Trattat dwar l-Unjoni Ewropea (verżjoni konsolidata) - A. Protokoll anness mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewopea - Il-Protokoll (no 1) dwar l-Artikolu 17 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea (1997)
Official Journal C 321 E , 29/12/2006 P. 0190 - 0190
Il-Protokoll (no 1) dwar l-Artikolu 17 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea (1997) IL-PARTIJIET KONTRAENTI GĦOLJA, WAQT LI JIKKUNSIDRAW il-ħtieġa li jimplimentaw kompletament id-disposizzjonijiet ta’ l-Artikolu 17, paragrafu 1, it-tieni subparagrafu, u paragrafu 3, tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea; WAQT LI JIKKUNSIDRAW li l-politika ta' l-Unjoni skond l-Artikolu 17 m’għandiex tippreġudika il-karattru speċifiku tal-politika ta' sigurtà u ta' difiża ta’ xi uħud mill-Istati Membri u għandha tirrispetta l-obbligi ta’ uħud mill-Istati Membri, li jaraw id-difiża komuni tagħhom imwettqa fin-NATO, skond it-Trattat tan-Nord Atlantiku u li tkun kumpattibli mal-politika komuni għas-sigurtà u għad-difiża stabbilita f’dak il-qafas; FTEHMU fuq id-disposizzjoni li ġejja, li hija annessa mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, L-Unjoni Ewropea għandha tħejji, flimkien ma' l-Unjoni Ewropea tal-Punent, arranġamenti għall-kooperazzjoni msaħħa bejniethom, fi żmien sena mid-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta’ Amsterdam. --------------------------------------------------