniċi. L-indikaturi ta’ distillazzjoni u l-indikaturi ddeterminati oħrajn rrivelaw li dan il-kampjun kellu l-karatteristiċi proprji taż-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0032" ID="QS0032"/>zjut medji<QUOT.END REF.START="QS0032" CODE="201D" ID="QE0032"/>, kif jirriżultaw min-nota addizzjonali 2(c) tal-Kapitolu 27 tan-NM. Fuq il-bażi tar-riżultati miksuba, il-kampjun ġie kkunsidrat bħala prodott tat-trasformazzjoni tal-petrolju, iktar preċiżament il-kerosin.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0022"><NO.P>22</NO.P><TXT>Peress li l-merkanzija inkwistjoni ma ġietx mibjugħa għal magni bil-ġett, is-servizz doganali kkunsidra li din kellha tiġi kklassifikata taħt kodiċi tariffarja oħra li ma kinitx dik li ġiet iddikjarata fl-<DATE ISO="20150810">10 ta’ Awwissu 2015</DATE>, jiġifieri li din kellha tiġi iskritta taħt is-subintestatura 2710 19 25 tan-NM, suġġetta għal dazji doganali ta’ 4.7 % fir-rigward ta’ pajjiżi terzi. Konsegwentement, id-direttur tad-dwana ta’ Varna, permezz ta’ deċiżjoni tat-<DATE ISO="20151103">3 ta’ Novembru 2015</DATE>, irrettifika l-kodiċi tariffarju u impona ħlas addizzjonali ta’ dazji doganali, għal ammont ta’ 53 864.18 leva Bulgaru (BGN) (madwar EUR <FT TYPE="NUMBER">27560</FT>), u taxxa fuq il-valur miżjud għal ammont ta’ BGN 10 772.83 (madwar EUR <FT TYPE="NUMBER">5500</FT>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0023"><NO.P>23</NO.P><TXT>Barra minn hekk, is-servizz doganali kkunsidra li r-responsabbiltà kriminali ta’ natura amministrattiva ta’ SAKSA, fis-sens tal-punt 1 tal-Artikolu 234(1) tal-Kodiċi Doganali, kellha tiġi attribwita. Konsegwentement, fit-<DATE ISO="20160218">18 ta’ Frar 2016</DATE>, id-direttur tad-dwana ta’ Varna imponielha sanzjoni pekunjarja għal ammont ta’ BGN 96 955.52 (madwar EUR <FT TYPE="NUMBER">49600</FT>) fuq il-bażi tal-punt 1 tal-Artikolu 234(3) tal-Kodiċi Doganali, moqri flimkien mal-punt 1 tal-Artikolu 234(1) ta’ dan il-kodiċi.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0024"><NO.P>24</NO.P><TXT>SAKSA ppreżentat rikors kontra din is-sanzjoni quddiem il-Varnenski Rayonen sad (il-Qorti Distrettwali ta’ Varna, il-Bulgarija). B’deċiżjoni tal-<DATE ISO="20161020">20 ta’ Ottubru 2016</DATE>, din il-qorti annullat is-sanzjoni, peress li kkonstatat, fuq il-bażi ta’ perizja kimika ordnata fuq it-talba ta’ SAKSA, li ż-żejt minerali kontenzjuż kien jikkorrispondi mad-definizzjoni ta’ karburant għal magna diżil, intiż għall-klimi artiċi jew għal kundizzjonijiet xitwin qliel, klassi 4, li l-karatteristiċi tiegħu huma stabbiliti mill-istandard <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0033" ID="QS0033"/>EN 590:2014<QUOT.END REF.START="QS0033" CODE="201D" ID="QE0033"/>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0025"><NO.P>25</NO.P><TXT>Is-servizz doganali appella fil-kassazzjoni kontra din id-deciżjoni quddiem l-Administrativen sad Varna (il-Qorti Amministrattiva ta’ Varna, il-Bulgarija). Huwa jsostni li l-istandard EN 590, invokat minn SAKSA, li jistabbilixxi rekwiżiti u metodi ta’ eżami tal-karburanti diżil fis-suq, ma huwiex determinanti għall-istabbiliment tal-klassifikazzjoni tariffarja tal-karburanti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0026"><NO.P>26</NO.P><TXT>Skont l-Administrativen sad Varna (il-Qorti Amministrattiva ta’ Varna), kien jidher neċessarju li tingħata interpretazzjoni tan-nota inkluża fl-istandard EN 590 li tipprovdi <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0034" ID="QS0034"/>[i]d-definizzjoni [ta’ żjut tal-gass] mogħtija fit-tariffa doganali komuni tal-[Unjoni Ewropea] tista’ ma tkunx applikabbli<?PAGE NO="7"?> għall-klassijiet stabbiliti għall-klimi artiċi jew għall-kundizzjonijiet xitwin qliel<QUOT.END REF.START="QS0034" CODE="201D" ID="QE0034"/> [traduzzjoni mhux uffiċjali]. Fil-fatt, id-definizzjoni li għandu jsir riferiment għaliha fir-rigward ta’ dan il-karburant ma tirriżultax b’mod ċar minn din in-nota u ma tippermettix li titfassal is-setgħa diskrezzjonali tas-servizz doganali kompetenti f’dan ir-rigward. Barra minn hekk, ir-rabta bejn ir-rekwiżiti u l-metodi ta’ eżami tal-imsemmi standard, minn naħa, u l-klassifikazzjoni tariffarja tal-karburanti, min-naħa l-oħra, ma hijiex indikata.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0027"><NO.P>27</NO.P><TXT>Huwa f’dawn iċ-ċirkustanzi li l-Administrativen sad Varna (il-Qorti Amministrattiva ta’ Varna), iddeċidiet li tissospendi l-proċeduri quddiemha u li tagħmel lill-Qorti tal-Ġustizzja d-domandi preliminari li ġejjin:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><LIST TYPE="OTHER"><ITEM><NP><NO.P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0035" ID="QS0035"/>1)</NO.P><TXT>Ir-regola li tinsab fl-ispjegazzjonijiet tat-tabella 3 tal-istandard EN 590 (li issa sar l-istandard EN 590:2014), li tipprovdi li <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0036" ID="QS0036"/>huwa possibbli li d-definizzjoni [ta’ żjut tal-gass] fis-sens tat-tariffa doganali tal-[Unjoni Ewropea] ma tiġix applikata għall-klassijiet intiżi li jintużaw fi klima artika jew f’kundizzjonijiet xitwin qliel<QUOT.END REF.START="QS0036" CODE="201D" ID="QE0036"/>, tfisser li, għal dan it-tip ta’ karburant, huwa possibbli li ma jiġux applikati r-regoli ġenerali tan-nota komplementari 2 tal-Kapitolu 27(d) u (e), [tan-NM] għall-finijiet tal-klassifikazzjoni tariffarja tal-merkanzija?</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>2)</NO.P><TXT>Fil-każ ta’ risposta fl-affermattiv għall-ewwel domanda u jekk jiġi stabbilit li l-merkanzija suġġetta għal dazji doganali tikkorrispondi għad-definizzjoni tal-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0037" ID="QS0037"/>karburant diżil intiż sabiex jintuża fi klima artika jew f’kundizzjonijiet xitwien qliel<QUOT.END REF.START="QS0037" CODE="201D" ID="QE0037"/>, konformement mal-kriterji tal-istandard EN 590, din il-merkanzija għandha tiġi kklassifikata taħt il-kodiċi tariffarju 2710 19 43 tan-[NM], li tikkorrispondi għall-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0038" ID="QS0038"/>żjut tal-gass<QUOT.END REF.START="QS0038" CODE="201D" ID="QE0038"/> jew inkella għandhom jiġu applikati r-regoli ġenerali tan-nota komplementari 2 tal-Kapitolu 27(d) u (e) tan-[NM]?</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>3)</NO.P><TXT>Fil-każ ta’ risposta fl-affermattiv għall-ewwel domanda, liema kriterji għandhom jintużaw sabiex jiġi ddeterminat meta tapplika d-definizzjoni taż-żjut tal-gass skont it-Tariffa Doganali Komuni tal-Unjoni Ewropea u meta jkun meħtieġ li jintużaw ir-rekwiżiti u l-metodi ta’ eżami tal-istandard EN 590 għall-finijiet tal-klassifikazzjoni tariffarja tal-merkanzija?</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>4)</NO.P><TXT>Il-metodi u l-indikaturi ta’ analiżi li jinsabu fin-nota komplementari 2 tal-Kapitolu 27(d) u (e) [tan-NM] huma suffiċjenti sabiex merkanzija tiġi kkaratterizzata kompletament u preċiżament bħala <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0039" ID="QS0039"/>żjut tal-gass<QUOT.END REF.START="QS0039" CODE="201D" ID="QE0039"/> jew għandhom jittieħdu inkunsiderazzjoni l-indikaturi kimiċi kollha li huma karatteristiċi tal-imsemmija merkanzija?<QUOT.END REF.START="QS0035" CODE="201D" ID="QE0035"/></TXT></NP></ITEM></LIST></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq id-domandi preliminari</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0028"><NO.P>28</NO.P><TXT>Qabelxejn, għandu jitfakkar li, skont ġurisprudenza stabbilita tal-Qorti tal-Ġustizzja, fil-kuntest tal-proċedura ta’ kooperazzjoni bejn il-qrati nazzjonali u l-Qorti tal-Ġustizzja, stabbilita fl-Artikolu 267 TFUE, din tal-aħħar għandha tagħti lill-qorti nazzjonali risposta utli li tgħinha tiddeċiedi l-kawża mressqa quddiemha. F’dan id-dawl, huwa l-obbligu, jekk ikun il-każ, tal-Qorti tal-Ġustizzja li tifformula mill-ġdid id-domandi li jkunu ġew ippreżentati lilha (sentenza tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20170216">16 ta’ Frar 2017</DATE>, <NAME.CASE>Aramex Nederland</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑145/16</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2017:130">EU:C:2017:130</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0019">19</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0029"><NO.P>29</NO.P><TXT>Barra minn hekk, għandu jiġi speċifikat li, għalkemm il-qorti tar-rinviju tirreferi għall-istandard EN <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0040" ID="QS0040"/>590:2014<QUOT.END REF.START="QS0040" CODE="201D" ID="QE0040"/>, il-verżjoni tal-istandard EN 590 applikabbli fid-data tal-fatti fil-kawża prinċipali hija dik ta’ Settembru 2013, li ġiet indikata miċ-CEN bħala l-istandard EN 590:2013 u li għadha fis-seħħ.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0030"><NO.P>30</NO.P><TXT>Permezz tad-domandi tagħha, li għandhom jiġu eżaminati flimkien, il-qorti tar-rinviju tistaqsi, essenzjalment, jekk in-NM għandhiex tiġi interpretata fis-sens li żejt minerali, bħal dak inkwistjoni fil-kawża prinċipali, jistax jiġi kklassifikat bħala żjut tal-gass taħt is-subintestatura 2710 19 43 tan-NM, meta dan kien jissodisfa r-rekwiżiti previsti fl-istandard EN 590:2013 dwar żjut tal-gass intiżi għal klimi artiċi jew għal kundizzjonijiet xitwin qliel.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="8"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0031"><NO.P>31</NO.P><TXT>Skont ġurisprudenza stabbilita tal-Qorti tal-Ġustizzja, il-kriterju deċiżiv għall-klassifikazzjoni tariffarja tal-merkanzija għandu jitfittex, b’mod ġenerali, fil-karatteristiċi tagħha u fil-proprjetajiet oġġettivi tagħha, kif iddefiniti mill-formulazzjoni tal-intestatura tan-NM u min-noti ta’ taqsima jew ta’ kapitolu (sentenza tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20171019">19 ta’ Ottubru 2017</DATE>, <NAME.CASE>Lutz</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑556/16</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2017:777">EU:C:2017:777</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0037">37</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata). Dawn il-karatterestiċi u dawn il-proprjetajiet oġġettivi tal-prodotti għandhom ikunu jistgħu jiġu vverifikati fil-mument tal-isdoganament (sentenza tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20160526">26 ta’ Mejju 2016</DATE>, <NAME.CASE>Latvijas propāna gāze</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑286/15</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2016:363">EU:C:2016:363</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0033">33</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0032"><NO.P>32</NO.P><TXT>F’dan il-każ, għandu jiġi rrilevat li s-subintestatura 2710 19 43 tan-NM, li l-formulazzjoni tagħha tinkludi żjut tal-gass b’kontenut bħala piż ta’ kubrit mhux ogħla minn 0.001 %, tifforma parti mill-intestatura 2710 tan-NM, li tirrigwarda ż-żjut minerali (petroleum) jew ta’ minerali bituminużi, minbarra ż-żjut mhux raffinati. Għall-applikazzjoni ta’ din l-intestatura, fil-punt e) tagħha, in-nota addizzjonali 2 tal-Kapitolu 27 tan-NM tagħti definizzjoni tal-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0041" ID="QS0041"/>żjut tal-gass<QUOT.END REF.START="QS0041" CODE="201D" ID="QE0041"/>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0033"><NO.P>33</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, mill-formulazzjoni ta’ dan il-punt e), moqri flimkien mal-punt d) ta’ din in-nota addizzjonali, jirriżulta li jitqiesu bħala <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0042" ID="QS0042"/>żjut tal-gass<QUOT.END REF.START="QS0042" CODE="201D" ID="QE0042"/>, b’mod partikolari, iż-żjut u l-preparazzjonijiet li minnhom inqas minn 65 % tal-volum, inkluż it-telf, jiddistilla f’250°Celsius u 85 % jew iktar f’350°Celsius, bil-metodu ISO 3405.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0034"><NO.P>34</NO.P><TXT>Għaldaqstant, mill-formulazzjoni stess ta’ dawn il-punti jirriżulta li, għall-finijiet tal-klassifikazzjoni tariffarja ta’ merkanzija bħala żjut tal-gass, hija biss ir-rata ta’ distillazzjoni fit-temperaturi indikati, bil-metodu ISO 3405, li hija determinanti fil-kuntest tal-intestatura 2710 tan-NM.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0035"><NO.P>35</NO.P><TXT>Konsegwentement, peress li, f’dan il-każ, ma huwiex ikkontestat bejn il-partijiet għall-proċedura prinċipali li ż-żejt minerali inkwistjoni jiddistilla, bil-metodu ISO 3405, iktar minn 65 % f’250 Celsius, dan ma jaqax taħt id-definizzjoni ta’ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0043" ID="QS0043"/>żjut tal-gass<QUOT.END REF.START="QS0043" CODE="201D" ID="QE0043"/>, skont in-nota addizzjonali 2(e) tal-Kapitolu 27 tan-NM, u ma jistax jiġi kklassifikat taħt is-subintestaturi relatati mal-prodotti li jaqgħu taħt din id-definizzjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0036"><NO.P>36</NO.P><TXT>Barra minn hekk, għalkemm SAKSA ssostni li l-prodott inkwistjoni nbiegħ, wara li ġie importat, bħala żjut tal-gass (karburant diżil), għandu jitfakkar li d-destinazzjoni ta’ prodott hija kriterju rilevanti biss jekk il-klassifikazzjoni ma tistax titwettaq biss fuq il-bażi tal-karatteristiċi u tal-proprjetajiet oġġettivi tal-prodott (sentenza tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20170216">16 ta’ Frar 2017</DATE>, <NAME.CASE>Aramex Nederland</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑145/16</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2017:130">EU:C:2017:130</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0023">23</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata). Issa, dan ma huwiex il-każ hawnhekk, peress li mill-karatteristiċi ta’ distillazzjoni ta’ dan il-prodott jirriżulta preċiżament li dan ma jaqax, għall-applikazzjoni tal-intestatura 2710 tan-NM, taħt id-definizzjoni taż-żjut tal-gass, fis-sens ta’ din in-nota addizzjonali 2(e).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0037"><NO.P>37</NO.P><TXT>Il-fatt li SAKSA rreferiet għan-nota g tat-tabella 3 tal-istandard EN 590:2013, li skontha d-definizzjoni ta’ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0044" ID="QS0044"/>żjut tal-gass<QUOT.END REF.START="QS0044" CODE="201D" ID="QE0044"/> mogħtija fin-NM <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0045" ID="QS0045"/>tista’ ma tiġix applikata għall-klassijiet intiżi li jintużaw fi klima artika jew f’kundizzjonijiet xitwin qliel<QUOT.END REF.START="QS0045" CODE="201D" ID="QE0045"/> ma huwiex rilevanti f’dan il-każ.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0038"><NO.P>38</NO.P><TXT>Fil-fatt, l-istandard EN 590:2013 ma ġiex adottat minn korp tal-Unjoni, iżda miċ-CEN, organu rregolat mid-dritt privat.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0039"><NO.P>39</NO.P><TXT>Ċertament, jista’ jiġi dedott mill-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja li standard armonizzat, imfassal minn organu rregolat mid-dritt privat, jista’ jiġi kkunsidrat li jifforma parti mill-ordinament ġuridiku tal-Unjoni meta dan l-istandard ikun ġie kkonċepit fuq l-inizjattiva u taħt id-direzzjoni kif ukoll taħt il-kontroll tal-Kummissjoni, u meta jipproduċi effetti legali vinkolanti wara l-pubblikazzjoni tar-riferimenti tiegħu f’<HT TYPE="ITALIC">Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea</HT> (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20161027">27 ta’ Ottubru 2016</DATE>, <NAME.CASE>James Elliott Construction</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑613/14</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2016:821">EU:C:2016:821</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0040">40</REF.NP.ECR>, <REF.NP.ECR REF="NP0043">43</REF.NP.ECR> u <REF.NP.ECR REF="NP0044">44</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="9"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0040"><NO.P>40</NO.P><TXT>Barra minn hekk, huwa minnu li l-istandard EN 590:2013 tfassal miċ-CEN fuq il-bażi tal-mandat M 394, mogħti mill-Kummissjoni fit-<DATE ISO="20061113">13 ta’ Novembru 2006</DATE>. Barra minn hekk, wara li ċ-CEN stabbilixxa dan l-istandard, permezz tad-Direttiva 2014/77, il-Kummissjoni aġġornat ir-riferiment għal dan l-istandard fin-nota 1 tal-Anness II tad-Direttiva 98/70.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0041"><NO.P>41</NO.P><TXT>Madankollu, huwa biżżejjed li jiġi kkonstatat li r-riferiment għall-istandard EN 590:2013 b’applikazzjoni tan-nota 1 ta’ dan l-Anness II jirrigwarda biss il-metodi ta’ ttestjar imsemmija f’dan l-istandard.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0042"><NO.P>42</NO.P><TXT>Peress li n-nota g tat-tabella 3 tal-istandard EN 590:2013 ma tinkludi l-ebda metodu ta’ ttestjar, hija ma tistax tiġi kkunsidrata li tifforma parti mid-dritt tal-Unjoni u ma hijiex rilevanti għall-finijiet tal-istabbiliment tal-klassifikazzjoni tariffarja tal-merkanzija.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0043"><NO.P>43</NO.P><TXT>Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet preċedenti kollha, ir-risposta għad-domandi magħmula għandha tkun li n-NM għandha tiġi interpretata fis-sens li żejt minerali, bħal dak inkwistjoni fil-kawża prinċipali, ma jistax, minħabba l-karatteristiċi ta’ distillazzjoni tiegħu, jiġi kklassifikat bħala żjut tal-gass taħt is-subintestatura 2710 19 43 tan-NM, anki meta dan iż-żejt kien jissodisfa r-rekwiżiti previsti fl-istandard EN 590:2013 dwar żjut tal-gass intiżi għal klimi artiċi jew għal kundizzjonijiet xitwin qliel.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq l-ispejjeż</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0044"><NO.P>44</NO.P><TXT>Peress li l-proċedura għandha, fir-rigward tal-partijiet fil-kawża prinċipali, in-natura ta’ kwistjoni mqajma quddiem il-qorti tar-rinviju, hija din il-qorti li tiddeċiedi fuq l-ispejjeż. L-ispejjeż sostnuti għas-sottomissjoni tal-osservazzjonijiet lill-Qorti tal-Ġustizzja, barra dawk tal-imsemmija partijiet, ma jistgħux jitħallsu lura.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><JURISDICTION><INTRO>Għal dawn ir-raġuni, Il‑Qorti tal-Ġustizzja (L‑Għaxar Awla) taqta’ u tiddeċiedi:</INTRO><P><HT TYPE="BOLD">In-Nomenklatura Magħquda fl-Anness I tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 tat-<DATE ISO="19870723">23 ta’ Lulju 1987</DATE> dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni ta’ Dwana, fil-verżjoni tagħha li tirriżulta mir-Regolament ta’ Implementazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1101/2014 tas-<DATE ISO="20141016">16 ta’ Ottubru 2014</DATE>, għandha tiġi interpretata fis-sens li żejt minerali, bħal dak inkwistjoni fil-kawża prinċipali, ma jistax, minħabba l-karatteristiċi ta’ distillazzjoni tiegħu, jiġi kklassifikat bħala żjut tal-gass taħt is-subintestatura 2710 19 43 ta’ din in-nomenklatura, anki meta dan iż-żejt kien jissodisfa r-rekwiżiti previsti fl-istandard armonizzat EN 590, fil-verżjoni tiegħu ta’ Settembru 2013, dwar żjut tal-gass intiżi għal klimi artiċi jew għal kundizzjonijiet xitwin qliel.</HT></P></JURISDICTION></CONTENTS.JUDGMENT><SIGNATURE.CASE><SIGNATORY><P>Firem</P></SIGNATORY></SIGNATURE.CASE></JUDGMENT>