Rakkomandazzjoni tal-Kunsill tat- 8 ta’ Marzu 2005 li tikkonċerna l-kwittanza li trid tingħata lill-Kummissjoni fir-rigward ta' l-implimentazzjoni ta' l-operazzjonijiet tal-Fond Ewropew ta' Żvilupp (It-Tmien EDF) għas-sena finanzjarja 2003
Official Journal L 077 , 23/03/2005 P. 0012 - 0012
Official Journal L 159 , 13/06/2006 P. 0274 - 0274
Rakkomandazzjoni tal-Kunsill tat- 8 ta’ Marzu 2005 li tikkonċerna l-kwittanza li trid tingħata lill-Kummissjoni fir-rigward ta' l-implimentazzjoni ta' l-operazzjonijiet tal-Fond Ewropew ta' Żvilupp (It-Tmien EDF) għas-sena finanzjarja 2003 (2005/254/KE) IL-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA, Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, Wara li kkunsidra ir-Raba' Konvenzjoni ta' l-ACP-KE, iffirmata f'Lomé fil- 15 ta' Diċembru 1989, kif emendata bil-Ftehim iffirmat fil-Mawrizju fl- 4 ta' Novembru 1995, Wara li kkunsidra l-Ftehim Intern dwar il-finanzjament u l-amministrazzjoni ta' l-għajnuna tal-Komunità taħt it-Tieni Protokoll Finanzjarju għar-raba' Konvenzjoni ta' l-ACP-KE [1] li jistabbilixxi, fost affarijiet oħra, it-Tmien Fond Ewropew ta' Żvilupp (It-Tmien EDF), u partikolarment l-Artikolu 33(3) ta' dak il-Ftehim, Wara li kkunsidra r-Regolament Finanzjarju tas- 16 ta' Ġunju 1998 applikabbli għall-koperazzjoni fl-iffinanzjar ta' l-iżvilupp taħt ir-Raba' Konvenzjoni ta' l-ACP-KE [2], u partikolarment l-Artikoli 66 sa 74 tiegħu, Wara li eżamina il-kont tad-dħul u ta' l-infiq u l-balance sheet relatati ma' l-operazzjonijiet tat-Tmien EDF kif kienu fil- 31 ta' Diċembru 2003 u r-rapport tal-Qorti ta' l-Awdituri li jikkonċerna s-sena finanzjarja 2003 flimkien mar-risposti tal-Kummissjoni [3], (1) Billi skond l-Artikolu 33(3) ta' l-imsemmi Ftehim Intern, il-kwittanza għall-immaniġġar finanzjarju tat-Tmien EDF irid jingħata lill-Kummissjoni mill-Parlament Ewropew fuq rakkomandazzjoni tal-Kunsill. (2) Billi l-implimentazzjoni totali mill-Kummissjoni ta' l-operazzjonijiet tat-Tmien EDF matul is-sena finanzjarja 2003 kienet sodisfaċenti, B'DAN JIRRAKKOMANDA li l-Parlament Ewropew jagħti lill-Kummissjoni kwittanza fir-rigward ta' l-implimentazzjoni ta' l-operazzjonijiet tat-Tmien EDF għas-sena finanzjarja 2003. Magħmula fi Brussel, nhar it- 8 ta’ Marzu 2005. Għall-Kunsill Il-President J.-C. Juncker [1] ĠU L 156, 29.5.1998, p. 108. [2] ĠU L 191, 7.7.1998, p. 53. [3] ĠU C 293, 30.11.2004, p. 315. --------------------------------------------------