Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) ta’ l-14 ta’ Ġunju 2007 –
Il-Kummissjoni vs l-Irlanda

(Kawża C‑148/05)

“Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu – Direttiva 79/923/KEE – Kwalità ta’ l-ilmijiet għall-kultivazzjoni tal-molluski – Indikazzjoni ta’ siti ta’ ilmijiet għall-kultivazzjoni tal-molluski – Programmi għat-tnaqqis tat-tniġġis – Iffissar ta’ parametri ta’ kontroll”

1.                     Rikors għal nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu – Proċedura prekontenzjuża – Intimazzjoni (Artikolu 226 KE) (ara l-punt 32)

2.                     Rikors għal nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu – Suġġett tal-kawża – Determinazzjoni matul il-proċedura prekontenzjuża (Artikolu 226 KE) (ara l-punti 34-35)

3.                     Approssimazzjoni tal-liġijiet – Kwalità meħtieġa ta’ l-ilmijiet għall-kultivazzjoni tal-molluski – Direttiva 79/923 (Direttiva tal-Kunsill 79/923, Artikoli 3 u 4) (ara l-punti 46-48, 61-66)

Suġġett

Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu – Traspożizzjoni mhux kompluta ta’ l-Artikoli 3, 4, u 5 tad-Direttiva tal-Kunsill 79/923/KEE, tat-30 ta’ Ottubru 1979, dwar il-kwalità meħtieġa għall-ilmijiet tal-kultivazzjoni tal-molluski (ĠU L 281, p. 47) – Nuqqas li jiġu indikati ċerti siti ta’ ilmijiet għall-kultivazzjoni tal-molluski, li jiġu stabbiliti programmi għat-tnaqqis tat-tniġġis u li jiġu ffissati parametri ta’ kontroll.

Dispożittiv

1)

Billi naqset milli:

– tindika s-siti kollha ta’ ilmijiet għall-kultivazzjoni tal-molluski li jeħtieġu li jiġu indikati skond l-Artikolu 4 tad-Direttiva tal-Kunsill 79/923/KEE, tat-30 ta’ Ottubru 1979, dwar il-kwalità meħtieġa għall-ilmijiet tal-kultivazzjoni tal-molluski;

– tiffissa l-valuri kollha meħtieġa dwar l-ilmijiet għall-kultivazzjoni tal-molluski indikati jew li jeħtieġu li jiġu indikati skond l-Artikolu 4 tad-Direttiva 79/923, skond l-Artikolu 3 ta’ din id-Direttiva, u

– tieħu l-miżuri kollha meħtieġa sabiex tistabbilixxi l-programmi għat-tnaqqis tat-tniġġis ta’ l-ilmijiet li jeħtieġu li jiġu indikati skond l-Artikolu 4 tad-Direttiva 79/923, skond l-Artikolu 5 ta’ din id-Direttiva,

l-Irlanda naqset milli twettaq l-obbligi tagħha skond din id-Direttiva.

2)

L-Irlanda hija kkundannata tbati l-ispejjeż.