31988L0660



Official Journal L 382 , 31/12/1988 P. 0035 - 0035
Finnish special edition: Chapter 3 Volume 28 P. 0095
Swedish special edition: Chapter 3 Volume 28 P. 0095


Id-Direttiva tal-Kunsill

tad-19 ta’ Diċembru 1988

li temenda d-Direttiva 80/215/KEE dwar il-problemi ta’ saħħa ta’ l-annimali li jaffettwaw il-kummerċ intra-Komunitarju fil-prodotti tal-laħam

(88/660/KEE)

IL-KUNSILL TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jwaqqaf il-Komunità Ekonomika Ewropea, u b’mod partikulari l-Artikolu 43 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni [1];

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew [2],

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali [3],

Billi l-Artikolu 4(1) tad-Direttiva 80/215/KEE [4], kif emendata l-aħħar mid-Direttiva 87/491/KEE [5], jiddefinixxi t-tipi ta’ kura li x’aktarx teqred l-aġenti li jikkaġunaw il-mard ta’ bhejjem tal-prodotti tal-laħam bil-għan li jiġi permess il-kummerċ intra-Komunitarju fi prodotti bħal dawn taħt ċerti kondizzjonijiet;

Billi l-esperjenza miksuba u l-avvanzi fit-tagħrif xjentifiku u fit-teknoloġija tal-laħam jagħmluha possibbli li tintuża kura ġdida li tipprovdi l-garanziji meħtieġa;

Billi l-inklużjoni ta’ dan it-trattament fost l-oħrajn diġà preskritti għandha tiffaċilita ċirkolazzjoni ħielsa fil-Komunità li għandha il-valur ta’ produzzjoni waqt li tevita r-riskju li jixxerred il-mard;

Billi opinjoni xjentifika ġiet espressa li tindika li l-limitu tal-piż ta’ ħames kilogrammi li s’issa ġie applikat fil-każ tal-prodotti tal-laħam bħal dawn jista’ jiġi abbandunat mingħajr ħsara, basta li s-salvagwardji eżistenti l-oħrajn kollha jinżammu u jiġu applikati,

ADOTTA DIN ID-DIRETTIVA:

L-Artikolu 1

L-Artikolu 4(1)(a)(ii), it-tieni inċiż, tad-Direttiva 80/215/KEE hu b’hekk jiġi emendat kif ġej:

1. it-tieni inċiż jitneħħa;

2. fl-ewwel sub-inċiż tar-raba’ inċiż ta’ qabel, "li matulu t-temperatura għandha tkun ta’ l-anqas ta’ 70 °C…" jaqra’ "li matulu t-temperatura fiċ-ċentru għandha tkun ta’ l-anqas ta’ 70 °C…".

L-Artikolu 2

L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa sabiex jikkonformaw ma’ din id-Direttiva mhux aktar tard mill-1 ta’ April 1989. Dawn għandhom mill-ewwel jgħarrfu lill-Kummissjoni b’dan.

L-Artikolu 3

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fi Brussel, fid-19 ta’ Diċembru 1988.

Għall-Kunsill

Il-President

Y. Pottakis

[1] ĠU C 273, tat-22.10.1988, p. 9.

[2] L-opinjoni mogħtija fis-16 ta’ Diċembru 1988 (għadha mhix ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali).

[3] L-opinjoni mogħtija fl-14 ta’ Diċembru 1988 (għadha mhix ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali).

[4] ĠU L 47, tat-21.2.1980, p. 4.

[5] ĠU L 279, tat-2.10.1987, p. 27.

--------------------------------------------------