Official Journal L 222 , 13/08/1983 P. 0036 - 0039
Finnish special edition: Chapter 3 Volume 16 P. 0193
Spanish special edition: Chapter 03 Volume 28 P. 0189
Swedish special edition: Chapter 3 Volume 16 P. 0193
Portuguese special edition Chapter 03 Volume 28 P. 0189
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tad-29 ta’ Lulju 1983 dwar il-lista ta’ stabbilimenti fl-Awstralja approvata għall-iskop ta’ l-importazzjoni ta’ laħam frisk fil-Komunità (83/384/KEE) IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ, Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea, Wara li kkunsidrat Direttiva tal-Kunsill 72/462/KEE tat-12 ta’ Diċembru 1972 dwar is-saħħa u l-problemi ta’ spezzjonijiet veterinarji in konnessjoni ma’ l-importazzjoni ta’ annimali bovini u majjali u laħam frisk minn pajjiżi terzi [1], kif l-aħħar emendata bid-Direttiva 83/91/KEE [2], u b’mod partikolari Artikoli 4(1) u 18(1) (a) u (b) tagħha, Billi stabbilimenti f’pajjiżi terzi ma jistgħux ikunu awtorizzati li jesportaw laħam frisk lejn il-Komunità sakemm ma jissodisfawx il-kondizzjonijiet ġenerali u speċjali imniżżla fid-Direttiva 72/462/KEE; Billi l-Awstralja bagħtet, skond Artikolu 4(3) tad-Direttiva 72/462/KEE, lista ta’ l-istabbilimenti awtorizzati li jesportaw lejn il-Komunità; Billi żjajjar tal-Komunità fil-post urew li l-livelli ta’ iġjene ta’ ħafna minn dawn l-istabbilimenti huma biżżejjed u jistgħu għalhekk jiddaħħlu fl-ewwel lista, stabbilita skond Artikolu 4(1) ta’ l-imsemmija Direttiva, ta’ stabbilimenti li minnhom tista’ tiġi awtorizzata l-importazzjoni ta’ laħam frisk; Billi l-każ ta’ l-stabbilimenti proposti mill-Awstralja għandu jiġi eżaminat mill-ġdid fuq il-bażi ta’ tagħrif dwar il-livelli ta’ l-iġjene tagħhom u l-abilità tagħhom li jaddattaw malajr għal-leġislazzjoni tal-Komunità; Billi, fil-frattemp u biex tiġi evitata l-interruzzjoni f’daqqa tal-volum eżistenti tal-kummerċ, dawn l-istabbilimenti jistgħu jiġu awtorizzati temporanjament li jkomplu bl-esportazzjoni tagħhom ta’ laħam frisk lejn dawk l-Istati Membri li huma lesti li jaċċettawha; Billi huwa għalhekk meħtieġ li tiġi eżaminata mill-ġdid u, jekk meħtieġ, tiġi emendata din id-Deċiżjoni fid-dawl tal-miżuri meħuda għal dan il-għan u biex isir titjib; Billi l-importazzjoni ta’ laħam frisk minn stabbilimenti li jidhru fuq il-lista annessa ma’ din id-Deċiżjoni tibqa’ skond id-dispożizzjonijiet stabbiliti fi bnadi oħra u d-dispożizzjonijiet ġenerali tat-Trattat; billi, b’mod partikolari, l-importazzjoni minn pajjiżi terzi u r-riesportazzjoni lejn Stati Membri oħra ta’ ċerti kategoriji ta’ laħam, bħal laħam li jiżen anqas minn tlett kilogrammi, jew laħam li jkun fih residwi ta’ ċerti sustanzi li għandhom mhux koperti b’regoli armonizzati tal-Komunità jew b’regoli li hemm bżonn li jiġu armonizzati aktar, tibqa’ skond il-leġislazzjoni dwar is-saħħa ta’ l-Istat Membru li jimporta, waqt li jiġu rispettati d-dispożizzjonijiet ġenerali tat-Trattat; Billi l-miżuri li għalihom tipprovdi din id-Deċiżjoni huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti Veterinarju, ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI: Artikolu 1 1. L-istabbilimenti ta’ l-Awstralja elenkati fl-Anness għall-importazzjoni ta’ laħam frisk fil-Komunità skond l-imsemmi l-Anness huma b’dan approvati. 2. Importazzjonijiet mill-istabbiliment riferuti fil-paragrafu 1 għandhom jibqgħu skond id-dispożizzjonijiet veterinarji tal- Komunità stabbiliti band’oħra. Artikolu 2 1. L-Istati Membri għandhom jipprojbixxu l-importazzjoni ta’ laħam frisk minn stabbilimenti ħlief għal dawk elenkati fl-Anness. 2. Madankollu, l-Istati Membri jistgħu jkomplu jawtorrizzaw sat-30 ta’ April 1984 l-importazzjoni ta’ laħam frisk li jkun ġej minn stabbilimenti mhux elenkati fl-Anness iżda li jkunu uffiċjalment approvati u proposti mill-awtoritajiet Awstraljani sas-7 ta’ April 1983 skond Artikolu 4(3) tad-Direttiva 72/462/KEE, kemm-il darba ma tkunx ittieħdet deċiżjoni mod ieħor, skond Artikolu 4(1) tad-Direttiva msemmija hawn fuq, qabel l-1 ta’ Mejju 1984. Il-Kummissjoni għandha tibgħat lista ta’ dawn l-istabbilimenti lill-Istati Membri. Artikolu 3 Din id-Deċiżjoni għandha tgħodd mill-1 ta’ Ottubru 1983. Artikolu 4 Din id-Deċiżjoni għandha tiġi riveduta u jekk meħtieġ emendata qabel l-1 ta’ Frar 1984. Artikolu 5 Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri. Magħmula fi Brussel, fid-29 ta’ Lulju 1983. Għall-Kummissjoni Poul Dalsager Membru tal-Kummissjoni [1] ĠU L 302, tal-31.12.1972, p. 28. [2] ĠU L 59, tal-5.3.1983, p. 34. -------------------------------------------------- ANNESS LISTA TA' STABBILIMENTI Stabbiliment Nru | Indirizz | I.LAĦAM BOVIN A.Biċċeriji u postijiet tat-tqattigħ 7 | CQME Pty. Ltd, Rockhampton, Queensland | 135 | Blue Ribbon Export Division, Launceston, Tasmania | 151 | Richardson's Meat Industries Ltd, Hobart, Tasmania | 170 | Beef City Pty. Ltd, Purrawunda, Queensland | 195 | R. J. Gilbertson Pty. Ltd, Longford, Tasmania | 239 | Northern Cooperative Meat Company Ltd, Casino, New South Wales | 243 | Warwick Bacon Company Ltd, Warwick, Queensland | 294 | Teys Bros Pty. Ltd, Beenleigh, Queensland | 525 | Tancred Bros, Beaudesert, Queensland | 642 | Metro Meat Ltd, Cootamundra, New South Wales | 751 | Tasmeats Ltd, Camdale, Tasmania | 1352 | Lockyer Valley Abattoir, Grantham, Queensland | B.Biċċeriji 3 | The Metropolitan Public Abattoir, Brisbane, Queensland | 53 | Thomas Borthwick and Sons, Melbourne, Victoria | 54 | H. W. Greenham and Sons, Pty. Ltd, Newport, Victoria | 155 | Blaney County Council Abattoir, Blaney, New South Wales | 218 | Northwest Exports Pty. Ltd, Inverell, New South Wales | 533 | Charles David Pty. Ltd, Murray Bridge, South Awstralja | 612 | Associated Meat Processors Pty. Ltd, Wodonga, Victoria | 648 | E. G. Green and Sons, Harvey, Western Awstralja | 761 | R. J. Gilbertson Pty. Ltd, Melbourne, Victoria | 1265 | G. & K. O'Connor, Export Abattoir, Pty. Ltd, Pakenham, Victoria | 1471 | South Australian Meat Corporation, Gepps Cross, South Awstralja | Ċ.Postijiet tat-tqattigħ 1595 | R. J. Gilbertson Pty. Ltd, Melbourne, Victoria | 1618 | Cisco's Meats Pty. Ltd, Melbourne, Victoria | 1735 | Western Australian Lamb Marketing Board, Perth, Western Awstralja | 1842 | S. G. Allen, Pty, Ltd, Melbourne, Victoria | 1889 | Webb Meat Exports, Pty. Ltd, Melbourne, Victoria | II.LAĦAM TAN-NAGĦAĠ A.Biċċeriji u postijiet tat-tqattigħ 151 | Richardson's Meat Industries Ltd, Hobart, Tasmania | B.Biċċeriji 155 | Blayney County Council Abattoir, Blayney, New South Wales | 199 | Thomas Borthwick and Sons (Australasia) Ltd, Albany, Western Awstralja | 423 | S.E. Meat (Aust.) Ltd, Naracoorte, South Awstralja | 533 | Charles David Pty. Ltd, Murray Bridge, South Awstralja | 612 | Associated Meat Processors Pty. Ltd, Wodonga, Victoria | 642 | Metro Meat Ltd, Cootamundra, New South Wales | 1027 | Linley Valley Meats Pty. Ltd, Wooroloo, Western Awstralja | 1471 | South Australian Meat Corporation, Gepps Cross, South Awstralja | Ċ.Postijiet tat-tqattigħ 1595 | R. J. Gilbertson Pty. Ltd, Melbourne, Victoria | 1614 | Tatiara Meat Co. Pty. Ltd, Bordertown, South Awstralja | 1618 | Cisco's Meats Pty. Ltd, Melbourne, Victoria | 1735 | Western Australian Lamb Marketing Board, Perth, Western Awstralja | 1842 | S. G. Allen Pty. Ltd, Melbourne, Victoria | 1889 | Webb Meat Exports Pty. Ltd, Melbourne, Victoria | III.IMĦAŻEN (Laħam tal-friża pakkeġġat biss) 45 | Corio Bay Freezers Pty. Ltd, North Geelong, Victoria | 47 | Watson and Son Pty. Ltd, Brisbane, Queensland | 84 | South Australian Meat Corporation, Gepps Cross, South Awstralja | 132 | P & O Cold Storage Ltd, Brisbane, Queensland | 149 | P & O Cold Storage Ltd, Melbourne, Victoria | 156 | Snowboy Pty. Ltd, Sydney, New South Wales | 198 | A. B. Oxford Pty. Ltd, Melbourne, Victoria | 202 | Polar Cold Storage Co., Melbourne, Victoria | 216 | T. A. Field, Port Alma, Queensland | 253 | Australian Service Cold Storage Pty. Ltd, Sydney, New South Wales | 274 C | Moss Vale Cold Store, Moss Vale, New South Wales | 292 | Port of Portland Authority, Portland, Victoria | 492 | W. Woodmason Cold Storage Pty. Ltd, Sydney, New South Wales | 565 | Port Huon Fruit Juices Pty. Ltd, South Hobart, Tasmania | 651 | Central Coast Coldstores, West Gosford, New South Wales | 1013 | P & O Cold Storage Ltd, Perth, Western Awstralja | 1025 | Port of Devonport Authority, Devonport, Tasmania | 1025 A | S. P. Holman Ltd, Devonport, Tasmania | 1057 | Marine Board of Burnie, Burnie, Tasmania | 1060 | Port Adelaide Freezers Pty. Ltd, Port Adelaide, South Awstralja | 1168 | Frigmobile, Townsville, Queensland | 1190 | Rego Cold Storage Pty. Ltd, Scoresby, Victoria | 1258 | City Centre Cold Store, Sydney, New South Wales | 1277 | Magdem Enterprises, Hobart, Tasmania | 1289 | Port of Launceston Authority, Bell Bay, Tasmania | 1379 | Doboy Cold Stores Pty. Ltd, Brisbane, Queensland | 1380 | Port of Devonport Authority, Devonport, Tasmania | 1439 | P & O Awstralja Ltd (Food City), Brisbane, Queensland | 1467 | South Australian Cold Stores Ltd, Dry Creek, South Awstralja | 1487 | Cold Stores of Awstralja Pty. Ltd, North Freemantle, Western Awstralja | 1617 | Frigmobile, Cairns, Queensland | 1625 | Schumacher Ice Cold Pty. Ltd, Brisbane, Queensland | 1662 | A. B. Oxford Cold Storage Co. Pty. Ltd, Melbourne, Victoria | 1692 | Marine Board of Burnie, Burnie, Tasmania | 2095 | Frigmobile, Townsville, Queensland | 2180 | P. Manettas Holdings Pty. Ltd, Sydney, New South Wales | 2190 | Frigmobile, Pty. Ltd, Sydney, New South Wales | 2325 | Adelaide Cold Stores Pty. Ltd, Cavan, South Awstralja | 2514 | Wedgewood Pastries, Sydney, New South Wales | --------------------------------------------------