<?xml version="1.0" encoding="UTF-8"?><JUDGMENT xmlns:fmx="http://opoce" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:noNamespaceSchemaLocation="http://formex.publications.europa.eu/schema/formex-05.58-20161101.xd"><BIB.JUDGMENT><REF.CASE FILE="n.a."><NO.CASE>C-724/17</NO.CASE></REF.CASE><NO.CELEX>62017CJ0724</NO.CELEX><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2019:204">EU:C:2019:204</NO.ECLI><NO.SEQ>0001</NO.SEQ><PAGE.FIRST.ECR>1</PAGE.FIRST.ECR><PAGE.SEQ>1</PAGE.SEQ><PAGE.LAST.ECR>9</PAGE.LAST.ECR><PAGE.TOTAL>9</PAGE.TOTAL><AUTHOR>CJ</AUTHOR></BIB.JUDGMENT><CURR.TITLE><PAGE.HEADER><P><HT TYPE="SC">Sentenza tal-<DATE ISO="20190314">14.3.2019</DATE> – Kawża C-724/17</HT></P><P><HT TYPE="SC">Skanska Industrial Solutions <HT TYPE="ITALIC">et</HT></HT></P></PAGE.HEADER></CURR.TITLE><TITLE><TI><P><HT TYPE="UC">Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja</HT> (It-Tieni Awla)</P><P><DATE ISO="20190314">14 ta’ Marzu 2019</DATE><NOTE NUMBERING="STAR" TYPE="FOOTNOTE" NOTE.ID="E0001"><P>Lingwa tal-kawża: il-Finlandiż.</P></NOTE></P></TI></TITLE><INTERMEDIATE><INDEX IDX.CLOSE="”" SEPARATOR=" – " IDX.OPEN="“"><KEYWORD>Rinviju għal deċiżjoni preliminari</KEYWORD><KEYWORD>Kompetizzjoni</KEYWORD><KEYWORD>Artikolu 101 TFUE</KEYWORD><KEYWORD>Kumpens għad-danni kkawżati minn akkordju pprojbit minn dan l-artikolu</KEYWORD><KEYWORD>Determinazzjoni tal-entitajiet responsabbli għall-ħlas tal-kumpens</KEYWORD><KEYWORD>Suċċessjoni ta’ entitajiet ġuridiċi</KEYWORD><KEYWORD>Kunċett ta’ impriża</KEYWORD><KEYWORD>Kriterju tal-kontinwità ekonomika</KEYWORD></INDEX></INTERMEDIATE><JUDGMENT.INIT><P>Fil-Kawża C‑724/17,</P><P>li għandha bħala suġġett talba għal deċiżjoni preliminari skont l-Artikolu 267 TFUE, imressqa mill-Korkein oikeus (il-Qorti Suprema, il-Finlandja), permezz ta’ deċiżjoni tad-<DATE ISO="20171219">19 ta’ Diċembru 2017</DATE>, li waslet fil-Qorti tal-Ġustizzja fit-<DATE ISO="20171222">22 ta’ Diċembru 2017</DATE>, fil-proċedura</P></JUDGMENT.INIT><PARTIES><PLAINTIFS><P><HT TYPE="BOLD">Vantaan kaupunki</HT></P></PLAINTIFS><AGAINST>vs</AGAINST><DEFENDANTS><P><HT TYPE="BOLD">Skanska Industrial Solutions <HT TYPE="ITALIC">et</HT></HT></P><P><HT TYPE="BOLD">NCC Industry Oy,</HT></P><P><HT TYPE="BOLD">Asfaltmix Oy,</HT></P></DEFENDANTS></PARTIES><PREAMBLE><PREAMBLE.INIT><P>IL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA (It-Tieni Awla),</P><P>komposta minn A. Arabadjiev (Relatur), President tal-Awla, R. Silva de Lapuerta, Viċi President tal-Qorti tal-Ġustizzja, li qed taġixxi bħala Imħallef tat-Tieni Awla, E. Levits, M. Berger u P. G. Xuereb, Imħallfin,</P><P>Avukat Ġenerali: N. Wahl,</P><P>Reġistratur: L. Carrasco Marco, amministratur,</P></PREAMBLE.INIT><GR.VISA><VISA>wara li rat il-proċedura bil-miktub u wara s-seduta tas-<DATE ISO="20190116">16 ta’ Jannar 2019</DATE>,</VISA></GR.VISA><GR.CONSID><CONSID><P>wara li kkunsidrat l-osservazzjonijiet ippreżentati:</P><LIST TYPE="NDASH"><ITEM><P>għall-Vantaan kaupunki, minn N. Mickelsson u O. Hyvönen, asianajajat,</P></ITEM><ITEM><P>għal Skanska Industrial Solutions Oy, minn A. P. Mentula u T. Väätäinen, asianajajat,</P></ITEM><ITEM><P>għal NCC Industry Oy, minn I. Aalto-Setälä, M. Kokko, M. von Schrowe u H. Koivuniemi, asianajajat,</P></ITEM><?PAGE NO="2"?><ITEM><P>għal Asfaltmix Oy, minn S. Hiltunen, A. Laine u M. Blomfelt, asianajajat,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Gvern Finlandiż, minn J. Heliskoski u S. Hartikainen, bħala aġenti,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Gvern Taljan, minn G. Palmieri, bħala aġent, assistita minn S. Fiorentino, avvocato dello Stato,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Gvern Pollakk, minn B. Majczyna, bħala aġent,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Kummissjoni Ewropea, minn C. Vollrath, H. Leupold, G. Meessen u M. Huttunen, bħala aġenti,</P></ITEM></LIST></CONSID></GR.CONSID><GR.VISA><VISA>wara li semgħet il-konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali, ippreżentati fis-seduta tas-<DATE ISO="20190206">6 ta’ Frar 2019</DATE>,</VISA></GR.VISA><PREAMBLE.FINAL>tagħti l-preżenti</PREAMBLE.FINAL></PREAMBLE><CONTENTS.JUDGMENT><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Sentenza</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0001"><NO.P>1</NO.P><TXT>It-talba għal deċiżjoni preliminari tirrigwarda l-interpretazzjoni tal-Artikolu 101 TFUE u tal-prinċipju ta’ effettività tad-dritt tal-Unjoni fid-dawl tar-regoli applikabbli fl-ordinament ġuridiku Finlandiż għall-azzjonijiet għad-danni għal ksur tad-dritt tal-kompetizzjoni tal-Unjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0002"><NO.P>2</NO.P><TXT>Din it-talba ġiet ippreżentata fil-kuntest ta’ tilwima bejn, minn-naħa, l-Vantaan kaupunki (il-Belt ta’ Vantaa, il-Finlandja) u, min-naħa l-oħra, Skanska Industrial Solutions Oy, NCC Industry Oy u Asfaltmix Oy, dwar il-kumpens għad-danni li jirriżultaw minn akkordju fis-suq tal-asfalt fil-Finlandja.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-kuntest ġuridiku</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0003"><NO.P>3</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 1 tal-Kapitolu 2 tal-vahingonkorvauslaki 412/1974 (il-Liġi 412/1974 dwar il-Kumpens għad-Danni), kull min, intenzjonalment jew b’negliġenza, jikkawża dannu lil persuna oħra huwa obbligat li jikkumpensaha.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0004"><NO.P>4</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 2 tal-Kapitolu 6 ta’ din il-liġi, jekk id-dannu ġie kkawżat minn żewġ persuni jew iktar, jew jekk żewġ persuni jew iktar huma obbligati jikkumpensaw l-istess dannu, dawn huma responsabbli <HT TYPE="ITALIC">in solidum</HT>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0005"><NO.P>5</NO.P><TXT>Skont il-leġiżlazzjoni Finlandiża dwar kumpanniji b’responsabbiltà limitata, kull kumpannija b’responsabbiltà limitata hija entità legali separata, mogħnija bl-assi rispettivi tagħha u li tassumi r-responsabbiltà rispettiva tagħha.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-kawża prinċipali u d-domandi preliminari</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0006"><NO.P>6</NO.P><TXT>Bejn l-1994 u l-2002, fil-Finlandja ġie implimentat akkordju fis-suq tal-asfalt (iktar ’il quddiem l-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0001" ID="QS0001"/>akkordju inkwistjoni<QUOT.END REF.START="QS0001" CODE="201D" ID="QE0001"/>). Dan l-akkordju, li kien jirrigwarda t-tqassim tas-swieq, it-tariffi u l-ippreżentar ta’ offerti għal kuntratti, kien ikopri t-totalità ta’ dan l-Istat Membru u seta’ jaffettwa wkoll il-kummerċ bejn l-Istati Membri. Lemminkäinen Oyj, Sata-Asfaltti Oy, Interasfaltti Oy, Asfalttineliö Oy u Asfaltti-Tekra Oy, b’mod partikolari, kienu pparteċipaw fl-imsemmi akkordju.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0007"><NO.P>7</NO.P><TXT>Fit-<DATE ISO="20000322">22 ta’ Marzu 2000</DATE>, Asfaltti-Tekra, li sar jisimha, mill-<DATE ISO="20001101">1 ta’ Novembru 2000</DATE>, Skanska Asfaltti Oy, xtrat l-azzjonijiet kollha ta’ Sata-Asfaltti. Fit-<DATE ISO="20020123">23 ta’ Jannar 2002</DATE>, din l-aħħar kumpannija ġiet xolta wara proċedura ta’ stralċ volontarju, li fil-kuntest tagħha l-attivitajiet kummerċjali tagħha ġew<?PAGE NO="3"?> ittrasferiti, mit-<DATE ISO="20001213">13 ta’ Diċembru 2000</DATE>, lil Skanska Asfaltti. Din tal-aħħar kienet ukoll ipparteċipat fl-akkordju inkwistjoni. Fit-<DATE ISO="20170809">9 ta’ Awwissu 2017</DATE>, l-isem ta’ din il-kumpannija sar Skanska Industrial Solutions (iktar ’il quddiem <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0002" ID="QS0002"/>SIS<QUOT.END REF.START="QS0002" CODE="201D" ID="QE0002"/>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0008"><NO.P>8</NO.P><TXT>Interasfaltti kienet 100 % sussidjarja ta’ Oy Läntinen Teollisuuskatu 15. Fil-<DATE ISO="20001031">31 ta’ Ottubru 2000</DATE>, NCC Finland Oy xtrat l-azzjonijiet ta’ Läntinen Teollisuuskatu 15. Fit-<DATE ISO="20020930">30 ta’ Settembru 2002</DATE>, Interasfaltti ġiet assorbita minn Läntinen Teollisuuskatu 15, li sar jisimha, f’din iċ-ċirkustanza, Interasfaltti. Fl-<DATE ISO="20030101">1 ta’ Jannar 2003</DATE>, NCC Finland nqasmet fi tliet kumpanniji ġodda. Waħda minnhom, NCC Roads Oy, irċeviet il-proprjetà tal-azzjonijiet kollha ta’ Interasfaltti. Fit-<DATE ISO="20031231">31 ta’ Diċembru 2003</DATE>, Interasfaltti ġiet xolt wara proċedura ta’ stralċ volontarju, li fil-kuntest tagħha l-attivitajiet kummerċjali tagħha ġew ittrasferiti, mill-<DATE ISO="20030201">1 ta’ Frar 2003</DATE>, lil NCC Roads. Fl-<DATE ISO="20160501">1 ta’ Mejju 2016</DATE>, l-isem ta’ din il-kumpannija tal-aħħar sar NCC Industry (iktar ’il quddiem <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0003" ID="QS0003"/>NCC<QUOT.END REF.START="QS0003" CODE="201D" ID="QE0003"/>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0009"><NO.P>9</NO.P><TXT>Fl-<DATE ISO="20000620">20 ta’ Ġunju 2000</DATE>, Siilin tal-grupp Oy, li sar jisimha, mis-<DATE ISO="20001017">17 ta’ Ottubru 2000</DATE>, Rudus Asfaltti Oy, xtrat l-azzjonijiet kollha ta’ Asfalttineliö. Fit-<DATE ISO="20020123">23 ta’ Jannar 2002</DATE>, Asfalttineliö ġiet xolt wara proċedura ta’ stralċ volontarju, li fil-kuntest tagħha l-attivitajiet kummerċjali tagħha ġew ittrasferiti, mis-<DATE ISO="20010216">16 ta’ Frar 2001</DATE>, lil Rudus Asfaltti. Fl-<DATE ISO="20140110">10 ta’ Jannar 2014</DATE>, l-isem ta’ din il-kumpannija tal-aħħar sar Asfaltmix.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0010"><NO.P>10</NO.P><TXT>Fit-<DATE ISO="20040331">31 ta’ Marzu 2004</DATE>, il-kilpailuvirasto (l-Awtorità tal-Kompetizzjoni, il-Finlandja) ipproponiet li jiġu imposti sanzjonijiet pekunjarji fuq seba’ kumpanniji. Permezz ta’ sentenza tad-<DATE ISO="20090929">29 ta’ Settembru 2009</DATE>, il-Korkein hallinto-oikeus (il-Qorti Amministrattiva Suprema, il-Finlandja), b’applikazzjoni tal-kriterju tal-kontinwità ekonomika, irrikonoxxut mill-Qorti tal-Ġustizzja fil-ġurisprudenza tagħha, ikkundannat, b’mod partikolari, lil SIS, għall-imġiba rispettiva tagħha u għal dik ta’ Sata-Asfaltti, lil NCC, għall-imġiba ta’ Interasfaltti, u lil Asfaltmix, għall-imġiba ta’ Asfalttineliö, għal sanzjonijiet pekunjarji għall-ksur tal-kilpailunrajoituslaki (il-Liġi dwar ir-Restrizzjonijiet tal-Kompetizzjoni) u tal-Artikolu 81 KE (li sar l-Artikolu 101 TFUE).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0011"><NO.P>11</NO.P><TXT>Fuq il-bażi ta’ din is-sentenza tal-Korkein hallinto-oikeus (il-Qorti Amministrattiva Suprema), il-belt ta’ Vantaa, li kienet ikkonkludiet ma’ Lemminkäinen kuntratti fis-settur tal-asfalt għas-snin 1998 sa 2001, fit-<DATE ISO="20091202">2 ta’ Diċembru 2009</DATE>, ressqet quddiem il-käräjäoikeus (il-Qorti tal-Ewwel Istanza, il-Finlandja) rikors għad-danni kontra, b’mod partikolari, SIS, NCC u Asfaltmix, fejn sostniet li dawn it-tliet kumpanniji huma responsabbli <HT TYPE="ITALIC">in solidum</HT> għall-ispejjeż żejda li hija kellha ssofri waqt it-twettiq tax-xogħol ta’ asfaltar, minħabba l-ħlasijiet żejda fuq il-kuntratti bħala riżultat tal-akkordju inkwistjoni. SIS, NCC u Asfaltmix argumentaw li huma ma kinux responsabbli għad-danni kkawżati mill-kumpanniji ġuridikament indipendenti li pparteċipaw f’dan l-akkordju u li t-talba għal kumpens messha tressqet fil-kuntest tal-proċeduri ta’ stralċ ta’ dawn il-kumpanniji tal-aħħar.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0012"><NO.P>12</NO.P><TXT>Il-käräjäoikeus (il-Qorti tal-Ewwel Istanza) ikkundannat lil SIS għad-danni, għall-imġiba rispettiva tagħha u għal dik Sata-Asfaltti, lil NCC, għall-imġiba ta’ Interasfaltti, u lil Asfaltmix għall-imġiba ta’ Asfalttineliö. Dik il-qorti qieset li, f’sitwazzjoni bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, kien, fil-prattika, impossibbli jew eċċessivament diffiċli għal persuna leża minn ksur tad-dritt tal-kompetizzjoni tal-Unjoni, li tinkiseb, bis-saħħa tad-dritt tar-responsabbiltà u tad-dritt tal-kumpanniji Finlandiż, il-kumpens għad-dannu subit minħabba dan il-ksur. L-imsemmija qorti qieset li, sabiex tiġi żgurata l-effettività tal-Artikolu 101 TFUE, għandu jiġi applikat l-kriterju tal-kontinwità ekonomika fir-rigward tal-imputazzjoni tar-responsabbiltà għall-ħlas tal-kumpens għal dan id-dannu bl-istess mod bħalma jiġi applikat fir-rigward tal-impożizzjoni ta’ multi.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0013"><NO.P>13</NO.P><TXT>Adita b’appell, il-hovioikeus (il-Qorti tal-Appell, il-Finlandja) qieset li l-prinċipju ta’ effettività ma jistax jikkonfuta l-karatteristiċi fundamentali tas-sistema Finlandiża ta’ responsabbiltà ċivili u li l-kriterju ta’ kontinwità ekonomika, applikat fil-qasam ta’ impożizzjoni ta’ multi, ma setgħetx, fl-assenza ta’ modalitajiet jew ta’ dispożizzjonijiet iktar preċiżi, jiġi traspost għall-azzjonijiet għad-danni. Din il-qorti, konsegwentement, ċaħdet it-talbiet tal-belt ta’ Vantaa sa fejn dawn kienu jirrigwardaw lil SIS, minħabba l-imġiba ta’ Sata-Asfaltti, kif ukoll lil NCC u lil Asfaltmix.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="4"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0014"><NO.P>14</NO.P><TXT>Il-belt ta’ Vantaa appellat fil-kassazzjoni kontra d-deċiżjoni tal-hovioikeus (il-Qorti tal-Appell) quddiem il-Korkein oikeus (il-Qorti Suprema, il-Finlandja).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0015"><NO.P>15</NO.P><TXT>Din l-aħħar qorti tosserva li d-dritt Finlandiż ma jipprevedix regoli għall-imputazzjoni tar-responsabbiltà għad-danni kkawżati minn ksur tad-dritt tal-kompetizzjoni tal-Unjoni f’sitwazzjoni bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali. Ir-regoli ta’ responsabbiltà ċivili stabbiliti fid-dritt Finlandiż huma bbażati fuq il-prinċipju li jgħid li hija biss l-entità ġuridika li kkawżat id-dannu li hija responsabbli. Fir-rigward ta’ persuni ġuridiċi, huwa possibbli li ssir deroga minn dan il-prinċipju billi titwarrab l-awtonomija tal-persuna ġuridika. Madankollu, din il-possibbiltà tista’ tintuża biss meta l-operaturi kkonċernati użaw l-istruttura tal-grupp, ir-rabtiet bejn l-impriżi jew il-kontroll ta’ azzjonist, b’mod kundannabbli jew artifiċjali, li wassal biex tiġi evitata r-responsabbiltà legali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0016"><NO.P>16</NO.P><TXT>Il-Qorti tar-rinviju tosserva li mill-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja jirriżulta li kull persuna għandha d-dritt li titlob kumpens għad-danni subiti minħabba ksur tal-Artikolu 101 TFUE, meta jkun hemm rabta kawżali bejn dan id-dannu u l-imsemmi ksur, u li huwa l-ordinament ġuridiku intern ta’ kull Stat Membru li għandu jistabbilixxi l-modalitajiet għall-eżerċizzju ta’ dan id-dritt.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0017"><NO.P>17</NO.P><TXT>Madankollu, minn din il-ġurisprudenza ma jirriżultax b’mod ċar li d-determinazzjoni tal-persuni msejħa sabiex jikkumpensaw tali danni għandha ssir abbażi ta’ applikazzjoni diretta tal-Artikolu 101 TFUE jew inkella li din għandha ssir skont il-modalitajiet stabbiliti mill-ordinament ġuridiku intern ta’ kull Stat Membru.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0018"><NO.P>18</NO.P><TXT>Fil-każ fejn il-persuni responsabbli għall-ħlas tal-kumpens għal danni kkawżat minn ksur tal-Artikolu 101 TFUE għandhom jiġu ddeterminati direttament b’applikazzjoni ta’ dan l-artikolu, jifdal, skont il-qorti tar-rinviju, li jiġi ċċarat liema huma l-persuni li jistgħu jinżammu responsabbli għal dan il-ksur.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0019"><NO.P>19</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, huwa possibbli li tiġi aċċettata jew ir-responsabbiltà tal-persuna li kisret ir-regoli tad-dritt tal-kompetizzjoni, jew inkella r-responsabbiltà tal-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0004" ID="QS0004"/>impriża<QUOT.END REF.START="QS0004" CODE="201D" ID="QE0004"/>, fis-sens tal-Artikolu 101 TFUE, li kisret dawn ir-regoli. Mill-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja jirriżulta li, meta impriża magħmula minn diversi persuni ġuridiċi tikser ir-regoli tal-kompetizzjoni, hija għandha, skont il-prinċipju ta’ responsabbiltà personali, twieġeb għal dan il-ksur. Huwa possibbli, b’applikazzjoni ta’ din il-ġurisprudenza, li r-responsabbiltà għal ksur tal-Artikolu 101 TFUE tiġi imputata fuq l-entità li kompliet l-attivitajiet kummerċjali tal-entità li wettqet il-ksur, meta l-entità tal-aħħar ma tkunx għadha teżisti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0020"><NO.P>20</NO.P><TXT>Il-Qorti tar-rinviju tqis li, fil-każ li l-persuni responsabbli għall-ħlas tal-kumpens għal danni kkawżat minn ksur tal-Artikolu 101 TFUE ma għandhomx jiġu ddeterminati direttament b’applikazzjoni ta’ dan l-artikolu, hija jkollha tipproċedi bl-imputazzjoni tar-responsabbiltà għad-danni li jirriżultaw mill-akkordju inkwistjoni abbażi tar-regoli tad-dritt Finlandiż u tal-prinċipju ta’ effettività tad-dritt tal-Unjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0021"><NO.P>21</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, il-qorti tar-rinviju tistaqsi jekk l-imsemmi prinċipju jimplikax li r-responsabbiltà għall-ksur tad-dritt tal-kompetizzjoni tal-Unjoni għandha tiġi imputata fuq il-kumpannija li kisbet il-kapital u kompliet l-attivitajiet kummerċjali tal-kumpannija xolta, li kienet ipparteċipat fl-akkordju. Għalhekk tqum il-kwistjoni dwar jekk il-prinċipju ta’ effettività jipprekludix leġiżlazzjoni nazzjonali bħal dik deskritta fil-punt 15 ta’ din is-sentenza u, jekk iva, jekk huwiex possibbli li jitqies li l-kumpannija li kompliet l-attivitajiet kummerċjali tal-kumpannija li pparteċipat fl-akkordju għandha tinżamm responsabbli biss jekk l-ewwel waħda minn dawn il-kumpanniji kienet taf jew missha kienet taf, meta kisbet il-kapital tat-tieni waħda, li hija kienet wettqet tali ksur.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="5"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0022"><NO.P>22</NO.P><TXT>F’dawn iċ-ċirkustanzi, il-Korkein oikeus (il-Qorti Suprema) iddeċidiet li tissospendi l-proċeduri quddiemha u li tagħmel lill-Qorti tal-Ġustizzja d-domandi preliminari segwenti:</TXT><QUOT.S LEVEL="1"><LIST TYPE="OTHER"><ITEM><NP><NO.P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0005" ID="QS0005"/>1)</NO.P><TXT>Id-determinazzjoni tal-entitajiet marbuta li jikkumpensaw dannu kkawżat minn aġir li jmur kontra l-Artikolu 101 TFUE għandha ssir fuq il-bażi ta’ applikazzjoni diretta ta’ din id-dispożizzjoni, jew fuq il-bażi tad-dispożizzjonijiet tad-dritt nazzjonali[?]</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>2)</NO.P><TXT>Fil-każ li l-entitajiet responsabbli għandhom jiġu ddeterminati direttament fuq il-bażi tal-Artikolu 101 TFUE, l-entitajiet marbuta li jikkumpensaw id-dannu huma dawk li jaqgħu taħt il-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="2018" REF.END="QE0006" ID="QS0006"/>impriża<QUOT.END REF.START="QS0006" CODE="2019" ID="QE0006"/> fis-sens ta’ din id-dispożizzjoni? Għall-finijiet tad-determinazzjoni tal-entitajiet responsabbli għall-kumpens tad-danni, għandhom jiġu applikati l-istess prinċipji li l-Qorti tal-Ġustizzja applikat għall-finijiet tad-determinazzjoni tal-entitajiet responsabbli fil-kuntest tas-sanzjonijiet pekunjarji u li skonthom ir-responsabbiltà tista’ b’mod partikolari tkun ibbażata fuq l-appartenenza għall-istess unità ekonomika jew fuq il-kontinwità ekonomika?</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>3)</NO.P><TXT>Fil-każ li l-entitajiet responsabbli għandhom jiġu ddeterminati fuq il-bażi tad-dispożizzjonijiet nazzjonali tad-dritt tal-Istati Membri, għandha titqies li tmur kontra r-rekwiżit ta’ effettività tad-dritt tal-Unjoni leġiżlazzjoni nazzjonali li permezz tagħha kumpannija li, wara li tkun kisbet il-kapital azzjonarju kollu ta’ kumpannija li pparteċipat f’akkordju pprojbit mill-Artikolu 101 TFUE, xoljiet il-kumpannija inkwistjoni u assumiet l-attività tagħha, ma tkunx marbuta tikkumpensa d-dannu kkawżat mill-aġir antikompetittiv tal-kumpannija inkwistjoni, anki jekk ikun prattikament impossibbli jew eċċessivament diffiċli li jinkiseb kumpens mill-kumpannija xolta? Ir-rekwiżit ta’ effettività jipprekludi interpretazzjoni tad-dritt intern tal-Istat Membru li jissuġġetta r-responsabbiltà għad-danni għall-kundizzjoni li operazzjoni ta’ trasformazzjoni tat-tip hawn fuq deskritta tkun twettqet b’mod illegali jew artifiċjali, sabiex jiġi evitat l-obbligu tal-kumpens tad-danni kkawżati minn ksur tad-dritt tal-kompetizzjoni, jew għal skopijiet frawdolenti oħra, jew, tal-inqas, għall-kundizzjoni li l-kumpannija kienet taf jew kellha tkun taf bil-ksur tad-dritt tal-kompetizzjoni fil-mumenet li hija wettqet din l-operazzjoni ta’ trasformazzjoni?<QUOT.END REF.START="QS0005" CODE="201D" ID="QE0005"/></TXT></NP></ITEM></LIST></QUOT.S></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq id-domandi preliminari</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0023"><NO.P>23</NO.P><TXT>Permezz tal-ewwel u tat-tieni domandi tagħha, li għandhom jiġu eżaminati flimkien, il-qorti tar-rinviju tistaqsi, essenzjalment, jekk l-Artikolu 101 TFUE għandux jiġi interpretat fis-sens li, f’sitwazzjoni bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li fiha l-azzjonijiet kollha tal-kumpanniji li pparteċipaw f’akkordju pprojbit minn dan l-artikolu nxtraw minn kumpanniji oħra, li xoljew dawn l-ewwel kumpanniji u komplew l-attivitajiet kummerċjali tagħhom, il-kumpanniji xerrejja jistgħu jinżammu responsabbli għad-danni kkawżati minn dan l-akkordju.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0024"><NO.P>24</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, għandu jitfakkar li l-Artikolu 101(1), u l-Artikolu 102 TFUE jipproduċu effetti diretti fir-relazzjonijiet bejn l-individwi u joħolqu drittijiet għall-partijiet f’kawża li għandhom jitħarsu mill-qrati nazzjonali (sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20140605">5 ta’ Ġunju 2014</DATE>, <NAME.CASE>Kone <HT TYPE="ITALIC">et</HT></NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑557/12</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2014:1317">EU:C:2014:1317</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0020">20</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0025"><NO.P>25</NO.P><TXT>Hija ġurisprudenza stabbilita li l-effikaċja sħiħa tal-Artikolu 101 TFUE u, b’mod partikolari, l-effettività tal-projbizzjoni msemmija fil-paragrafu 1 tiegħu jitqiegħdu fid-dubju li kieku ma kienx possibbli għal kull persuna li titlob kumpens għad-dannu kkawżat lilha minn kuntratt jew minn imġiba li tista’ toħloq restrizzjoni jew distorsjoni tal-kompetizzjoni (sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20140605">5 ta’ Ġunju 2014</DATE>, <NAME.CASE>Kone <HT TYPE="ITALIC">et</HT></NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑557/12</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2014:1317">EU:C:2014:1317</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0021">21</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0026"><NO.P>26</NO.P><TXT>Għaldaqstant, kull persuna għandha d-dritt titlob kumpens għad-dannu mġarrab meta teżisti rabta kawżali bejn l-imsemmi dannu u akkordju jew prattika pprojbita mill-Artikolu 101 TFUE (sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20140605">5 ta’ Ġunju 2014</DATE>, <NAME.CASE>Kone <HT TYPE="ITALIC">et</HT></NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑557/12</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2014:1317">EU:C:2014:1317</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0022">22</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="6"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0027"><NO.P>27</NO.P><TXT>Ċertament, fl-assenza ta’ leġiżlazzjoni tal-Unjoni f’dan il-qasam, huwa l-ordinament ġuridiku intern ta’ kull Stat Membru li għandu jirregola l-modalitajiet ta’ eżerċizzju tad-dritt li jintalab kumpens għad-dannu li jirriżulta minn akkordju jew minn prattika pprojbita mill-Artikolu 101 TFUE, bil-kundizzjoni li jiġu osservati l-prinċipji ta’ ekwivalenza u ta’ effettività (ara. f’dan is-sens, is-sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20140605">5 ta’ Ġunju 2014</DATE>, <NAME.CASE>Kone <HT TYPE="ITALIC">et</HT></NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑557/12</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2014:1317">EU:C:2014:1317</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0024">24</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0028"><NO.P>28</NO.P><TXT>Madankollu, kif irrileva, essenzjalment, l-Avukat Ġenerali fil-punti 60 sa 62 tal-konklużjonijiet tiegħu, il-kwistjoni tad-determinazzjoni tal-entità li għandha tikkumpensa d-dannu kkawżat minn ksur tal-Artikolu 101 TFUE hija direttament irregolata mid-dritt tal-Unjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0029"><NO.P>29</NO.P><TXT>Fil-fatt, mill-formulazzjoni tal-Artikolu 101(1) TFUE jirriżulta li l-awturi tat-Trattati għażlu li jużaw il-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0007" ID="QS0007"/>impriża<QUOT.END REF.START="QS0007" CODE="201D" ID="QE0007"/> biex jindikaw l-awtur ta’ ksur tal-projbizzjoni stabbilita f’din id-dispożizzjoni (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20170427">27 ta’ April 2017</DATE>, <NAME.CASE>Akzo Nobel <HT TYPE="ITALIC">et</HT> vs Il‑Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>C-516/15 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2017:314">EU:C:2017:314</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0046">46</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0030"><NO.P>30</NO.P><TXT>Barra minn hekk, hija ġurisprudenza stabbilita li d-dritt tal-Kompetizzjoni tal-Unjoni jirrigwarda l-attivitajiet tal-impriżi (ara, f’dan is-sens, is-sentenzi tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20071211">11 ta’ Diċembru 2007</DATE>, <NAME.CASE>ETI <HT TYPE="ITALIC">et</HT></NAME.CASE>, <NO.CASE>C-280/06</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2007:775">EU:C:2007:775</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0038">38</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata, kif ukoll tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20141218">18 ta’ Diċembru 2014</DATE>, <NAME.CASE>Il-Kummissjoni vs Parker Hannifin Manufacturing u Parker-Hannifin</NAME.CASE>, <NO.CASE>C-434/13 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2014:2456">EU:C:2014:2456</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0039">39</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0031"><NO.P>31</NO.P><TXT>Issa, peress li r-responsabbiltà għal dannu li jirriżulta minn ksur tar-regoli tal-kompetizzjoni tal-Unjoni hija ta’ natura <HT TYPE="ITALIC">ratione personae</HT>, hija l-impriża li tikser dawn ir-regoli li għandha tagħmel tajjeb għad-danni kkawżati mill-ksur.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0032"><NO.P>32</NO.P><TXT>Mill-kunsiderazzjonijiet esposti iktar ’il fuq jirriżulta li l-entitajiet li għandhom jikkumpensaw id-dannu kkawżat minn akkordju jew minn prattika pprojbita mill-Artikolu 101 TFUE huma l-impriżi, fis-sens ta’ din id-dispożizzjoni, li pparteċipaw f’dan l-akkordju jew f’din il-prattika.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0033"><NO.P>33</NO.P><TXT>Din l-interpretazzjoni ma hijiex ikkontestata mill-argument tal-Kummissjoni Ewropea, ippreżentat matul is-seduta, li jgħid li mill-Artikolu 11(1) tad-Direttiva 2014/104/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-<DATE ISO="20141126">26 ta’ Novembru 2014</DATE> dwar ċerti regoli li jirregolaw l-azzjonijiet għad-danni skont il-liġi nazzjonali għall-ksur tad-dispożizzjonijiet tal-liġi tal-kompetizzjoni tal-Istati Membri u tal-Unjoni Ewropea (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="349" PAGE.FIRST="1" DATE.PUB="2014">ĠU 2014, L 349, p. 1</REF.DOC.OJ>), li jipprovdi li l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-impriżi li kisru d-dritt tal-kompetizzjoni permezz ta’ imġiba konġunta huma responsabbli <HT TYPE="ITALIC">in solidum</HT> għad-danni kkawżati mill-ksur tad-dritt tal-kompetizzjoni, jirriżulta li huwa l-ordinament ġuridiku intern ta’ kull Stat Membru li għandu jiddetermina l-entità li għandha tikkumpensa dawn id-danni, fl-osservanza tal-prinċipji ta’ ekwivalenza u ta’ effettività.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0034"><NO.P>34</NO.P><TXT>Fil-fatt, din id-dispożizzjoni tad-Direttiva 2014/104, direttiva li ma hijiex, barra minn hekk, applikabbli <HT TYPE="ITALIC">ratione temporis</HT> għall-fatti inkwistjoni fil-kawża prinċipali, ma tirrigwardax id-determinazzjoni tal-entitajiet obbligati jikkumpensaw tali danni, iżda t-tqassim tar-responsabbiltà bejn l-imsemmija entitajiet, u, għaldaqstant, ma tagħtix setgħat lill-Istati Membri biex jagħmlu din id-determinazzjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0035"><NO.P>35</NO.P><TXT>Għall-kuntrarju, l-imsemmija dispożizzjoni tikkonferma, kif jagħmel l-Artikolu 1 tad-Direttiva 2014/104, intitolat <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0008" ID="QS0008"/>Suġġett u kamp ta’ applikazzjoni<QUOT.END REF.START="QS0008" CODE="201D" ID="QE0008"/>, fl-ewwel sentenza tal-paragrafu 1 tiegħu, li dawk responsabbli għad-danni kkawżata minn ksur tad-dritt tal-kompetizzjoni tal-Unjoni huma l-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0009" ID="QS0009"/>impriżi<QUOT.END REF.START="QS0009" CODE="201D" ID="QE0009"/> li wettqet dan il-ksur.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0036"><NO.P>36</NO.P><TXT>Dan premess, għandu jitfakkar li l-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0010" ID="QS0010"/>impriża<QUOT.END REF.START="QS0010" CODE="201D" ID="QE0010"/>, fis-sens tal-Artikolu 101 TFUE, jinkludi kull entità li teżerċita attività ekonomika, indipendentement mill-istatus ġuridiku ta’ din l-entità u mill-mod ta’ finanzjament tagħha (sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20071211">11 ta’ Diċembru 2007</DATE>, <NAME.CASE>ETI <HT TYPE="ITALIC">et</HT></NAME.CASE>, <NO.CASE>C-280/06</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2007:775">EU:C:2007:775</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0038">38</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="7"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0037"><NO.P>37</NO.P><TXT>Dan il-kunċett, meta jitqiegħed f’dan il-kuntest, għandu jinftiehem bħala li jkopri unità ekonomika anki jekk, mill-perspettiva ġuridika, din l-unità ekonomika hija magħmula minn diversi persuni fiżiċi jew ġuridiċi (sentenza tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20170427">27 ta’ April 2017</DATE>, <NAME.CASE>Akzo Nobel <HT TYPE="ITALIC">et</HT> vs Il‑Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>C-516/15 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2017:314">EU:C:2017:314</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0048">48</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0038"><NO.P>38</NO.P><TXT>Fir-rigward ta’ sitwazzjoni ta’ ristrutturazzjoni, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, fejn l-entità li wettqet il-ksur tad-dritt tal-kompetizzjoni tal-Unjoni ma għadhiex teżisti, għandu jitfakkar li, meta entità li tkun wettqet tali ksur tkun is-suġġett ta’ tibdil legali jew organizzattiv, dan it-tibdil ma għandux neċessarjament bħala effett li joħloq impriża ġdida ħielsa mir-responsabbiltà tal-aġir li jmur kontra r-regoli tal-kompetizzjoni tal-entità preċedenti jekk, mil-lat ekonomiku, hemm identiċità bejnha u bejn l-entità l-ġdida (ara, f’dan is-sens, is-sentenzi tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20071211">11 ta’ Diċembru 2007</DATE>, <NAME.CASE>ETI <HT TYPE="ITALIC">et</HT></NAME.CASE>, <NO.CASE>C-280/06</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2007:775">EU:C:2007:775</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0042">42</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>; tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20131205">5 ta’ Diċembru 2013</DATE>, <NAME.CASE>SNIA vs Il-Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>C-448/11 P</NO.CASE>, mhux ippubblikata, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2013:801">EU:C:2013:801</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0022">22</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>, kif ukoll tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20141218">18 ta’ Diċembru 2014</DATE>, <NAME.CASE>Il-Kummissjoni vs Parker Hannifin Manufacturing u Parker-Hannifin</NAME.CASE>, <NO.CASE>C-434/13 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2014:2456">EU:C:2014:2456</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0040">40</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0039"><NO.P>39</NO.P><TXT>Għalhekk, ma huwiex inkompatibbli mal-prinċipju ta’ responsabbiltà personali li r-responsabbiltà ta’ ksur tiġi imputata fuq kumpannija fil-kwalità tagħha ta’ kumpannija li assorbiet il-kumpannija li wettqet il-ksur, meta din tal-aħħar ma baqgħetx teżisti (sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20131205">5 ta’ Diċembru 2013</DATE>, <NAME.CASE>SNIA vs Il-Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>C-448/11 P</NO.CASE>, mhux ippubblikata, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2013:801">EU:C:2013:801</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0023">23</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0040"><NO.P>40</NO.P><TXT>Barra minn hekk, il-Qorti tal-Ġustizzja ppreċiżat li jista’ jkun neċessarju, għall-finijiet tal-implementazzjoni effikaċi tar-regoli tal-kompetizzjoni tal-Unjoni, li r-responsabbiltà għal ksur ta’ dawn ir-regoli tiġi imputata fuq ix-xerrej tal-impriża li wettqet dan il-ksur, meta din l-aħħar impriża ma tibqax teżisti minħabba l-fatt li ġiet assorbita minn dan ix-xerrej, li jieħu, inkwantu kumpannija assorbenti, l-attiv u l-passivi tagħha, inklużi r-responsabbiltajiet tagħha minħabba ksur tad-dritt tal-Unjoni (sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20131205">5 ta’ Diċembru 2013</DATE>, <NAME.CASE>SNIA vs Il-Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑448/11 P</NO.CASE>, mhux ippubblikata, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2013:801">EU:C:2013:801</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0025">25</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0041"><NO.P>41</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, Asfaltmix issostni, essenzjalment, li peress li l-ġurisprudenza mfakkra fil-punti 36 sa 40 ta’ din is-sentenza ġiet żviluppata fil-kuntest tal-impożizzjoni, mill-Kummissjoni, ta’ multi abbażi tal-Artikolu 23(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1/2003 tas-<DATE ISO="20021216">16 ta’ Diċembru 2002</DATE>, fuq l-implimentazzjoni tar-regoli tal-kompetizzjoni mniżżlin fl-Artikoli [101] u [102 TFUE] (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 8, Vol. 2, p. 205), din il-ġurisprudenza ma hijiex applikabbli għal azzjoni għad-danni, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0042"><NO.P>42</NO.P><TXT>Dan l-argument ma jistax jiġi aċċettat.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0043"><NO.P>43</NO.P><TXT>Fil-fatt, kif ġie mfakkar fil-punt 25 ta’ din is-sentenza, id-dritt ta’ kull persuna li titlob kumpens għad-dannu kkawżat minn akkordju jew minn prattika pprojbita mill-Artikolu 101 TFUE tiżgura l-effikaċja sħiħa ta’ dan l-artikolu, b’mod partikolari, l-effett utli tal-projbizzjoni msemmija fil-paragrafu 1 tiegħu.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0044"><NO.P>44</NO.P><TXT>Dan id-dritt isaħħaħ, fil-fatt, in-natura operattiva tar-regoli tal-kompetizzjoni tal-Unjoni u huwa tali li jiskoraġġixxi l-ftehimiet jew il-prattiki, ħafna drabi moħbija, li jistgħu joħolqu restrizzjoni jew distorsjoni tal-kompetizzjoni, u b’hekk jikkontribwixxi għaż-żamma ta’ kompetizzjoni effettiva fl-Unjoni Ewropea (sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20140605">5 ta’ Ġunju 2014</DATE>, <NAME.CASE>Kone <HT TYPE="ITALIC">et</HT></NAME.CASE>, <NO.CASE>C-557/12</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2014:1317">EU:C:2014:1317</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0023">23</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0045"><NO.P>45</NO.P><TXT>Għalhekk, kif irrileva, essenzjalment, l-Avukat Ġenerali fil-punt 80 tal-konklużjonijiet tiegħu, l-azzjonijiet għad-danni għal ksur tar-regoli tal-kompetizzjoni tal-Unjoni huma parti integrali mis-sistema tal-implimentazzjoni ta’ dawn ir-regoli, li hija intiża li trażżan l-aġir antikompetittiv tal-impriżi u li tiskoraġġihom milli jwettqu tali aġiri.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="8"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0046"><NO.P>46</NO.P><TXT>Għalhekk, jekk impriżi, responsabbli għad-danni kkawżati minn ksur tar-regoli tal-kompetizzjoni tal-Unjoni, ikunu jistgħu jaħarbu mir-responsabbiltà tagħhom permezz tas-sempliċi fatt li l-identità tagħhom ġiet modifikata wara ristrutturazzjonijiet, ċessjonijiet jew bidliet legali jew organizzattivi oħra, l-għan imfittex minn din is-sistema kif ukoll l-effett utli tal-imsemmija regoli jkunu kompromessi (ara, b’analoġija, is-sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20071211">11 ta’ Diċembru 2007</DATE>, <NAME.CASE>ETI <HT TYPE="ITALIC">et</HT></NAME.CASE>, <NO.CASE>C-280/06</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2007:775">EU:C:2007:775</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0041">41</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0047"><NO.P>47</NO.P><TXT>Minn dan isegwi li l-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0011" ID="QS0011"/>impriża<QUOT.END REF.START="QS0011" CODE="201D" ID="QE0011"/>, fis-sens tal-Artikolu 101 TFUE, li jikkostitwixxi kunċett awtonomu tad-dritt tal-Unjoni, ma jistax ikollu portata differenti fil-kuntest tal-impożizzjoni, mill-Kummissjoni, ta’ multi skont l-Artikolu 23(2) tar-Regolament Nru 1/2003 u fil-kuntest ta’ azzjonijiet għad-danni għal ksur tar-regoli tal-kompetizzjoni tal-Unjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0048"><NO.P>48</NO.P><TXT>Fil-kawża prinċipali, mill-informazzjoni pprovduta mill-qorti tar-rinviju jirriżulta li SIS, NCC u Asfaltmix xtraw l-azzjonijiet kollha, rispettivament, ta’ Sata-Asfaltti, ta’ Interasfaltti u ta’ Asfalttineliö, li huma kumpanniji li pparteċipaw fl-akkordju inkwistjoni, u, sussegwentement, fl-okkażjoni ta’ proċeduri ta’ stralċ volontarju li seħħew matul is-snin 2000, 2001 u 2003, ħadu l-attivitajiet kummerċjali rispettivi kollha ta’ dawn il-kumpanniji tal-aħħar u xoljewhom.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0049"><NO.P>49</NO.P><TXT>Jidher għaldaqstant, bla ħsara għal evalwazzjoni definittiva mill-qorti tar-rinviju fid-dawl tal-elementi rilevanti kollha, li, mill-perspettiva ekonomiku, hemm identiċità bejn SIS, NCC u Asfaltmix, min-naħa, u, rispettivament, Sata-Asfaltti, Interasfaltti u Asfalttineliö, min-naħa l-oħra, sa fejn dawn l-aħħar tliet kumpanniji ma baqgħux jeżistu inkwantu persuni ġuridiċi.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0050"><NO.P>50</NO.P><TXT>F’dawn iċ-ċirkustanzi, għandu jitqies li SIS, NCC u Asfaltmix, inkwantu suċċessuri, rispettivament, ta’ Sata-Asfaltti, ta’ Interasfaltti u ta’ Asfalttineliö, ħadu r-responsabbiltà ta’ dawn il-kumpanniji tal-aħħar għad-danni kkawżati mill-akkordju inkwistjoni, minħabba l-fatt li dawn żguraw, inkwantu persuni ġuridiċi, il-kontinwità ekonomika tal-imsemmija kumpanniji.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0051"><NO.P>51</NO.P><TXT>Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet kollha esposti iktar ’il fuq, ir-risposta li għandha tingħata għall-ewwel u għat-tieni domandi għandha tkun li l-Artikolu 101 TFUE għandu jiġi interpretat fis-sens li, f’sitwazzjoni bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li fiha l-azzjonijiet kollha tal-kumpanniji li pparteċipaw f’akkordju pprojbit minn dan l-artikolu nxtraw minn kumpanniji oħra, li xoljew dawn l-ewwel kumpanniji u komplew l-attivitajiet kummerċjali tagħhom, il-kumpanniji xerrejja jistgħu jinżammu responsabbli għad-danni kkawżati minn dan l-akkordju.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0052"><NO.P>52</NO.P><TXT>Fid-dawl tar-risposta mogħtija għall-ewwel u t-tieni domandi, ma hemmx lok li tingħata risposta għat-tielet domanda.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq it-talba li l-effetti ta’ din is-sentenza jiġu limitati ratione temporis</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0053"><NO.P>53</NO.P><TXT>Fis-seduta, NCC talbet lill-Qorti tal-Ġustizzja tillimita <HT TYPE="ITALIC">ratione temporis</HT> l-effetti ta’ din is-sentenza fil-każ fejn hija jkollha tqis li l-kriterju ta’ kontinwità ekonomika huwa applikabbli għad-determinazzjoni tal-persuni li huma obbligati jikkumpensaw id-dannu kkawżat minn ksur tar-regoli tal-kompetizzjoni tal-Unjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0054"><NO.P>54</NO.P><TXT>Insostenn tat-talba tagħha, NCC sostniet li din l-interpretazzjoni ma kinitx prevedibbli, li din tagħti effett retroattiv lil dawn ir-regoli u li għandha konsegwenzi mhux previsti fuq l-attività tal-impriżi.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0055"><NO.P>55</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, għandu jitfakkar li, skont ġurisprudenza stabbilita tal-Qorti tal-Ġustizzja, l-interpretazzjoni li din tal-aħħar tagħti lil dispożizzjoni legali tal-Unjoni, fl-eżerċizzju tal-ġurisdizzjoni mogħtija lilha mill-Artikolu 267 TFUE, tikkjarifika u tippreċiża t-tifsira u l-portata ta’ din ir-regola, hekk kif għandha jew kellha tinftiehem u tiġi applikata sa mill-mument tad-dħul fis-seħħ tagħha. Minn dan jirriżulta li r-regola hekk interpretata tista’ u għandha tiġi applikata mill-qorti anki għal<?PAGE NO="9"?> relazzjonijiet ġuridiċi li nħolqu jew ġew stabbiliti qabel is-sentenza li tiddeċiedi dwar talba għal interpretazzjoni, sakemm jiġu ssodisfatti l-kundizzjonijiet kollha li jippermettu li titressaq tilwima dwar l-applikazzjoni tal-imsemmija regola quddiem il-qrati kompetenti (sentenza tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20160922">22 ta’ Settembru 2016</DATE>, <NAME.CASE>Microsoft Mobile Sales International <HT TYPE="ITALIC">et</HT></NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑110/15</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2016:717">EU:C:2016:717</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0059">59</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0056"><NO.P>56</NO.P><TXT>Huwa biss f’każijiet eċċezzjonali ferm li l-Qorti tal-Ġustizzja tista’, b’applikazzjoni ta’ prinċipju ġenerali ta’ ċertezza legali inerenti fl-ordinament ġuridiku tal-Unjoni, tillimita l-possibbiltà għal kull persuna kkonċernata li tinvoka dispożizzjoni li hija tkun interpretat bil-għan li tqiegħed inkwistjoni relazzjonijiet ġuridiċi stabbiliti f’<HT TYPE="ITALIC">bona fide</HT>. Sabiex tali limitazzjoni tkun tista’ tingħata, huwa neċessarju li jiġu ssodisfatti żewġ kriterji essenzjali, jiġifieri l-<HT TYPE="ITALIC">bona fide</HT> tal-persuni kkonċernati u r-riskju ta’ diffikultajiet serji (sentenza tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20160922">22 ta’ Settembru 2016</DATE>, <NAME.CASE>Microsoft Mobile Sales International <HT TYPE="ITALIC">et</HT></NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑110/15</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2016:717">EU:C:2016:717</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0060">60</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0057"><NO.P>57</NO.P><TXT>Iktar speċifikament, il-Qorti tal-Ġustizzja rrikorriet għal din is-soluzzjoni biss f’ċirkustanzi speċifiċi, b’mod partikolari meta kien jeżisti riskju ta’ riperkussjonijiet ekonomiċi gravi dovuti b’mod partikolari għan-numru għoli ta’ relazzjonijiet ġuridiċi kkostitwiti f’<HT TYPE="ITALIC">bona fide</HT> fuq il-bażi tal-leġiżlazzjoni meqjusa bħala validament fis-seħħ u meta kien jidher li l-individwi u l-awtoritajiet nazzjonali kienu ġew imħeġġa sabiex jadottaw aġir mhux konformi mad-dritt tal-Unjoni minħabba inċertezza oġġettiva u sinjifikattiva għal dak li jirrigwarda l-portata tad-dispożizzjonijiet tad-dritt tal-Unjoni, inċertezza li għaliha kienu eventwalment ikkontribwixxew l-aġir stess adottat minn Stati Membri oħra jew mill-Kummissjoni (sentenza tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20160922">22 ta’ Settembru 2016</DATE>, <NAME.CASE>Microsoft Mobile Sales International <HT TYPE="ITALIC">et</HT></NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑110/15</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2016:717">EU:C:2016:717</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0061">61</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0058"><NO.P>58</NO.P><TXT>F’dan il-każ, peress li NCC bl-ebda mod ma sostniet l-allegazzjonijiet tagħha, hija ma wrietx li l-kriterji msemmija fil-punt 56 ta’ din is-sentenza huma ssodisfatti f’dan il-każ.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0059"><NO.P>59</NO.P><TXT>Għaldaqstant, ma hemmx lok li l-effetti <HT TYPE="ITALIC">ratione temporis</HT> ta’ din is-sentenza jiġu limitati.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq l-ispejjeż</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0060"><NO.P>60</NO.P><TXT>Peress li l-proċedura għandha, fir-rigward tal-partijiet fil-kawża prinċipali, in-natura ta’ kwistjoni mqajma quddiem il-qorti tar-rinviju, hija din il-qorti li tiddeċiedi fuq l-ispejjeż. L-ispejjeż sostnuti għas-sottomissjoni tal-osservazzjonijiet lill-Qorti tal-Ġustizzja, barra dawk tal-imsemmija partijiet, ma jistgħux jitħallsu lura.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><JURISDICTION><INTRO>Għal dawn il-motivi, Il-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) taqta’ u tiddeċiedi:</INTRO><P><HT TYPE="BOLD">L-Artikolu 101 TFUE għandu jiġi interpretat fis-sens li, f’sitwazzjoni bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li fiha l-azzjonijiet kollha tal-kumpanniji li pparteċipaw f’akkordju pprojbit minn dan l-artikolu nxtraw minn kumpanniji oħra, li xoljew dawn l-ewwel kumpanniji u komplew l-attivitajiet kummerċjali tagħhom, il-kumpanniji xerrejja jistgħu jinżammu responsabbli għad-danni kkawżati minn dan l-akkordju.</HT></P></JURISDICTION></CONTENTS.JUDGMENT><SIGNATURE.CASE><SIGNATORY><P>Firem</P></SIGNATORY></SIGNATURE.CASE></JUDGMENT>