Subject of the case
Parti operattiva
Suġġett
Appell mis-sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza (Il-Ħames Awla), tat-8 ta’ Ottubru 2008, Carbone-Lorraine vs Il-Kummissjoni (T-73/04), li biha l-Qorti tal-Prim’Istanza ċaħdet ir-rikors tar-rikorrenti intiż għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2004/420/KE, tat-3 ta’ Diċembru 2003, dwar proċedura skont l-Artikolu 81 tat-Trattat KE u tal-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE dwar akkordju fis-suq ta’ prodotti abbażi tal-karbonju u tal-grafita għall-applikazzjonijiet elettriċi u mekkaniċi jew, sussidjarjament, għall-annullament jew għat-tnaqqis tal-ammont tal-multa imposta fuq ir-rikorrenti - Ksur tal-prinċipju tan-natura individwali tal-pieni - Metodu ta’ kalkolu tal-ammont tal-multa imposta - Kooperazzjoni mill-qrib u kostanti matul il-proċedura amministrattiva - Prinċipji ta’ proporzjonalità u ta’ trattament ugwali.
Dispożittiv
1) L-appell huwa miċħud.
2) Carbone-Lorraine SA hija kkundannata għall-ispejjeż.