Subject of the case
Parti operattiva

Subject of the case

Suġġett

Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu – Traspożizzjoni mhux kompluta ta’ l-Artikoli 3, 4, u 5 tad-Direttiva tal-Kunsill 79/923/KEE, tat-30 ta’ Ottubru 1979, dwar il-kwalità meħtieġa għall-ilmijiet tal-kultivazzjoni tal-molluski (ĠU L 281, p. 47) – Nuqqas li jiġu indikati ċerti siti ta’ ilmijiet għall-kultivazzjoni tal-molluski, li jiġu stabbiliti programmi għat-tnaqqis tat-tniġġis u li jiġu ffissati parametri ta’ kontroll.

Parti operattiva

Dispożittiv

1) Billi naqset milli:

– tindika s-siti kollha ta’ ilmijiet għall-kultivazzjoni tal-molluski li jeħtieġu li jiġu indikati skond l-Artikolu 4 tad-Direttiva tal-Kunsill 79/923/KEE, tat-30 ta’ Ottubru 1979, dwar il-kwalità meħtieġa għall-ilmijiet tal-kultivazzjoni tal-molluski;

– tiffissa l-valuri kollha meħtieġa dwar l-ilmijiet għall-kultivazzjoni tal-molluski indikati jew li jeħtieġu li jiġu indikati skond l-Artikolu 4 tad-Direttiva 79/923, skond l-Artikolu 3 ta’ din id-Direttiva, u

– tieħu l-miżuri kollha meħtieġa sabiex tistabbilixxi l-programmi għat-tnaqqis tat-tniġġis ta’ l-ilmijiet li jeħtieġu li jiġu indikati skond l-Artikolu 4 tad-Direttiva 79/923, skond l-Artikolu 5 ta’ din id-Direttiva,

l-Irlanda naqset milli twettaq l-obbligi tagħha skond din id-Direttiva.

2) L-Irlanda hija kkundannata tbati l-ispejjeż.