|
20.12.2008 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
L 344/89 |
DIRETTIVA TAL-KUMMISSJONI 2008/127/KE
tat-18 ta’ Diċembru 2008
li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE għall-inklużjoni ta’ bosta sustanzi attivi
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE tal-15 ta’ Lulju 1991 dwar it-tqegħid fis-suq ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 6(1) tagħha,
Billi:
|
(1) |
Ir-Regolamenti tal-Kummissjoni (KE) Nru 1112/2002 (2) u (KE) Nru 2229/2004 (3) jistipulaw ir-regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-raba’ stadju tal-programm ta’ ħidma msemmi fl-Artikolu 8(2) tad-Direttiva 91/414/KEE u jistabbilixxu lista ta’ sustanzi attivi li għandhom jiġu evalwati, bl-għan li jiġu possibbilment inklużi fl-Anness I għad-Direttiva 91/414/KEE. Dik il-lista tinkludi s-sustanzi attivi mniżżla fl-Anness għal din id-Direttiva. |
|
(2) |
Bir-Regolament (KE) Nru 1095/2004 (4) ddaħħal Artikolu 24b ġdid fir-Regolament (KE) Nru 2229/2004 biex jippermetti sustanzi attivi li għalihom hemm indikazzjonijiet ċari li jista’ jkun mistenni li ma għandhomx effetti ta’ ħsara fuq is-saħħa tal-bnedmin jew dik tal-annimali jew fuq l-ilma ta’ taħt l-art jew xi influwenza mhux aċċettabbli fuq l-ambjent, biex jiġu inklużi fl-Anness I tad-Direttiva 91/414/KEE mingħajr ma ntalab parir xjentifiku dettaljat mill-Awtorità Ewropea għas-Sikurezza tal-Ikel (EFSA). |
|
(3) |
Għas-sustanzi attivi mniżżla fl-Anness ta’ din id-Direttiva l-Kummissjoni eżaminat skont l-Artikolu 24a tar-Regolament (KE) Nru 2229/2004 l-effetti fuq is-saħħa tal-bnedmin, l-annimali, l-ilma ta’ taħt l-art u l-ambjent għal użi varji proposti min-notifikanti, bil-konklużjoni li dawk is-sustanzi attivi jissodisfaw ir-rekwiżiti tal-Artikolu 24b tar-Regolament (KE) Nru 2229/2004. |
|
(4) |
Skont l-Artikolu 25 (1) tar-Regolament (KE) Nru 2229/2004 l-Kummissjoni ppreżentat abbozz ta’ rapporti ta’ reviżjoni għal sustanzi attivi mniżżla fl-Anness ta’ din id-Direttiva lill-Kumitat Permanenti tal-Katina tal-Ikel u s-Saħħa tal-Annimali, biex jiġi eżaminat. Dawn ir-rapporti saritilhom reviżjoni mill-Istati Membri u l-Kummissjoni fi ħdan il-Kumitat Permanenti tal-Katina tal-Ikel u s-Saħħa tal-Annimali u ġew finalizzati fit-28 ta’ Marzu 2008 fil-format tar-rapporti ta’ reviżjoni tal-Kummissjoni. Skont l-Artikolu 25a tar-Regolament (KE) Nru 2229/2004 l-Kummissjoni se titlob lill-EFSA biex tagħti l-opinjoni tagħha dwar l-abbozz tar-rapporti ta’ reviżjoni sa mhux aktar tard mill-31 ta’ Diċembru 2010. |
|
(5) |
Minn eżamijiet varji li saru deher li prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti li fihom sustanzi attivi mniżżla fl-Anness għal din id-Direttiva jistgħu jkunu mistennija li jissodisfaw, b’mod ġenerali, ir-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 5(1)(a) u (b) tad-Direttiva 91/414/KEE, b’mod partikolari fir-rigward tal-użi li ġew eżaminati u dettaljati fir-rapport ta’ reviżjoni tal-Kummissjoni. Għalhekk huwa xieraq li jkunu inklużi fl-Anness I għal dik id-Direttiva s-sustanzi attivi mniżżla fl-Anness għal din id-Direttiva, sabiex ikun żgurat li fl-Istati Membri kollha l-awtorizzazzjonijiet ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti li fihom din is-sustanza attiva jistgħu jingħataw skont id-dispożizzjonijiet ta’ dik id-Direttiva. |
|
(6) |
Għandu jitħalla jiskadi perjodu raġjonevoli qabel ma sustanza attiva tiġi inkluża fl-Anness I biex l-Istati Membri u l-partijiet interessati jkunu jistgħu jħejju ruħhom biex jissodisfaw ir-rekwiżiti l-ġodda li se jirriżultaw mill-inklużjoni. |
|
(7) |
Bla ħsara għall-obbligi definiti mid-Direttiva 91/414/KEE bħala konsegwenza tal-inklużjoni ta’ sustanza attiva fl-Anness I, l-Istati Membri għandhom jingħataw perjodu ta’ sitt xhur wara l-inklużjoni biex jagħmlu reviżjoni ta’ awtorizzazjonijiet eżistenti ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti li fihom sustanzi attivi mniżżla fl-Anness biex jiżguraw li r-rekwiżiti stabbiliti mid-Direttiva 91/414/KEE, u b’mod partikolari fl-Artikolu 13 tagħha u l-kundizzjonijiet rilevanti stabbiliti fl-Anness I, huma ssodisfati. L-Istati Membri għandhom ivarjaw, jibdlu jew jirtiraw, kif xieraq, awtorizzazzjonijiet eżistenti, skont id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 91/414/KEE. Permezz ta’ deroga mill-iskadenza stabbilita hawn fuq, għandu jingħata perjodu itwal għall-preżentazzjoni u l-evalwazzjoni tal-fajl komplut tal-Anness III ta’ kull prodott għall-ħarsien tal-pjanti għal kull użu maħsub skont il-prinċipji uniformi stipulati fid-Direttiva 91/414/KEE. |
|
(8) |
L-esperjenza miksuba minn inklużjonijiet preċedenti fl-Anness I għad-Direttiva 91/414/KEE ta’ sustanzi attivi evalwati fil-qafas tar-Regolament (KEE) Nru 3600/92 uriet li jistgħu jinqalgħu xi diffikultajiet fl-interpretazzjoni tad-dmirijiet ta’ detenturi ta’ awtorizzazzjonijiet eżistenti dwar l-aċċess għad-dejta. Għalhekk biex jiġu evitati aktar diffikultajiet jidher li huwa meħtieġ li d-dmirijiet tal-Istati Membri jiġu ċċarati, speċjalment id-dmir li jivverifikaw li d-detentur ta’ awtorizzazzjoni juri li għandu aċċess għal dossier li jissodisfa r-rekwiżiti tal-Anness II ta’ din id-Direttiva. Madankollu, din il-kjarifika ma timponix xi obbligi ġodda fuq l-Istati Membri jew id-detenturi ta’ awtorizzazzjonijiet meta mqabbla mad-direttivi li ġew adottati sa issa li jemendaw l-Anness I. |
|
(9) |
Għalhekk huwa xieraq li tiġi emendata d-Direttiva 91/414/KEE skont dan. |
|
(10) |
Il-miżuri stipulati f’din id-Direttiva huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti għall-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali, |
ADOTTAT DIN ID-DIRETTIVA:
Artikolu 1
L-Anness I tad-Direttiva 91/414/KEE huwa emendat kif stabbilit fl-Anness għal din id-Direttiva.
Artikolu 2
L-Istati Membri ser jadottaw u jippubblikaw sa mhux aktar tard mit-28 ta’ Frar 2010 il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa biex ikunu konformi ma’ din id-Direttiva. Huma għandhom jikkomunikaw minnufih lill-Kummissjoni t-test ta’ dawn id-dispożizzjonijiet u t-tabella ta’ korrelazzjoni bejn dawn id-dispożizzjonijiet u din id-Direttiva.
Huma għandhom japplikaw dawn id-dispożizzjonijiet mill-1 ta’ Marzu 2010.
Meta l-Istati Membri jadottaw dawn id-dispożizzjonijiet, għandu jkun fihom referenza għal din id-Direttiva jew għandhom ikunu akkumpanjati b’tali referenza fl-okkażjoni tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. L-Istati Membri għandhom jiddeterminaw kif trid issir din ir-referenza.
Artikolu 3
1. L-Istati Membri għandhom f’konformità mad-Direttiva 91/414/KEE, fejn hu meħtieġ, jemendaw jew jirtiraw awtorizzazzjonijiet eżistenti għal prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti li fihom is-sustanzi attivi mniżżla fl-Anness bħala sustanzi attivi sat-28 ta’ Frar 2010.
Sa dik id-data huma għandhom b’mod partikolari jivverifikaw li l-kundizzjonijiet fl-Anness I għal dik id-Direttiva dwar is-sustanzi attivi mniżżla fl-Anness jiġu ssodisfatti, bl-eċċezzjoni ta’ dawk identifikati fil-parti B tal-annotazzjoni li tirrigwarda dik is-sustanza attiva, u li d-detenturi tal-awtorizzazzjonijiet jkollhom, jew ikollhom aċċess għal, fajls li jissodisfaw ir-rekwiżiti tal-Anness II għal dik id-Direttiva skont il-kundizzjonijiet tal-Artikolu 13 ta’ dik id-Direttiva.
2. Permezz ta’ deroga mill-paragrafu 1, għal kull prodott awtorizzat għall-protezzjoni tal-pjanti li fih wieħed mis-sutanzi attivi mniżżla fl-Anness jew bħala l-unika sustanza attiva jew bħala waħda mill-ħafna sustanzi attivi li kollha kienu mniżżla fl-Anness I tad-Direttiva 91/414/KEE mhux aktar tard mill-31 ta’ Awwissu 2009, l-Istati Membri għandhom jerġgħu jevalwaw il-prodott skont il-prinċipji uniformi pprovduti fl-Anness VI tad-Direttiva 91/414/KEE, fuq il-bażi ta’ dossier li jissodisfa r-rekwiżiti tal-Anness III għal dik id-Direttiva u li jikkunsidra l-parti B tal-annotazzjoni fl-Anness I għal dik id-Direttiva dwar is-sustanzi attivi mniżżla fl-Anness. Fuq il-bażi ta’ din il-valutazzjoni, huma għandhom jistabbilixxu jekk il-prodott jissodisfax il-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 4(1)(b), (c), (d) u (e) tad-Direttiva 91/414/KEE.
Wara li jistabbilixxu dan l-Istati Membri għandhom:
|
(a) |
fil-każ ta’ prodott li jkun fih wieħed mis-sustanzi attivi mniżżla fl-Anness bħala sustanza attiva ewlenija, fejn ikun meħtieġ, jemendaw jew jirtiraw l-awtorizzazzjoni sa mhux aktar tard mill-31 ta’ Awwissu 2015; jew |
|
(b) |
fil-każ ta’ prodott li jkun fih is-sustanzi attivi mniżżla fl-Anness bħala waħda minn ħafna sustanzi attivi, fejn ikun meħtieġ, jemendaw jew jirtiraw l-awtorizzazzjoni sal-31 ta’ Awwissu 2015 jew sad-data ffissata għal emenda bħal din jew l-irtirar tagħha fid-Direttiva jew Direttivi rispettivi li inkludiet/inkludew is-sustanza jew sustanzi rilevanti fl-Anness I tad-Direttiva 91/414/KEE, tkun liema tkun dik tal-aħħar. |
Artikolu 4
Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-1 ta’ Settembru 2009.
Artikolu 5
Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.
Magħmula fi Brussell, 18 ta’ Diċembru 2008
Għall-Kummissjoni
Androulla VASSILIOU
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 230, 19.8.1991, p. 1.
(2) ĠU L 168, 27.6.2002, p. 14.
ANNESS
L-annotazzjoni li ġejja għandha tiġi inkluża fl-aħħar tat-tabella fl-Anness I tad-Direttiva 91/414/KE:
|
Nru |
Isem Komuni, Numri ta' Identifikazzjoni |
Isem IUPAC |
Purità (1) |
Dħul fis-seħħ |
Skadenza tal-inklużjoni |
Dispożizzjonijiet speċifiċi |
||||||||||||||||
|
“224 |
Aċidu aċetiku Nru CAS: 64-19-7 Nru CIPAC: mhux assenjat |
Aċidu aċetiku |
≥ 980 g/kg |
1 ta' Settembru 2009 |
31 ta' Awwissu 2019 |
PARTI A L-użi bħala erbiċida biss jistgħu jkunu awtorizzati. PARTI B Għall-implimentazzjoni tal-prinċipji uniformi tal-Anness VI, il-konklużjonijiet tar-rapport ta' reviżjoni dwar l-aċidu aċetiku (SANCO/2602/2008), u b'mod partikolari l-Appendiċi I u II tiegħu, kif iffinalizzat fil-Kumitat Permanenti tal-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali għandhom jitqiesu. Il-kundizzjonijiet ta' użu għandhom jinkludu miżuri għat-tnaqqis tar-riskju, fejn xieraq. |
||||||||||||||||
|
225 |
Sulfat tal-ammonju tal-aluminju Nru CAS: 7784-26-1 Nru CIPAC: mhux assenjat |
Sulfat tal-ammonju tal-aluminju |
≥ 960 g/kg |
1 ta’ Settembru 2009 |
31 ta’ Awwissu 2019 |
PARTI A L-użi bħala repellent biss jistgħu jkunu awtorizzati. PARTI B Għall-implimentazzjoni tal-prinċipji uniformi tal-Anness VI, il-konklużjonijiet tar-rapport ta' reviżjoni dwar is-sulfat tal-ammonju tal-aluminju (SANCO/2985/2008) u b'mod partikolari l-Appendiċi I u II tiegħu, kif iffinalizzat fil-Kumitat Permanenti tal-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali għandhom jitqiesu. Il-kundizzjonijiet ta' użu għandhom jinkludu miżuri għat-tnaqqis tar-riskju, fejn xieraq. |
||||||||||||||||
|
226 |
Silikat tal-aluminju Nru CAS: 1332-58-7 Nru CIPAC: mhux assenjat |
Mhux disponibbli Isem kimiku: Il-kawlina |
≥ 999,8 g/kg |
1 ta’ Settembru 2009 |
31 ta’ Awwissu 2019 |
PARTI A L-użi bħala repellent biss jistgħu jkunu awtorizzati. PARTI B Għall-implimentazzjoni tal-prinċipji uniformi tal-Anness VI, il-konklużjonijiet tar-rapport ta' reviżjoni dwar is-silikat tal-aluminju (SANCO/2603/2008), u b'mod partikolari l-Appendiċi I u II tiegħu, kif iffinalizzat fil-Kumitat Permanenti tal-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali għandhom jitqiesu. Il-kundizzjonijiet ta' użu għandhom jinkludu miżuri għat-tnaqqis tar-riskju, fejn xieraq. |
||||||||||||||||
|
227 |
Aċetat tal-ammonju Nru CAS: 631-61-8 Nru CIPAC: mhux assenjat |
Aċetat tal-ammonju |
≥ 970 g/kg Impurità rilevanti Metalli Tqal bħal Pb massimu 10 ppm |
1 ta' Settembru 2009 |
31 ta’ Awwissu 2019 |
PARTI A L-użi bħala attirant biss jistgħu jkunu awtorizzati. PARTI B Għall-implimentazzjoni tal-prinċipji uniformi tal-Anness VI, il-konklużjonijiet tar-rapport ta' reviżjoni dwar l-aċetat tal-ammonju (SANCO/2986/2008), u b'mod partikolari l-Appendiċi I u II tiegħu, kif iffinalizzat fil-Kumitat Permanenti tal-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali għandhom jitqiesu. Il-kundizzjonijiet ta' użu għandhom jinkludu miżuri għat-tnaqqis tar-riskju, fejn xieraq. |
||||||||||||||||
|
228 |
Smida tad-demm. Nru CAS: mhux assenjat Nru CIPAC: mhux assenjat |
Mhux disponibbli |
≥ 990 g/kg |
1 ta' Settembru 2009 |
31 ta’ Awwissu 2019 |
PARTI A L-użi bħala repellent biss jistgħu jkunu awtorizzati. Is-smida tad-demm trid tkun f'konformità mar-Regolament (KE) Nru 1774/2002. PARTI B Għall-implimentazzjoni tal-prinċipji uniformi tal-Anness VI, il-konklużjonijiet tar-rapport ta' reviżjoni dwar is-smida tad-demm (SANCO/2604/2008), u b'mod partikolari l-Appendiċi I u II tiegħu, kif iffinalizzat fil-Kumitat Permanenti tal-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali għandhom jitqiesu. Il-kundizzjonijiet ta' użu għandhom jinkludu miżuri għat-tnaqqis tar-riskju, fejn xieraq. |
||||||||||||||||
|
229 |
Calcium carbide Nru CAS: 75-20-7 Nru CIPAC: mhux assenjat |
Calcium carbide Calcium acetylide |
≥ 765 g/kg Li fih 0,08-0,52 g/kg ta' Calcium Phosphide |
1 ta' Settembru 2009 |
31 ta’ Awwissu 2019 |
PARTI A L-użi bħala repellent biss jistgħu jkunu awtorizzati. PARTI B Għall-implimentazzjoni tal-prinċipji uniformi tal-Anness VI, il-konklużjonijiet tar-rapport ta' reviżjoni dwar il-calcium carbide (SANCO/2605/2008), u b'mod partikolari l-Appendiċi I u II tiegħu, kif iffinalizzat fil-Kumitat Permanenti tal-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali għandhom jitqiesu. Il-kundizzjonijiet ta' użu għandhom jinkludu miżuri għat-tnaqqis tar-riskju, fejn xieraq. |
||||||||||||||||
|
230 |
Karbonat tal-kalċju Nru CAS: 471-34-1 Nru CIPAC: mhux assenjat |
Calcium carbonate |
≥ 995 g/kg |
1 ta' Settembru 2009 |
31 ta’ Awwissu 2019 |
PARTI A L-użi bħala repellent biss jistgħu jkunu awtorizzati. PARTI B Għall-implimentazzjoni tal-prinċipji uniformi tal-Anness VI, il-konklużjonijiet tar-rapport ta' reviżjoni dwar il-karbonat tal-kalċju (SANCO/2606/2008), u b'mod partikolari l-Appendiċi I u II tiegħu, kif iffinalizzat fil-Kumitat Permanenti tal-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali għandhom jitqiesu. Il-kundizzjonijiet ta' użu għandhom jinkludu miżuri għat-tnaqqis tar-riskju, fejn xieraq. |
||||||||||||||||
|
231 |
Diossidu tal-karbonju Nru CAS: 124-38-9 |
Diossidu tal-karbonju |
≥ 99,9 % |
1 ta' Settembru 2009 |
31 ta’ Awwissu 2019 |
PARTI A L-użi bħala fumigant biss jista’ jkunu awtorizzati. PARTI B Għall-implimentazzjoni tal-prinċipji uniformi tal-Anness VI, il-konklużjonijiet tar-rapport ta' reviżjoni dwar id-diossidu tal-karbonju (SANCO/2987/2008), u b'mod partikolari l-Appendiċi I u II tiegħu, kif iffinalizzat fil-Kumitat Permanenti tal-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali għandhom jitqiesu. Il-kundizzjonijiet ta' użu għandhom jinkludu miżuri għat-tnaqqis tar-riskju, fejn xieraq. |
||||||||||||||||
|
232 |
Denathonium benzoate Nru CAS: 3734-33-6 Nru CIPAC: mhux assenjat |
Benzyldiethyl[[2,6-xylylcarbamoyl]methyl]ammonium benzoate |
≥ 995 g/kg |
1 ta' Settembru 2009 |
31 ta’ Awwissu 2019 |
PARTI A L-użi bħala repellent biss jistgħu jkunu awtorizzati. PARTI B Għall-implimentazzjoni tal-prinċipji uniformi tal-Anness VI, il-konklużjonijiet tar-rapport ta' reviżjoni dwar il-denathonium benzoate (SANCO/2607/2008), u b'mod partikolari l-Appendiċi I u II tiegħu, kif iffinalizzat fil-Kumitat Permanenti tal-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali għandhom jitqiesu. Il-kundizzjonijiet ta' użu għandhom jinkludu miżuri għat-tnaqqis tar-riskju, fejn xieraq. |
||||||||||||||||
|
233 |
Ethylene Nru CAS: 74-85-1 Nru CIPAC: mhux assenjat |
Ethene |
≥ 99 % |
1 ta' Settembru 2009 |
31 ta’ Awwissu 2019 |
PARTI A L-użu bħala regolatur tat-tkabbir tal-pjanti biss jista’ jiġi awtorizzat. PARTI B Għall-implimentazzjoni tal-prinċipji uniformi tal-Anness VI, il-konklużjonijiet tar-rapport ta' reviżjoni dwar l-ethylene (SANCO/2608/2008), u b'mod partikolari l-Appendiċi I u II tiegħu, kif iffinalizzat fil-Kumitat Permanenti tal-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali għandhom jitqiesu. Il-kundizzjonijiet ta' użu għandhom jinkludu miżuri għat-tnaqqis tar-riskju, fejn xieraq. |
||||||||||||||||
|
234 |
Estratt mis-siġra tat-te Nru CAS: Żejt tas-Siġra tat-Te 68647-73-4 Komponenti ewlenin:
Nru CIPAC: mhux assenjat |
Iż-Żejt tas-Siġra tat-Te hija taħlita kumplessa ta' sustanzi kimiċi. |
Komponenti ewlenin:
|
1 ta' Settembru 2009 |
31 ta’ Awwissu 2019 |
PARTI A L-użi bħala fungiċida biss jistgħu jkunu awtorizzati. PARTI B Għall-implimentazzjoni tal-prinċipji uniformi tal-Anness VI, il-konklużjonijiet tar-rapport ta' reviżjoni dwar l-estratt mis-siġra tat-te (SANCO/2609/2008), u b'mod partikolari l-Appendiċi I u II tiegħu, kif iffinalizzat fil-Kumitat Permanenti tal-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali għandhom jitqiesu. Il-kundizzjonijiet ta' użu għandhom jinkludu miżuri għat-tnaqqis tar-riskju, fejn xieraq. |
||||||||||||||||
|
235 |
Residw mid-distillazzjoni tax-xaħam Nru CAS: mhux assenjat Nru CIPAC: mhux assenjat |
mhux disponibbli |
≥ 40 % tal-aċidi grassi separati Impurità rilevanti Ni massimu ta' 200 mg/Kg |
1 ta' Settembru 2009 |
31 ta’ Awwissu 2019 |
PARTI A L-użi bħala repellent biss jistgħu jkunu awtorizzati. Ir-residwi tad-distillazzjoni tax-xaħam li jiġi mill-annimali jridu jkunu konformi mar-Regolament (KE) Nru 1774/2002. PARTI B Għall-implimentazzjoni tal-prinċipji uniformi tal-Anness VI, il-konklużjonijiet tar-rapport ta' reviżjoni dwar ir-residwi tad-distillazzjoni tax-xaħam (SANCO/2610/2008), u b'mod partikolari l-Appendiċi I u II tiegħu, kif iffinalizzat fil-Kumitat Permanenti tal-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali għandhom jitqiesu. Il-kundizzjonijiet ta' użu għandhom jinkludu miżuri għat-tnaqqis tar-riskju, fejn xieraq. |
||||||||||||||||
|
236 |
Aċidi grassi C7 to C20 Nru CAS: 112-05-0 (Aċidu Pelargoniku) 67701-09-1 (Aċidi grassi C7-C18 u C18 imluħ mhux saturati tal-potassju) 124-07-2 (Aċidu Kapriliku) 334-48-5 (Aċidu Kapriku) 143-07-7 (Aċidu Lawriku) 112-80-1 (Aċidu Olejku) 85566-26-3 (Aċidi grassi C8-C10 Esteri Me) 111-11-5 (Methyl octanoate) 110-42-9 (Methyl decanoate) Nru CIPAC: mhux assenjat |
Aċidu nonaoiku Aċidu Kapriliku, Aċidu Pelargoniku, Aċidu Kapriku, Aċidu Lawriku, Aċidu Olejku (ISO f'kull każ) Aċidu Oktanojku, Aċidu Nonanojku, Aċidu Dekanojku, Aċidu Dodekanojku, Aċidu Oktadekanojku cis-9 (IUPAC f'kull każ) Aċidi grassi, C7-C10, esteri Me |
≥ 889 g/kg (Aċidu Pelargoniku) ≥ 838 g/kg aċidi grassi ≥ 99 % aċidi grassi methyl esters |
1 ta' Settembru 2009 |
31 ta’ Awwissu 2019 |
PARTI A L-użi bħala insettiċida, akariċida, u erbiċida u bħala regolatur għat-tkabbir tal-pjanti biss jistgħu jkunu awtorizzati. PARTI B Għall-implimentazzjoni tal-prinċipji uniformi tal-Anness VI, il-konklużjonijiet tar-rapport ta' reviżjoni dwar l-aċidi grassi (SANCO/2610/2008), u b'mod partikolari l-Appendiċi I u II tiegħu, kif iffinalizzat fil-Kumitat Permanenti tal-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali għandhom jitqiesu. Il-kundizzjonijiet ta' użu għandhom jinkludu miżuri għat-tnaqqis tar-riskju, fejn xieraq. |
||||||||||||||||
|
237 |
Estratt tat-tewm Nru CAS: 8008-99-9 Nru CIPAC: mhux assenjat |
Konċentrat ta' meraq tat-tewm bi grad ta' ikel |
≥ 99,9 % |
1 ta' Settembru 2009 |
31 ta’ Awwissu 2019 |
PARTI A L-użi bħala repellent, insettiċida jew nematiċida biss jistgħu jkunu awtorizzati. PARTI B Għall-implimentazzjoni tal-prinċipji uniformi tal-Anness VI, il-konklużjonijiet tar-rapport ta' reviżjoni dwar l-estratt tat-tewm (SANCO/2612/2008), u b'mod partikolari l-Appendiċi I u II tiegħu, kif iffinalizzat fil-Kumitat Permanenti tal-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali għandhom jitqiesu. Il-kundizzjonijiet ta' użu għandhom jinkludu miżuri għat-tnaqqis tar-riskju, fejn xieraq. |
||||||||||||||||
|
238 |
Gibberellic acid Nru CAS: 77-06-5 Nru CIPAC: 307 |
(3S,3aS,4S,4aS,7S,9aR,9bR,12S)-7,12-dihydroxy-3-methyl-6-methylene-2-oxoperhydro-4a,7-methano-9b,3-propenol(1,2-b)furan-4-carboxylic acid Alt: (3S,3aR,4S,4aS,6S,8aR,8bR,11S)- 6,11-dihydroxy-3-methyl-12-methylene-2-oxo-4a,6-methano-3,8b-prop-lenoperhydroindenol (1,2-b) furan-4-carboxylic acid |
≥ 850 g/kg |
1 ta' Settembru 2009 |
31 ta’ Awwissu 2019 |
PARTI A L-użu bħala regolatur tat-tkabbir tal-pjanti biss jista’ jiġi awtorizzat. PARTI B Għall-implimentazzjoni tal-prinċipji uniformi tal-Anness VI, il-konklużjonijiet tar-rapport ta' reviżjoni dwar il-gibberellic acid (SANCO/2613/2008), u b'mod partikolari l-Appendiċi I u II tiegħu, kif iffinalizzat fil-Kumitat Permanenti tal-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali għandhom jitqiesu. Il-kundizzjonijiet ta' użu għandhom jinkludu miżuri għat-tnaqqis tar-riskju, fejn xieraq. |
||||||||||||||||
|
239 |
Gibberellins Nru CAS: GA4: 468-44-0 GA7: 510-75-8 Taħlita ta' GA4A7: 8030-53-3 Nru CIPAC: mhux assenjat |
GA4: (3S,3aR,4S,4aR,7R,9aR,9bR,12S)-12-hydroxy-3-methyl-6-methylene-2-oxoperhydro-4a,7-methano-3,9b-propanoazuleno[1,2-b]furan-4-carboxylic acid GA7: (3S,3aR,4S,4aR,7R,9aR,9bR,12S)-12-hydroxy-3-methyl-6-methylene-2-oxoperhydro-4a,7-methano-9b,3-propenoazuleno[1,2-b]furan-4-carboxylic acid |
Rapport ta' reviżjoni (SANCO/2614/2008). |
1 ta' Settembru 2009 |
31 ta’ Awwissu 2019 |
PARTI A L-użu bħala regolatur tat-tkabbir tal-pjanti biss jista’ jiġi awtorizzat. PARTI B Għall-implimentazzjoni tal-prinċipji uniformi tal-Anness VI, il-konklużjonijiet tar-rapport ta' reviżjoni dwar il-gibberellins (SANCO/2614/2008), u b'mod partikolari l-Appendiċi I u II tiegħu, kif iffinalizzat fil-Kumitat Permanenti tal-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali għandhom jitqiesu. Il-kundizzjonijiet ta' użu għandhom jinkludu miżuri għat-tnaqqis tar-riskju, fejn xieraq. |
||||||||||||||||
|
240 |
Proteini idrolizzati Idrolisat tal-urea tal-ġulepp tal-pitravi Idrolisat tal-proteina tal-kollaġni Nru CAS: mhux assenjat Nru CIPAC: mhux assenjat |
mhux disponibbli |
Idrolisat tal-urea tal-ġulepp tal-pitravi: Ekwivalenti ta' Proteina minima fi stat naturali 360 gr/kg 360 g/kg (36 % w/w) Idrolisat tal-proteina tal-kollaġni: kontenut ta' nitroġenu organiku > 240 g/kg |
1 ta' Settembru 2009 |
31 ta’ Awwissu 2019 |
PARTI A L-użu bħala attirant biss jista’ jiġi awtorizzat. Proteini idrolizzati li ġejjin mill-annimali jridu jkunu konformi mar-Regolament (KE) Nru 1774/2002 PARTI B Għall-implimentazzjoni tal-prinċipji uniformi tal-Anness VI, il-konklużjonijiet tar-rapport ta' reviżjoni dwar il-proteini idrolizzati (SANCO/2615/2008) u b'mod partikolari l-Appendiċi I u II tiegħu, kif iffinalizzat fil-Kumitat Permanenti tal-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali għandhom jitqiesu. Il-kundizzjonijiet ta' użu għandhom jinkludu miżuri għat-tnaqqis tar-riskju, fejn xieraq. |
||||||||||||||||
|
241 |
Sulfat tal-ħadid Anidru tas-sulfat tal-ħadid(II): Nru CAS: 7720-78-7 Monoidrat tas-sulfat tal-ħadid(II): Nru CAS: 17375-41-6 Ettaidrat tas-sulfat tal-ħadid(II): Nru CAS: 7782-63-0 Nru CIPAC: mhux assenjat |
Sulfat tal-ħadid(II) |
Anidru tas-sulfat tal-ħadid(II) ≥ 367,5 g/kg Monoidrat tas-sulfat tal-ħadid(II) ≥ 300 g/kg Ettaidrat tas-sulfat tal-ħadid(II) ≥ 180 g/kg |
1 ta' Settembru 2009 |
31 ta’ Awwissu 2019 |
PARTI A L-użi bħala erbiċida biss jistgħu jkunu awtorizzati. PARTI B Għall-implimentazzjoni tal-prinċipji uniformi tal-Anness VI, il-konklużjonijiet tar-rapport ta' reviżjoni dwar is-sulfat tal-ħadid (SANCO/2616/2008), u b'mod partikolari l-Appendiċi I u II tiegħu, kif iffinalizzat fil-Kumitat Permanenti tal-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali għandhom jitqiesu. Il-kundizzjonijiet ta' użu għandhom jinkludu miżuri għat-tnaqqis tar-riskju, fejn xieraq. |
||||||||||||||||
|
242 |
Kieselgur (Trab tad-dijatoma) Nru CAS: 61790-53-2 Nru CIPAC: 647 |
Kieselgur (trab tad-dijatoma) |
920 ± 20 g SiO2/kg DE Massimu ta' 0.1 % ta' partiċelli ta' Silika Kristallina (b'dijametru anqas minn 50 um.) |
1 ta' Settembru 2009 |
31 ta’ Awwissu 2019 |
PARTI A L-użi bħala insettiċidi u akariċidi biss jistgħu jiġu awtorizzati. PARTI B Għall-implimentazzjoni tal-prinċipji uniformi tal-Anness VI, il-konklużjonijiet tar-rapport ta' reviżjoni dwar il-kieselgur (SANCO/2617/2008), u b'mod partikolari l-Appendiċi I u II tiegħu, kif iffinalizzat fil-Kumitat Permanenti tal-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali għandhom jitqiesu. Il-kundizzjonijiet ta' użu għandhom jinkludu miżuri għat-tnaqqis tar-riskju, fejn xieraq. |
||||||||||||||||
|
243 |
Ġebla tal-ġir Nru CAS: 1317-65-3 Nru CIPAC: mhux assenjat |
mhux disponibbli |
≥ 980 g/kg |
1 ta' Settembru 2009 |
31 ta' Awissu 2019 |
PARTI A L-użi bħala repellent biss jistgħu jkunu awtorizzati. PARTI B Għall-implimentazzjoni tal-prinċipji uniformi tal-Anness VI, il-konklużjonijiet tar-rapport ta' reviżjoni dwar il-ġebla tal-ġir (SANCO/2618/2008), u b'mod partikolari l-Appendiċi I u II tiegħu, kif iffinalizzat fil-Kumitat Permanenti tal-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali għandhom jitqiesu. Il-kundizzjonijiet ta' użu għandhom jinkludu miżuri għat-tnaqqis tar-riskju, fejn xieraq. |
||||||||||||||||
|
244 |
Methyl nonyl ketone Nru CAS: 112-12-9 Nru CIPAC: mhux assenjat |
Undecan-2-one |
≥ 975 g/kg |
1 ta' Settembru 2009 |
31 ta’ Awwissu 2019 |
PARTI A L-użi bħala repellent biss jistgħu jkunu awtorizzati. PARTI B Għall-implimentazzjoni tal-prinċipji uniformi tal-Anness VI, il-konklużjonijiet tar-rapport ta' reviżjoni dwar il-methylnonyl ketone (SANCO/2619/2008), u b'mod partikolari l-Appendiċi I u II tiegħu, kif iffinalizzat fil-Kumitat Permanenti tal-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali għandhom jitqiesu. Il-kundizzjonijiet ta' użu għandhom jinkludu miżuri għat-tnaqqis tar-riskju, fejn xieraq. |
||||||||||||||||
|
245 |
Bżar Nru CAS: mhux assenjat Nru CIPAC: mhux assenjat |
Bżar iswed - Piper nigrum |
Hija taħlita kumplessa ta' sustanzi kimiċi, il-komponent piperin bħala indikatur għandu jkun ta' 4 % |
1 ta' Settembru 2009 |
31 ta' Awissu 2019 |
PARTI A L-użi bħala repellent biss jistgħu jkunu awtorizzati. PARTI B Għall-implimentazzjoni tal-prinċipji uniformi tal-Anness VI, il-konklużjonijiet tar-rapport ta' reviżjoni dwar il-bżar (SANCO/2620/2008), u b'mod partikolari l-Appendiċi I u II tiegħu, kif iffinalizzat fil-Kumitat Permanenti tal-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali għandhom jitqiesu. Il-kundizzjonijiet ta' użu għandhom jinkludu miżuri għat-tnaqqis tar-riskju, fejn xieraq. |
||||||||||||||||
|
246 |
Żjut tal-pjanti/żejt taċ-ċitronella Nru CAS: 8000-29-1 Nru CIPAC: mhux assenjat |
Iż-Żejt taċ-Ċitronella hija taħlita kumplessa ta' sustanzi kimiċi. Il-komponenti ewlenin huma:
|
Impuritajiet rilevanti methyl eugenol u methyl-isoeugenol massimu ta' 0,1 %. |
1 ta' Settembru 2009 |
31 ta' Awissu 2019 |
PARTI A L-użi bħala erbiċida biss jistgħu jkunu awtorizzati. PARTI B Għall-implimentazzjoni tal-prinċipji uniformi tal-Anness VI, il-konklużjonijiet tar-rapport ta' reviżjoni dwar iż-żejt taċ-ċitronella (SANCO/2621/2008), u b'mod partikolari l-Appendiċi I u II tiegħu, kif iffinalizzat fil-Kumitat Permanenti tal-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali għandhom jitqiesu. Il-kundizzjonijiet ta' użu għandhom jinkludu miżuri għat-tnaqqis tar-riskju, fejn xieraq. |
||||||||||||||||
|
247 |
Żjut tal-pjanti/essenza tal-qronfol Nru CAS: 94961-50-2 (essenza tal-qronfol) 97-53-0 (Eugenol – Komponent ewlieni) Nru CIPAC: mhux assenjat |
L-Essenza tal-Qronfol hija taħlita kumplessa ta' sustanzi kimiċi. Il-komponent ewlieni huwa l-eugenol |
≥ 800 g/kg |
1 ta' Settembru 2009 |
31 ta' Awissu 2019 |
PARTI A L-użu bħala funġiċida u batteriċida biss jista’ jiġi awtorizzat. PARTI B Għall-implimentazzjoni tal-prinċipji uniformi tal-Anness VI, il-konklużjonijiet tar-rapport ta' reviżjoni dwar l-essenza tal-qronfol (SANCO/2622/2008), u b'mod partikolari l-Appendiċi I u II tiegħu, kif iffinalizzat fil-Kumitat Permanenti tal-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali għandhom jitqiesu. Il-kundizzjonijiet ta' użu għandhom jinkludu miżuri għat-tnaqqis tar-riskju, fejn xieraq. |
||||||||||||||||
|
248 |
Żjut tal-pjanti/żejt tal-kolza Nru CAS: 8002-13-9 Nru CIPAC: mhux assenjat |
Żejt tal-kolza |
Iż-żejt tal-kolza hija taħlita kumplessa ta' aċidi grassi |
1 ta' Settembru 2009 |
31 ta' Awissu 2019 |
PARTI A L-użi bħala insettiċidi u akariċidi biss jistgħu jiġu awtorizzati. PARTI B Għall-implimentazzjoni tal-prinċipji uniformi tal-Anness VI, il-konklużjonijiet tar-rapport ta' reviżjoni dwar iż-żejt tal-kolza (SANCO/2623/2008), u b'mod partikolari l-Appendiċi I u II tiegħu, kif iffinalizzat fil-Kumitat Permanenti tal-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali għandhom jitqiesu. Il-kundizzjonijiet ta' użu għandhom jinkludu miżuri għat-tnaqqis tar-riskju, fejn xieraq. |
||||||||||||||||
|
249 |
Żjut tal-pjanti/żejt tan-nagħniegħ Nru CAS: 8008-79-5 Nru CIPAC: mhux assenjat |
Żejt tan-nagħniegħ |
≥ 550 g/kg as L-Carvone |
1 ta' Settembru 2009 |
31 ta’ Awwissu 2019 |
PARTI A L-użu bħala regolatur tat-tkabbir tal-pjanti biss jista’ jiġi awtorizzat. PARTI B Għall-implimentazzjoni tal-prinċipji uniformi tal-Anness VI, il-konklużjonijiet tar-rapport ta' reviżjoni dwar iż-żejt tan-nagħniegħ (SANCO/2624/2008), u b'mod partikolari l-Appendiċi I u II tiegħu, kif iffinalizzat fil-Kumitat Permanenti tal-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali għandhom jitqiesu. Il-kundizzjonijiet ta' użu għandhom jinkludu miżuri għat-tnaqqis tar-riskju, fejn xieraq. |
||||||||||||||||
|
250 |
Karbonat idroġenu tal-Potassju Nru CAS: 298-14-6 Nru CIPAC: mhux assenjat |
Karbonat idroġenu tal-Potassju |
≥ 99,5 % |
1 ta' Settembru 2009 |
31 ta' Awissu 2019 |
PARTI A L-użi bħala fungiċida biss jistgħu jkunu awtorizzati. PARTI B Għall-implimentazzjoni tal-prinċipji uniformi tal-Anness VI, il-konklużjonijiet tar-rapport ta' reviżjoni dwar il-karbonat idroġenu tal-potassju (SANCO/2625/2008), u b'mod partikolari l-Appendiċi I u II tiegħu, kif iffinalizzat fil-Kumitat Permanenti tal-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali għandhom jitqiesu. Il-kundizzjonijiet ta' użu għandhom jinkludu miżuri għat-tnaqqis tar-riskju, fejn xieraq. |
||||||||||||||||
|
251 |
Putrescin (1,4-Diaminobutane) Nru CAS: 110-60-1 Nru CIPAC: mhux assenjat |
Butane-1,4-diamine |
≥ 990 g/kg |
1 ta' Settembru 2009 |
31 ta' Awissu 2019 |
PARTI A L-użu bħala attirant biss jista’ jiġi awtorizzat. PARTI B Għall-implimentazzjoni tal-prinċipji uniformi tal-Anness VI, il-konklużjonijiet tar-rapport ta' reviżjoni dwar il-putrescin (SANCO/2626/2008), u b'mod partikolari l-Appendiċi I u II tiegħu, kif iffinalizzat fil-Kumitat Permanenti tal-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali għandhom jitqiesu. Il-kundizzjonijiet ta' użu għandhom jinkludu miżuri għat-tnaqqis tar-riskju, fejn xieraq. |
||||||||||||||||
|
252 |
Piretrini Nru CAS: (A) u (B): Piretrini: 8003-34-7 Estratt A: estrattivi tal-Chrysanthemum cinerariaefolium: 89997-63-7 piretrin 1: CAS121-21-1 piretrin 2: CAS121-29-9 ċinerin 1 CAS25402-06-6 ċinerin 2 CAS121-20-0 jasmolin 1: CAS4466-14-2 jasmolin 2: CAS1172-63-0 Estratt B: piretrin 1: CAS121-21-1 piretrin 2: CAS121-29-9 ċinerin 1 CAS25402-06-6 ċinerin 2 CAS121-20-0 jasmolin 1: CAS4466-14-2 jasmolin 2: CAS1172-63-0 Nru CIPAC 32 |
Il-Piretrini huma taħlita kumplessa ta' sustanzi kimiċi. |
Estratt A: ≥ 500 g/kg Piretrin Estratt B: ≥ 480 g/kg Piretrini |
1 ta' Settembru 2009 |
31 ta' Awissu 2019 |
PARTI A L-użi bħala insettiċida biss jistgħu jkunu awtorizzati. PARTI B Għall-implimentazzjoni tal-prinċipji uniformi tal-Anness VI, il-konklużjonijiet tar-rapport ta' reviżjoni dwar il-piretrini (SANCO/2627/2008), u b'mod partikolari l-Appendiċi I u II tiegħu, kif iffinalizzat fil-Kumitat Permanenti tal-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali għandhom jitqiesu. Il-kundizzjonijiet ta' użu għandhom jinkludu miżuri għat-tnaqqis tar-riskju, fejn xieraq. |
||||||||||||||||
|
253 |
Ramel tal-kwarz Nru CAS: 14808-60-7 Nru CIPAC: mhux assenjat |
Kwarz, Kwartz, Siliciumdioxid, Silika, diossidu tas-Silikun, SiO2 |
≥ 915 g/kg Massimu ta' 0,1 % ta' partiċelli ta' Silika Kristallina (b'dijametru anqas minn 50 um.) |
1 ta' Settembru 2009 |
31 ta' Awissu 2019 |
PARTI A L-użi bħala repellent biss jistgħu jkunu awtorizzati. PARTI B Għall-implimentazzjoni tal-prinċipji uniformi tal-Anness VI, il-konklużjonijiet tar-rapport ta' reviżjoni dwar ir-ramel tal-kwarz (SANCO/2628/2008), u b'mod partikolari l-Appendiċi I u II tiegħu, kif iffinalizzat fil-Kumitat Permanenti tal-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali għandhom jitqiesu. Il-kundizzjonijiet ta' użu għandhom jinkludu miżuri għat-tnaqqis tar-riskju, fejn xieraq. |
||||||||||||||||
|
254 |
Repellenti permezz ta' riħa ta' oriġini mill-annimali jew mill-pjanti/żejt mill-ħut Nru CAS: 100085-40-3 Nru CIPAC: mhux assenjat |
Żejt mill-Ħut |
≥ 99 % |
1 ta' Settembru 2009 |
31 ta' Awissu 2019 |
PARTI A L-użi bħala repellent biss jistgħu jkunu awtorizzati. Iż-żejt mill-ħut irid ikun f'konformità mar-Regolament (KE) Nru 1774/2002 PARTI B Għall-implimentazzjoni tal-prinċipji uniformi tal-Anness VI, il-konklużjonijiet tar-rapport ta' reviżjoni dwar iż-żejt mill-ħut (SANCO/2629/2008), u b'mod partikolari l-Appendiċi I u II tiegħu, kif iffinalizzat fil-Kumitat Permanenti tal-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali għandhom jitqiesu. Il-kundizzjonijiet ta' użu għandhom jinkludu miżuri għat-tnaqqis tar-riskju, fejn xieraq. |
||||||||||||||||
|
255 |
Repellenti permezz ta' riħa ta' oriġini mill-annimali jew mill-pjanti/xaħam tan-ngħaġ Nru CAS: 98999-15-6 Nru CIPAC: mhux assenjat |
Xaħam tan-nagħaġ |
Xaħam tan-nagħaġ pur li fih massimu ta' 0,18 % w/w/ilma. |
1 ta' Settembru 2009 |
31 ta' Awissu 2019 |
PARTI A L-użi bħala repellent biss jistgħu jkunu awtorizzati. Ix-xaħam tan-nagħaġ irid ikun f'konformità mar-Regolament (KE) Nru 1774/2002 PARTI B Għall-implimentazzjoni tal-prinċipji uniformi tal-Anness VI, il-konklużjonijiet tar-rapport ta' reviżjoni dwar ix-xaħam tan-nagħaġ (SANCO/2630/2008), u b'mod partikolari l-Appendiċi I u II tiegħu, kif iffinalizzat fil-Kumitat Permanenti tal-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali għandhom jitqiesu. Il-kundizzjonijiet ta' użu għandhom jinkludu miżuri għat-tnaqqis tar-riskju, fejn xieraq. |
||||||||||||||||
|
256 |
Repellenti permezz ta' riħa ta' oriġini mill-annimali jew mill-pjanti/żejt tat-tall mhux raffinat CAS Nru: 8002-26-4 Nru CIPAC: mhux assenjat |
Żejt tat-Tall mhux raffinat |
Iż-żejt tat-Tall mhux raffinat huwa taħlita kumplessa ta' raża tat-tall u aċidi grassi |
1 ta' Settembru 2009 |
31 ta' Awissu 2019 |
PARTI A L-użi bħala repellent biss jistgħu jkunu awtorizzati. PARTI B Għall-implimentazzjoni tal-prinċipji uniformi tal-Anness VI, il-konklużjonijiet tar-rapport ta' reviżjoni dwar iż-żejt tat-tall mhux raffinat (SANCO/2631/2008), u b'mod partikolari l-Appendiċi I u II tiegħu, kif iffinalizzat fil-Kumitat Permanenti tal-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali għandhom jitqiesu. Il-kundizzjonijiet ta' użu għandhom jinkludu miżuri għat-tnaqqis tar-riskju, fejn xieraq. |
||||||||||||||||
|
257 |
Repellenti permezz ta' riħa ta' oriġini mill-annimali jew mill-pjanti/żift taż-żejt tat-tall Nru CAS: 8016-81-7 Nru CIPAC: mhux assenjat |
Żift taż-Żejt tat-Tall |
Taħlita kumplessa ta' esteri ta' aċidi grassi, raża u ammonti żgħar ta' dimeri u trimeri ta' aċidi tar-raża u aċidi grassi. |
1 ta' Settembru 2009 |
31 ta’ Awwissu 2019 |
PARTI A L-użi bħala repellent biss jistgħu jkunu awtorizzati. PARTI B Għall-implimentazzjoni tal-prinċipji uniformi tal-Anness VI, il-konklużjonijiet tar-rapport ta' reviżjoni dwar iż-żift taż-żejt tat-tall (SANCO/2632/2008), u b'mod partikolari l-Appendiċi I u II tiegħu, kif iffinalizzat fil-Kumitat Permanenti tal-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali għandhom jitqiesu. Il-kundizzjonijiet ta' użu għandhom jinkludu miżuri għat-tnaqqis tar-riskju, fejn xieraq. |
||||||||||||||||
|
258 |
Estratt mill-alka tal-baħar (magħruf qabel bħala estratt mill-alka tal-baħar u ħaxix tal-baħar) Nru CAS: mhux assenjat Nru CIPAC: mhux assenjat |
Estratt mill-alka tal-baħar |
L-estratt mill-alka tal-baħar hija taħlita kumplessa. Komponenti ewlenin bħala indikaturi: mannitol, fucoidans u alġinati. Rapport ta' reviżjoni SANCO/2634/2008 |
1 ta' Settembru 2009 |
31 ta’ Awwissu 2019 |
PARTI A L-użu bħala regolatur tat-tkabbir tal-pjanti biss jista’ jiġi awtorizzat. PARTI B Għall-implimentazzjoni tal-prinċipji uniformi tal-Anness VI, il-konklużjonijiet tar-rapport ta' reviżjoni dwar l-estratt tal-alka tal-baħar (SANCO/2634/2008), u b'mod partikolari l-Appendiċi I u II tiegħu, kif iffinalizzat fil-Kumitat Permanenti tal-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali għandhom jitqiesu. Il-kundizzjonijiet ta' użu għandhom jinkludu miżuri għat-tnaqqis tar-riskju, fejn xieraq. |
||||||||||||||||
|
259 |
Silikat tal-aluminju tas-sodju Nru CAS: 1344-00-9 Nru CIPAC: mhux assenjat |
Silikat tal-aluminju tas-sodju: Nax[(AlO2)x(SiO2)y] × zH2O |
1 000 g/kg |
1 ta' Settembru 2009 |
31 ta’ Awwissu 2019 |
PARTI A L-użi bħala repellent biss jistgħu jkunu awtorizzati. PARTI B Għall-implimentazzjoni tal-prinċipji uniformi tal-Anness VI, il-konklużjonijiet tar-rapport ta' reviżjoni dwar is-silikat tal-aluminju tas-sodju (SANCO/2635/2008), u b'mod partikolari l-Appendiċi I u II tiegħu, kif iffinalizzat fil-Kumitat Permanenti tal-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali għandhom jitqiesu. Il-kundizzjonijiet ta' użu għandhom jinkludu miżuri għat-tnaqqis tar-riskju, fejn xieraq. |
||||||||||||||||
|
260 |
Ipoklorit tas-Sodju Nru CAS: 7681-52-9 Nru CIPAC: mhux assenjat |
Ipoklorit tas-Sodju |
10 % (w/w) espress bħala klorin |
1 ta' Settembru 2009 |
31 ta’ Awwissu 2019 |
PARTI A L-użi bħala diżinfettant biss jistgħu jkunu awtorizzati. PARTI B Għall-implimentazzjoni tal-prinċipji uniformi tal-Anness VI, il-konklużjonijiet tar-rapport ta' reviżjoni dwar l-ipoklorit tas-sodju (SANCO/2988/2008), u b'mod partikolari l-Appendiċi I u II tiegħu, kif iffinalizzat fil-Kumitat Permanenti tal-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali għandhom jitqiesu. Il-kundizzjonijiet ta' użu għandhom jinkludu miżuri għat-tnaqqis tar-riskju, fejn xieraq. |
||||||||||||||||
|
261 |
Feromoni tal-Lepidopteri ta' Katina Dritta |
Grupp ta' aċetat: |
Rapport ta' reviżjoni (SANCO/2633/2008) |
1 ta' Settembru 2009 |
31 ta’ Awwissu 2019 |
PARTI A L-użi bħala attiranti biss jistgħu jiġu awtorizzati. PARTI B Għall-implimentazzjoni tal-prinċipji uniformi tal-Anness VI, il-konklużjonijiet tar-rapport ta' reviżjoni dwar il-feromoni tal-lepidopterani ta' katina dritta (SANCO/2633/2008), u b'mod partikolari l-Appendiċi I u II tiegħu, kif iffinalizzat fil-Kumitat Permanenti tal-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali għandhom jitqiesu. Il-kundizzjonijiet ta' użu għandhom jinkludu miżuri għat-tnaqqis tar-riskju, fejn xieraq. |
||||||||||||||||
|
(E)-5-decen-1-yl acetate CAS No: 38421-90-8 Nru CIPAC: mhux assenjat |
(E)-5-decen-1-yl acetate |
|||||||||||||||||||||
|
(E)-8-dodecen-1-yl acetate Nru CAS: 38363-29-0 Nru CIPAC: mhux assenjat |
(E)-8-dodecen-1-yl acetate |
|||||||||||||||||||||
|
(E/Z)-8-dodecen-1-yl acetate Nru CAS: mhux disponibbli Nru CIPAC: mhux disponibbli |
(E/Z)-8-dodecen-1-yl acetate bħala iżomeri individwali |
|||||||||||||||||||||
|
(Z)-8-dodecen-1-yl acetate Nru CAS: 28079-04-1 Nru CIPAC: mhux assenjat |
(Z)-8-dodecen-1-yl acetate |
|||||||||||||||||||||
|
(Z)-9-dodecen-1-yl acetate Nru CAS: 16974-11-1 Nru CIPAC: 422 |
(Z)-9-dodecen-1-yl acetate |
|||||||||||||||||||||
|
(E,Z)-7,9-dodecadien-1-yl acetate Nru CAS: 54364-62-4 Nru CIPAC: mhux assenjat |
(E,Z)-7,9-dodecadien-1-yl acetate |
|||||||||||||||||||||
|
(E)-11-tetradecen-1-yl acetate Nru CAS: 33189-72-9 Nru CIPAC: mhux assenjat |
(E)-11-tetradecen-1-yl acetate |
|||||||||||||||||||||
|
(Z)-9-tetradecen-1-yl acetate Nru CAS: 16725-53-4 Nru CIPAC: mhux assenjat |
(Z)-9-tetradecen-1-yl acetate |
|||||||||||||||||||||
|
(Z)-11-tetradecen-1-yl acetate Nru CAS: 20711-10-8 Nru CIPAC: mhux assenjat |
(Z)-11-tetradecen-1-yl acetate |
|||||||||||||||||||||
|
(Z, E)-9, 12-tetradecadien-1-yl acetate Nru CAS: 31654-77-0 Nru CIPAC: mhux assenjat |
(Z, E)-9, 12-tetradecadien-1-yl acetate |
|||||||||||||||||||||
|
Z-11-hexadecen-1-yl acetate Nru CAS: 34010-21-4 Nru CIPAC: mhux assenjat |
Z-11-hexadecen-1-yl acetate |
|||||||||||||||||||||
|
(Z, E)-7, 11-hexadecadien-1-yl acetate Nru CAS: 51606-94-4 Nru CIPAC: mhux assenjat |
Z, E)-7, 11-hexadecadien-1-yl acetate |
|||||||||||||||||||||
|
(E, Z)-2, 13-octadecadien-1-yl acetate. Nru CAS: 86252-65-5 Nru CIPAC: mhux assenjat |
(E, Z)-2, 13-octadecadien-1-yl acetate. |
|||||||||||||||||||||
|
Grupp ta' alkoħol: |
Grupp ta' alkoħol: |
|||||||||||||||||||||
|
(E)-5-decen-1-ol Nru CAS: 56578-18-8 Nru CIPAC: mhux assenjat |
(E)-5-decen-1-ol |
|||||||||||||||||||||
|
(Z)-8-dodecen-1-ol Nru CAS: 40642-40-8 Nru CIPAC: mhux assenjat |
(Z)-8-dodecen-1-ol |
|||||||||||||||||||||
|
(E,E)-8,10-dodecadien-1-ol Nru CAS: 33956-49-9 Nru CIPAC: mhux assenjat |
(E,E)-8,10-dodecadien-1-ol |
|||||||||||||||||||||
|
tetradecan-1-ol Nru CAS: 112-72-1 Nru CIPAC: mhux assenjat |
tetradecan-1-ol |
|||||||||||||||||||||
|
(Z)-11-hexadecen-1-ol Nru CAS: 56683-54-6 Nru CIPAC: mhux assenjat |
(Z)-11-hexadecen-1-ol |
|||||||||||||||||||||
|
Grupp ta' aldeidi: |
Grupp ta' aldeidi: |
|||||||||||||||||||||
|
(Z)-7-tetradecenal Nru CAS: 65128-96-3 Nru CIPAC: mhux assenjat |
(Z)-7-tetradecenal |
|||||||||||||||||||||
|
(Z)-9-hexadecenal Nru CAS: 56219-04-6 Nru CIPAC: mhux assenjat |
(Z)-9-hexadecenal |
|||||||||||||||||||||
|
(Z)-11-hexadecenal Nru CAS: 53939-28-9 Nru CIPAC: mhux assenjat |
(Z)-11-hexadecenal |
|||||||||||||||||||||
|
(Z)-13-octadecenal Nru CAS: 58594-45-9 Nru CIPAC: mhux assenjat |
(Z)-13-octadecenal |
|||||||||||||||||||||
|
Taħlit ta' aċetati: |
Taħlit ta' aċetati: |
|||||||||||||||||||||
|
|
|||||||||||||||||||||
|
u ii) Dodecyl acetate Nru CAS: 112-66-3 Nru CIPAC: mhux assenjat |
u ii) Dodecyl acetate; |
|||||||||||||||||||||
|
|
|||||||||||||||||||||
|
|
|||||||||||||||||||||
|
|
|||||||||||||||||||||
|
|
|||||||||||||||||||||
|
|
|||||||||||||||||||||
|
|
|||||||||||||||||||||
|
Taħlit ta' aldeidi: |
Taħlit ta' aldeidi: |
|||||||||||||||||||||
|
|
|||||||||||||||||||||
|
|
|||||||||||||||||||||
|
|
|||||||||||||||||||||
|
Taħlit ta' taħlit: |
Taħlit ta' taħlit: |
|||||||||||||||||||||
|
|
|||||||||||||||||||||
|
|
|||||||||||||||||||||
|
|
|||||||||||||||||||||
|
|
|||||||||||||||||||||
|
|
|||||||||||||||||||||
|
|
|||||||||||||||||||||
|
|
|||||||||||||||||||||
|
|
|||||||||||||||||||||
|
262 |
Idroklorur tat-trimetilamin Nru CAS: 593-81-7 Nru CIPAC: mhux assenjat |
Idroklorur tat-trimetilamin |
≥ 988 g/kg |
1 ta' Settembru 2009 |
31 ta’ Awwissu 2019 |
PARTI A L-użu bħala attirant biss jista’ jiġi awtorizzat. PARTI B Għall-implimentazzjoni tal-prinċipji uniformi tal-Anness VI, il-konklużjonijiet tar-rapport ta' reviżjoni dwar l-idroklorur tat-trimetilamin (SANCO/2636/2008), u b'mod partikolari l-Appendiċi I u II tiegħu, kif iffinalizzat fil-Kumitat Permanenti tal-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali għandhom jitqiesu. Il-kundizzjonijiet ta' użu għandhom jinkludu miżuri għat-tnaqqis tar-riskju, fejn xieraq. |
||||||||||||||||
|
263 |
Urea Nru CAS: 57-13-6 Nru CIPAC: 8352 |
Urea |
≥ 98 % w/w |
1 ta' Settembru 2009 |
31 ta’ Awwissu 2019 |
PARTI A L-użi bħala attirant u funġiċida biss jistgħu jiġu awtorizzati. PARTI B Għall-implimentazzjoni tal-prinċipji uniformi tal-Anness VI, il-konklużjonijiet tar-rapport ta' reviżjoni dwar l-urea (SANCO/2637/2008), u b'mod partikolari l-Appendiċi I u II tiegħu, kif iffinalizzat fil-Kumitat Permanenti tal-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali għandhom jitqiesu. Il-kundizzjonijiet ta' użu għandhom jinkludu miżuri għat-tnaqqis tar-riskju, fejn xieraq. |
||||||||||||||||
|
264 |
Z-13-hexadecen-11-yn-1-yl acetate Nru CAS: 78617-58-0 CIPAC mhux assenjat |
Z-13-hexadecen-11-yn-1-yl acetate |
≥ 75 % |
1 ta' Settembru 2009 |
31 ta’ Awwissu 2019 |
PARTI A L-użu bħala attirant biss jista’ jiġi awtorizzat. PARTI B Għall-implimentazzjoni tal-prinċipji uniformi tal-Anness VI, il-konklużjonijiet tar-rapport ta' reviżjoni dwar Z- 13- hexadecen-11-yn-1-yl acetate (SANCO/2649/2008), u b'mod partikolari l-Appendiċi I u II tiegħu, kif iffinalizzat fil-Kumitat Permanenti tal-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali għandhom jitqiesu. Il-kundizzjonijiet ta' użu għandhom jinkludu miżuri għat-tnaqqis tar-riskju, fejn xieraq. |
||||||||||||||||
|
265 |
Z,Z,Z,Z-7,13,16,19-docosatetraen-1-yl isobutyrate Nru CAS 135459-81-3 CIPAC mhux assenjat |
Z,Z,Z,Z-7,13,16,19-docosatetraen-1-yl isobutyrate |
≥ 90 % |
1 ta' Settembru 2009 |
31 ta’ Awwissu 2019 |
PARTI A L-użu bħala attirant biss jista’ jiġi awtorizzat. PARTI B Għall-implimentazzjoni tal-prinċipji uniformi tal-Anness VI, il-konklużjonijiet tar-rapport ta' reviżjoni dwar Z,Z,Z,Z-7,13,16,19-docosatetraen-1-yl isobutyrate (SANCO/2650/2008), u b'mod partikolari l-Appendiċi I u II tiegħu, kif iffinalizzat fil-Kumitat Permanenti tal-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali għandhom jitqiesu. Il-kundizzjonijiet ta' użu għandhom jinkludu miżuri għat-tnaqqis tar-riskju, fejn xieraq.” |
(1) Aktar dettalji dwar l-identità u l-ispeċifikazzjoni tas-sustanzi attivi jingħataw fir-rapport ta’ reviżjoni.