31994D0741



Official Journal L 296 , 17/11/1994 P. 0042 - 0055
Finnish special edition: Chapter 15 Volume 13 P. 0234
Swedish special edition: Chapter 15 Volume 13 P. 0234


Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni

tal-24 ta’Ottubru 1994

rigward kwestjonarji għar-rapporti tal-Istati Membri dwar l-implimentazzjoni ta’ ċerti Direttivi fis-settur tal-iskart(implimentazzjoni tad-Direttiva tal-Kunsill 91/692/KEE)

(94/741/KE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabilixxi l-Komunitajiet Ewropej,

Wara li kunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 91/692/KEE tat-23 ta’ Diċembru 1991, dwar l-istandardiżazzjoni u r-razzjonalizzazzjoni ta’ rapporti dwar l-implimentazzjoni ta’ ċerti Direttivi relatati mal-Ambjent [1], u b’ mod partikolari Artikoli 5 u 6 u Anness VI tiegħu,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 75/439/KEE tas-16 ta’ Ġunju 1975 dwar id-disponiment ta’ żjut maħruqa [2], kif l-aħħar emendata bid-Direttiva 91/692/KEE,

Wara li kunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 75/442/KEE tal-15 ta’ Lulju 1975 dwar l-iskart [3] kif l-aħħar emendata bid-Direttiva 91/692/KEE,

Wara li kunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 86/278/KEE tat-12 ta’ Ġunju 1986 dwar il-protezzjoni tal-ambjent, u b’ mod partikolari l-ħamrija, meta tintuża l-ħama tad-drenaġġ fl-agrikoltura [4], emendata bid-Direttiva 91/692/KEE,

Billi, Artikolu 18 tad-Direttiva 75/439/KEE, Artikolu 16 tad-Direttiva 75/442/KEE, u Artikolu 17 tad-Direttiva 86/278/KEE kienu nbidlu milArtikolu 5 tad-Direttiva 91/692/KEE li tirrikjedi li l-Istati Membri jitrasmettu lill-Kummissjoni informazzjoni tal-implimentazzjoni ta’ ċerti Direttivi tal-Komunità fil-forma ta’ rapport settorjali;

Billi, dan ir-rapport għandu jkun stabbilit fuq il-bażi ta’ kwestjonarju jew abbozz ta’ punti abbozzat mill-Kummissjoni skond il-proċedura stipulata f’Artikolu 6 tad-Direttiva 91/692/KEE;

Billi l-ewwel rapport settorjali jkun ikopri l-perijodu 1995 sa 1997 inkluża;

Billi il-miżuri previsti minn din id-Deċiżjoni huma skond l-opinjoni espressa mill-Kumitat stabbilit skond Artikolu 6 tad-Direttiva msemmija qabel,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-kwestjonarji mehmuża ma’ din id-Deċiżjoni, li jirrelataw mad-Direttivi tal-Kunsill 75/439/KEE, 75/442/KEE u 86/278/KEE huma hawnhekk adottati.

Artikolu 2

l-Istati Membri sejrin jużaw dawn il-kwestjonarji bħala bażi biex ifasslu r-rapporti settorjali li huma mitluba li jissottomettu lill-Kummissjoni in-segwitu ta’ Artikolu 5 tad-Direttiva 91/692/KEE.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmulha fi Brussel, fl-24 ta’ Ottubru 1994.

Għall-Kummissjoni

Yannis Paleokrassas

Membru tal-Kummissjoni

[1] ĠU L 377, tal-31.12.1991, p. 48.

[2] ĠU L 194, tal-25.7.1975, p. 23.

[3] ĠU L 194, tal-25.7.1975, p. 47.

[4] ĠU L 181, tal-4.7.1986, p. 6.

--------------------------------------------------

ANNESS

LISTA TA’ KWESTJONARJI

1. Kwestjonarju relatat mad-Direttiva tal-Kunsill 75/439/KEE tas-16 ta’ Ġunju 1975 dwar id-disponiment ta’ żjut maħruqa [1], kif l-aħħar emendat bid-Direttiva 91/692/KEE [2].

2. Kwestjonarju relatat mad-Direttiva tal-Kunsill 75/442/KEE tal-15 ta’ Lulju 1975 dwar skart [3], kif l-aħħar emendat bid-Direttiva 91/692/KEE.

3. Kwestjonarju relatat mad-Direttiva tal-Kunsill 86/278/KEE tat-12 ta’ Ġunju 1986 dwar il-protezzjoni tal-ambjent, u b’mod partikolari l-ħamrija, meta l-ħama tad-drenaġġ tintuża fl-agrikoltura [4], kif l-aħħar emendat bid-Direttiva 91/692/KEE.

Applikazzjoni tad-Direttiva 91/692/KEE dwar rapporti tal-armoniżżazzjoni u r-razzjonalizzazzjoni dwar l-implimentazzjoni ta’ ċerti direttivi rrelatati mal-ambjent

KWESTJONARJU

għar-rapport tal-Istati Membri dwar it-traspożizzjoni u l-implimentazzjoni tad-Direttiva 75/439/KEE dwar id-disponiment ta’ żjut maħruqa kif l-aħħar emendata bid-Direttiva 91/692/KEE [5]

Ma hemmx bżonn li tkun ripetuta l-informazzjoni li diġà kienet provduta

I. INKORPORAZZJONI FIL-LIĠI NAZZJONALI

1. (a) Il-Kummissjoni kienet provduta bid-dettalji tal-liġijiet kurrenti u r-regolamenti fis-seħħ biex tkun inkorporata d-Direttiva kif emendata fil-liġi nazzjonali?

(Iva/Le)

(b) Jekk it-tweġiba għal (a) hawn fuq hija "Le", allura għati r-raġunijiet għaliex.

2. (a) Ittieħdu miżuri in segwitu għal Artikolu 7?

(Iva/Le)

(b) Jekk it-tweġiba għal (a) hawn fuq hija "Iva", il-Kummissjoni kienet provduta bid-dettalji ta’ dawn il-miżuri?

(Iva/Le)

(ċ) Jekk it-tweġiba għal (b) hawn fuq hija "Le", jekk jogħġbok agħti r-raġunijiet għaliex.

3. (a) Kienu adottati miżuri aiktar stretti in segwitu għal Artikolu 16?

(Iva/Le)

(b) Jekk it-tweġiba għal (a) hawn fuq hija "Iva", il-Kummissjoni kienet provduta b’dettalji ta’ dawn il-miżuri?

(Iva/Le)

(ċ) Jekk it-tweġiba għal (b) hawn fuq hija "Le", jekk jogħġbok agħti r-raġunijiet għaliex.

II. IMPLIMENTAZZJONI TAD-DIRETTIVA

1. (a) In segwitu għal Artikoli 2 u 3, il-miżuri meħtieġa ittieħdu biex jassiguraw li żjut maħruqa jinġabru u jkun disponuti mingħajr ma jikkawżaw xi ħsara li tista’ tkun evitata għall-bniedem u l-ambjent?

(b) Jekk it-tweġiba għal (a) hawn fuq hija "Le", jekk jogħġbok agħti r-raġunijiet għaliex.

(ċ) Jekk it-tweġiba għal (a) hawn fuq hija "Iva", jekk jogħġbok kompli t-tabelli li ġejjin, sa fejn hu possibbli, billi tgħid jekk xi parti mill-informazzjoni mogħtija hijiex stima.

| Sena 1 | Sena 2 | Sena 3 |

Total ta’ żejt immarkettjat/mibjugħ fejn kien hemm | | | |

| Sena 1 | Sena 2 | Sena 3 |

Total ta’ żjut maħruqa li minnhom: | | | |

Kwantità miġbura | | | |

Kwantità riġenerata | | | |

Kwantità maħruqa | | | |

Kwantità tippjata (inkluża ħażna permanenti) | | | |

2. (a) Xi kostrizzjonijiet tekniċi, ekonomiċi u organizzazzjonali li hemm riferenza għalihom f’Artikolu 3(1) ipprojbixxew lill-Istati Membri milli jagħtu prijorità lill-ipproċessar taż-żjut maħruqa bir-riġenerazzjoni?

(Iva/Le)

(b) Jekk it-tweġiba għal (a) hawn fuq hija "Iva", jekk jogħġbok ipprovdi d-dettalji.

(ċ) Xi kostrizzjonijiet tekniċi, ekonomiċi u organizzazzjonali li hemm riferenza għalihom f’Artikolu 3(2) affettwaw il-possibiltà tal-kombustjoni ta’ żjut maħruqa?

(Iva/Le)

(d) Jekk it-tweġiba għal (c) hawn fuq hija "Iva", jekk jogħġbok ipprovdi d-dettalji.

(e) Jekk il-kostriġimenti msemmija hawn fuq jipprojbixxu r-riġenerazzjoni jew il-kombustjoni ta’ żjut maħruqa, ittieħdu xi miżuri skond Artikolu 3(3)?

(Iva/Le)

(f) Jekk it-tweġiba għal (e) hawn fuq hija "Iva", jekk jogħġbok ipprovdi d-dettalji.

3. (a) Ngħatat xi informazzjoni pubblika u saru xi kampanji promozzjonali, in segwitu għal Artikolu 5(1)?

(b) Jekk it-tweġiba għal (a) hawn fuq hija "Iva", jekk jogħġbok ipprovdi d-dettalji tal-kampanji nazzjonali u fejn possibbli agħti eżempji ta’ kampanji oħra, billi tindika fost oħrajn l-awtorità li nediet il-kampanja, in-natura tal-kampanja, il-media (TV, radju, gazzetti, eċċ.), il-gruppi indirizzati, u kwalunkwe assessjar tal-effettività tal-kampanja kemm-il darba din twettqet (dan jista’ jkun espress f’termini ta’ xi żjieda tal-ġbir taż-żejt maħruq għat-trattament jew ir-riġenerazzjoni).

4. Jekk jogħġbok kompli t-tabella li ġejja, li tirrelata għal impriżi tal-ġbir taż-żjut maħruqa (għid jekk xi parti mill-informazzjoni mogħtija hijiex stima).

+++++ TIFF +++++

5. (a) Kien deċiż li jkunu allokati żjut maħruqa lil xi tip ta’ipproċessar stipulat f’Artikolu 3 kif ipprovdut għalih f’Artikolu 5(3)?

(Iva/Le)

(b) Jekk it-tweġiba għal (a) hawn fuq hija "Iva", jekk jogħġbok għid in-natura tal-allokazzjoni.

(ċ) Jekk it-tweġiba għal (a) hawn fuq hija "Iva", jekk jogħġbok għid jekk l-iċċekkjar xieraq kienx istitwit u, jekk hu hekk, iddeskrivihom fil-qosor.

6. (a) Jekk jogħġbok kompli t-tabella li ġejja, relattata mal-impriżi li jiddisponu miż-żjut maħruqa, waqt li tgħid jekk xi informazzjoni mogħtija hijiex stima.

+++++ TIFF +++++

+++++ TIFF +++++

(b) indika l-awtorita kompetenti sodisfatx li l-miżuri tal-protezzjoni tas-saħħa u l-ambjent xierqa kollha ttieħdu kif hemm provdut għalihom f’Artikolu 6(2)

7. (a) Jekk jogħġbok kompli t-tabella li ġejja bil-valuri tal-limitu stabbiliti għal sustanzi mniżżla fl-Anness għad-Direttiva (Artikolu 8(1)(a)) u għal xi parametri jew sustanzi oħra.

Pollutant | Valur tal-limitu f’Anness tad-Direttiva | Valur tal-limitu Nazzjonali | Kummenti (Uża folja separata jekk ikun meħtieġ |

3Mg/Nm | Valur |

| | |

Cd | | 0,5 | |

Ni | | 1 | | |

| | | Jew | | |

Cr | | | | | |

Cu | | 1,5 | 5 | | |

V | | | | | |

Pb | | 5 | | | |

Cl | | 100 | | | |

F | | 5 | | | |

SO2 | | – | | | |

Trab, total | | – | | | |

(b) Jekk jogħġbok agħti dettalji tal-kontrolli li japplikaw għal żebgħat b’input termali ta’ anqas minn 3W (Artikolu 8(1)(b)), waqt li tindika kwalunkwe valuri tal-limitu nazzjonali li ġew stabbiliti bil-mili tat-tabella li ġejja.

Pollutant | Valur tal-limitu nazzjonali | Kummenti (Jekk ikun meħtieġ uża folja separata) |

Valur |

Cd | |

Ni | | |

Cr | | |

Cu | | |

V | | |

Pb | | |

Cl | | |

F | | |

SO2 | | |

Trab, total | | |

(ċ) Jekk jogħġbok kompli t-tabella li ġejja, relatata mal-kombustjoni ta’ żjut maħruqa f’impjanti, waqt li tgħid jekk xi informazzjoni mogħtija hijiex stima.

NUTS livell ta’ awtorità superviżjonarja (Artikolu 8(1)) | Numru ta’awtoritajiet | Kummenti addizzjonali |

|

< 3 MW |

< 3 MW | | |

8. In segwitu għal Artikolu 11, jekk jogħġbok kompli t-tabella li ġejja rigward il-kwantitajiet minimi ta’ żejt ħażin kif speċifikati mill-Istati Membri.

| Kwantità minima | Kummenti addizzjonali |

Produzzjoni | | |

Kollezzjoni | | |

Disponiment | | |

9. (a) Indennizzi, kif ipprovdut għalihom taħt Artikolu 14, jingħataw lil impriżi li jiġbru ż-żjut maħruqa

(Iva jew Le)

(b) Jekk it-tweġiba għal (a) hawn fuq hija "Iva", jekk jogħġbok agħti l-ammont medju ta’ dawn l-indennizzi, iddeskrivi l-bażi li fuqhom jiġu kkalkulati u deskrivi l-metodu/i tal-finanzjament.

10. (a) L-indennizzi, kif ipprovdut għalihom taħt Artikolu 15, jingħataw lil impriżi li jiġbru ż-żjut maħruqa?

(Iva/Le)

(b) Jekk it-tweġiba għal (a) hawn fuq hija "Iva", jekk jogħġbok agħti l-ammont medju ta’ dawn l-indennizzi, iddeskrivi l-bażi li fuqhom jiġu kkalkulati u ddeskrivi l-metodu/i tal-finanzjament.

Applikazzjoni tad-Direttiva 91/692/KEE dwar rapporti ta’ armonizzazzjoni u razzjonalizzazzjoni dwar l-implimentazzjoni ta’ ċerti Direttivi relatati mal-ambjent

KWESTJONARJU

għar-rapport tal-Istati Membri dwar it-traspożizzjoni u l-implimentazzjoni tad-Direttiva 75/442/KEE dwar l-iskart kif l-aħħar emendat bid-Direttiva 91/692/KEE [6]

Mhemmx bżonn li tkun ripetuta informazzjoni li diġà kienet provduta.

I. INKORPORAZZJONI FIL-LIĠI NAZZJONALI

1. (a) Il-Kummissjoni kienet provduta bit-dettalji tal-liġijiet kurrenti u bir-regolamenti fis-seħħ biex tinkorpora d-Direttiva kif emendata bil-liġi nazzjonali?

(Iva/Le)

(b) Jekk it-tweġiba ta’ (a) hawn fuq hija "Le", jekk jogħġbok agħti r-raġunijiet għaliex

2. Jekk jogħġbok indika fit-tabella ta’hawn taħt in-numru (stmat) tal-awtoritajiet kompetenti f’kull livell NUTS iddisinjat in segwitu għal Artikolu 6 u indika l-kompetenza billi tittikkja l-kaxxi rilevanti.

Tip ta’awtorità |

Numru ta’awtoritajiet jew istituzzjonijiet | Pjanijiet ta’immaniġġjar tal-iskart (Artikolu 7(1)) | Permessi għall-operazzjonijiet ta’ disponiment (Artikolu 9(1) | Permessi għal operazzjonijiet ta’irkupru (Artikolu 10) | Reġistrazzjoni ta’eżenzjonijiet minn kondizzjonijiet ta’ Artikoli 9 u 10 Artikolu 11 | Reġistrazzjoni ta’ stabbilimenti u impriżi in segwitu għall– (Artikolu 12) | Kummenti (Uża jekk ikun hemm bżonn folja separata) |

NUTS 0 | | | | | | |

NUTS 1 | | | | | | |

NUTS 2 | | | | | | |

NUTS 3 | | | | | | |

NUTS 4 | | | | | | |

NUTS 5 | | | | | | |

II. IMPLIMENTAZZJONI TAD-DIRETTIVA

1. (a) Saru pjani dwar l-immaniġġjar tal-iskart sabiex jintlaħqu l-għanijiet li hemm riferenza għalihom f’Artikoli 3, 4 u 5?

(Iva/Le)

(b) Jekk it-tweġiba għal (a) hawn fuq hija "Le", jekk jogħġbok agħti r-raġunijiet għaliex.

(ċ) Għal kull immaniġġjar tal-iskart, jekk jogħġbok ipprovdi dettalji kif ġej (uża faċċata separata jekk ikun hemm bżonn)

+++++ TIFF +++++

(d) (i) Kien hemm xi kollaborazzjoni, kif hemm irriferut f’Artikolu 7(2), ma’ xi Stati Membri oħra jew mal-Kummissjoni?

(Iva/Le)

(ii) Jekk it-tweġiba għal (i) hawn fuq hija "Iva", jekk jogħġbok agħti d-dettalji sal-estent u l-forma ta’ kwalunkwe tali kollaborazzjoni.

(e) (i) Il-Kummissjoni kienet provduta b’dettalji ta’ kwalunkwe miżuri ġenerali meħuda in segwitu għal Artikolu 7(3)?

(Iva/Le)

(ii) Jekk it-tweġiba għal (i) hawn fuq hija "Le", jekk jogħġbok agħti r-raġunijiet għaliex.

2. (a) Il-Kummissjoni kienet provduta b’dettalji dwar xi miżuri intenzjonati li jittieħdu in segwitu għal Artikolu 3(1)?

(Iva/Le)

(b) Jekk it-tweġiba għal (a) hawn fuq hija "Le", jekk jogħġbok agħti r-raġunijiet għaliex.

3. (a) Ittieħdu miżuri fit-twettiq tal-obbligazzjoni f’Artikolu 5(1) biex jistabbilixxu network integrat u adegwat ta’stallazzjonijiet tad-disponiment?

(Iva/Le)

(b) Jekk it-tweġiba għal (a) hawn fuq hija "Iva", jekk jogħġbok agħti d-dettalji.

(ċ) Jekk jogħġbok agħti d-dettalji tal-estent u l-forma ta’ xi kollaborazzjoni li setgħu tieħdu ma’ Stati Membri oħra fit-twettiq tal-obbligazzjoni f’Artikolu 5(1).

(d) Xi grad ta’ awto-suffiċjenza fid-disponiment tal-iskart inkiseb fl-Istat Membru? Jekk jogħġbok amplifika din it-tweġiba bil-figuri attwali u stmati għall-iskart prodott u dispost fl-Istat Membru, mit-total tal-iskart kollu prodott fl-Istat Membru li kien jeħtieġ li jkun dispost.

4. In segwitu għal Artikolu 7(1), jekk jogħġbok agħti d-dettalji li ġejjin, fejn jeżistu, billi tindika jekk xi wħud minn dawn il-figuri mogħtija humiex stimi:

| Skart domestiku (tunnellati/sena) | Skart perikoluż (tunnellati/sena) | Skart ieħor, jekk jogħġbok speċifika (tunnellati/sena) |

Total ta’ skart prodott minn liema: riċiklatinċineratInċinerat b’enerġija rkuprata:LandfilledOħrajn, jakk jogħġbok speċifika: | | | |

5. (a) Kienu adottati regoli ġenerali biex jipprovdu eżenzjonijiet in segwitu għal Artikolu 11?

(Iva/Le)

(b) Jekk it-tweġiba għal a) fuq hija "Iva" imma l-Kummissjoni ma kinitx infurmata bir-regoli ġenerali adottati, jekk jogħġbok agħti r-raġunijiet għaliex.

6. (a) It- tipi ta’stabbilimenti u impriżi li hemm referenza għalihom f’Artikoli 9 u 10 huma meħtieġa li jżommu rekords, in segwitu għal Artikolu 14, f’forma standard?

(Iva/Le)

Jekk, iva, jekk jogħġbok agħti d-dettalji.

(b) Il-produtturi huma mitluba li jikkonformaw ma’ Artikolu 14?

(Iva/Le)

Jekk iva, jekk jogħġbok agħti d-dettalji.

Applikazzjoni tad-Direttiva 91/692/KEE dwar rapporti għall-armonizzazzjoni u r-razzjonalizzazzjoni dwar l-implimentazzjoni ta’ ċerti Direttivi relatati mal-ambjent

KWESTJONARJU

għar-rapport tal-Istati Membri dwar it-traspożizzjoni u l-implimentazzjoni tad-Direttiva 86/278/KEE dwar il-protezzjoni tal-ambjent, u b’ mod partikolari l-ħamrija, meta tintuża l-ħama tad-drenaġġ fl-agrikoltura, emendata bid-Direttiva 91/692/KEE [10]

Mhemmx għalfejn li tkun ripetuta l-informazzjoni li diġà kienet provduta.

I. INKORPORAZZJONI FIL-LIĠI NAZZJONALI

1. (a) Kienet il-Kummissjoni pprovduta bid-dettalji tal-liġijiet kurrenti u r-regolamenti fis-seħħ biex jinkorporaw id-Direttiva kif emendata fil-liġi nazzjonali?

(Iva/Le)

(b) Jekk it-tweġiba għal (a) hawn fuq hija "Le", jekk jogħġbok agħti r-raġunijiet għaliex.

2. (a) Jekk kienu adottati miżuri nazzjonali in segwitu għal Artikolu 5 biex jassiguraw li l-ħama tad-drenaġġ ma tkunx tista’ tintuża fil-ħamrija b’konċentrazzjonijiet ta’ metalli tqal wieħed jew iktar li jaqbżu l-valuri tal-limitu miftehma, il-Kummissjoni kienet mgħarrfa b’dawn il-miżuri?

(Iva/Le)

(b) Jekk it-tweġiba għal (a) hawn fuq hija "Le", jekk jogħġbok agħti r-raġunijiet għaliex

(ċ) Jekk kienu adottati miżuri nazzjonali iktar stretti minn dawk ipprovdut għalihom fid-Direttiva, kienet il-Kummissjoni mgħarrfa b’dawn il-miżuri in segwitu għal Artikolu 12?

(Iva/Le)

(d) Jekk it-tweġiba għal (c) hawn fuq hija "Le", jekk jogħġbok agħti r-raġunijiet tiegħek għaliex.

II. IMPLIMENTAZZJONI TAD-DIRETTIVA

1. Jekk jogħġbok ikkwota kwalunkwe kondizzjonijiet speċifiċi li kienu meqjusa neċessarji għall-protezzjoni tas-saħħa umana u l-ambjent skond l-ewwel inċiż ta’ Artikolu 3(2), meta ntużaw residwi ta’ ħama minn tankijiet septiċi u stallazzjonijiet oħra simili għat-trattament tal-ilma ħażin għal skopijiet agrikoli.

2. (a) Rigward Artikolu 5, jekk jogħġbok kompli t-tabella li ġejja, billi tgħid jekk xi parti mill-informazzjoni mogħtija hijiex stima:

Metall | Artikolu 5(1) | Artikolu 5(2)(a) | Artikolu 5(2)(b) |

Konċentrazzjoni fil-ħamrija | Konċentrazzjoni fil-ħama | Applikazzjoni fl-agrikoltura |

Direttiva l-Anness I A | Valuri tal-limitu nazzjonali | Direttiva l-Anness I B | Valuri tal-limitu nazzjonali | Direttiva l-Anness I C | Valuri tal-limitu nazzjonali |

Mg/kg Materja niexfa | Mg/kg Materja niexfa | Mg/kg Materja niexfa | Mg/kg Materja niexfa | Kg/ha/yr | Kg/ha/yr |

Cadmium | 1 sa 3 | | 20 sa 40 | | 0,15 | |

Ramm | 50 sa 140 | | 1000 sa 1750 | | 12 | |

Nikil | 30 sa 75 | | 300 sa 400 | | 3 | |

Ċomb | 50 sa 300 | | 750 sa 1200 | | 15 | |

Żingu | 150 sa 300 | | 2500 sa 4000 | | 30 | |

Merkurju | 1-1,5 | | 16-25 | | 0,1 | |

Kromju | — | | — | | — | |

(b) Jekk kienet magħżula l-opzjoni proposta taħt Artikolu 5(2)(a), jekk jogħġbok indika l-kwantità ta’ ħama massima li tista’ tkun applikata lill-ħamrija għal kull unità ta’ wiċċ annwalment (f’tunnellati ta’ materja niexfa kull ettaru kull sena).

(ċ) Jekk kienu permessi valuri tal-limitu inqas stretti għall-konċentrazzjonijiet ta’ metalli tqal fil-ħamrija skond Anness I A, nota 1, jekk jogħġbok kompli t-tabella li ġejja, billi tgħid jekk xi parti mill-informazzjoni mogħtija hijiex stima.

Metall | Numru ta’ siti | Wiċċ kopert (ha) | Tip ta’ ħamrija (inklużi karatteristiċi idroloġiċI) | pH | Valur tal-limitu ġdid (mg/kg materja niexfa | Kummenti u/jew raġunijiet għad-deroga (uża folja separata jekk meħtieġ) |

Kadmiju | | | | | | |

Ramm | | | | | | |

Nikil | | | | | | |

Ċomb | | | | | | |

Żingu | | | | | | |

Merkurju | | | | | | |

Kromju | | | | | | |

(d) Jekk kienu permessi valuri tal-limitu inqas stretti għall-konċentrazzjonijiet ta’ metalli tqal fil-ħamrija skond Anness I A, nota 2, jekk jogħġbok kompli t-tabella li ġejja (l-ewwel tliet kolonni mhumiex obbligatorji)

Metall | Numru ta’ siti | Kwantità massima ta’ ħama awtorizzata (tunnellati materja niexfa) | Tip ta’ ħamrija(inklużi karatteristiċI idroloġIċi) | pH | Valur tal-limitu ġdid(Mg/kg materja niexfa) | Kummenti u/jew raġunijiet għad-deroga (uża folja separata jekk hemm bżonn |

Ramm | | | | | | |

Nikil | | | | | | |

Żingu | | | | | | |

(e) Jekk kienu permessi valuri tal-limitu inqas stretti għall-konċentrazzjonijiet ta’ metalli tqal fil-ħamrija skond Anness I Ċ, nota 1, jekk jogħġbok kompli din it-tabella, billi tgħid jekk xi parti mill-informazzjoni mogħtija kinitx stima.

Metall | Numru ta’ siti | Wiċċ kopert (ha) | Tip ta’ ħamrija (inklużi karatteristiċi idroloċIċi) | pH | Valur tal-limitu ġdid (kg/ha/yr) | Kummenti u/jew raġunijiet għad-deroga (uża folja separata jekk hemm bżonn) |

Kadmiju | | | | | | |

Ramm | | | | | | |

Nikil | | | | | | |

Ċomb | | | | | | |

Żingu | | | | | | |

Merkurju | | | | | | |

Kromju | | | | | | |

3. (a) Rigward Artikolu 6, jekk jogħġbok iddeskrivi fil-qosor it-teknoloġiji użati għat-trattament tal-ħama.

(b) Saru liġijiet biex jassiguraw li l-analiżi jitwettqu f’intervalli iktar spissi minn dawk provdut għalihom f’Anness II A (1)?

(Iva/Le)

(ċ) Jekk it-tweġiba għal (b) hawn fuq hija "Iva". Jekk jogħġbok agħti iktar dettalji.

(d) Ġew stabbiliti kondizzjonijiet għall-awtorizzazzjoni tal-injezzjoni jew għal xogħol fil-ħamrija ta’ ħama mhix ittrattata (Artikolu 6(a))?

(Iva/Le)

(e) Jekk it-tweġiba għal (d) hawn fuq hija "Iva", jekk jogħġbok agħti iktar dettalji.

4. Rigward Artikolu 7, jekk jogħġbok, indika, fejn xieraq, it-tul tal-perjodu li matulu huwa pprojbit li tintuża ħama fuq mergħat qabel ma jittieħdu bhejjem jirgħu fuqhom, u fuq magħlef qabel ma jinħasad.

5. (a) Ġew awtorizzati xi valuri tal-limitu mnaqqsa, fejn xieraq, xi miżuri oħra, fuq livell nazzjonali fejn il-pH tal-ħamrija huwa taħt 6, kif ipprovdut għalih f’Artikolu 8?

(Iva/Le)

(b) Jekk it-tweġiba għal (a) hawn fuq hija "Iva", jekk jogħġbok kompli din it-tabella.

| Kadmiju | Ramm | Nikil | Ċomb | Żingu | Merkurju | Kromju |

Valur tal-limitu mnaqqas (mg/kg materja niexfa) | | | | | | | |

Miżuri oħra | | | | | | | |

6. (a) Jekk xieraq, indika liema tipi ta’ analiżi twettqu, in segwitu għal Artikolu 9, fuq parametri ta’ ħamrija skond Anness II B (1), minbarra dawk imsemmija f’Anness II B (3) (pH u metalli tqal).

(b) Għid il-frekwenza minima tal-analiżi tal-ħamrija (Anness II B (2)).

7. Fuq il-bażi tad-data kkontenuta fir-rekords li hemm riferenza għalihom f’Artikolu 10, kompli t-tabelli li ġejjin, billi tgħid jekk xi parti mill-informazzjoni mogħtija hijiex stima.

| Materja niexfa (tunnellati/sena) | Wiċċ kopert (opzjonali) |

1995 | 1996 | 1997 | | | |

Ħama prodotta mill-impjanti tat-trattament tal-ilma ħażin | | | | | | |

| | | | 1995 | 1996 | 1997 |

Ħama użata fl-agrikoltura | | | | | | |

ĦAMA UŻATA FL-AGRIKOLTURA Kontenut medju mg/kg materja niexfa |

Parametri | 1995 | 1996 | 1997 |

METALLI |

Kadmiju | | | |

Ramm | | | |

Nikil | | | |

Ċomb | | | |

Żingu | | | |

Merkurju | | | |

Kromju | | | |

ELEMENTI |

Nitroġenu (total N) | | | |

Fosfru (total P) | | | |

8. Għid in-numri ta’ każijiet li fihom ingħataw eżenzjonijiet taħt Artikolu 11.

[1] ĠU L 194, tal-25.7.1975, p. 23.

[2] ĠU L 377, tal-31.12.1991, p. 48.

[3] ĠU L 194, tal-25.7.1975, p. 47.

[4] ĠU L 181, tal-4.7.1986, p. 6.

[5] ĠU L 377, tal-31.12.1991, p. 48.

[6] ĠU L 377, tal-31.12.1991, p. 48.

[10] ĠU L 377, tal-31.12.1991. p. 48.

--------------------------------------------------