<?xml version="1.0" encoding="UTF-8"?><JUDGMENT xmlns:fmx="http://opoce" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:noNamespaceSchemaLocation="http://formex.publications.europa.eu/schema/formex-05.58-20161101.xd"><BIB.JUDGMENT><REF.CASE FILE="n.a."><NO.CASE>C-129/21</NO.CASE></REF.CASE><NO.CELEX>62021CJ0129</NO.CELEX><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2022:833">EU:C:2022:833</NO.ECLI><NO.SEQ>0001</NO.SEQ><PAGE.FIRST.ECR>1</PAGE.FIRST.ECR><PAGE.SEQ>1</PAGE.SEQ><PAGE.LAST.ECR>21</PAGE.LAST.ECR><PAGE.TOTAL>21</PAGE.TOTAL><AUTHOR>CJ</AUTHOR></BIB.JUDGMENT><CURR.TITLE><PAGE.HEADER><P><HT TYPE="SC">Sentenza tas‑<DATE ISO="20221027">27.10.2022</DATE> – Kawża C‑129/21</HT></P><P><HT TYPE="SC">Proximus (Direttorju pubbliku elettroniku)</HT></P></PAGE.HEADER></CURR.TITLE><TITLE><TI><P><HT TYPE="UC">Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja</HT> (Ir-Raba’ Awla)</P><P><DATE ISO="20221027">27 ta’ Ottubru 2022</DATE><NOTE NUMBERING="STAR" TYPE="FOOTNOTE" NOTE.ID="E0001"><P>Lingwa tal-kawża: l-Olandiż.</P></NOTE></P></TI></TITLE><INTERMEDIATE><INDEX IDX.CLOSE="”" SEPARATOR=" – " IDX.OPEN="“"><KEYWORD>Rinviju għal deċiżjoni preliminari</KEYWORD><KEYWORD>Ipproċessar ta’ data personali u protezzjoni tal-ħajja privata fis-settur tal-komunikazzjonijiet elettroniċi</KEYWORD><KEYWORD>Direttiva 2002/58/KE</KEYWORD><KEYWORD>Artikolu 12</KEYWORD><KEYWORD>Direttorji pubbliċi u servizzi ta’ tagħrif telefoniku</KEYWORD><KEYWORD>Kunsens tal-abbonat</KEYWORD><KEYWORD>Obbligi tal-fornitur tad-direttorji u tas-servizzi ta’ tagħrif</KEYWORD><KEYWORD>Regolament (UE) 2016/679</KEYWORD><KEYWORD>Artikolu 17</KEYWORD><KEYWORD>Dritt għal tħassir (<QUOT.START CODE="2018" REF.END="QE0001" ID="QS0001"/>dritt li wieħed jintesa<QUOT.END REF.START="QS0001" CODE="2019" ID="QE0001"/>)</KEYWORD><KEYWORD>Artikolu 5(2)</KEYWORD><KEYWORD>Artikolu 24</KEYWORD><KEYWORD>Obbligi ta’ informazzjoni u r-responsabbiltà tal-kontrollur</KEYWORD></INDEX></INTERMEDIATE><JUDGMENT.INIT><P>Fil-Kawża C‑129/21,</P><P>li għandha bħala suġġett talba għal deċiżjoni preliminari skont l-Artikolu 267 TFUE, imressqa mill-hof van beroep te Brussel (il-Qorti tal-Appell ta’ Brussell, il-Belġju), permezz ta’ deċiżjoni tal‑<DATE ISO="20210224">24 ta’ Frar 2021</DATE>, li waslet fil-Qorti tal-Ġustizzja fit‑<DATE ISO="20210302">2 ta’ Marzu 2021</DATE>, fil-proċedura</P></JUDGMENT.INIT><PARTIES><PLAINTIFS><P><HT TYPE="BOLD">Proximus NV</HT></P></PLAINTIFS><AGAINST>vs</AGAINST><DEFENDANTS><P><HT TYPE="BOLD">Gegevensbeschermingsautoriteit,</HT></P></DEFENDANTS></PARTIES><PREAMBLE><PREAMBLE.INIT><P>IL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA (Ir-Raba’ Awla),</P><P>komposta minn C. Lycourgos, President tal-Awla, L. S. Rossi (Relatriċi) J.C. Bonichot, S. Rodin, u O. Spineanu-Matei, Imħallfin,</P><P>Avukat Ġenerali: A. M. Collins,</P><P>Reġistratur: M. Ferreira, Amministratriċi Prinċipali,</P></PREAMBLE.INIT><GR.VISA><VISA>wara li rat il-proċedura bil-miktub u wara s-seduta tad‑<DATE ISO="20220209">9 ta’ Frar 2022</DATE>,</VISA></GR.VISA><GR.CONSID><CONSID><P>wara li kkunsidrat l-osservazzjonijiet ippreżentati:</P><LIST TYPE="NDASH"><ITEM><P>għal Proximus NV, minn P. Craddock u T. de Haan, avocats, kif ukoll minn E. Van Bogget, advocaat,</P></ITEM><ITEM><P>għal Gegevensbeschermingsautoriteit, minn C. Buggenhoudt, E. Cloots u J. Roets, advocaten,</P></ITEM><?PAGE NO="2"?><ITEM><P>għall-Gvern Taljan, minn G. Palmieri, bħala aġent, assistita minn E. De Bonis, avvocato dello Stato,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Gvern Latvjan, minn E. Bārdiņš, J. Davidoviča u K. Pommere, bħala aġenti,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Gvern Portugiż, minn P. Barros da Costa, L. Inez Fernandes, M. J. Ramos u C. Vieira Guerra, bħala aġenti,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Gvern Rumen, minn E. Gane u L. Liţu, bħala aġenti,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Kummissjoni Ewropea, minn S. L. Kalėda, H. Kranenborg u P.-J. Loewenthal, bħala aġenti,</P></ITEM></LIST></CONSID></GR.CONSID><GR.VISA><VISA>wara li semgħet il-konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali, ippreżentati fis-seduta tat‑<DATE ISO="20220428">28 ta’ April 2022</DATE>,</VISA></GR.VISA><PREAMBLE.FINAL>tagħti l-preżenti</PREAMBLE.FINAL></PREAMBLE><CONTENTS.JUDGMENT><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Sentenza</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0001"><NO.P>1</NO.P><TXT>It-talba għal deċiżjoni preliminari tirrigwarda l-interpretazzjoni tal-Artikolu 12(2), moqri flimkien mat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 2(f) tad-Direttiva 2002/58/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat‑<DATE ISO="20020712">12 ta’ Lulju 2002</DATE> dwar l-ipproċessar tad-data personali u l-protezzjoni tal-privatezza fis-settur tal-komunikazzjoni elettronika (Direttiva dwar il-privatezza u l-komunikazzjoni elettronika) (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 13, Vol. 29, p. 514), kif emendata bid-Direttiva 2009/136/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="337" PAGE.FIRST="11" DATE.PUB="2009">ĠU 2009, L 337, p. 11</REF.DOC.OJ>) (iktar ’il quddiem <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0002" ID="QS0002"/>id-Direttiva 2002/58<QUOT.END REF.START="QS0002" CODE="201D" ID="QE0002"/>), kif ukoll tal-Artikolu 5(2) u tal-Artikoli 17, 24 u 95 tar-Regolament (UE) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas‑<DATE ISO="20160427">27 ta’ April 2016</DATE> dwar il-protezzjoni tal-persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali u dwar il-moviment liberu ta’ tali data, u li jħassar id-Direttiva 95/46/KE (Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data) (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="119" PAGE.FIRST="1" DATE.PUB="2016">ĠU 2016, L 119, p. 1</REF.DOC.OJ>, rettifika fil-<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="127" PAGE.FIRST="2" DATE.PUB="2018">ĠU 2018, L 127, p. 2</REF.DOC.OJ>, iktar ’il quddiem <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0003" ID="QS0003"/>RĠPD<QUOT.END REF.START="QS0003" CODE="201D" ID="QE0003"/>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0002"><NO.P>2</NO.P><TXT>Din it-talba tressqet fil-kuntest ta’ tilwima bejn, minn naħa, Proximus NV, kumpannija pubblika b’responsabbiltà limitata rregolata mid-dritt Belġjan, u, min-naħa l-oħra, il-Gegevensbeschermingsautoriteit (l-Awtorità għall-Protezzjoni tad-Data, il-Belġju) (iktar ’il quddiem l-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0004" ID="QS0004"/>APD<QUOT.END REF.START="QS0004" CODE="201D" ID="QE0004"/>), dwar id-deċiżjoni li permezz tagħha l-Geschillenkamer van de Gegevensbeschermingsautoriteit (l-Awla ta’ Ġurisdizzjoni Kontenzjuża tal-Awtorità għall-Protezzjoni tad-Data, il-Belġju, iktar ’il quddiem l-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0005" ID="QS0005"/>Awla ta’ Ġurisdizzjoni Kontenzjuża<QUOT.END REF.START="QS0005" CODE="201D" ID="QE0005"/>) imponiet fuq Proximus miżuri korrettivi u multa ta’ EUR <FT TYPE="NUMBER">20000</FT> għal ksur ta’ diversi dispożizzjonijiet tar-RĠPD.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><?PAGE NO="3"?><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il‑kuntest ġuridiku</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Id‑dritt tal‑Unjoni</HT></HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Id‑Direttiva 95/46/KE</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0003"><NO.P>3</NO.P><TXT>L-Artikolu 2(h) tad-Direttiva 95/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-<DATE ISO="19951024">24 ta’ Ottubru 1995</DATE> dwar il-protezzjoni ta’ individwi fir-rigward ta’ l-ipproċessar ta’ data personali u dwar il-moviment liberu ta’ dik id-data (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 13, Vol. 15, p. 355) kien jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0006" ID="QS0006"/>Għall-finijiet ta’ din id-Direttiva:</P><P>[…]</P><P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>h)</NO.P><TXT>‘il-kunsens tas-suġġett tad-data’ tfisser indikazzjoni speċifika u infurmata tax-xewqa tiegħu mogħtija liberament li biha s-suġġett tad-data jaqbel li jsir l-ipproċessar ta’ data personali dwaru.<QUOT.END REF.START="QS0006" CODE="201D" ID="QE0006"/></TXT></NP></ITEM></LIST></P></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Id‑Direttiva 2002/58</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0004"><NO.P>4</NO.P><TXT>Il-premessi 10, 17, 38 u 39 tad-Direttiva 2002/58 huma fformulati kif ġej:</TXT><QUOT.S LEVEL="1"><P><CONSID><NP><NO.P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0007" ID="QS0007"/>(10)</NO.P><TXT>Fis-settur tal-komunikazzjoni elettronika, id-Direttiva 95/46/KE tapplika b’mod partikolari għall-materji kollha li jikkonċernaw il-protezzjoni tad-drittijiet u libertajiet fondamentali, li mhumiex speċifikatament koperti mid-dispożizzjonijiet ta’ din id-Direttiva, inklużi l-obbligazzjonijiet fuq il-kontrollur u drittijiet ta’ l-individwi. […]</TXT></NP></CONSID><P>[…]</P><CONSID><NP><NO.P>(17)</NO.P><TXT>Għall-iskopijiet ta’ din id-Direttiva, kunsens ta’ l-utent jew ta’ l-abbonat, irrispettivament minn jekk dan ta’ l-aħħar huwiex persuna naturali jew legali, għandu jkollu l-istess tifsira tal-kunsens tas-su[[ett [suġġett] tad-data hekk kif definita u speċifikata aktar fid-Direttiva 95/46/KE. Il-kunsens jista’ jngħata b’kull mod xieraq li jippermetti indikazzjoni speċifika u informata mogħtija b’mod liberu tax-xewqat ta’ l-utent, li tinkludi l-ittikkjar ta’ kaxxa meta żżur l-Internet website ta’ l-Internet.</TXT></NP></CONSID><P>[…]</P><CONSID><NP><NO.P>(38)</NO.P><TXT>Id-direttorji ta’ abbonati ta’ servizzi ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi huma distribwiti b’mod wiesa’ u pubbliku. Id-dritt ta’ privatezza ta’ persuni naturali u l-interess leġittimu ta’ persuni legali jitolbu li l-abbonati jistgħu jiddeterminaw jekk id-data personali tagħhom jiġux ippubblikati f’direttorju u jekk iva, liema. Providituri ta’ direttorji pubbliċi għandhom jinfurmaw lill-abbonati li ser jiġu inklużi f’tali direttorji dwar l-iskop tad-direttorju u dwar kull użu partikolari li jista jsir minn verżjonijiet elettroniċi ta’ direttorji pubbliċi, partikolarment permezz ta’ funzjonijiet ta’ tfittxija inkorporati fis-software, bħal funzjonijiet ta’ tfittxija b’lura li jippermettu lil utenti tad-direttorji li jiskopru l-isem u l-indirizz ta’ l-abbonat fuq il-bażi ta’ numru tat-telefon biss.</TXT></NP></CONSID><?PAGE NO="4"?><CONSID><NP><NO.P>(39)</NO.P><TXT>L-obbligu li abbonat jiġi infurmat dwar l-iskop(ijiet) ta’ direttorji pubbliċi li fihom għandhom jiġu inklużi d-data personali tagħhom għandu jiġi impost fuq il-persuna li qed tiġbor id-data għal din l-inklużjoni. Fejn id-data jistgħu jiġu trasmessi lil terza persuna jew aktar, l-abbonat għandu jiġi infurmat dwar din il-possibbilità u dwar ir-riċevent jew il-kategoriji ta’ riċeventi possibbli. Kull trasmissjoni għandha tkun soġġetta għall-kondizzjoni li d-data ma tistax tintuża għal skopijiet oħrajn minbarra dawk li għalihom ġiet miġbura. Jekk il-persuna li tiġbor id-data mill-abbonat jew kwalunkwe terza persuna li lilha ġew trasmessi d-data, jixtieq juża d-data għal skop addizzjonali, għandu jinkiseb il-kunsens imġedded ta’ l-abbonat jew mill-parti inizjali li tiġbor id-data jew mit-terza persuna li lilha tkun ġiet trasmessa id-data<QUOT.END REF.START="QS0007" CODE="201D" ID="QE0007"/>.</TXT></NP></CONSID></P></QUOT.S></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0005"><NO.P>5</NO.P><TXT>L-Artikolu 1 ta’ din id-direttiva jipprevedi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="001.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0008" ID="QS0008"/>1.</NO.PARAG><ALINEA>Din id-Direttiva tarmonizza d-dispożizzjonijiet ta’ l-Istati Membri meħtieġa biex jiġi żgurat livell ekwivalenti ta’ ħarsien ta’ drittijiet u libertajiet fundamentali, partikolarment id-dritt għall-privatezza, fir-rigward ta’ l-ipproċessar tad-data personali fis-settur ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi u sabiex jiġi żgurat il-moviment liberu ta’ tali data u tat-tagħmir u s-’ servizzi ta’ komunikazzjoni elettronika fil-Komunità.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="001.002"><NO.PARAG>2.</NO.PARAG><ALINEA>Id-dispożizzjonijiet ta’ din id-Direttiva jippartikularizzaw u jikkomplementaw id-Direttiva 95/46/KE għall-iskopijiet imsemmija fil-paragrafu 1. Minbarra hekk, jipprovdu għall-ħarsien ta’ l-interessi leġittimi ta’ l-abbonati li huma persuni legali.</ALINEA><ALINEA>[…]<QUOT.END REF.START="QS0008" CODE="201D" ID="QE0008"/>.</ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0006"><NO.P>6</NO.P><TXT>Skont il-punt (f) tat-tieni paragrafu tal-Artikolu 2 tal-imsemmija direttiva, intitolat <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0009" ID="QS0009"/>Definizzjonijiet<QUOT.END REF.START="QS0009" CODE="201D" ID="QE0009"/>:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0010" ID="QS0010"/>Għandhom jgħoddu wkoll dawn id-definizzjonijiet li ġejjin:</P><P>[…]</P><P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>f)</NO.P><TXT><QUOT.START CODE="2018" REF.END="QE0011" ID="QS0011"/>kunsens<QUOT.END REF.START="QS0011" CODE="2019" ID="QE0011"/> minn utent jew abbonat jikkorrespondi għall-kusnens tas-suġġett tad-data fid-Direttiva 95/46/KE;<QUOT.END REF.START="QS0010" CODE="201D" ID="QE0010"/>.</TXT></NP></ITEM></LIST></P></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0007"><NO.P>7</NO.P><TXT>L-Artikolu 12 tal-istess direttiva, intitolat <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0012" ID="QS0012"/>Direttorji ta’ l-abbonati<QUOT.END REF.START="QS0012" CODE="201D" ID="QE0012"/>, jistabbilixxi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="012.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0013" ID="QS0013"/>1.</NO.PARAG><ALINEA>L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-abbonati huma infurmati, mingħajr ħlas u qabel ma jiġu inklużi f’direttorji, dwar l-iskop(ijiet) ta’ direttorju stampat jew elettroniku ta’ l-abbonati disponibbli għall-pubbliku jew li jista’ jiġi akkwistat minn servizz ta’ talbiet tad-direttorju, li fihom id-data personali tagħhom jistgħu jiġu inklużi u dwar possibilitajiet ta’ użu ulterjuri bbażati fuq funzjonijiet ta’ tfittxija inkorporati fil-verżjonijiet elettroniċi tad-direttorju.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="012.002"><NO.PARAG>2.</NO.PARAG><ALINEA>L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-abbonati jingħataw l-opportunità li jiddeterminaw jekk id-data personali tagħhom humiex inklużi f’direttorju pubbliku, u jekk iva, sa fejn tali data huma rilevanti għall-iskopijiet tad-direttorju kif determinat mill-provditur tad-direttorju, u li jivverifikaw, jikkoreġu jew jirtiraw din id-data. Għandu jkun mingħajr ħlas li wieħed ma jkunx inkluż f’direttorju ta’ l-abbonati, kif ukoll, li tkun ivverifikata, ikkoreġuta jew irtirata d-data personali minnu.</ALINEA></PARAG><?PAGE NO="5"?><PARAG IDENTIFIER="012.003"><NO.PARAG>3.</NO.PARAG><ALINEA>L-Istati Membri jistgħu jeħtieġu li għal kull skop ta’ direttorju pubbliku minbarra t-tfittxija ta’ dettalji tal-kuntatt ta’ persuni fuq il-bażi ta’ isimhom u, fejn meħtieġ, minimu ta’ identifikaturi oħrajn, jista’ jintalab kunsens ulterjuri ta’ l-abbonati.</ALINEA><ALINEA>[…]<QUOT.END REF.START="QS0013" CODE="201D" ID="QE0013"/>.</ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Ir-RĠPD</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0008"><NO.P>8</NO.P><TXT>Il-premessi 42, 66 u 173 tar-RĠPD jipprovdu:</TXT><QUOT.S LEVEL="1"><P><CONSID><NP><NO.P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0014" ID="QS0014"/>(42)</NO.P><TXT>Fejn l-ipproċessar ikun ibbażat fuq il-kunsens tas-suġġett tad-data, il-kontrollur għandu jkun jista’ juri li s-suġġett tad-data ta l-kunsens tiegħu għall-attività tal-ipproċessar. B’mod partikolari fil-kuntest ta’ dikjarazzjoni bil-miktub fuq kwistjoni oħra, is-salvagwardji għandhom jiżguraw li s-suġġett tad-data huwa konxju tal-fatt li jkun qiegħed jingħata kunsens u tal-punt sa fejn dan jingħata. […] dikjarazzjoni ta’ kunsens ifformulata minn qabel mill-kontrollur f’forma intelliġibbli u faċilment aċċessibbli, bl-użu ta’ lingwaġġ ċar u sempliċi u mingħajr termini inġusti. Biex il-kunsens ikun wieħed informat, is-suġġett tad-data għandu jkun konxju mill-inqas tal-identità tal-kontrollur u l-finijiet tal-ipproċessar li għalihom tkun intenzjonata d-data personali. Il-kunsens ma għandux jitqies li ngħata liberament jekk is-suġġett tad-data ma jkollux għażla ġenwina jew libera jew ma jkunx jista’ jiċħad jew jirtira l-kunsens mingħajr ħsara.</TXT></NP></CONSID><P>[…]</P><CONSID><NP><NO.P>(66)</NO.P><TXT>Sabiex jissaħħaħ id-<QUOT.START CODE="2018" REF.END="QE0015" ID="QS0015"/>dritt li tintnesa<QUOT.END REF.START="QS0015" CODE="2019" ID="QE0015"/> fl-ambjent online, id-dritt għat-tħassir għandu jkun estiż ukoll b’mod li kontrollur li jkun għamel id-data personali pubblika għandu jkun obbligat li jinforma lill-kontrolluri li jipproċessaw tali data personali biex iħassru kwalunkwe link għal, jew kopja jew replika ta’, dik id-data personali. Meta jagħmel dan, dak il-kontrollur għandu jieħu passi raġonevoli, b’kont tat-teknoloġija disponibbli u l-mezzi disponibbli għall-kontrollur, inklużi miżuri tekniċi, biex jinforma lill-kontrolluri li jipproċessaw id-data bit-talba tas-suġġett tad-data.</TXT></NP></CONSID><P>[…]</P><CONSID><NP><NO.P>(173)</NO.P><TXT>Dan ir-Regolament għandu japplika għall-kwistjonijiet kollha li jirrigwardaw il-protezzjoni tad-drittijiet u l-libertajiet fundamentali vis-à-vis l-ipproċessar tad-data personali, li mhijiex soġġetta għal obbligi speċifiċi bl-istess għan stabbilit fid-Direttiva 2002/58/KE, inkluż l-obbligi fuq il-kontrollur u d-drittijiet tal-persuni fiżiċi. Sabiex tiġi ċċarata r-relazzjoni bejn dan ir-Regolament u d-Direttiva 2002/58/KE, dik id-Direttiva għandha tiġi emendata kif xieraq. Ladarba dan ir-Regolament jiġi adottat, id-Direttiva 2002/58/KE, għandha tiġi riveduta b’mod partikolari sabiex tiġi żgurata l-konsistenza ma’ dan ir-Regolament.<QUOT.END REF.START="QS0014" CODE="201D" ID="QE0014"/></TXT></NP></CONSID></P></QUOT.S></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0009"><NO.P>9</NO.P><TXT>Il-punti 2, 7 u 11 tal-Artikolu 4 ta’ dan ir-regolament huwa fformulat kif ġej:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0016" ID="QS0016"/>Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament:</P><P>[…]</P><?PAGE NO="6"?><P><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P>2)</NO.P><TXT><QUOT.START CODE="2018" REF.END="QE0017" ID="QS0017"/>ipproċessar<QUOT.END REF.START="QS0017" CODE="2019" ID="QE0017"/> tfisser kwalunkwe attività jew sett ta’ attivitajiet li jitwettqu fuq data personali jew fuq settijiet ta’ data personali, sew jekk b’mezzi awtomatizzati u sew jekk mingħajrhom, bħalma huma l-ġbir, ir-reġistrazzjoni, l-organizzazzjoni, l-istrutturar, il-ħażna, l-adattament jew il-bidliet, l-irkupru, il-konsultazzjoni, l-użu, l-iżvelar bi trażmissjoni, it-tixrid jew it-tqegħid għad-dispożizzjoni b’xi mezz ieħor, l-allinjament jew it-taħlita, ir-restrizzjoni, it-tħassir jew il-qerda;</TXT></NP></ITEM></LIST><P>[…]</P><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P>7)</NO.P><TXT><QUOT.START CODE="2018" REF.END="QE0018" ID="QS0018"/>kontrollur<QUOT.END REF.START="QS0018" CODE="2019" ID="QE0018"/> tfisser persuna fiżika jew ġuridika, awtorità pubblika, aġenzija jew kwalunkwe korp ieħor li, waħdu jew flimkien ma’ oħrajn, jiddetermina l-għanijiet u l-mezzi tal-ipproċessar ta’ data personali; […]</TXT></NP></ITEM></LIST><P>[…]</P><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P>11)</NO.P><TXT><QUOT.START CODE="2018" REF.END="QE0019" ID="QS0019"/>kunsens<QUOT.END REF.START="QS0019" CODE="2019" ID="QE0019"/> tas-suġġett tad-data tfisser kwalunkwe indikazzjoni tax-xewqat tas-suġġett tad-data mogħtija b’mod liberu, speċifika, infurmata u mhux ambigwa li permezz tagħha s-suġġett tad-data, permezz ta’ dikjarazzjoni jew permezz ta’ azzjoni affermattiva ċara, juri li jaqbel mal-ipproċessar ta’ data personali relatata miegħu.<QUOT.END REF.START="QS0016" CODE="201D" ID="QE0016"/></TXT></NP></ITEM></LIST></P></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0010"><NO.P>10</NO.P><TXT>L-Artikolu 5 tal-RĠPD, intitolat <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0020" ID="QS0020"/>Prinċipji relatati mal-ipproċessar ta’ data personali<QUOT.END REF.START="QS0020" CODE="201D" ID="QE0020"/>, jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="005.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0021" ID="QS0021"/>1.</NO.PARAG><ALINEA><P>Id-data personali għandha:</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>a)</NO.P><TXT>tkun ipproċessata legalment, ġustament u b’mod trasparenti fir-rigward tas-suġġett tad-data (<QUOT.START CODE="2018" REF.END="QE0022" ID="QS0022"/>legalità, ġustizzja u trasparenza<QUOT.END REF.START="QS0022" CODE="2019" ID="QE0022"/>);</TXT></NP></ITEM></LIST><P>[…]</P></ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="005.002"><NO.PARAG>2.</NO.PARAG><ALINEA>Il-kontrollur għandu jkun responsabbli għall-konformità mal-paragrafu 1 u jkun kapaċi juriha (<QUOT.START CODE="2018" REF.END="QE0023" ID="QS0023"/>responsabbiltà<QUOT.END REF.START="QS0023" CODE="2019" ID="QE0023"/>).<QUOT.END REF.START="QS0021" CODE="201D" ID="QE0021"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0011"><NO.P>11</NO.P><TXT>Permezz tal-Artikolu 6 tar-RĠPD, bit-titolu <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0024" ID="QS0024"/>Legalità tal-ipproċessar<QUOT.END REF.START="QS0024" CODE="201D" ID="QE0024"/>:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="006.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0025" ID="QS0025"/>1.</NO.PARAG><ALINEA><P>L-ipproċessar għandu jkun legali biss jekk u safejn mill-inqas ikun japplika wieħed mill-punti li ġejjin:</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>a)</NO.P><TXT>is-suġġett tad-data jkun ta l-kunsens għall-ipproċessar ta’ data personali tiegħu għal fini speċifiku wieħed jew aktar;</TXT></NP></ITEM></LIST><P>[…]<QUOT.END REF.START="QS0025" CODE="201D" ID="QE0025"/>.</P></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0012"><NO.P>12</NO.P><TXT>L-Artikolu 7 tar-RĠPD, intitolat <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0026" ID="QS0026"/>Kondizzjonijiet għal kunsens<QUOT.END REF.START="QS0026" CODE="201D" ID="QE0026"/>, jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="007.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0027" ID="QS0027"/>1.</NO.PARAG><ALINEA>Fejn l-ipproċessar ikun ibbażat fuq il-kunsens, il-kontrollur għandu jkun jista’ juri li s-suġġett tad-data ta kunsens għall-ipproċessar tad-data personali tiegħu.</ALINEA></PARAG><P>[…]</P><?PAGE NO="7"?><PARAG IDENTIFIER="007.003"><NO.PARAG>3.</NO.PARAG><ALINEA>Is-suġġett tad-data għandu d-dritt li jirtira l-kunsens tiegħu fi kwalunkwe ħin. L-irtirar tal-kunsens ma għandux jaffettwa l-legalità tal-ipproċessar ibbażat fuq kunsens qabel ma dan jiġi rtirat. Qabel ma jagħti l-kunsens, is-suġġett tad-data għandu jiġi informat b’dan. Għandu jkun faċli li jiġi rtirat kunsens daqs kemm li dan jingħata.</ALINEA><ALINEA>[…]<QUOT.END REF.START="QS0027" CODE="201D" ID="QE0027"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0013"><NO.P>13</NO.P><TXT>L-Artikolu 16 tar-RĠPD, intitolat <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0028" ID="QS0028"/>Dritt għar-rettifika,<QUOT.END REF.START="QS0028" CODE="201D" ID="QE0028"/> jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0029" ID="QS0029"/>Is-suġġett tad-data għandu d-dritt li jikseb mingħand il-kontrollur mingħajr dewmien żejjed ir-rettifika ta’ data personali li tikkonċerna lilu li ma tkunx eżatta. B’kont meħud tal-għanijiet tal-ipproċessar, is-suġġett tad-data għandu d-dritt li jikseb il-kompletezza tad-data personali mhux kompluta, inkluż billi jipprovdi dikjarazzjoni supplimentari.<QUOT.END REF.START="QS0029" CODE="201D" ID="QE0029"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0014"><NO.P>14</NO.P><TXT>L-Artikolu 17 tar-RĠPD, intitolat <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0030" ID="QS0030"/>Dritt għal tħassir (<QUOT.START CODE="2018" REF.END="QE0031" ID="QS0031"/>dritt li wieħed jintesa<QUOT.END REF.START="QS0031" CODE="2019" ID="QE0031"/>)<QUOT.END REF.START="QS0030" CODE="201D" ID="QE0030"/>, huwa fformulat kif ġej:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="017.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0032" ID="QS0032"/>1.</NO.PARAG><ALINEA><P>Is-suġġett tad-data għandu d-dritt li jikseb mingħand il-kontrollur it-tħassir ta’ data personali dwaru mingħajr dewmien żejjed u l-kontrollur għandu l-obbligu li jħassar data personali mingħajr dewmien żejjed jekk tkun tapplika waħda minn dawn ir-raġunijiet li ġejjin:</P><P>[…]</P><P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>b)</NO.P><TXT>is-suġġett tad-data jirtira l-kunsens li fuqu huwa bbażat l-ipproċessar skont l-Artikolu 6(1)(a) jew l-Artikolu 9(2)(a) u fejn ma jkun hemm l-ebda raġuni legali għall-ipproċessar;</TXT></NP></ITEM></LIST><P>[…]</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>d)</NO.P><TXT>id-data personali tkun ġiet ipproċessata illegalment;</TXT></NP></ITEM></LIST></P></ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="017.002"><NO.PARAG>2.</NO.PARAG><ALINEA>Fejn il-kontrollur ikun ippubblika d-data personali u jiġi obbligat skont il-paragrafu 1 li jħassar id-data personali, il-kontrollur, b’kont meħud tat-teknoloġija disponibbli u l-ispiża tal-implimentazzjoni, għandu jieħu passi raġonevoli, inklużi miżuri tekniċi, biex jinforma lill-kontrolluri li jkunu qegħdin jipproċessaw id-data personali, li s-suġġett tad-data talabhom iħassru kwalunkwe konnessjoni għal dik id-data personali, jew koppja jew replika tagħha.</ALINEA><ALINEA>[…]<QUOT.END REF.START="QS0032" CODE="201D" ID="QE0032"/>.</ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0015"><NO.P>15</NO.P><TXT>L-Artikolu 19 tar-RĠPD, bit-titolu <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0033" ID="QS0033"/>Obbligu ta’ notifika rigward rettifika jew tħassir ta’ data personali jew restrizzjoni tal-ipproċessar<QUOT.END REF.START="QS0033" CODE="2019" ID="QE0033"/>, jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0034" ID="QS0034"/>Il-kontrollur għandu jikkomunika kwalunkwe rettifika jew tħassir ta’ data personali jew restrizzjoni tal-ipproċessar imwettqa f’konformità mal-Artikolu 16, l-Artikolu 17(1) u l-Artikolu 18 lil kull riċevitur li lilu tkun ġiet żvelata d-data personali, għajr jekk dan jirriżulta impossibbli jew ikun jinvolvi sforz sproporzjonat. Il-kontrollur għandu jinforma lis-suġġett tad-data dwar dawk ir-riċevituri jekk is-suġġett tad-data jitlob dan.<QUOT.END REF.START="QS0034" CODE="201D" ID="QE0034"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0016"><NO.P>16</NO.P><TXT>Permezz tal-Artikolu 24 tar-RĠPD, bit-titolu <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0035" ID="QS0035"/>Responsabbiltà tal-kontrollur<QUOT.END REF.START="QS0035" CODE="201D" ID="QE0035"/>:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="024.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0036" ID="QS0036"/>1.</NO.PARAG><ALINEA>B’kont meħud tan-natura, l-ambitu, il-kuntest, u l-għanijiet tal-ipproċessar kif ukoll ir-riskji ta’ probabbiltà u gravità li jvarjaw għad-drittijiet u l-libertajiet tal-persuni fiżiċi, il-kontrollur<?PAGE NO="8"?> għandu jimplimenta miżuri tekniċi u organizzattivi adatti biex jiżgura u jkun jista’ juri li l-ipproċessar isir f’konformità ma’ dan ir-Regolament. Dawk il-miżuri għandhom jiġu rieżaminati u aġġornati fejn meħtieġ.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="024.002"><NO.PARAG>2.</NO.PARAG><ALINEA>Fejn dawn ikunu proporzjonati fir-rigward ta’ attivitajiet ta’ pproċessar, il-miżuri msemmija fil-paragrafu 1 għandhom jinkludu l-implimentazzjoni ta’ politiki adatti dwar il-protezzjoni tad-data mill-kontrollur.</ALINEA><ALINEA>[…]<QUOT.END REF.START="QS0036" CODE="201D" ID="QE0036"/>.</ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0017"><NO.P>17</NO.P><TXT>L-Artikolu 94 tal-GDPR, intitolat <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0037" ID="QS0037"/>Tħassir tad-Direttiva 95/46/KE<QUOT.END REF.START="QS0037" CODE="201D" ID="QE0037"/>, jipprovdi fil-paragrafu 2 tiegħu:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0038" ID="QS0038"/>Ir-referenzi għad-Direttiva mħassra għandhom jinftiehmu bħala referenzi għal dan ir-Regolament. […]<QUOT.END REF.START="QS0038" CODE="201D" ID="QE0038"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0018"><NO.P>18</NO.P><TXT>L-Artikolu 95 tar-RĠPD, bit-titolu <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0039" ID="QS0039"/>Relazzjoni mad-Direttiva 2002/58/KE<QUOT.END REF.START="QS0039" CODE="201D" ID="QE0039"/>, jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0040" ID="QS0040"/>Dan ir-Regolament m’għandux jimponi obbligi addizzjonali fuq persuni fiżiċi u ġuridiċi dwar l-ipproċessar b’rabta mal-provvediment ta’ servizzi ta’ komunikazzjoni elettronika disponibbli għall-pubbliku fin-netwerks pubbliċi ta’ komunikazzjoni fl-Unjoni [Ewropea] b’rabta ma’ kwistjonijiet li għalihom ikunu soġġetti għal obbligi speċifiċi bl-istess objettiv stabbilit fid-Direttiva 2002/58/KE.<QUOT.END REF.START="QS0040" CODE="201D" ID="QE0040"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Id‑dritt Belġjan</HT></HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0019"><NO.P>19</NO.P><TXT>L- Artikolu 33 tal-wet betreffende de elektronische communicatie (il-Liġi dwar il-Komunikazzjonijiet Elettroniċi), tat‑<DATE ISO="20050613">13 ta’ Ġunju 2005</DATE> (Belgisch Staatsblad, <DATE ISO="20050620">20 ta’ Ġunju 2005</DATE>, p. 28070), li jiżgura fid-dritt Belġjan it-traspożizzjoni tal-Artikolu 12 tad-Direttiva 2002/58, huwa fformulat kif ġej:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="133.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0041" ID="QS0041"/>§ 1.</NO.PARAG><ALINEA><P>Il-fornituri ta’ servizz telefoniku aċċessibbli għall-pubbliku għandhom jinformaw lill-abbonati tagħhom mingħajr ħlas u qabel ma jinkluduhom f’direttorju jew servizz ta’ konsultazzjoni tat-telefon:</P><P><LIST TYPE="OTHER"><ITEM><NP><NO.P>1<HT TYPE="SUP">o</HT></NO.P><TXT>bil-funzjoni tad-direttorju jew tas-servizz ta’ tagħrif telefoniku;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>2<HT TYPE="SUP">o</HT></NO.P><TXT>bl-inklużjoni mingħajr ħlas fid-direttorju jew fis-servizz ta’ tagħrif telefoniku;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>3<HT TYPE="SUP">o</HT></NO.P><TXT>jekk ikun il-każ, l-użu tad-direttorju jew tas-servizz ta’ tagħrif telefoniku li jiddevja mit-tfittxija ta’ data personali fuq il-bażi tal-isem u, jekk ikun il-każ, id-domiċilju, ir-residenza jew il-post ta’ stabbiliment tal-abbonat.</TXT></NP></ITEM></LIST></P></ALINEA><ALINEA>Hija biss id-data personali li hija rilevanti fir-rigward tal-funzjoni kif ikkomunikata skont il-paragrafu 1, u li l-abbonat inkwistjoni għarraf li din tista’ tidher fid-direttorju jew fis-servizz ta’ tagħrif telefoniku inkwistjoni, li jistgħu jidhru fid-direttorju jew fis-servizz ta’ tagħrif telefoniku.</ALINEA><ALINEA><P>Għal dan il-għan, l-operatur jagħmel żewġ domandi distinti lill-abbonat:</P><P><LIST TYPE="OTHER"><ITEM><NP><NO.P>1<HT TYPE="SUP">o</HT></NO.P><TXT>jekk ikun jixtieq li d-dettalji tiegħu jkunu inklużi fid-direttorju universali u fis-servizz ta’ tagħrif telefoniku;</TXT></NP></ITEM><?PAGE NO="9"?><ITEM><NP><NO.P>2<HT TYPE="SUP">o</HT></NO.P><TXT>jekk ikun jixtieq li d-dettalji tiegħu jidhru f’direttorji jew servizzi oħra ta’ tagħrif.</TXT></NP></ITEM></LIST></P><P>[…]</P></ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="133.002"><NO.PARAG>§ 2.</NO.PARAG><ALINEA>Kull abbonat għandu d-dritt jikkonsulta d-data personali li tikkonċernah skont il-kundizzjonijiet stabbiliti minn jew skont il-Liġi tat‑<DATE ISO="19921208">8 ta’ Diċembru 1992</DATE> dwar il-protezzjoni tal-ħajja privata fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali.</ALINEA><ALINEA>Barra minn hekk, kull abbonat għandu d-dritt li jikkoreġi jew li jneħħi mingħajr ħlas mid-direttorju jew mis-servizz ta’ tagħrif telefoniku, id-data personali li tikkonċernah skont il-proċeduri u l-kundizzjonijiet stabbiliti mir-Re wara opinjoni tal-Kummissjoni dwar il-protezzjoni tal-ħajja privata u tal-Istitut.<QUOT.END REF.START="QS0041" CODE="201D" ID="QE0041"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0020"><NO.P>20</NO.P><TXT>L-Artikolu 45(2) tal-imsemmija liġi jobbliga lill-operaturi ta’ servizzi telefoniċi li jqiegħdu d-data dwar l-abbonati tagħhom għad-dispożizzjoni tal-fornituri ta’ direttorji pubbliċi. Skont l-Artikolu 45(3) tal-istess liġi, dawn l-operaturi jiżolaw id-data dwar l-abbonati li jkunu talbu sabiex ma jidhrux f’direttorju, b’tali mod li dawn l-abbonati jkunu jistgħu jirċievu d-direttorju mingħajr ma d-data tagħhom tkun inkluża fih.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il‑kawża prinċipali u d‑domandi preliminari</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0021"><NO.P>21</NO.P><TXT>Proximus, fornitur ta’ servizzi ta’ telekomunikazzjoni fil-Belġju, tipprovdi wkoll direttorji telefoniċi u servizzi ta’ tagħrif telefoniku aċċessibbli għall-pubbliku (iktar ’il quddiem id-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0042" ID="QS0042"/>direttorji<QUOT.END REF.START="QS0042" CODE="201D" ID="QE0042"/>), skont id-dispożizzjonijiet tal-Liġi dwar il-Komunikazzjonijiet Elettroniċi. Dawn id-direttorji jinkludu l-isem, l-indirizz u n-numru tat-telefon (iktar ’il quddiem id-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0043" ID="QS0043"/>dettalji<QUOT.END REF.START="QS0043" CODE="201D" ID="QE0043"/>) tal-abbonati tad-diversi fornituri ta’ servizzi telefoniċi aċċessibbli għall-pubbliku (iktar ’il quddiem l-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0044" ID="QS0044"/>operaturi<QUOT.END REF.START="QS0044" CODE="201D" ID="QE0044"/>). Jeżistu direttorji oħra, ippubblikati minn terzi.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0022"><NO.P>22</NO.P><TXT>Id-dettalji ta’ dawn l-abbonati huma kkomunikati regolarment lil Proximus mill-operaturi, bl-eċċezzjoni ta’ dawk l-abbonati li esprimew ix-xewqa li ma jidhrux fid-direttorji ppubblikati minn Proximus. Fil-Belġju, id-distinzjoni bejn l-abbonati li jixtiequ jidhru f’direttorju u dawk li ma jixtiqux jidhru hija indikata, fil-prattika, bl-għoti ta’ kodiċi fir-reġistrazzjoni ta’ kull abbonat, jiġifieri, <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0045" ID="QS0045"/>NNNNN<QUOT.END REF.START="QS0045" CODE="201D" ID="QE0045"/>, għall-abbonati li d-dettalji tagħhom jistgħu jidhru, u <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0046" ID="QS0046"/>XXXXX<QUOT.END REF.START="QS0046" CODE="201D" ID="QE0046"/> għall-abbonati li d-dettalji tagħhom huma kunfidenzjali. Proximus tittrażmetti wkoll id-dettalji li tirċievi lil fornitur ieħor ta’ direttorji.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0023"><NO.P>23</NO.P><TXT>Il-lanjant huwa abbonat tal-operatur ta’ servizzi telefoniċi Telenet, attiv fis-suq Belġjan. Telenet ma tipprovdix direttorji, iżda tittrażmetti d-dettalji tal-abbonati tagħha lil fornituri ta’ direttorji, b’mod partikolari lil Proximus.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0024"><NO.P>24</NO.P><TXT>Fit‑<DATE ISO="20190113">13 ta’ Jannar 2019</DATE>, dan l-abbonat talab lil Proximus sabiex ma tinkludix id-dettalji tiegħu fid-direttorji ppubblikati kemm minn Proximus kif ukoll minn terzi. Wara din it-talba, Proximus emendat l-istatus ta’ dan l-abbonat fis-sistema informatika tagħha, sabiex id-dettalji tal-imsemmi abbonat ma jibqgħux pubbliċi.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="10"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0025"><NO.P>25</NO.P><TXT>Fil‑<DATE ISO="20190131">31 ta’ Jannar 2019</DATE>, Proximus irċeviet mingħand Telenet aġġornament perjodiku tad-data tal-abbonati ta’ din tal-aħħar. Dan l-aġġornament kien jinkludi data ġdida tal-abbonat ikkonċernat, li ma kinitx indikata bħala kunfidenzjali. Din l-informazzjoni kienet is-suġġett ta’ pproċessar awtomatizzat minn Proximus u ġiet irreġistrata, b’mod li kienet tidher mill-ġdid fid-direttorji ta’ din tal-aħħar.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0026"><NO.P>26</NO.P><TXT>Fl‑<DATE ISO="20190814">14 ta’ Awwissu 2019</DATE>, wara li kkonstata li n-numru tat-telefon tiegħu kien ġie ppubblikat fid-direttorji ta’ Proximus u ta’ terzi, l-abbonat ikkonċernat talab mill-ġdid lil Proximus sabiex ma tinkludix id-data tiegħu. Fl-istess jum, Proximus wieġbet lil-lanjant li kienet neħħiet id-data tiegħu mid-direttorji u kkuntattjat lil Google sabiex il-links rilevanti lejn is-sit internet ta’ Proximus jitneħħew. Proximus informat ukoll lil dan l-abbonat li kienet bagħtet id-dettalji tiegħu lil fornituri oħra ta’ direttorji u li, permezz tal-aġġornamenti mensili, dawn il-fornituri kienu ġew informati dwar it-talba tal-lanjant.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0027"><NO.P>27</NO.P><TXT>Fl-istess ħin, l-imsemmi abbonat ressaq ilment quddiem l-APD kontra Proximus, minħabba li, minkejja t-talba tiegħu li d-dettalji tiegħu ma jidhrux fid-direttorji, in-numru tat-telefon tiegħu kien għadu jidher madankollu f’uħud minn dawn id-direttorji.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0028"><NO.P>28</NO.P><TXT>Fil‑<DATE ISO="20190905">5 ta’ Settembru 2019</DATE>, l-abbonat ikkonċernat u Proximus reġgħu kellhom skambji bejniethom dwar il-pubblikazzjoni tad-data ta’ dan l-abbonat fid-direttorju ta’ terz. F’dan il-kuntest, Proximus enfasizzat li hija tittrażmetti d-dettalji tal-abbonati tagħha lil fornituri oħra ta’ direttorji, iżda li hija ma għandha ebda għarfien dwar il-proċeduri ta’ funzjonament intern ta’ dawn il-fornituri.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0029"><NO.P>29</NO.P><TXT>Fit‑<DATE ISO="20200730">30 ta’ Lulju 2020</DATE>, wara proċedura kontradittorja, l-Awla ta’ Ġurisdizzjoni Kontenzjuża tal-APD adottat deċiżjoni li permezz tagħha hija imponiet fuq Proximus miżuri korrettivi u imponitilha multa ta’ EUR <FT TYPE="NUMBER">20000</FT> għal ksur, b’mod partikolari, tal-Artikolu 6 tar-RĠPD, moqri flimkien mal-Artikolu 7 ta’ dan ir-regolament, u tal-Artikolu 5(2) tal-imsemmi regolament moqri flimkien mal-Artikolu 24 tiegħu. B’mod partikolari, hija ordnat, qabel kollox, lil Proximus sabiex tagħti segwitu xieraq u immedjat għall-irtirar tal-kunsens mill-abbonat ikkonċernat u sabiex tikkonforma ruħha mat-talbiet ta’ dan l-abbonat sabiex jeżerċita d-dritt tiegħu għat-tħassir tad-data li tikkonċernah. Sussegwentement, hija ordnat lil Proximus tieħu miżuri tekniċi u organizzattivi adegwati sabiex tiżgura ruħha li l-ipproċessar tad-data personali li hija twettaq ikun konformi mad-dispożizzjonijiet tar-RĠPD. Fl-aħħar nett, hija ordnat lil Proximus sabiex tieqaf milli tittrażmetti b’mod illegali din id-data lil fornituri oħra ta’ direttorji.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0030"><NO.P>30</NO.P><TXT>Fit‑<DATE ISO="20200828">28 ta’ Awwissu 2020</DATE>, Proximus ippreżentat rikors kontra din id-deċiżjoni quddiem il-hof van beroep te Brussel (il-Qorti tal-Appell ta’ Brussell, il-Belġju).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0031"><NO.P>31</NO.P><TXT>Skont Proximus, konformement mal-Artikolu 45(3) tal-Liġi dwar il-Komunikazzjonijiet Elettroniċi, il-kunsens tal-abbonat ma huwiex meħtieġ, iżda l-abbonati għandhom huma stess jitolbu li ma jidhrux fid-direttorji, skont sistema msejħa <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0047" ID="QS0047"/>opt-out<QUOT.END REF.START="QS0047" CODE="201D" ID="QE0047"/>. Fin-nuqqas ta’ tali talba, l-abbonat ikkonċernat jista’ effettivament jidher f’dawn id-direttorji. Minħabba f’hekk, skont Proximus, l-ebda <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0048" ID="QS0048"/>kunsens<QUOT.END REF.START="QS0048" CODE="201D" ID="QE0048"/>, fis-sens tad-Direttiva 95/46 jew fis-sens tar-RĠPD, ma huwa, f’dan il-każ, neċessarju min-naħa tal-abbonat.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0032"><NO.P>32</NO.P><TXT>B’opinjoni kuntrarja, l-APD sostniet, essenzjalment, li l-Artikolu 12(2) tad-Direttiva 2002/58 u l-Artikolu 133(1) tal-Liġi dwar il-Komunikazzjonijiet Elettroniċi jeżiġu l-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0049" ID="QS0049"/>kunsens tal-abbonati<QUOT.END REF.START="QS0049" CODE="201D" ID="QE0049"/>, fis-sens tar-RĠPD, sabiex il-fornituri ta’ direttorji jkunu jistgħu jipproċessaw u jittrażmettu d-data personali tagħhom.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="11"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0033"><NO.P>33</NO.P><TXT>Il-qorti tar-rinviju tqis li d-Direttiva 2002/58 tikkostitwixxi <HT TYPE="ITALIC">lex specialis</HT> meta mqabbla mar-RĠPD, kif jikkonfermaw il-premessa 173 u l-Artikolu 95 tar-RĠPD. Konsegwentement, fis-sitwazzjonijiet li fihom id-Direttiva 2002/58 tispeċifika r-regoli tar-RĠPD, id-dispożizzjonijiet speċifiċi ta’ din id-direttiva jipprevalu, bħala <HT TYPE="ITALIC">lex specialis</HT>, fuq id-dispożizzjonijiet iktar ġenerali tar-RĠPD.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0034"><NO.P>34</NO.P><TXT>F’dan il-kuntest, il-qorti tar-rinviju tosserva li l-Artikolu 12(2) tad-Direttiva 2002/58 u l-Artikolu 133(1) tal-Liġi dwar il-Komunikazzjonijiet Elettroniċi, filwaqt li jeżiġu espressjoni tar-rieda tal-abbonati sabiex il-fornituri ta’ direttorji jkunu jistgħu jipproċessaw id-data personali tagħhom, ma jippreċiżawx jekk din l-espressjoni tar-rieda għandhiex tkun riflessa mill-eżerċizzju ta’ dritt ta’ għażla, kif issostni Proximus, jew fil-manifestazzjoni ta’ kunsens veru, fis-sens tar-RĠPD, kif tindika l-APD. Dwar dan il-punt, il-qorti tar-rinviju tenfasizza li l-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja, b’mod partikolari s-sentenza tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20110505">5 ta’ Mejju 2011</DATE>, <NAME.CASE>Deutsche Telekom</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑543/09</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2011:279">EU:C:2011:279</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0061">61</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>), stabbilixxiet li, kif jirriżulta minn interpretazzjoni kuntestwali u sistematika tal-Artikolu 12 tad-Direttiva 2002/58, l-espressjoni tar-rieda inkwistjoni tikkorrispondi għal <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0050" ID="QS0050"/>kunsens<QUOT.END REF.START="QS0050" CODE="201D" ID="QE0050"/> li jirrigwarda l-għan tal-pubblikazzjoni tad-data personali f’direttorju pubbliku, u mhux l-identità ta’ fornitur ta’ direttorju b’mod partikolari.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0035"><NO.P>35</NO.P><TXT>Barra minn hekk, peress li l-ebda sistema speċifika ma ġiet żviluppata fir-rigward tal-irtirar ta’ din l-espressjoni ta’ rieda jew ta’ dan il-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0051" ID="QS0051"/>kunsens<QUOT.END REF.START="QS0051" CODE="201D" ID="QE0051"/> minn abbonat, la fid-Direttiva 2002/58, la fil-Liġi dwar il-Komunikazzjonijiet Elettroniċi, u lanqas f’digriet ta’ implimentazzjoni, il-qorti tar-rinviju tistaqsi jekk id-dispożizzjonijiet kollha tar-RĠPD għandhomx japplikaw b’mod awtomatiku u mingħajr restrizzjonijiet anki fil-kuntest partikolari tad-direttorji telefoniċi.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0036"><NO.P>36</NO.P><TXT>F’dawn iċ-ċirkustanzi, il-hof van beroep te Brussel (il-Qorti tal-Appell ta’ Brussell) iddeċidiet li tissospendi l-proċeduri quddiemha u li tagħmel lill-Qorti tal-Ġustizzja d-domandi preliminari li ġejjin:</TXT><QUOT.S LEVEL="1"><LIST TYPE="OTHER"><ITEM><NP><NO.P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0052" ID="QS0052"/>1)</NO.P><TXT>L-Artikolu 12(2) tad-Direttiva 2002/58/KE, moqri flimkien mal-Artikolu 2(f) ta’ din id-direttiva u mal-Artikolu 95 tar-[RĠPD] għandu jiġi interpretat fis-sens li jippermetti lil Awtorità superviżorja nazzjonali teżiġi l-<QUOT.START CODE="2018" REF.END="QE0053" ID="QS0053"/>kunsens<QUOT.END REF.START="QS0053" CODE="2019" ID="QE0053"/> ta’ abbonat, fis-sens tar-[RĠPD], għall-pubblikazzjoni tad-data personali tiegħu fid-direttorji u f’servizzi ta’ tagħrif telefoniku aċċessibbli mill-pubbliku, kemm mill-operatur innifsu kif ukoll mill-fornituri terzi, fl-assenza ta’ leġiżlazzjoni nazzjonali li tgħid bil-kontra?</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>2)</NO.P><TXT>Id-dritt għal tħassir previst fl-Artikolu 17 tar-[RĠPD] għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi li t-talba għall-irtirar mid-direttorji u mis-servizzi ta’ tagħrif telefoniku aċċessibbli mill-pubbliku magħmula minn abbonat tiġi kklassifikata minn Awtorità superviżorja nazzjonali bħala talba għal tħassir fis-sens tal-Artikolu 17 tar-[RĠPD]?</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>3)</NO.P><TXT>L-Artikolu 24 u l-Artikolu 5(2) tar-[RĠPD] għandhom jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu li Awtorità superviżorja nazzjonali tiddeduċi mill-obbligu ta’ responsabbiltà li huwa stabbilit fiha li l-kontrollur għandu jieħu l-miżuri tekniċi u ta’ organizzazzjoni xierqa sabiex jinforma lill-kontrolluri terzi – jiġifieri, il-fornitur ta’ servizzi telefoniċi u l-fornituri l-oħra ta’ direttorji u ta’ servizzi ta’ tagħrif telefoniku li jkunu rċevew id-data minn dan l-ewwel kontrollur – bl-irtirar tal-kunsens tal-persuna kkonċernata, skont l-Artikolu 6, moqri flimkien mal-Artikolu 7 tar-[RĠPD]?</TXT></NP></ITEM><?PAGE NO="12"?><ITEM><NP><NO.P>4)</NO.P><TXT>L-Artikolu 17(2) tar-[RĠPD] għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi li Awtorità superviżorja nazzjonali tordna lil fornitur ta’ direttorji u ta’ servizzi ta’ tagħrif telefoniku aċċessibbli mill-pubbliku li jkun intalab ma jibqax jippubblika d-data ta’ persuna, jieħu miżuri raġonevoli sabiex jinforma l-muturi ta’ riċerka b’din it-talba għal tħassir tad-data?<QUOT.END REF.START="QS0052" CODE="201D" ID="QE0052"/></TXT></NP></ITEM></LIST></QUOT.S></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq id‑domandi preliminari</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Fuq l‑ewwel domanda</HT></HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0037"><NO.P>37</NO.P><TXT>Proximus issostni li l-kawża inkwistjoni fil-kawża prinċipali ma tikkonċernax il-pubblikazzjoni, minn operatur ta’ servizzi telefoniċi, ta’ direttorji li jinkludu data personali b’tali mod li l-ewwel domanda preliminari għandha tiġi kkunsidrata bħala inammissibbli sa fejn tirrigwarda tali każ.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0038"><NO.P>38</NO.P><TXT>Skont ġurisprudenza stabbilita, id-domandi dwar l-interpretazzjoni tad-dritt tal-Unjoni magħmula mill-qorti nazzjonali fil-kuntest leġiżlattiv u fattwali li hija għandha r-responsabbiltà li tiddefinixxi, u li ma huwiex il-kompitu tal-Qorti tal-Ġustizzja li tivverifika l-eżattezza tiegħu, jibbenefikaw minn preżunzjoni ta’ rilevanza. Il-Qorti tal-Ġustizzja tista’ biss tirrifjuta li tiddeċiedi fuq talba għal deċiżjoni preliminari mressqa minn qorti nazzjonali jekk ikun jidher b’mod manifest li l-interpretazzjoni tad-dritt tal-Unjoni mitluba ma għandha ebda relazzjoni mar-realtà jew mas-suġġett tal-kawża prinċipali, meta l-problema tkun ta’ natura ipotetika jew meta l-Qorti tal-Ġustizzja ma jkollhiex il-punti ta’ fatt u ta’ liġi neċessarji sabiex tirrispondi b’mod utli għad-domandi li jkunu sarulha (sentenza tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20220801">1 ta’ Awwissu 2022</DATE>, <NAME.CASE>Vyriausioji tarnybinės etikos komisija</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑184/20</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2022:601">EU:C:2022:601</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0048">48</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0039"><NO.P>39</NO.P><TXT>F’dan il-każ, il-kawża prinċipali hija biss bejn persuna fiżika u kumpannija, li ma hijiex l-operatur ta’ servizzi telefoniċi tagħha, dwar il-mod kif din il-kumpannija pproċessat id-data personali ta’ din il-persuna fil-kuntest tal-pubblikazzjoni ta’ direttorji. Minn dan isegwi li l-ewwel domanda hija inammissibbli sa fejn hija intiża sabiex tinterpreta r-rekwiżiti li jirriżultaw mill-Artikolu 12(2) tad-Direttiva 2002/58 fil-każ fejn huwa l-operatur ta’ servizzi telefoniċi ta’ din il-persuna li jippubblika, huwa stess, id-data personali tiegħu f’direttorji.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0040"><NO.P>40</NO.P><TXT>Mill-kunsiderazzjonijiet preċedenti jirriżulta li, permezz tal-ewwel domanda tagħha, il-qorti tar-rinviju tistaqsi, essenzjalment, jekk l-Artikolu 12(2) tad-Direttiva 2002/58, moqri flimkien mat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 2(f) ta’ din id-direttiva u mal-Artikolu 95 tar-RĠPD, għandux jiġi interpretat fis-sens li l-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0054" ID="QS0054"/>kunsens<QUOT.END REF.START="QS0054" CODE="201D" ID="QE0054"/>, fis-sens tal-punt 11 tal-Artikolu 4 tar-RĠPD, tal-abbonat ta’ operatur ta’ servizzi telefoniċi huwa meħtieġ sabiex id-data personali ta’ dan l-abbonat tidher f’direttorji ppubblikati minn fornituri minbarra dan l-operatur.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0041"><NO.P>41</NO.P><TXT>Sabiex tingħata risposta għal din id-domanda, għandu jitfakkar li, skont l-Artikolu 1(1) tagħha, id-Direttiva 2002/58 tipprevedi, b’mod partikolari, l-armonizzazzjoni tad-dispożizzjonijiet nazzjonali neċessarji sabiex jiġi żgurat livell ekwivalenti ta’ protezzjoni tad-drittijiet u tal-libertajiet fundamentali, u b’mod partikolari tad-dritt għall-ħajja privata u għall-kunfidenzjalità, f’dak li jirrigwarda l-ipproċessar tad-data personali fis-settur tal-komunikazzjonijiet elettroniċi.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="13"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0042"><NO.P>42</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, għandu jitfakkar li mill-Artikolu 12(1) ta’ din id-direttiva, kif ukoll mill-premessa 38 tagħha, jirriżulta li l-abbonati, qabel ma jiġu rreġistrati f’direttorji pubbliċi, huma informati dwar l-iskop li għalihom dawn huma stabbiliti u dwar kull użu partikolari li jista’ jsir minnhom, b’mod partikolari permezz tal-funzjonijiet ta’ riċerka integrati fis-software tal-verżjonijiet elettroniċi tad-direttorji.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0043"><NO.P>43</NO.P><TXT>Il-premessa 39 tal-imsemmija direttiva tispeċifika sussegwentement, f’dak li jirrigwarda l-obbligu ta’ informazzjoni minn qabel tal-abbonati skont l-Artikolu 12(1) tagħha li <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0055" ID="QS0055"/>[f]ejn id-data [personali tista’ tiġi trażmessa] lil terza persuna jew aktar, l-abbonat għandu jiġi infurmat dwar din il-possibbilità u dwar ir-riċevent jew il-kategoriji ta’ riċeventi possibbli.<QUOT.END REF.START="QS0055" CODE="201D" ID="QE0055"/></TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0044"><NO.P>44</NO.P><TXT>L-abbonat, wara li jkun kiseb l-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 12(1) tad-Direttiva 2002/58, jista’, kif jirriżulta mill-paragrafu 2 tal-istess artikolu, jiddeċiedi jekk id-data personali li tikkonċernah, u liema minn din id-data, għandha tiġi inkluża f’direttorju pubbliku.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0045"><NO.P>45</NO.P><TXT>Għalhekk, il-Qorti tal-Ġustizzja diġà ddeċidiet, tali informazzjoni minn qabel tippermetti lill-abbonat ikkonċernat jagħti l-kunsens tiegħu għall-pubblikazzjoni, fid-direttorji pubbliċi, tad-data personali li tikkonċernah, peress li tali kunsens huwa neċessarju għall-finijiet ta’ tali pubblikazzjoni (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20110505">5 ta’ Mejju 2011</DATE>, <NAME.CASE>Deutsche Telekom</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑543/09</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2011:279">EU:C:2011:279</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0054">54</REF.NP.ECR> u <REF.NP.ECR REF="NP0058">58</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0046"><NO.P>46</NO.P><TXT>Ir-rekwiżit li jinkiseb il-kunsens tal-abbonat ikkonċernat, għall-finijiet tal-pubblikazzjoni ta’ din id-data f’direttorji huwa kkonfermat mill-Artikolu 12(3) tad-Direttiva 2002/58, li jipprovdi li l-Istati Membri jistgħu jitolbu <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0056" ID="QS0056"/>kunsens ulterjuri ta’ l-abbonati<QUOT.END REF.START="QS0056" CODE="201D" ID="QE0056"/> għal kull għan ta’ direttorju pubbliku minbarra s-sempliċi tfittxija tad-dettalji ta’ persuna abbażi ta’ isimha.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0047"><NO.P>47</NO.P><TXT>Madankollu, kif speċifikat il-Qorti tal-Ġustizzja, minn interpretazzjoni kuntestwali u sistematika tal-Artikolu 12 tad-Direttiva 2002/58 jirriżulta li l-kunsens skont it-tieni paragrafu ta’ dan l-artikolu huwa relatat mal-għan tal-pubblikazzjoni ta’ data personali f’direttorju pubbliku u mhux mal-identità ta’ fornitur ta’ direttorju partikolari. Għalhekk, meta dan l-abbonat ikun ta l-kunsens tiegħu sabiex id-data tiegħu tiġi ppubblikata f’direttorju b’għan partikolari, ġeneralment ma jkollux interess li jopponi l-pubblikazzjoni tal-istess data f’direttorju ieħor simili (sentenza tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20110505">5 ta’ Mejju 2011</DATE>, <NAME.CASE>Deutsche Telekom</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑543/09</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2011:279">EU:C:2011:279</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0061">61</REF.NP.ECR> u <REF.NP.ECR REF="NP0062">62</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0048"><NO.P>48</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, il-premessa 39 ta’ din id-direttiva tikkonferma li trażmissjoni ta’ data personali tal-abbonati lil terzi <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0057" ID="QS0057"/>għandha tkun soġġetta għall-kondizzjoni li d-data ma tistax tintuża għal skopijiet oħrajn minbarra dawk li għalihom ġiet miġbura.<QUOT.END REF.START="QS0057" CODE="201D" ID="QE0057"/></TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0049"><NO.P>49</NO.P><TXT>Minn dan isegwi li, meta abbonat ikun ġie informat minn operatur ta’ servizzi telefoniċi, bħal Telenet, dwar il-possibbiltà tat-trażmissjoni tad-data personali li tikkonċernah lil impriża terza, bħalma hija Proximus jew terzi oħra, għall-finijiet tal-pubblikazzjoni tagħha f’direttorju pubbliku, u meta dan l-abbonat ikun ta l-kunsens tiegħu għall-pubblikazzjoni tal-imsemmija data f’tali direttorju, it-trażmissjoni minn dan l-operatur jew minn din l-impriża ta’ din l-istess data lil impriża oħra għall-finijiet tal-pubblikazzjoni ta’ direttorju pubbliku stampat jew elettroniku, jew li tagħmel tali direttorji disponibbli għal konsultazzjoni permezz ta’ servizzi ta’ konsultazzjoni tad-direttorju, ma għandhiex tiġi suġġett mill-ġdid għal kunsens tal-imsemmi abbonat, sakemm huwa ggarantit li d-data inkwistjoni ma tintużax għal finijiet oħrajn ħlief dawk li għalihom hija nġabret għall-ewwel pubblikazzjoni tagħha Fil-fatt, il-kunsens, skont l-Artikolu 12(2) tad-Direttiva, ta’ abbonat debitament informat, għall-pubblikazzjoni f’direttorju pubbliku ta’ data personali li tikkonċernah jirrelata mal-għan ta’ din il-pubblikazzjoni u għaldaqstant jestendi ruħu<?PAGE NO="14"?> għal kull proċessar sussegwenti tal-imsemmija data minn impriżi terzi attivi fis-suq tas-servizzi ta’ tagħrif telefoniku aċċessibbli għall-pubbliku u ta’ direttorju, sa fejn tali pproċessar ikollu dan l-istess għan (sentenza tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20110505">5 ta’ Mejju 2011</DATE>, <NAME.CASE>Deutsche Telekom</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑543/09</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2011:279">EU:C:2011:279</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0065">65</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0050"><NO.P>50</NO.P><TXT>Għall-kuntrarju, kif indikat fil-premessa 39 ta’ din id-direttiva, jekk il-persuna li tiġbor id-data mill-abbonat jew kwalunkwe terza persuna li lilha ġiet trażmessa d-data, tixtieq tuża d-data għal għan ieħor, din il-persuna jew din it-terza persuna għandha tikseb mill-ġdid il-kunsens tal-abbonat.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0051"><NO.P>51</NO.P><TXT>Fir-rigward tal-modalitajiet li abbażi tagħhom tali kunsens għandu jintwera, mill-punt (f) tat-tieni paragrafu tal-Artikolu 2 tad-Direttiva 2002/58, moqri flimkien mal-Artikoli 94(2) u 95 tar-RĠPD, jirriżulta li dan il-kunsens għandu, bħala prinċipju, jissodisfa r-rekwiżiti li jirriżultaw mill-Artikolu 4(11) ta’ dan ir-regolament.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0052"><NO.P>52</NO.P><TXT>F’dan il-każ, il-punt 11 tal-Artikolu 4 tar-RĠPD, li jikkostitwixxi d-dispożizzjoni applikabbli għall-fatti inkwistjoni fil-kawża prinċipali, jiddefinixxi l-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0058" ID="QS0058"/>kunsens tas-suġġett tad-data<QUOT.END REF.START="QS0058" CODE="201D" ID="QE0058"/> fis-sens li jirrikjedi indikazzjoni ta’ rieda <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0059" ID="QS0059"/>mogħtija b’mod liberu, speċifika, infurmata u mhux ambigwa<QUOT.END REF.START="QS0059" CODE="201D" ID="QE0059"/> tal-persuna kkonċernata, fil-forma ta’ dikjarazzjoni jew ta’ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0060" ID="QS0060"/>azzjoni affermattiva ċara<QUOT.END REF.START="QS0060" CODE="201D" ID="QE0060"/> li tindika l-aċċettazzjoni tagħha tal-ipproċessar tad-data personali li tikkonċernaha.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0053"><NO.P>53</NO.P><TXT>Minn dan jirriżulta li tali kunsens huwa neċessarju sabiex id-data personali li tikkonċerna lill-abbonat ta’ operatur ta’ servizzi telefoniċi tkun tista’ tiġi inkluża f’direttorji.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0054"><NO.P>54</NO.P><TXT>Konsegwentement, il-pubblikazzjoni tad-data personali li tikkonċerna lill-abbonat inkwistjoni f’direttorji, bħal dawk ippubblikati minn Proximus jew minn fornituri oħra, tista’ titqies li hija legali, fis-sens tal-Artikolu 6(1)(a) tar-RĠPD biss fil-preżenza ta’ tali kunsens, li kien espressament mogħti lill-operatur ta’ servizzi telefoniċi jew lil wieħed minn dawn il-fornituri ta’ direttorji.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0055"><NO.P>55</NO.P><TXT>Madankollu, kif tfakkar fil-punt 49 ta’ din is-sentenza, tali kunsens ma jippreżumix li, fid-data li fiha jkun ingħata, il-persuna kkonċernata tkun neċessarjament taf l-identità tal-fornituri kollha ta’ direttorji li ser jipproċessaw id-data personali tagħha.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0056"><NO.P>56</NO.P><TXT>Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet preċedenti, ir-risposta għall-ewwel domanda għandha tkun li l-Artikolu 12(2) tad-Direttiva 2002/58, moqri flimkien mat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 2(f) ta’ din id-direttiva u mal-Artikolu 95 tar-RĠPD, għandu jiġi interpretat fis-sens li l-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0061" ID="QS0061"/>kunsens<QUOT.END REF.START="QS0061" CODE="201D" ID="QE0061"/>, fis-sens tal-punt 11 tal-Artikolu 4 tar-RĠPD, tal-abbonat ta’ operatur ta’ servizzi telefoniċi huwa meħtieġ sabiex id-data personali ta’ dan l-abbonat tidher fid-direttorji u fis-servizzi ta’ tagħrif telefoniku aċċessibbli għall-pubbliku, ippubblikati minn operaturi oħra minbarra dan l-operatur, filwaqt li dan il-kunsens jista’, madankollu, jingħata lill-imsemmi operatur biss.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Fuq it‑tieni domanda</HT></HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0057"><NO.P>57</NO.P><TXT>Permezz tat-tieni domanda tagħha, il-qorti tar-rinviju tistaqsi, essenzjalment, jekk l-Artikolu 17 tar-RĠPD għandux jiġi interpretat fis-sens li t-talba ta’ abbonat għat-tneħħija tad-data personali tiegħu mid-direttorji tikkostitwixxix eżerċizzju tad-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0062" ID="QS0062"/>dritt għat-tħassir<QUOT.END REF.START="QS0062" CODE="201D" ID="QE0062"/>, fis-sens ta’ dan l-artikolu.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="15"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0058"><NO.P>58</NO.P><TXT>Qabelxejn, għandu jiġi rrilevat li Proximus issostni li l-Artikolu 17 tar-RĠPD ma huwiex applikabbli għal fornitur ta’ direttorji li, bħal f’dan il-każ, ma huwiex l-operatur ta’ servizzi telefoniċi tal-abbonat u li talba, bħal dik imsemmija fil-punt preċedenti ta’ din is-sentenza, għandha, l-iktar l-iktar, titqies bħala talba għal rettifika, fis-sens tal-Artikolu 16 ta’ dan ir-regolament, b’tali mod li t-tieni domanda preliminari hija inammissibbli sa fejn hija irrilevanti għall-kawża prinċipali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0059"><NO.P>59</NO.P><TXT>Madankollu, l-argumenti hekk imressqa minn din il-parti jirrigwardaw, essenzjalment, il-kamp ta’ applikazzjoni kif ukoll il-portata, u, għaldaqstant, l-interpretazzjoni, tad-dispożizzjonijiet tad-dritt tal-Unjoni li hija s-suġġett tat-tieni domanda. Issa, tali argumenti, li jikkonċernaw il-mertu tad-domanda magħmula, ma jistgħux, għalhekk, essenzjalment, iwasslu għal inammissibbiltà tagħha (sentenza tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20220113">13 ta’ Jannar 2022</DATE>, <NAME.CASE>Minister Sprawiedliwości</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑55/20</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2022:6">EU:C:2022:6</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0083">83</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0060"><NO.P>60</NO.P><TXT>Minn dan isegwi li t-tieni domanda preliminari hija ammissibbli.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0061"><NO.P>61</NO.P><TXT>Fl-ewwel lok, għandu jiġi enfasizzat li, skont it-tieni sentenza tal-Artikolu 12(2) tad-Direttiva 2002/58, l-abbonati għandu jkollhom, b’mod partikolari, il-possibbiltà li jneħħu mid-direttorji pubbliċi d-data personali li tikkonċernahom.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0062"><NO.P>62</NO.P><TXT>Madankollu, l-għoti ta’ tali possibbiltà għall-abbonati ma jikkostitwixxix, fir-rigward tal-fornituri ta’ direttorji, obbligu speċifiku, fis-sens tal-Artikolu 95 tar-RĠPD, li jippermetti li tiġi eskluża l-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet rilevanti ta’ dan ir-regolament. Fil-fatt, kif irrileva essenzjalment l-Avukat Ġenerali, fil-punt 54 tal-konklużjonijiet tiegħu, id-Direttiva 2002/58 ma tinkludix indikazzjonijiet dwar il-modalitajiet, l-implimentazzjoni u l-konsegwenzi tat-talbiet intiżi sabiex tinkiseb it-tneħħija tad-data personali. Għalhekk, kif jirriżulta, barra minn hekk, mill-premessa 10 ta’ din id-direttiva, moqrija flimkien mal-Artikolu 94 ta’ dan ir-regolament, id-dispożizzjonijiet tar-RĠPD jistgħu jiġu applikati f’tali każ.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0063"><NO.P>63</NO.P><TXT>Fit-tieni lok, mill-punti (b) u (d) tal-Artikolu 17(1) tar-RĠPD jirriżulta li l-persuna kkonċernata għandha d-dritt li tikseb mill-kontrollur tad-data t-tħassir tad-data personali li tikkonċernaha u li l-kontrollur għandu l-obbligu li jħassar din id-data fl-iqsar żmien possibbli b’mod partikolari meta l-persuna kkonċernata <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0063" ID="QS0063"/>[t]irtira l-kunsens li fuqu huwa bbażat l-ipproċessar skont l-Artikolu 6(1)(a) […] u fejn ma jkun hemm l-ebda raġuni legali għall-ipproċessar<QUOT.END REF.START="QS0063" CODE="201D" ID="QE0063"/> jew meta <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0064" ID="QS0064"/>id-data personali tkun ġiet ipproċessata illegalment<QUOT.END REF.START="QS0064" CODE="201D" ID="QE0064"/>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0064"><NO.P>64</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, minn naħa, mir-risposta mogħtija għall-ewwel domanda preliminari jirriżulta li l-pubblikazzjoni tad-data personali ta’ abbonat f’direttorji hija bbażata fuq il-kunsens ta’ dan l-abbonat.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0065"><NO.P>65</NO.P><TXT>Min-naħa l-oħra, mill-Artikolu 6(1)(a) u mill-Artikolu 7(3) tar-RĠPD jirriżulta li tali kunsens jikkostitwixxi waħda mill-kundizzjonijiet neċessarji li jippermettu li jiġi konkluż li l-ipproċessar tad-data personali tal-abbonat ikkonċernat huwa legali u li dan il-kunsens jista’ jiġi rtirat f’kull mument u skont modalitajiet li huma wkoll daqstant sempliċi bħal dawk li ppermettew lill-persuna kkonċernata tagħti tali kunsens.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0066"><NO.P>66</NO.P><TXT>F’dan il-każ, meta l-abbonat jitlob li d-data tiegħu ma tidhirx iktar f’direttorju, huwa jirtira l-kunsens tiegħu għall-pubblikazzjoni ta’ din id-data. Abbażi tal-irtirar tal-kunsens tiegħu, huwa jikseb, fl-assenza ta’ bażi legali oħra għal tali pproċessar, id-dritt li jitlob it-tħassir tad-data<?PAGE NO="16"?> personali tiegħu minn dan id-direttorju, skont il-punt (b) tal-Artikolu 17(1) tar-RĠPD jew, fil-każ fejn il-kontrollur ikompli jippubblika l-imsemmija data b’mod illegali, skont il-punt (d) tal-Artikolu 17(1) tar-RĠPD.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0067"><NO.P>67</NO.P><TXT>F’dawn iċ-ċirkustanzi, għandu jitqies li t-talba ta’ abbonat għat-tneħħija tad-data personali tiegħu mid-direttorji tista’ titqies bħala eżerċizzju tad-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0065" ID="QS0065"/>dritt għat-tħassir<QUOT.END REF.START="QS0065" CODE="201D" ID="QE0065"/> tal-imsemmija data, fis-sens tal-Artikolu 17 tar-RĠPD.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0068"><NO.P>68</NO.P><TXT>Din il-konklużjoni ma tistax tiġi kkontestata mill-argument imressaq minn Proximus li tali talba għandha titqies li hija intiża sabiex tippermetti lil dan l-abbonat jeżerċita d-dritt tiegħu li jikseb mingħand il-kontrollur ir-rettifika tad-data personali li tikkonċernah, skont l-Artikolu 16 tar-RĠPD. Fil-fatt, skont din id-dispożizzjoni, tali rettifika hija possibbli meta din id-data tkun ineżatta u hija intiża sabiex tippermetti lill-persuna kkonċernata tikseb li din tiġi kkompletata.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0069"><NO.P>69</NO.P><TXT>Issa, f’dan il-każ, talba għat-tħassir tad-data ta’ abbonat li tidher f’direttorju ma hijiex intiża sabiex tissostitwixxi data ineżatta b’data korretta jew sabiex tikkompleta data inkompleta, iżda hija intiża sabiex tneħħi l-pubblikazzjoni ta’ data korretta.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0070"><NO.P>70</NO.P><TXT>Il-fatt li tali tneħħija tinvolvi, f’dan il-każ, is-sempliċi emenda tal-kodiċi attribwit lill-abbonat ikkonċernat fid-database ta’ Proximus li minnha d-data personali ta’ dan l-abbonat tiġi ppubblikata fid-direttorji, ma jistax jipprekludi li talba għat-tħassir tad-data personali li tinsab f’dawn id-direttorji titqies bħala <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0066" ID="QS0066"/>talba għal tħassir<QUOT.END REF.START="QS0066" CODE="201D" ID="QE0066"/>, fis-sens tal-Artikolu 17 tar-RĠPD. Fil-fatt, kif jirriżulta mill-atti tal-proċess quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja, il-metodu ta’ tħassir previst mill-imsemmi operatur jikkostitwixxi miżura ta’ natura purament teknika jew organizzattiva li tirriżulta neċessarja sabiex tintlaqa’ t-talba għat-tħassir tad-data personali tal-persuna kkonċernata u sabiex tipprekludi l-iżvelar ta’ din id-data.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0071"><NO.P>71</NO.P><TXT>Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet preċedenti, ir-risposta għat-tieni domanda għandha tkun li l-Artikolu 17 tar-RĠPD għandu jiġi interpretat fis-sens li t-talba ta’ abbonat għat-tneħħija tad-data personali tiegħu mid-direttorji kif ukoll mis-servizzi ta’ tagħrif telefoniku aċċessibbli għall-pubbliku tikkostitwixxi eżerċizzju tad-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0067" ID="QS0067"/>dritt għal tħassir<QUOT.END REF.START="QS0067" CODE="201D" ID="QE0067"/>, fis-sens ta’ dan l-artikolu.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Fuq it‑tielet domanda</HT></HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0072"><NO.P>72</NO.P><TXT>Permezz tat-tielet domanda tagħha, il-qorti tar-rinviju tistaqsi, essenzjalment, jekk l-Artikolu 5(2) u l-Artikolu 24 tar-RĠPD għandhomx jiġu interpretati fis-sens li awtorità superviżorja nazzjonali tista’ teżiġi li l-fornitur ta’ direttorji, bħala kontrollur, jieħu l-miżuri tekniċi u organizzattivi xierqa sabiex jinforma lill-kontrolluri terzi, jiġifieri l-operatur ta’ servizzi telefoniċi li kkomunikalu d-data personali tal-abbonat tiegħu kif ukoll il-fornituri l-oħra ta’ direttorji li lilhom huwa stess ipprovda tali data, bl-irtirar tal-kunsens ta’ dan l-abbonat.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0073"><NO.P>73</NO.P><TXT>Preliminarjament, għandu jiġi rrilevat li, f’dan il-każ, Proximus ipproċessat data personali tal-lanjant, bil-pubblikazzjoni tagħha u bil-komunikazzjoni tagħha lil fornituri oħra ta’ direttorji. Telenet, l-operatur ta’ servizzi telefoniċi tagħha, ipproċessat ukoll din id-data, b’mod partikolari billi bagħtitha lil Proximus. L-istess japplika għall-fornituri l-oħra ta’ direttorji, li lilhom Proximus bagħtet id-dettalji tal-lanjant u li ppubblikawhom.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0074"><NO.P>74</NO.P><TXT>Barra minn hekk, għandu jiġi rrilevat, minn naħa, li, kif tfakkar fil-punt 20 ta’ din is-sentenza, għalkemm il-Liġi dwar il-Komunikazzjonijiet Elettroniċi tobbliga lill-operaturi ta’ servizzi telefoniċi jittrażmettu d-data dwar l-abbonati tagħhom lill-fornituri ta’ direttorji pubbliċi, dawn<?PAGE NO="17"?> l-operaturi għandhom madankollu jiżolaw id-data dwar l-abbonati li jkunu talbu li ma jidhrux f’direttorju, b’mod li dawn l-abbonati jkunu jistgħu jirċievu kopja ta’ dan id-direttorju mingħajr ma d-data tagħhom tkun inkluża fih.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0075"><NO.P>75</NO.P><TXT>Mill-atti tal-proċess quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja jirriżulta li, fil-prattika, huwa ġeneralment lill-operatur tiegħu ta’ servizzi telefoniċi li l-abbonat jagħti l-kunsens tiegħu sabiex id-data personali tiegħu tiġi ppubblikata f’direttorju, liema kunsens jippermetti li din id-data tiġi ttrasferita lil terz, fornitur ta’ direttorji. Dan il-fornitur jista’, min-naħa tiegħu, jikkomunika tali data lil fornituri oħra ta’ direttorji, abbażi tal-istess kunsens, peress li dawn il-kontrolluri b’hekk jikkostitwixxu katina, fejn kull wieħed minnhom jipproċessa suċċessivament l-imsemmija data, b’mod indipendenti, abbażi tal-istess kunsens.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0076"><NO.P>76</NO.P><TXT>Min-naħa l-oħra, mill-atti tal-proċess ippreżentati quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja jirriżulta wkoll li l-aġġornament tad-database ta’ Proximus intiż sabiex jiġi rreġistrat l-irtirar tal-kunsens tal-lanjant tħassar meta l-operatur ta’ servizzi telefoniċi tiegħu bagħat lil Proximus lista ġdida ta’ data dwar l-abbonati tiegħu, għall-finijiet tal-pubblikazzjoni tagħha fid-direttorji, li ma kinitx tieħu inkonsiderazzjoni l-irtirar tal-kunsens tal-lanjant ma’ Proximus.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0077"><NO.P>77</NO.P><TXT>F’dan il-kuntest, tqum għalhekk il-kwistjoni dwar jekk fornitur ta’ direttorji, bħal Proximus, meta abbonat ta’ operatur ta’ servizzi telefoniċi jirtira l-kunsens tiegħu li jidher fid-direttorji ta’ dan il-fornitur, għandux mhux biss jaġġorna d-database tiegħu sabiex jieħu inkunsiderazzjoni dan l-irtirar, iżda għandu wkoll jinforma bl-imsemmi irtirar lill-operatur ta’ servizzi telefoniċi li kkomunikalu din id-data, kif ukoll lill-fornituri ta’ direttorji l-oħra li lilhom huwa stess bagħat tali data.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0078"><NO.P>78</NO.P><TXT>Fl-ewwel lok, għandu jitfakkar li l-Artikolu 6(1)(a) tar-RĠPD jipprevedi li pproċessar huwa legali jekk, u sa fejn, is-suġġett tad-data jkun ta l-kunsens għall-ipproċessar tad-data personali tiegħu għal fini speċifiku wieħed jew iktar. Issa, mid-deċiżjoni tar-rinviju jidher li l-lanjant kien irtira l-kunsens tiegħu, fis-sens tal-Artikolu 7(3) ta’ dan ir-regolament, li d-data personali tiegħu tkun ipproċessata għall-finijiet ta’ pubblikazzjoni f’direttorji. Wara tali rtirar, l-ipproċessar ta’ din id-data għall-finijiet tal-inklużjoni tagħha fid-direttorji pubbliċi, inkluż dak li jitwettaq għall-istess għan mill-operaturi ta’ servizzi telefoniċi jew minn fornituri oħra ta’ direttorji li jibbażaw ruħhom fuq l-istess kunsens, ma għandux iktar bażi legali u għalhekk huwa illegali fid-dawl tal-Artikolu 6(1)(a) tal-imsemmi regolament.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0079"><NO.P>79</NO.P><TXT>Fit-tieni lok, għandu jitfakkar li, konformement mal-Artikolu 5(1)(a) u (2) tar-RĠPD, il-kontrollur għandu jiżgura ruħu li huwa f’pożizzjoni li juri li d-data personali hija pproċessata b’mod legali, leali u trasparenti fir-rigward tas-suġġett tad-data.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0080"><NO.P>80</NO.P><TXT>Fir-rigward tal-Artikolu 24 tar-RĠPD, dan jeżiġi li, fid-dawl tan-natura, tal-portata, tal-kuntest u tal-għanijiet tal-ipproċessar, il-kontrollur jimplimenta miżuri tekniċi u organizzattivi adegwati sabiex jaċċerta ruħu u jkun f’pożizzjoni li juri li l-ipproċessar jitwettaq konformement ma’ dan ir-regolament.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0081"><NO.P>81</NO.P><TXT>Kif irrileva l-Avukat Ġenerali, fil-punt 67 tal-konklużjonijiet tiegħu, l-Artikolu 5(2) u l-Artikolu 24 tar-RĠPD jimponu obbligi ġenerali ta’ responsabbiltà u ta’ konformità fuq il-kontrolluri ta’ data personali. B’mod partikolari, dawn id-dispożizzjonijiet jeżiġu mill-kontrolluri li jadottaw il-miżuri xierqa intiżi sabiex jipprevjenu l-ksur eventwali tar-regoli previsti mill-RĠPD sabiex jiġi żgurat id-dritt għall-protezzjoni tad-data.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="18"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0082"><NO.P>82</NO.P><TXT>F’din il-perspettiva, l-Artikolu 19 tar-RĠPD jipprevedi, b’mod partikolari, li l-kontrollur għandu jikkomunika lil kull destinatarju li lilu tkun ġiet ikkomunikata data personali kull tħassir ta’ data personali mwettaq skont l-Artikolu 17(1) ta’ dan ir-regolament, sakemm tali komunikazzjoni ma tirriżultax impossibbli jew teħtieġ sforzi sproporzjonati.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0083"><NO.P>83</NO.P><TXT>Issa, mill-obbligi ġenerali previsti fl-Artikolu 5(2) u fl-Artikolu 24 tar-RĠPD, moqrija flimkien mal-Artikolu 19 tiegħu, jirriżulta li kontrollur tad-data personali, bħal Proximus, għandu jimplimenta miżuri tekniċi u organizzattivi adegwati sabiex jinforma lill-fornituri ta’ direttorji l-oħra li lilhom tkun ipprovdiet tali data, bl-irtirar tal-kunsens tal-persuna kkonċernata li jkun intbagħat lilha. Fiċ-ċirkustanzi bħal dawk ippreċiżati fil-punt 76 ta’ din is-sentenza, tali kontrollur għandu wkoll jiżgura li jinforma lill-operatur ta’ servizzi telefoniċi li kkomunikalu din id-data personali sabiex dan tal-aħħar jadatta l-lista tad-data personali li huwa jittrażmetti awtomatikament lil dan il-fornitur ta’ direttorji u jiżola d-data tal-abbonati tiegħu li wrew ir-rieda tagħhom li jirtiraw il-kunsens tagħhom sabiex din id-data ssir pubblika.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0084"><NO.P>84</NO.P><TXT>Fil-fatt, meta, bħal f’dan il-każ, diversi kontrolluri jibbażaw ruħhom fuq il-kunsens uniku tal-persuna kkonċernata sabiex tiġi pproċessata d-data personali tagħha bl-istess għan, huwa biżżejjed, sabiex din il-persuna tirtira tali kunsens, li hija tindirizza lil xi wieħed mill-kontrolluri li jibbażaw ruħhom fuq dan l-istess kunsens għall-finijiet tal-irtirar mitlub.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0085"><NO.P>85</NO.P><TXT>Kif tirrileva ġustament il-Kummissjoni, sabiex tiġi żgurata l-effettività tad-dritt għall-irtirar tal-kunsens tagħha previst fl-Artikolu 7(3) tar-RĠPD u sabiex jiġi żgurat li l-kunsens tas-suġġett tad-data jkun strettament marbut mal-għan li għalih ingħata, il-kontrollur, li fir-rigward tiegħu l-persuna kkonċernata irtirat tal-kunsens tagħha għall-ipproċessar tad-data personali tagħha, huwa effettivament obbligat li jinforma b’dan l-irtirar lil kull persuna li tkun ittrażmettietlu l-imsemmija data, kif ukoll lill-persuna li, min-naħa tagħha, ittrażmettiet l-imsemmija data. Il-kontrolluri hekk informati, sussegwentement, min-naħa tagħhom, għandhom l-obbligu li jittrażmettu din l-informazzjoni lill-kontrolluri l-oħra li lilhom huma kkomunikaw tali data.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0086"><NO.P>86</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, għandu, qabelxejn, jiġi rrilevat li tali obbligu ta’ informazzjoni huwa intiż li jipprevjeni kull ksur eventwali tar-regoli previsti mill-RĠPD sabiex jiġi żgurat id-dritt għall-protezzjoni tad-data u jaqa’ għalhekk fil-kuntest ta’ miżuri xierqa, fis-sens tal-Artikolu 24 ta’ dan ir-regolament. Barra minn hekk, kif enfasizza l-Avukat Ġenerali fil-punt 68 tal-konklużjonijiet tiegħu, dan jaqa’ wkoll fil-kuntest tar-rekwiżit previst fl-Artikolu 12(2) ta’ dan ir-regolament, li abbażi tiegħu l-kontrollur huwa obbligat jiffaċilita l-eżerċizzju tad-drittijiet mogħtija lill-persuna kkonċernata b’mod partikolari mill-Artikolu 17 tal-imsemmi regolament.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0087"><NO.P>87</NO.P><TXT>Sussegwentement, għandu jiġi kkonstatat li l-assenza ta’ tali obbligu ta’ informazzjoni għall-kontrollur dwar l-irtirar tal-kunsens tal-persuna kkonċernata tista’ tirrendi l-irtirar tal-kunsens partikolarment diffiċli, peress li din il-persuna tista’ taħseb li hija obbligata tikkuntattja lil kull wieħed mill-operaturi. Tali approċċ ikun għalhekk kuntrarju għall-Artikolu 7(3) tar-RĠPD, li jipprovdi li għandu jkun faċli li jiġi rtirat daqskemm ikun faċli biex jingħata l-kunsens għat-trattament tad-data personali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0088"><NO.P>88</NO.P><TXT>Fl-aħħar nett, konformement mal-ġurisprudenza mfakkra fil-punt 49 ta’ din is-sentenza, il-kunsens, skont l-Artikolu 12(2) tad-Direttiva 2002/58, ta’ abbonat debitament informat, għall-pubblikazzjoni f’direttorju pubbliku tad-data personali li tikkonċernah huwa relatat mal-għan ta’ din il-pubblikazzjoni u għaldaqstant jestendi ruħu għal kull ipproċessar sussegwenti tal-imsemmija data minn impriżi terzi attivi fis-suq tad-direttorji, sa fejn tali proċessar ikollu dan l-istess għan.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="19"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0089"><NO.P>89</NO.P><TXT>Minn dan isegwi li, kif irrileva l-Avukat Ġenerali, fil-punt 68 tal-konklużjonijiet tiegħu, peress li fornitur ta’ direttorji jista’ jinvoka l-kunsens għall-ipproċessar ta’ data mogħti minn abbonat għal dan il-għan lil fornitur ieħor jew lill-operatur tiegħu ta’ servizzi telefoniċi, l-abbonat għandu jkun jista’, sabiex jirtira l-kunsens tiegħu, jindirizza lil kwalunkwe fornitur ta’ direttorji jew lil dan l-operatur sabiex jikseb it-tneħħija tad-dettalji tiegħu mid-direttorji ppubblikati minn dawk kollha li jistrieħu fuq l-unika darba li huwa jkun ta l-kunsens tiegħu.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0090"><NO.P>90</NO.P><TXT>Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet preċedenti, ir-risposta għat-tielet domanda għandha tkun li l-Artikolu 5(2) u l-Artikolu 24 tar-RĠPD għandhom jiġu interpretati fis-sens li awtorità superviżorja nazzjonali tista’ teżiġi li l-fornitur ta’ direttorji u ta’ servizzi ta’ tagħrif telefoniku, bħala kontrollur, jieħu l-miżuri tekniċi u organizzattivi xierqa sabiex jinforma lill-kontrolluri terzi, jiġifieri l-operatur ta’ servizzi telefoniċi li kkomunikalu d-data personali tal-abbonat tiegħu, kif ukoll il-fornituri l-oħra ta’ direttorji u ta’ servizzi ta’ tagħrif telefoniku li lilhom huwa pprovda tali data, dwar l-irtirar tal-kunsens ta’ dan l-abbonat.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Fuq ir‑raba’ domanda</HT></HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0091"><NO.P>91</NO.P><TXT>Permezz tar-raba’ domanda tagħha, il-qorti tar-rinviju tistaqsi, essenzjalment, jekk l-Artikolu 17(2) tar-RĠPD għandux jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi li awtorità ta’ superviżjoni nazzjonali tordna lil fornitur ta’ direttorji, li l-abbonat ta’ operatur ta’ servizzi telefoniċi jkun talab li ma jippubblikax iktar id-data personali li tikkonċernah, jieħu <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0068" ID="QS0068"/>passi raġonevoli<QUOT.END REF.START="QS0068" CODE="201D" ID="QE0068"/>, fis-sens ta’ din id-dispożizzjoni, sabiex jinforma lill-fornituri ta’ muturi ta’ riċerka b’din it-talba għat-tħassir tad-data.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0092"><NO.P>92</NO.P><TXT>Sabiex tingħata risposta għal din id-domanda, għandu jitfakkar li l-Artikolu 17(2) tar-RĠPD jimponi fuq il-kontrollur li jkun irrenda pubblika d-data personali, fid-dawl tat-teknoloġiji disponibbli u tal-ispejjeż ta’ implimentazzjoni, li jieħu passi raġonevoli, inklużi ta’ natura teknika, sabiex jinforma lill-kontrolluri li jipproċessaw din id-data personali li l-persuna kkonċernata talbet it-tħassir minn dawn il-kontrolluri ta’ kull link għal din id-data personali, jew kwalunkwe kopja jew riproduzzjoni tagħha.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0093"><NO.P>93</NO.P><TXT>Kif jirriżulta mill-premessa 66 tar-RĠPD, l-għan ta’ dan l-obbligu huwa t-tisħiħ tad-dritt li wieħed jintesa fl-ambjent online u minħabba f’hekk huwa intiż, b’mod partikolari, għall-informazzjoni mqiegħda għad-dispożizzjoni fuq l-internet mill-fornituri ta’ muturi ta’ riċerka li jipproċessaw data ppubblikata online.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0094"><NO.P>94</NO.P><TXT>F’dan il-każ, huwa paċifiku li Proximus ippubblikat, fid-direttorju tagħha, id-data personali tal-lanjant u, għaldaqstant, li din il-kumpannija għandha titqies bħala kontrollur li rrenda pubbliku tali data, fis-sens tal-Artikolu 17(2) tar-RĠPD.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0095"><NO.P>95</NO.P><TXT>Barra minn hekk, għandu jitfakkar, minn naħa, li skont ġurisprudenza stabbilita, minn naħa, l-attività ta’ mutur ta’ riċerka li tikkonsisti fit-tisjib ta’ informazzjoni ppubblikata jew imqiegħda fuq l-internet minn terzi, fl-elenkar b’mod awtomatiku ta’ din l-informazzjoni f’indiċi, fil-ħażna temporanja ta’ din l-informazzjoni u, fl-aħħar nett, fit-tqegħid ta’ din l-informazzjoni għad-dispożizzjoni tal-utenti tal-internet skont ordni ta’ preferenza partikolari għandha titqies li hija <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0069" ID="QS0069"/>ipproċessar<QUOT.END REF.START="QS0069" CODE="201D" ID="QE0069"/> ta’ data personali, fis-sens tal-punt 2 tal-Artikolu 4 tar-RĠPD u, min-naħa l-oħra, meta din l-informazzjoni tkun tinkludi data personali l-operatur ta’ dan il-mutur ta’ riċerka għandu jitqies li huwa l-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0070" ID="QS0070"/>kontrollur<QUOT.END REF.START="QS0070" CODE="201D" ID="QE0070"/> tal-imsemmi pproċessar, fis-sens tal-punt 7<?PAGE NO="20"?> tal-Artikolu 4, u, għaldaqstant fis-sens ukoll tal-Artikolu 17(2) tiegħu (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20190924">24 ta’ Settembru 2019</DATE>, <NAME.CASE>GC <HT TYPE="ITALIC">et</HT> (Tneħħija ta’ referenza ta’ data sensittiva)</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑136/17</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2019:773">EU:C:2019:773</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0035">35</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>, kif ukoll il-ġurisprudenza ċċitata)</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0096"><NO.P>96</NO.P><TXT>Għaldaqstant, f’ċirkustanzi bħal dawk inkwistjoni fil-kawża prinċipali, għandu jitqies li kontrollur bħal Proximus huwa obbligat, skont l-Artikolu 17(2) tar-RĠPD li jiżgura li jieħu passi raġonevoli sabiex jinforma lill-fornituri ta’ muturi ta’ riċerka bit-talba li ġiet indirizzata lilu mill-abbonat ta’ operatur ta’ servizzi telefoniċi u intiża għat-tħassir tad-data personali tiegħu. Madankollu, kif irrileva l-Avukat Ġenerali fil-punt 76 tal-konklużjonijiet tiegħu, sabiex tiġi evalwata n-natura raġonevoli tal-passi meħuda mill-fornitur ta’ direttorji, l-Artikolu 17(2) tar-RĠPD jipprevedi li t-teknoloġija disponibbli u l-ispejjeż ta’ implimentazzjoni għandhom jittieħdu inkunsiderazzjoni, peress li din l-evalwazzjoni taqa’ prinċipalment fuq l-awtorità kompetenti fil-qasam u li tista’ tkun suġġetta għal stħarriġ ġudizzjarju.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0097"><NO.P>97</NO.P><TXT>F’dan il-każ, mill-osservazzjonijiet bil-miktub ippreżentati mill-APD, li ma ġewx ikkontestati fuq dan il-punt mill-partijiet l-oħra f’din il-kawża, jirriżulta li, matul it-tieni trimestru tas-sena 2020, in-numru ta’ fornituri ta’ muturi ta’ riċerka li joperaw fil-Belġju kien limitat. B’mod partikolari, Google kellha sehem mis-suq ta’ bejn 90 %, fir-rigward tar-riċerki mwettqa fuq id-desktops, u 99 %, fir-rigward tar-riċerki mwettqa fuq l-ismartphones u t-tablets.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0098"><NO.P>98</NO.P><TXT>Barra minn hekk, kif ġie indikat fil-punt 26 ta’ din is-sentenza, mill-atti tal-proċess quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja jirriżulta li, wara t-talba tal-abbonat sabiex id-data tiegħu ma tidhirx fid-direttorji ta’ dan il-fornitur, Proximus wieġbet li hija kienet mhux biss ħassret din id-data mid-direttorji telefoniċi u mis-servizzi ta’ tagħrif telefoniku, iżda kienet ukoll ikkuntattjat lil Google sabiex il-links rilevanti lejn is-sit internet ta’ Proximus jitħassru.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0099"><NO.P>99</NO.P><TXT>Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet preċedenti, ir-risposta għar-raba’ domanda għandha tkun li l-Artikolu 17(2) tar-RĠPD għandu jiġi interpretat fis-sens li ma jipprekludix li awtorità ta’ superviżjoni nazzjonali tordna lil fornitur ta’ direttorji u ta’ servizzi ta’ tagħrif telefoniku aċċessibbli għall-pubbliku, li lilu l-abbonat ta’ operatur ta’ servizzi telefoniċi talab sabiex ma tiġix ippubblikata iktar id-data personali li tikkonċernah, jieħu <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0071" ID="QS0071"/>passi raġonevoli<QUOT.END REF.START="QS0071" CODE="201D" ID="QE0071"/>, fis-sens ta’ din id-dispożizzjoni, sabiex jinforma lill-fornituri ta’ muturi ta’ riċerka b’din it-talba għal tħassir tad-data.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq l‑ispejjeż</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0100"><NO.P>100</NO.P><TXT>Peress li l-proċedura għandha, fir-rigward tal-partijiet fil-kawża prinċipali, in-natura ta’ kwistjoni mqajma quddiem il-qorti tar-rinviju, hija din il-qorti li tiddeċiedi fuq l-ispejjeż. L-ispejjeż sostnuti għas-sottomissjoni tal-osservazzjonijiet lill-Qorti tal-Ġustizzja, barra dawk tal-imsemmija partijiet, ma jistgħux jitħallsu lura.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><JURISDICTION><INTRO>Għal dawn il-motivi, Il-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) taqta’ u tiddeċiedi:</INTRO><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">1)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">L-Artikolu 12(2) tad-Direttiva 2002/58/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat‑<DATE ISO="20020712">12 ta’ Lulju 2002</DATE> dwar l-ipproċessar tad-data personali u l-protezzjoni tal-privatezza fis-settur tal-komunikazzjoni elettronika, kif emendata bid-Direttiva 2009/136/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, moqri flimkien mat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 2(f) ta’ din id-direttiva u mal-Artikolu 95 tar-Regolament (UE) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas‑<DATE ISO="20160427">27 ta’ April 2016</DATE> dwar il-protezzjoni<?PAGE NO="21"?> tal-persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali u dwar il-moviment liberu ta’ tali data, u li jħassar id-Direttiva 95/46/KE (Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data)</HT></TXT><P><HT TYPE="BOLD">għandu jiġi interpretat fis-sens li:</HT></P><P><HT TYPE="BOLD">il-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0072" ID="QS0072"/>kunsens<QUOT.END REF.START="QS0072" CODE="201D" ID="QE0072"/>, fis-sens tal-punt 11 tal-Artikolu 4 ta’ dan ir-regolament, tal-abbonat ta’ operatur ta’ servizzi telefoniċi huwa meħtieġ sabiex id-data personali ta’ dan l-abbonat tidher fid-direttorji u fis-servizzi ta’ tagħrif telefoniku aċċessibbli għall-pubbliku, ippubblikati minn operaturi oħra minbarra dan l-operatur, filwaqt li dan il-kunsens jista’, madankollu, jingħata lill-imsemmi operatur biss.</HT></P></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">2)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">L-Artikolu 17 tar-Regolament 2016/679</HT></TXT><P><HT TYPE="BOLD">għandu jiġi interpretat fis-sens li:</HT></P><P><HT TYPE="BOLD">it-talba ta’ abbonat għat-tneħħija tad-data personali tiegħu mid-direttorji kif ukoll mis-servizzi ta’ tagħrif telefoniku aċċessibbli għall-pubbliku tikkostitwixxi eżerċizzju tad-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0073" ID="QS0073"/>dritt għal tħassir<QUOT.END REF.START="QS0073" CODE="201D" ID="QE0073"/>, fis-sens ta’ dan l-artikolu.</HT></P></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">3)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">L-Artikolu 5(2) u l-Artikolu 24 tar-Regolament 2016/679,</HT></TXT><P><HT TYPE="BOLD">għandhom jiġu interpretati fis-sens:</HT></P><P><HT TYPE="BOLD">awtorità superviżorja nazzjonali tista’ teżiġi li l-fornitur ta’ direttorji u ta’ servizzi ta’ tagħrif telefoniku aċċessibbli għall-pubbliku, bħala kontrollur, jieħu l-miżuri tekniċi u organizzattivi xierqa sabiex jinforma lill-kontrolluri terzi, jiġifieri l-operatur ta’ servizzi telefoniċi li kkomunikalu d-data personali tal-abbonat tiegħu, kif ukoll il-fornituri l-oħra ta’ direttorji u ta’ servizzi ta’ tagħrif telefoniku aċċessibbli għall-pubbliku li lilhom huwa pprovda tali data, dwar l-irtirar tal-kunsens ta’ dan l-abbonat.</HT></P></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">4)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">L-Artikolu 17(2) tar-Regolament 2016/679,</HT></TXT><P><HT TYPE="BOLD">għandu jiġi interpretat fis-sens li:</HT></P><P><HT TYPE="BOLD">ma jipprekludix li awtorità ta’ superviżjoni nazzjonali tordna lil fornitur ta’ direttorji u ta’ servizzi ta’ tagħrif telefoniku aċċessibbli għall-pubbliku, li lilu l-abbonat ta’ operatur ta’ servizzi telefoniċi talab sabiex ma tiġix ippubblikata iktar id-data personali li tikkonċernah, jieħu <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0074" ID="QS0074"/>passi raġonevoli<QUOT.END REF.START="QS0074" CODE="201D" ID="QE0074"/>, fis-sens ta’ din id-dispożizzjoni, sabiex jinforma lill-fornituri ta’ muturi ta’ riċerka b’din it-talba għal tħassir tad-data.</HT></P></NP></ITEM></LIST></JURISDICTION></CONTENTS.JUDGMENT><SIGNATURE.CASE><SIGNATORY><P>Firem</P></SIGNATORY></SIGNATURE.CASE></JUDGMENT>