Trattat li jistabbilixxi l-Komunita' Ewropea (Verżjoni konsolidata) - It-Tielet parti - Politika tal-Komunita' - TITOLU XVII - Il-Koeżjoni Ekonomika u Soċjali - Artikolu 161
Official Journal C 321 E , 29/12/2006 P. 0119 - 0119
Official Journal C 325 , 24/12/2002 P. 0104 - Consolidated version
Official Journal C 340 , 10/11/1997 P. 0251 - Consolidated version
Official Journal C 224 , 31/08/1992 P. 0050 - Consolidated version
Artikolu 161 Mingħajr ebda preġudizzju għall-Artikolu 162, il-Kunsill, li jimxi fuq proposta unanima tal-Kummissjoni u wara li jikseb il-kunsens tal-Parlament Ewropew kif ukoll wara li jkun ikkonsulta lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali, u l-Kumitat tar-Reġjuni, għandu jagħti definizzjoni tal-kompiti, ta' l-għanijiet prioritarji u ta' l-organizzazzjoni tal-Fondi Strutturali, li jistgħu jinvolvu t-tqassim tal-Fondi. Il-Kunsill, permezz ta’ l-istess proċedura, għandu wkoll jiddefinixxi r-regoli ġenerali applikabbli għalihom u l-provvedimenti meħtieġa biex jiżguraw l-effettività tagħhom, u l-kordinazzjoni tal-Fondi ma' xulxin kif ukoll mal-bqija ta’ l-istrumenti finanzjari eżistenti. Il-Kunsill, li jimxi permezz ta’ l-istess proċedura, għandu qabel il- 31 ta’ Diċembru 1993 jistabbilixxi Fond ta’ Koeżjoni biex jipprovdi kontribut finanzjarju għall-proġetti fl-oqsma ta’ l-ambjent u ta' networks trans-Ewropej fil-qasam ta’ l-infrastruttura tat-trasport. Mill- 1 ta’ Jannar 2007, il-Kunsill għandu jaġixxi b’maġġoranza kwalifikata fuq proposta tal-Kummissjoni wara li jinkiseb il-kunsens tal-Parlament Ewropew u wara li jiġu konsultati il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali u l-Kumitat tar-Reġjuni jekk, sa dik id-data, il-perspettiva finanzjarja pluriannwali applikabbli mill- 1 ta’ Jannar 2007 u l-Ftehim Interistituzzjonali relattivi ikunu ġew adottati. Jekk dan ma jkunx il-każ, il-proċedura prevista f’dan il-paragrfu tibda tgħodd mid-data ta’ l-adozzjoni tagħhom. --------------------------------------------------