<?xml version="1.0" encoding="UTF-8"?><JUDGMENT xmlns:fmx="http://opoce" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:noNamespaceSchemaLocation="http://formex.publications.europa.eu/schema/formex-05.58-20161101.xd"><BIB.JUDGMENT><REF.CASE FILE="n.a."><NO.CASE>C-406/21</NO.CASE></REF.CASE><NO.CELEX>62021CJ0406</NO.CELEX><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2022:816">EU:C:2022:816</NO.ECLI><NO.SEQ>0001</NO.SEQ><PAGE.FIRST.ECR>1</PAGE.FIRST.ECR><PAGE.SEQ>1</PAGE.SEQ><PAGE.LAST.ECR>13</PAGE.LAST.ECR><PAGE.TOTAL>13</PAGE.TOTAL><AUTHOR>CJ</AUTHOR></BIB.JUDGMENT><CURR.TITLE><PAGE.HEADER><P><HT TYPE="SC">Sentenza tal‑<DATE ISO="20221020">20.10.2022</DATE> – Kawża C‑406/21</HT></P><P><HT TYPE="SC">A (Nuqqas ta’ rkupru tal-interessi moratorji għal ħlas tardiv)</HT></P></PAGE.HEADER></CURR.TITLE><TITLE><TI><P><HT TYPE="UC">Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja</HT> (L-Għaxar Awla)</P><P>20 ta’ Ottubru 2022<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="STAR" NOTE.ID="E0001"><P>Lingwa tal-kawża: il-Finlandiż.</P></NOTE></P></TI></TITLE><INTERMEDIATE><INDEX IDX.CLOSE="”" SEPARATOR=" – " IDX.OPEN="“"><KEYWORD>Rinviju għal deċiżjoni preliminari</KEYWORD><KEYWORD>Ġlieda kontra l-ħlas tardiv fit-tranżazzjonijiet kummerċjali</KEYWORD><KEYWORD>Direttiva 2011/7/UE</KEYWORD><KEYWORD>Artikolu 12(4)</KEYWORD><KEYWORD>Kamp ta’ applikazzjoni <HT TYPE="ITALIC">ratione temporis</HT></KEYWORD><KEYWORD>Prassi stabbilita qabel is‑16 ta’ Marzu 2013 li tikkonsisti fin-nuqqas ta’ rkupru tal-interessi moratorji għal ħlas tardiv u tal-kumpens għall-ispejjeż tal-irkupru</KEYWORD><KEYWORD>Prassi applikata għall-ordnijiet individwali li saru wara din id-data</KEYWORD><KEYWORD>Artikolu 7(2) u (3)</KEYWORD><KEYWORD>Klawżoli kuntrattwali u prassi manifestament inġusti</KEYWORD><KEYWORD>Rinunzja b’kunsens liberu</KEYWORD></INDEX></INTERMEDIATE><JUDGMENT.INIT><P>Fil-Kawża C‑406/21,</P><P>li għandha bħala suġġett talba għal deċiżjoni preliminari skont l-Artikolu 267 TFUE, imressqa mill-Korkein oikeus (il-Qorti Suprema, il-Finlandja), permezz ta’ deċiżjoni tal‑1 ta’ Lulju 2021, li waslet fil-Qorti tal-Ġustizzja fl-istess ġurnata, fil-proċedura</P></JUDGMENT.INIT><PARTIES><PLAINTIFS><P><HT TYPE="BOLD">A Oy</HT></P></PLAINTIFS><AGAINST>vs</AGAINST><DEFENDANTS><P><HT TYPE="BOLD">B Ky,</HT></P><P><HT TYPE="BOLD">Il-Komunità tal-eredi ta’ C,</HT></P></DEFENDANTS></PARTIES><PREAMBLE><PREAMBLE.INIT><P>IL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA (L-Għaxar Awla),</P><P>komposta minn D. Gratsias, President tal-Awla, I. Jarukaitis, u Z. Csehi (Relatur), Imħallfin,</P><P>Avukat Ġenerali: A. M. Collins,</P><P>Reġistratur: A. Calot Escobar,</P></PREAMBLE.INIT><GR.VISA><VISA>wara li rat il-proċedura bil-miktub,</VISA></GR.VISA><GR.CONSID><CONSID><P>wara li kkunsidrat l-osservazzjonijiet ippreżentati:</P><LIST TYPE="NDASH"><ITEM><P>għal A Oy, minn K. Tenhovirta, asianajaja,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Gvern Finlandiż, minn A. Laine, bħala aġent,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Kummissjoni Ewropea, minn G. Gattinara, T. Simonen u I. Söderlund, bħala aġenti,</P></ITEM></LIST></CONSID></GR.CONSID><?PAGE NO="2"?><GR.VISA><VISA>wara li rat id-deċiżjoni meħuda, wara li nstema’ l-Avukat Ġenerali, li l-kawża tinqata’ mingħajr konklużjonijiet,</VISA></GR.VISA><PREAMBLE.FINAL>tagħti l-preżenti</PREAMBLE.FINAL></PREAMBLE><CONTENTS.JUDGMENT><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Sentenza</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0001"><NO.P>1</NO.P><TXT>It-talba għal deċiżjoni preliminari tirrigwarda l-interpretazzjoni tal-Artikolu 7(2) u (3), kif ukoll tal-Artikolu 12(4) tad-Direttiva 2011/7/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas‑16 ta’ Frar 2011 dwar il-ġlieda kontra l-ħlas tard fi transazzjonijiet kummerċjali (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="048" PAGE.FIRST="1" DATE.PUB="2011">ĠU 2011, L 48, p. 1</REF.DOC.OJ>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0002"><NO.P>2</NO.P><TXT>Din it-talba tressqet fil-kuntest ta’ kawża bejn A Oy, minn naħa, u B Ky u l-komunità tal-eredi ta’ C, min-naħa l-oħra, dwar il-ħlas tardiv ta’ 135 fattura li d-dati ta’ skadenza tagħhom kienu inklużi bejn l‑10 ta’ April 2015 u l‑21 ta’ Frar 2018.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il‑kuntest ġuridiku</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Id‑dritt tal‑Unjoni</HT></HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Id-Direttiva 2011/7</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0003"><NO.P>3</NO.P><TXT>Il-premessi 12, 16 u 28 tad-Direttiva 2011/7 jipprovdu:</TXT><QUOT.S LEVEL="1"><CONSID><NP><NO.P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0001" REF.END="QE0001"/>(12)</NO.P><TXT>Ħlas tard jikkostitwixxi ksur ta’ kuntratt li sar finanzjarjament attraenti għad-debituri fil-parti l-kbira tal-Istati Membri minħabba li fuq ħlasijiet tard jintalbu rati baxxi ta’ mgħax jew l-ebda mgħax u/jew li l-proċeduri ta’ rimedju jieħdu wisq żmien. J Jeħtieġ tibdil deċiżiv lejn kultura ta’ ħlas fil-ħin, inkluż dik fejn l-esklużjoni tad-dritt li jintalab imgħax għandha dejjem titqies bħala kondizzjoni jew prassi kuntrattwali inġusta għall-aħħar biex titreġġa’ lura din it-tendenza u jiġi skoraġġit il-ħlas tard. Tali tibdil għandu jinkludi wkoll l-introduzzjoni ta’ dispożizzjonijiet speċifiċi dwar il-perjodi ta’ ħlas u dwar il-kumpens tal-kredituri għall-ispejjeż imġarrba, u, fost l-oħrajn, li l-esklużjoni tad-dritt għall-kumpens għall-ispejjeż tal-irkupru għandha titqies bħala inġusta għall-aħħar.</TXT></NP></CONSID><P>[…]</P><CONSID><NP><NO.P>(16)</NO.P><TXT>Din id-Direttiva m’għandhiex tobbliga lil kreditur jitlob imgħax għal ħlas tard. Fil-każ ta’ ħlas tard, din id-Direttiva għandha tippermetti li kreditur jitlob imgħax għal ħlas tard mingħajr ma jagħti ebda avviż minn qabel ta’ nuqqas ta’ prestazzjoni jew avviż simili ieħor li jfakkar lid-debitur dwar l-obbligu tiegħu li jħallas.</TXT></NP></CONSID><P>[…]</P><CONSID><NP><NO.P>(28)</NO.P><TXT>Din id-Direttiva għandha tipprojbixxi l-abbuż tal-libertà tal-kuntratti għall-iżvantaġġ tal-kreditur. Bħala riżultat, meta kondizzjoni f’kuntratt jew prassi relatat mad-data jew il-perjodu għall-ħlas, ir-rata ta’ mgħax għall-ħlas tard jew il-kumpens għall-ispejjeż ta’ rkupru ma jkunx ġustifikat fuq il-bażi tal-kondizzjonijiet mogħtija lid-debitur, jew iservi<?PAGE NO="3"?> prinċipalment għall-għan li jikseb liwidità addizzjonali għad-debitur għad-detriment tal-kreditur, jista’ jitqies li jikkostitwixxi abbuż ta’ dan it-tip. […] B’mod partikulari, jekk id-dritt li jintalab imgħax jiġi kompletament eskluż, din għandha dejjem tiġi kkunsidrata bħala inġusta għall-aħħar, waqt li jekk id-dritt għal kumpens għall-ispejjeż ta’ rkupru jiġi eskluż, din għandha titqies bħala inġusta għall-aħħar. Din id-Direttiva ma għandhiex taffettwa d-dispożizzjonijiet nazzjonali marbuta mal-mod kif il-kuntratti jiġu konklużi jew li jirregolaw il-validità ta’ kondizzjonijiet kuntrattwali li huma inġusti għad-debitur.<QUOT.END REF.START="QS0001" CODE="201D" ID="QE0001"/></TXT></NP></CONSID></QUOT.S></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0004"><NO.P>4</NO.P><TXT>L-Artikolu 1 ta’ din id-direttiva, intitolat <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0002" REF.END="QE0002"/>Suġġett u kamp ta’ applikazzjoni<QUOT.END REF.START="QS0002" CODE="201D" ID="QE0002"/>, jipprovdi, fil-paragrafi 1 u 2 tiegħu:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="001.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0003" REF.END="QE0003"/>1.</NO.PARAG><ALINEA>L-għan ta’ din id-Direttiva hu l-ġlieda kontra l-ħlas tard fi transazzjonijiet kummerċjali, sabiex jiġi żgurat il-funzjonament kif suppost tas-suq intern, biex b’hekk titrawwem il-kompetittività tal-intrapriżi u, b’mod partikulari, tal-SMEs. [impriżi żgħar u medji (IŻM)].</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="001.002"><NO.PARAG>2.</NO.PARAG><ALINEA>Din id-Direttiva għandha tapplika għall-ħlasijiet kollha magħmula bħala remunerazzjoni għal transazzjonijiet kummerċjali.<QUOT.END REF.START="QS0003" CODE="201D" ID="QE0003"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0005"><NO.P>5</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 2 tal-imsemmija direttiva:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0004" REF.END="QE0004"/>Għall-finijiet ta’ din id-Direttiva, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:</P><P><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P>1)</NO.P><TXT><QUOT.START CODE="2018" ID="QS0005" REF.END="QE0005"/>transazzjonijiet kummerċjali<QUOT.END REF.START="QS0005" CODE="2019" ID="QE0005"/> tfisser transazzjonijiet bejn l-intrapriżi jew bejn l-intrapriżi u l-awtoritajiet pubbliċi li jwasslu għall-forniment ta’ prodotti jew il-provvista ta’ servizzi għar-remunerazzjoni;</TXT></NP></ITEM></LIST><P>[…]</P><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P>4)</NO.P><TXT><QUOT.START CODE="2018" ID="QS0006" REF.END="QE0006"/>ħlas tard<QUOT.END REF.START="QS0006" CODE="2019" ID="QE0006"/> tfisser ħlas li ma jsirx fil-perjodu ta’ ħlas kuntrattwali jew statutorju u fejn il-kondizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 3(1) jiġu sodisfatti; […],;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>5)</NO.P><TXT><QUOT.START CODE="2018" ID="QS0007" REF.END="QE0007"/>imgħax għal ħlas tard<QUOT.END REF.START="QS0007" CODE="2019" ID="QE0007"/> tfisser imgħax statutorju għal ħlas tard jew imgħax b’rata miftehma bejn l-intrapriżi, soġġett għall-Artikolu 7;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>6)</NO.P><TXT><QUOT.START CODE="2018" ID="QS0008" REF.END="QE0008"/>imgħax statutorju għal ħlas tard<QUOT.END REF.START="QS0008" CODE="2019" ID="QE0008"/> tfisser imgħax sempliċi għal ħlas tard b’rata li hija ekwivalenti għas-somma tar-rata ta’ referenza u mill-inqas tmien punti perċentwali; […]<QUOT.END REF.START="QS0004" CODE="201D" ID="QE0004"/></TXT></NP></ITEM></LIST></P></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0006"><NO.P>6</NO.P><TXT>L-Artikolu 3 tal-istess direttiva, intitolat <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0009" REF.END="QE0009"/>Transazzjonijiet bejn intrapriżi<QUOT.END REF.START="QS0009" CODE="201D" ID="QE0009"/>, jipprevedi fil-paragrafu 1 tiegħu:</TXT><QUOT.S LEVEL="1"><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0010" REF.END="QE0010"/>L-Istati Membri għandhom jiżguraw li fit-transazzjonijiet kummerċjali bejn l-intrapriżi, il-kreditur huwa intitolat għall-imgħax fil-każ ta’ ħlas tard mingħajr il-bżonn ta’ tfakkira meta l-kondizzjonijiet li ġejjin huma sodisfatti:</P><P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>a)</NO.P><TXT>il-kreditur issodisfa l-obbligi kuntrattwali u legali tiegħu; u</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>b)</NO.P><TXT>il-kreditur ma rċeviex l-ammont dovut fil-ħin, sakemm id-debitur ma jkunx responsabbli għad-dewmien.<QUOT.END REF.START="QS0010" CODE="201D" ID="QE0010"/></TXT></NP></ITEM></LIST></P></QUOT.S></NP.ECR><?PAGE NO="4"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0007"><NO.P>7</NO.P><TXT>L-Artikolu 4 tad-Direttiva 2011/7 jirrigwarda tranżazzjonijiet bejn impriżi u awtoritajiet pubbliċi. Il-paragrafu 3 ta’ dan l-artikolu jipprevedi b’mod partikolari li l-Istati Membri għandhom jiżguraw, fi tranżazzjonijiet kummerċjali fejn id-debitur ikun awtorità pubblika, li l-perijodu ta’ ħlas ma jaqbiżx ċertu tul ta’ żmien speċifikat minn dan il-paragrafu 3. Il-paragrafu 4 tal-imsemmi artikolu jagħti lill-Istati Membri l-possibbiltà li jestendu, f’ċerti ċirkustanzi, it-termini indikati fl-imsemmi paragrafu 3.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0008"><NO.P>8</NO.P><TXT>L-Artikolu 6 ta’ din id-direttiva, intitolat <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0011" REF.END="QE0011"/>Kumpens għall-ispejjeż ta’ rkupru<QUOT.END REF.START="QS0011" CODE="201D" ID="QE0011"/>, jipprevedi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="006.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0012" REF.END="QE0012"/>1.</NO.PARAG><ALINEA>L-Istati Membri għandhom jiżguraw li, fejn l-imgħax għal ħlas tard isir dovut fi transazzjonijiet kummerċjali b’mod konformi mal-Artikolu 3 jew 4, il-kreditur huwa intitolat li jikseb mingħand id-debitur, bħala minimu, somma stabbilita ta’ EUR 40. [euros].</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="006.002"><NO.PARAG>2.</NO.PARAG><ALINEA>L-Istati Membri għandhom jiżguraw li s-somma stabbilita msemmija fil-paragrafu 1 tkun dovuta mingħajr il-ħtieġa ta’ tfakkira u bħala kumpens għall-ispejjeż ta’ rkupru tal-kreditur stess.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="006.003"><NO.PARAG>3.</NO.PARAG><ALINEA>Il-kreditur, apparti s-somma stabbilita msemmija fil-paragrafu 1, għandu jkun intitolat li jikseb kumpens raġonevoli mid-debitur għal kwalunkwe spejjeż ta’ rkupru li jaqbżu dik is-somma stabbilita u mġarrba minħabba l-ħlas tard tad-debitur. […]<QUOT.END REF.START="QS0012" CODE="201D" ID="QE0012"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0009"><NO.P>9</NO.P><TXT>L-Artikolu 7 tal-imsemmija direttiva, intitolat <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0013" REF.END="QE0013"/>Kondizzjonijiet u prassi kuntrattwali inġusti<QUOT.END REF.START="QS0013" CODE="201D" ID="QE0013"/>, jipprovdi, fil-paragrafi 1 sa 3 tiegħu:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="007.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0014" REF.END="QE0014"/>1.</NO.PARAG><ALINEA><P>L-Istati Membri għandhom jipprovdu li kondizzjoni jew prassi kuntrattwali relatata mad-data jew mal-perjodu tal-ħlas, ir-rata ta’ mgħax għall-ħlas tard jew il-kumpens għall-ispejjeż ta’ rkupru jkun jew mhux infurzabbli jew ikun jagħti lok għal talba għad-danni jekk ikun inġust għall-aħħar għall-kreditur.</P><P>Biex jiġi stabbilit jekk kondizzjoni jew prassi kuntrattwali jkunu inġusti għall-aħħar għall-kreditur, fit-tifsira tal-ewwel subparagrafu, għandhom jitqiesu ċ-ċirkostanzi kollha tal-każ, inklużi:</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>a)</NO.P><TXT>kull devjazzjoni kbira minn prassi kummerċjali tajba, li tmur kontra l-bona fide u n-negozjar ġust;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>b)</NO.P><TXT>in-natura tal-prodott jew tas-servizz; u</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>c)</NO.P><TXT>jekk id-debitur kellux xi raġuni oġġettiva li jiddevja mir-rata ta’ mgħax statutorja għall-ħlas tard, mill-perjodu ta’ ħlas […], jew mis-somma fissa kif imsemmi fl-Artikolu 6(1).</TXT></NP></ITEM></LIST></ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="007.002"><NO.PARAG>2.</NO.PARAG><ALINEA>Għall-finijiet tal-paragrafu 1, kondizzjoni jew prassi kuntrattwali li teskludi mgħax għal ħlas tard għandha titqies bħala inġusta għall-aħħar.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="007.003"><NO.PARAG>3.</NO.PARAG><ALINEA>Għall-finijiet tal-paragrafu 1, kondizzjoni jew prassi kuntrattwali li teskludi kumpens għall-ispejjeż ta’ rkupru kif imsemmi fl-Artikolu 6 għandha titqies bħala inġusta għall-aħħar.<QUOT.END REF.START="QS0014" CODE="201D" ID="QE0014"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0010"><NO.P>10</NO.P><TXT>L-Artikolu 12 tal-istess direttiva, intitolat <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0015" REF.END="QE0015"/>Traspożizzjoni<QUOT.END REF.START="QS0015" CODE="201D" ID="QE0015"/>, jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="012.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0016" REF.END="QE0016"/>1.</NO.PARAG><ALINEA>L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa biex jikkonformaw mal-Artikoli 1 sa 8 u 10 sas‑16 ta’ Marzu 2013.<?PAGE NO="5"?> Huma għandhom minnufih jikkomunikaw lill-Kummissjoni [Ewropea] it-test ta’ dawk id-dispożizzjonijiet..</ALINEA><ALINEA>[…]</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="012.004"><NO.PARAG>4.</NO.PARAG><ALINEA>Fit-traspożizzjoni tad-Direttiva, l-Istati Membri għandhom jiddeċiedu jekk jeskludux il-kuntratti konklużi qabel is‑16 ta’ Marzu 2013.<QUOT.END REF.START="QS0016" CODE="201D" ID="QE0016"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0011"><NO.P>11</NO.P><TXT>Skont l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 13 tad-Direttiva 2011/7:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0017" REF.END="QE0017"/>Id-Direttiva 2000/35/KE [tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad‑29 ta’ Ġunju 2000 dwar il-ġlieda kontra ħlasijiet tard fi transazzjonijiet kummerċjali (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 17, Vol. 1, p. 226),] hija mħassra b’effett mis‑16 ta’ Marzu 2013, bla ħsara għall-obbligi tal-Istati Membri marbuta mal-limitu ta’ żmien għat-traspożizzjoni tagħha fil-liġi nazzjonali u l-applikazzjoni tagħha.. Madankollu, hija għandha tibqa’ applikabbli għal kuntratti konklużi qabel dik id-data li għaliha ma tapplikax din id-Direttiva skont l-Artikolu 12(4).<QUOT.END REF.START="QS0017" CODE="201D" ID="QE0017"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Id‑dritt Finlandiż</HT></HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0012"><NO.P>12</NO.P><TXT>Id-Direttiva 2011/7 ġiet trasposta fid-dritt Finlandiż permezz tal-laki kaupallisten sopimusten maksuehdoista (30/2013) (il-Liġi dwar il-Kundizzjonijiet tal-Ħlas fil-Kuntratti Kummerċjali (30/2013)), tat‑18 ta’ Jannar 2013 (iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0018" REF.END="QE0018"/>Liġi dwar il-Kundizzjonijiet tal-Ħlas<QUOT.END REF.START="QS0018" CODE="201D" ID="QE0018"/>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0013"><NO.P>13</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 1(1) tal-Liġi dwar il-Kundizzjonijiet tal-Ħlas, din il-liġi tapplika għall-ħlasijiet li impriża jew awtorità kontraenti huma meħtieġa li jagħmlu lil impriża inkambju għall-kunsinna ta’ oġġett jew għall-provvista ta’ servizz.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0014"><NO.P>14</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 1(2) tal-imsemmija liġi, id-dispożizzjonijiet tagħha fil-qasam tal-klawżoli kuntrattwali huma applikabbli wkoll għall-prassi kuntrattwali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0015"><NO.P>15</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 8(1) tal-Liġi dwar il-Kundizzjonijiet tal-Ħlas, klawżola kuntrattwali li tipprevedi li kreditur ma għandux dritt għall-ħlas ta’ interessi moratorji għal ħlas tardiv hija mingħajr effett. Skont l-Artikolu 8(3) ta’ din il-liġi, klawżola kuntrattwali li tipprevedi li kreditur ma għandux dritt għal kumpns għall-ispejjeż ta’ rkupru, konformement mal-Artikoli 10 u 10 sexies tas-saatavien perinnästä annettu laki (513/1999) (il-Liġi dwar l-Irkupru tad-Djun (513/1999)) tal‑1 ta’ Settembru 1999, fil-verżjoni tagħha applikabbli għall-kawża prinċipali (iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0019" REF.END="QE0019"/>Liġi dwar l-Irkupru tad-Djun<QUOT.END REF.START="QS0019" CODE="201D" ID="QE0019"/>), hija mingħajr effett, sakemm raġunijiet leġittimi ma jiġġustifikawx l-użu ta’ din il-klawżola.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0016"><NO.P>16</NO.P><TXT>Il-Liġi dwar l-Irkupru tad-Djun tipprevedi kumpens fil-forma ta’ somma f’daqqa. Skont l-Artikolu 10 sexies ta’ din il-liġi, fil-każ ta’ ħlas tardiv, imsemmi fl-Artikolu 1 tal-Liġi dwar il-Kundizzjonijiet tal-Ħlas, li jagħti lill-kreditur id-dritt għall-ħlas ta’ interessi moratorji għal ħlas tardiv, il-kreditur għandu dritt għall-ħlas mingħand id-debitur ta’ kumpens fil-forma ta’ somma f’daqqa għall-ispejjeż ta’ rkupru fl-ammont ta’ EUR 40.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0017"><NO.P>17</NO.P><TXT>L-Artikolu 11(1) tal-Liġi dwar il-Kundizzjonijiet tal-Ħlas jipprovdi li din tidħol fis-seħħ fis‑16 ta’ Marzu 2013. Skont l-Artikolu 11(2), kuntratt konkluż qabel din id-data tad-dħul fis-seħħ għandu jkun irregolat mid-dispożizzjonijiet li kienu fis-seħħ fid-data kkonċernata.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><?PAGE NO="6"?><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il‑kawża prinċipali u d‑domandi preliminari</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0018"><NO.P>18</NO.P><TXT>Sa minn April 2009, B, li teżerċita attività ta’ bejjiegħa tal-kotba, hija klijenta ta’ A u xtrat mingħand din tal-aħħar kotba u oġġetti oħra tal-kartolerija permezz ta’ ordnijiet individwali. A pprovdiet kotba lil B u bagħtitilha fattura separata għal kull ordni. Ma jeżistix kuntratt-qafas jew ftehim ieħor bil-miktub bejn dawn il-partijiet għall-ordni u l-provvista tal-merkanzija kkonċernata. Il-modalitajiet ta’ ħlas tal-fatturi u tal-ħlas tal-interessi moratorji għal ħlas tardiv lanqas ma ġew miftiehma separatament bil-miktub bejn l-imsemmija partijiet.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0019"><NO.P>19</NO.P><TXT>Permezz ta’ rikors ippreżentat fis‑7 ta’ Mejju 2018, A talbet lill-käräjäoikeus (il-Qorti tal-Ewwel Istanza, il-Finlandja) tikkundanna lil B u s-soċju solidali ta’ din tal-aħħar, C, għall-ħlas tal-interessi moratorji għal ħlas tardiv fl-ammont ta’ EUR 172.81 u, b’applikazzjoni tal-Artikolu 10 sexies tal-Liġi dwar l-Irkupru tad-Djun, kumpensi fil-forma ta’ somma f’daqqa għall-ispejjeż ta’ rkupru fl-ammont totali ta’ EUR <FT TYPE="NUMBER">5400</FT>. Insostenn tat-talbiet tagħha, A sostniet li B kienet ħallset tard 135 fattura, li d-dati ta’ skadenza tagħhom kienu inklużi bejn l‑10 ta’ April 2015 u l‑21 ta’ Frar 2018.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0020"><NO.P>20</NO.P><TXT>B u C opponew dawn it-talbiet. Għalkemm huma rrikonoxxew li l-ħlas ta’ 135 fattura kkonċernati kienu tħallsu bejn jumejn u tliet ġimgħat tard, jiġifieri wara d-dati ta’ skadenza tagħhom, huma indikaw li dawn il-fatturi kollha kienu fl-aħħar mill-aħħar tħallsu.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0021"><NO.P>21</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, B u C invokaw b’mod partikolari l-prassi kurrenti fis-settur tal-kotba u l-fatt li, matul it-tmien snin tal-kollaborazzjoni tagħhom, A qatt ma kienet talbithom iħallsu interessi moratorji għal ħlas tardiv jew kumpens għall-ispejjeż ta’ rkupru, minkejja li B ħallset il-parti l-kbira tal-fatturi maħruġa minn A wara d-dati ta’ skadenza tagħhom. Huma sostnew li kien jeżisti tal-inqas <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0020" REF.END="QE0020"/>ftehim taċitu<QUOT.END REF.START="QS0020" CODE="201D" ID="QE0020"/> bejn A u B, li abbażi tiegħu B setgħet tħallas il-fatturi maħruġa f’terminu raġonevoli wara d-data ta’ skadenza tagħhom, mingħajr ma ġġarrab interessi moratorji għal ħlas tardiv. Għalhekk kien hemm ukoll ftehim bejn A u B, li abbażi tiegħu A ma kellhiex dritt għall-kumpens fil-forma ta’ somma f’daqqa għall-ispejjeż ta’ rkupru previst fl-Artikolu 10 sexies tal-Liġi dwar l-Irkupru tad-Djun.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0022"><NO.P>22</NO.P><TXT>Il-kkäräjäoikeus (il-Qorti tal-Ewwel Istanza) ċaħdet ir-rikors ippreżentat minn A.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0023"><NO.P>23</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, din il-qorti indikat li l-kwistjoni determinanti kienet jekk A setgħetx tippretendi l-ħlas ta’ interessi moratorji għal ħlas tardiv. Hija rreferiet għall-Artikolu 8(1) tal-Liġi dwar il-Kundizzjonijiet tal-Ħlas, li abbażi tiegħu klawżola kuntrattwali li tipprevedi li kreditur ma għandux dritt għall-ħlas ta’ interessi moratorji hija mingħajr effett. Peress li din id-dispożizzjoni hija imperattiva, A u B ma setgħux ftiehmu li A ma kellha l-ebda dritt għall-ħlas ta’ interessi moratorji għal ħlas tardiv.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0024"><NO.P>24</NO.P><TXT>Madankollu, l-imsemmija qorti qieset bħala stabbilita l-eżistenza ta’ prassi kummerċjali li ilha teżisti bejn A u B, li permezz tagħha fattura setgħet titħallas f’terminu raġonevoli wara d-data tal-iskadenza tagħha, mingħajr ma jitħallsu interessi moratorji. Fil-fehma tagħha, din il-prassi ma tmurx kontra l-Artikolu 8(1) tal-Liġi dwar il-Kundizzjonijiet tal-Ħlas, b’tali mod li A ma għandhiex dritt għall-ħlas ta’ interessi moratorji għal ħlas tardiv, u lanqas, sussegwentement, għall-ħlas ta’ kumpens fil-forma ta’ somma f’daqqa għall-ispejjeż ta’ rkupru.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0025"><NO.P>25</NO.P><TXT>Adita minn A, il-hovioikeus (il-Qorti tal-Appell, il-Finlandja) ikkonfermat is-sentenza mogħtija fl-ewwel istanza, billi qieset li l-prassi ta’ A u B kienet saret parti integrali mill-ftehim konkluż bejniethom. Fil-fehma tagħha, id-dispożizzjonijiet applikabbli ma kinux jipprekludu li, skont din<?PAGE NO="7"?> il-prassi, id-data li fiha jibdew jiddekorru l-interessi moratorji kienet differenti mid-data tal-iskadenza tal-fattura kkonċernata. Fl-aħħar nett, hija qieset li l-imsemmija prassi lanqas ma kienet irraġonevoli jew inġusta u, għaldaqstant, li din tal-aħħar ma kinitx tmur kontra l-leġiżlazzjoni imperattiva.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0026"><NO.P>26</NO.P><TXT>A appellat quddiem il-Korkein oikeus (il-Qorti Suprema, il-Finlandja), li hija l-qorti tar-rinviju.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0027"><NO.P>27</NO.P><TXT>Insostenn tiegħu, A ssostni, essenzjalment, li, fid-dawl tan-natura imperattiva tal-leġiżlazzjoni applikabbli, hija stess u B ma kellhomx id-dritt li jikkonkludu ftehimiet, taċiti jew fi kwalunkwe forma oħra, dwar il-ħlas ta’ interessi moratorji għal ħlas tardiv, bi ksur tad-drittijiet tal-kreditur ikkonċernat.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0028"><NO.P>28</NO.P><TXT>Barra minn hekk, fir-rigward tad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 11(1) u (2) tal-Liġi dwar il-Kundizzjonijiet tal-Ħlas, A ssostni li kull ordni individwali tikkostitwixxi kuntratt u li, f’dan il-każ, ma hijiex kwistjoni ta’ ftehim fit-tul jew ta’ prassi li nħolqu qabel id-data tad-dħul fis-seħħ ta’ din il-liġi.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0029"><NO.P>29</NO.P><TXT>B u l-komunità tal-eredi ta’ C jikkunsidraw, għall-kuntrarju, li, permezz ta’ klawżola kuntrattwali jew prassi, huwa possibbli li ssir deroga mid-data li fiha jibdew jiddekorru l-interessi moratorji.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0030"><NO.P>30</NO.P><TXT>Il-qorti tar-rinviju tqis li l-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja, b’mod partikolari s-sentenza tal‑1 ta’ Ġunju 2017, <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Zarski</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑330/16</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2017:418">EU:C:2017:418</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>), ma tagħtix risposta ċara f’dak li jirrigwarda l-portata tal-espressjoni <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0021" REF.END="QE0021"/>kuntratti konklużi qabel is‑16 ta’ Marzu 2013<QUOT.END REF.START="QS0021" CODE="201D" ID="QE0021"/>, li tinsab fl-Artikolu 12(4) tad-Direttiva 2011/7, fil-każ fejn il-prassi segwita mill-partijiet ikkonċernati u relatata mal-ħlas ta’ interessi moratorji għal ħlas tardiv titqies li bdiet qabel din id-data, iżda fejn kull ordni individwali, li abbażi tagħha jintalab il-ħlas ta’ interessi moratorji għal ħlas tardiv u ta’ kumpens għall-ispejjeż ta’ rkupru, tkun saret wara din id-data. Bl-istess mod, la l-leġiżlazzjoni applikabbli u lanqas din il-ġurisprudenza ma jindikaw b’mod ċar jekk il-prassi tal-partijiet ikkonċernati li permezz tagħha l-kreditur ma talabx penalitajiet moratorji għal dewmien qasir fil-ħlas tistax titqies bħala klawżola kuntrattwali jew prassi manifestament inġusta.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0031"><NO.P>31</NO.P><TXT>Il-qorti tar-rinviju tirrileva f’dan ir-rigward li, meta d-Direttiva 2011/7 ġiet trasposta fid-dritt Finlandiż, il-leġiżlatur nazzjonali għamel użu mill-fakultà prevista fl-Artikolu 12(4) ta’ din id-direttiva.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0032"><NO.P>32</NO.P><TXT>Barra minn hekk, kif ġie deċiż fl-ewwel istanza u fl-appell, il-prassi kuntrattwali, li tkompliet mingħajr interruzzjoni mis-sena 2009 bejn A u B, li permezz tagħha dewmien fil-ħlas ta’ fatturi sa xahar ma jwassalx għal penalitajiet moratorji, saret, skont id-dritt nazzjonali, parti integrali mill-ftehimiet konklużi bejniethom.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0033"><NO.P>33</NO.P><TXT>Madankollu, fid-dawl tal-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja, ma jidhirx b’mod ċar jekk tali prassi, jekk jitqies li kienet saret vinkolanti għal dawn il-partijiet qabel is‑16 ta’ Marzu 2013, kif ukoll l-ordnijiet individwali kollha li saru bejn l-imsemmija partijiet minn din id-data għandhomx jitqiesu li jikkostitwixxu kuntratti konklużi qabel is‑16 ta’ Marzu 2013, fis-sens tal-Artikolu 12(4) tad-Direttiva 2011/7, b’tali mod li dawn kollha huma esklużi mill-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva 2011/7.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0034"><NO.P>34</NO.P><TXT>Fil-każ li d-Direttiva 2011/7 tkun applikabbli għall-ordnijiet magħmula wara s‑16 ta’ Marzu 2013, meta l-prassi kkonċernata kienet stabbilita qabel din id-data, il-qorti tar-rinviju tistaqsi dwar il-kwistjoni ta’ jekk din il-prassi tikkostitwixxix klawżola kuntrattwali jew prassi li teskludi, minn<?PAGE NO="8"?> naħa, il-ħlas ta’ interessi moratorji għal ħlas tardiv, fis-sens tal-Artikolu 7(2) tad-Direttiva 2011/7, u, min-naħa l-oħra, il-kumpens għall-ispejjeż ta’ rkupru, fis-sens tal-Artikolu 7(3) ta’ din id-direttiva, u jekk, konsegwentement, l-imsemmija prassi għandiex <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0022" REF.END="QE0022"/>titqies bħala inġusta għall-aħħar<QUOT.END REF.START="QS0022" CODE="201D" ID="QE0022"/>, fis-sens tal-ewwel waħda minn dawn id-dispożizzjonijiet, u <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0023" REF.END="QE0023"/>titqies bħala inġusta għall-aħħar<QUOT.END REF.START="QS0023" CODE="201D" ID="QE0023"/>, fis-sens tat-tieni waħda minnhom, rispettivament.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0035"><NO.P>35</NO.P><TXT>Skont il-qorti tar-rinviju, ir-rinunzja għall-interessi moratorji għal ħlas tardiv u għall-kumpens għall-ispejjeż ta’ rkupru marbuta magħha hija bbażata f’dan il-każ fuq il-prassi li permezz tagħha l-kreditur ikkonċernat aċċetta li ma jirkuprax dawn tal-aħħar, għad-dewmien fil-ħlas għal żmien qasir, jiġifieri tul ta’ inqas minn xahar, inkambju għall-ħlas tal-ammont prinċipali. Issa, il-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja ma tippermettix li tingħata risposta għad-domanda dwar jekk tali prassi tistax torbot lil dan il-kreditur mingħajr ma d-Direttiva tipprekludih.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0036"><NO.P>36</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, il-qorti tar-rinviju tistaqsi, essenzjalment, dwar l-applikabbiltà tat-tagħlimiet li jirriżultaw mis-sentenzi tas‑16 ta’ Frar 2017, <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>IOS Finance EFC</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑555/14</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2017:121">EU:C:2017:121</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>), u tat‑28 ta’ Jannar 2020, <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Il-Kummissjoni vs L-Italja (Direttiva dwar il-ġlieda kontra l-ħlas tardiv)</NAME.CASE>, (<NO.CASE>C‑122/18</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2020:41">EU:C:2020:41</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>), minħabba li, fil-kawżi li taw lok għal dawn is-sentenzi, id-dewmien fil-ħlas kien imputabbli lill-awtoritajiet pubbliċi, filwaqt li, fil-kawża prinċipali, dan id-dewmien huwa imputabbli lil entità rregolata mid-dritt privat.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0037"><NO.P>37</NO.P><TXT>F’dawn iċ-ċirkustanzi, il-Korkein oikeus (il-Qorti Suprema) iddeċidiet li tissospendi l-proċeduri quddiemha u li tagħmel lill-Qorti tal-Ġustizzja d-domandi preliminari li ġejjin:</TXT><QUOT.S LEVEL="1"><LIST TYPE="OTHER"><ITEM><NP><NO.P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0024" REF.END="QE0024"/>1)</NO.P><TXT>L-Artikolu 12(4) tad-Direttiva 2011/7 għandu jiġi interpretat fis-sens li l-Istati Membri jistgħu jeskludu mill-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva prassi kuntrattwali dwar [il-ħlas ta’ interessi moratorji għal ħlas tardiv u għall-kumpens għall-ispejjeż ta’ rkupru] stabbilita bejn il-partijiet qabel is‑16 ta’ Marzu 2013 fil-kuntest ta’ ordnijiet individwali, anki meta l-ordnijiet individwali li fir-rigward tagħhom jiġu applikati l-penalitajiet għal dewmien ikunu saru wara din id-data?</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>2)</NO.P><TXT>Fil-każ li tingħata risposta fin-negattiv għall-ewwel domanda, l-Artikolu 7(2) u (3) tad-Direttiva 2011/7 għandu jiġi interpretat fis-sens li l-prassi kuntrattwali deskritta fl-ewwel domanda għandha titqies bħala klawżola kuntrattwali jew prassi li teskludi l-ħlas ta’ interessi moratorji jew ta’ kumpens għall-ispejjeż tal-irkupru?<QUOT.END REF.START="QS0024" CODE="201D" ID="QE0024"/></TXT></NP></ITEM></LIST></QUOT.S></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq id‑domandi preliminari</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Fuq l‑ewwel domanda</HT></HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0038"><NO.P>38</NO.P><TXT>Permezz tal-ewwel domanda tagħha, il-qorti tar-rinviju tistaqsi, essenzjalment, jekk l-Artikolu 12(4) tad-Direttiva 2011/7 għandux jiġi interpretat fis-sens li l-Istati Membri jistgħu jeskludu mill-kamp ta’ applikazzjoni ta’ din id-direttiva prassi kuntrattwali dwar il-ħlas ta’ interessi moratorji għal ħlas tardiv u l-kumpens għall-ispejjeż ta’ rkupru, meta din il-prassi tkun ġiet stabbilita bejn il-partijiet ikkonċernati qabel is‑16 ta’ Marzu 2013, iżda meta l-ordnijiet individwali, li abbażi tagħhom jintalbu interessi moratorji għal ħlas tardiv u tali kumpensi, ikunu saru minn din id-data.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="9"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0039"><NO.P>39</NO.P><TXT>L-Artikolu 12(4) tad-Direttiva 2011/7 jippermetti lill-Istati Membri li jiddeċiedu, waqt it-traspożizzjoni ta’ din id-direttiva, jekk iridux jeskludu mill-kamp ta’ applikazzjoni tagħha l-kuntratti konklużi qabel is‑16 ta’ Marzu 2013.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0040"><NO.P>40</NO.P><TXT>Issa, il-Qorti tal-Ġustizzja diġà enfasizzat li din id-dispożizzjoni għandha tiġi interpretata, fl-Unjoni Ewropea kollha, b’mod awtonomu u uniformi (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tal‑1 ta’ Ġunju 2017, <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Zarski</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑330/16</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2017:418">EU:C:2017:418</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0025">25</REF.NP.ECR> u <REF.NP.ECR REF="NP0026">26</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0041"><NO.P>41</NO.P><TXT>Barra minn hekk, hija diġà rrilevat, minn naħa, li l-eżami tal-formulazzjoni tagħha jwassal sabiex jiġi kkunsidrat li, bl-użu tal-frażi <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0025" REF.END="QE0025"/>kuntratti konklużi<QUOT.END REF.START="QS0025" CODE="201D" ID="QE0025"/>, il-leġiżlatur tal-Unjoni ried jippermetti lill-Istati Membri li jeskludu mill-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva 2011/7 ir-relazzjonijiet kuntrattwali konklużi qabel is‑16 ta’ Marzu 2013, fl-intier tagħhom, inklużi l-effetti li jirriżultaw mill-imsemmija relazzjonijiet kuntrattwali u li jimmaterjalizzaw ruħhom wara din id-data (sentenza tal‑1 ta’ Ġunju 2017, <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Zarski</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑330/16</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2017:418">EU:C:2017:418</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0025">25</REF.NP.ECR>, <REF.NP.ECR REF="NP0026">26</REF.NP.ECR> u <REF.NP.ECR REF="NP0029">29</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0042"><NO.P>42</NO.P><TXT>Min-naħa l-oħra, hija kkonstatat li din l-interpretazzjoni kienet ikkorroborata mill-kuntest tad-dispożizzjoni kkonċernata u, b’mod partikolari, mill-portata tal-Artikolu 13 tad-Direttiva 2011/7, li jħassar id-Direttiva 2000/35 b’effett mis‑16 ta’ Marzu 2013, filwaqt li ppreveda li din id-direttiva tibqa’ applikabbli għall-kuntratti konklużi qabel din id-data u li għalihom id-Direttiva 2011/7 ma hijiex applikabbli, skont l-Artikolu 12(4) tagħha (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tal‑1 ta’ Ġunju 2017, <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Zarski</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑330/16</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2017:418">EU:C:2017:418</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0030">30</REF.NP.ECR> u <REF.NP.ECR REF="NP0031">31</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0043"><NO.P>43</NO.P><TXT>Il-Qorti tal-Ġustizzja ddeduċiet minn dawn l-elementi li, meta Stat Membru jkun uża l-fakultà mogħtija lilu fl-Artikolu 12(4) tad-Direttiva 2011/7, il-kuntratti konklużi qabel is‑16 ta’ Marzu 2013 jibqgħu, bla ħsara għall-eżerċizzju tal-fakultà prevista fl-Artikolu 6(3)(b) tad-Direttiva 2000/35 f’dak li jikkonċerna l-kuntratti konklużi qabel it‑8 ta’ Awwissu 2002, irregolati minn din l-aħħar direttiva, inkluż għall-effetti futuri tagħhom. Konsegwentement, il-kontestazzjonijiet dwar ħlasijiet dovuti wara s‑16 ta’ Marzu 2013 ma jistgħux jaqgħu taħt id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2011/7 meta l-kuntratt li abbażi tiegħu dawn il-ħlasijiet għandhom jiġu osservati, kien konkluż qabel din id-data u li l-Istat Membru kkonċernat uża l-fakultà prevista fl-Artikolu 12(4) tad-Direttiva 2011/7 (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tal‑1 ta’ Ġunju 2017, <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Zarski</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑330/16</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2017:418">EU:C:2017:418</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0032">32</REF.NP.ECR> u <REF.NP.ECR REF="NP0033">33</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0044"><NO.P>44</NO.P><TXT>Il-Qorti tal-Ġustizzja għalhekk iddeċidiet li l-Artikolu 12(4) tad-Direttiva 2011/7 għandu jiġi interpretat fis-sens li l-Istati Membri jistgħu jeskludi mill-kamp ta’ applikazzjoni ta’ din id-direttiva il-ħlasijiet tardivi fl-eżekuzzjoni ta’ kuntratt konkluż qabel is‑16 ta’ Marzu 2013, anki meta dan il-ħlas tardiv iseħħ wara din id-data (sentenza tal‑1 ta’ Ġunju 2017, <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Zarski</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑330/16</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2017:418">EU:C:2017:418</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0034">34</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0045"><NO.P>45</NO.P><TXT>Mill-kunsiderazzjonijiet preċedenti jirriżulta li l-element determinanti għall-finijiet tal-evalwazzjoni dwar jekk prassi kuntrattwali bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali tistax, b’applikazzjoni tal-Artikolu 12(4) tad-Direttiva 2011/7, tiġi eskluża mill-portata ta’ din id-direttiva huwa d-data ta’ konklużjoni tal-kuntratt li abbażi tiegħu l-ħlasijiet huma dovuti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0046"><NO.P>46</NO.P><TXT>Madankollu, għandu jiġi kkonstatat li l-aħħar sentenza tal-premessa 28 ta’ din id-direttiva tistabbilixxi li din tal-aħħar ma għandhiex taffettwa, b’mod partikolari, id-dispożizzjonijiet nazzjonali dwar il-metodi ta’ konklużjoni tal-kuntratti. Minn dan isegwi li huwa skont id-dritt nazzjonali applikabbli, li l-qorti nazzjonali għandha tiddetermina jekk iċ-ċirkustanzi ppreżentati għall-evalwazzjoni tagħha tawx lok għall-konklużjoni ta’ kuntratt u, jekk ikun il-każ, id-data ta’ din il-konklużjoni.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="10"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0047"><NO.P>47</NO.P><TXT>F’dan il-każ, il-qorti tar-rinviju tindika li, skont id-dritt nazzjonali, il-prassi kkonċernata, segwita mingħajr interruzzjoni mis-sena 2009, saret <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0026" REF.END="QE0026"/>parti integrali<QUOT.END REF.START="QS0026" CODE="201D" ID="QE0026"/> tar-relazzjoni kuntrattwali bejn A u B. Barra minn hekk, mid-deċiżjoni tar-rinviju jirriżulta li din il-prassi saret vinkolanti għal dawn il-partijiet qabel is‑16 ta’ Marzu 2013, u, sussegwentement, taqa’ taħt relazzjoni kuntrattwali konkluża qabel din id-data, fatt li madankollu għandu jiġi vverifikat minn din il-qorti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0048"><NO.P>48</NO.P><TXT>Għaldaqstant, hija għad għandha tiddetermina jekk, konformement mad-dritt nazzjonali applikabbli, għandux jiġi kkunsdrat li ġie konkluż kuntratt ġdid kull darba li B għamlet ordni individwali ta’ merkanzija mingħand A, b’tali mod li, jekk dan il-kuntratt ġie konkluż mis‑16 ta’ Marzu 2013, dan ma jistax jiġi eskluż mill-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva 2011/7, b’applikazzjoni tal-Artikolu 12(4) tagħha. Għall-kuntrarju, jekk il-qorti tar-rinviju tikkonstata li tali ordnijiet individwali ma jikkostitwixxux kuntratti awtonomi, iżda l-eżekuzzjoni ta’ kuntratt konkluż qabel is‑16 ta’ Marzu 2013, dan il-qafas kuntrattwali huwa eskluż mill-kamp ta’ applikazzjoni ta’ din id-direttiva, peress li r-Repubblika tal-Finlandja għamlet użu mill-fakultà prevista f’din id-dispożizzjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0049"><NO.P>49</NO.P><TXT>Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet kollha preċedenti, ir-risposta għall-ewwel domanda għandha tkun li l-Artikolu 12(4) tad-Direttiva 2011/7 għandu jiġi interpretat fis-sens li l-Istati Membri jistgħu jeskludu mill-kamp ta’ applikazzjoni ta’ din id-direttiva prassi kuntrattwali dwar il-ħlas ta’ interessi moratorji għal ħlas tardiv u l-kumpens għall-ispejjeż ta’ rkupru, jekk din taqa’ fil-kuntest ta’ kuntratt konkluż qabel is‑16 ta’ Marzu 2013, skont id-dritt nazzjonali applikabbli. L-ordnijiet individwali li abbażi tagħhom jintalbu interessi moratorji għal ħlas tardiv u tali kumpensi, li saru minn din id-data, jistgħu jiġu esklużi mill-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva 2011/7 sakemm dawn jikkostitwixxu biss l-eżekuzzjoni ta’ kuntratt konkluż qabel is‑16 ta’ Marzu 2013, skont id-dritt nazzjonali applikabbli. Għall-kuntrarju, jekk, skont dan id-dritt, dawn l-ordnijiet individwali jikkostitwixxu kuntratti awtonomi konklużi mill-imsemmija data, dawn ma jistgħux jiġu esklużi mill-kamp ta’ applikazzjoni ta’ din id-direttiva.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Fuq it‑tieni domanda</HT></HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0050"><NO.P>50</NO.P><TXT>Permezz tat-tieni domanda tagħha, il-qorti tar-rinviju tistaqsi, essenzjalment, fil-każ fejn id-Direttiva 2011/7 hija applikabbli għall-kawża prinċipali, jekk l-Artikolu 7(2) u (3) tagħha għandux jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi prassi li permezz tagħha, għal ħlasijiet tardivi ta’ inqas minn xahar, il-kreditur la jirkupra l-interessi moratorji għal ħlas tardiv u lanqas il-kumpens għall-ispejjeż ta’ rkupru, inkambju għall-ħlas tal-ammont prinċipali tad-dejn dovut.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0051"><NO.P>51</NO.P><TXT>Konformement għall-Artikolu 1(1) tad-Direttiva 2011/7, l-għan tagħha huwa l-ġlieda kontra l-ħlas tardiv fit-tranżazzjonijiet kummerċjali, peress li dan id-dewmien jikkostitwixxi, skont il-premessa 12 ta’ din id-direttiva, ksur tal-kuntratt li sar finanzjarjament attraenti għad-debituri b’mod partikolari minħabba r-rata baxxa jew l-assenza ta’ interessi moratorji għal ħlas tardiv iffatturati (sentenza tas‑16 ta’ Frar 2017, <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>IOS Finance EFC</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑555/14</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2017:121">EU:C:2017:121</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0024">24</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0052"><NO.P>52</NO.P><TXT>Sabiex jintlaħaq dan l-għan, id-Direttiva 2011/7 ma twettaqx madankollu armonizzazzjoni sħiħa tar-regoli kollha relatati mal-ħlasijiet tardivi fit-tranżazzjonijiet kummerċjali (sentenza tas‑16 ta’ Frar 2017, <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>OS Finance EFC</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑555/14</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2017:121">EU:C:2017:121</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0025">25</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0053"><NO.P>53</NO.P><TXT>Fil-fatt, bħad-Direttiva 2000/35, id-Direttiva 2011/7 tindika biss ċerti regoli f’dan il-qasam, li fosthom hemm dawk relatati mal-interessi moratorji (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tas‑16 ta’ Frar 2017, <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>OS Finance EFC</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑555/14</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2017:121">EU:C:2017:121</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0026">26</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="11"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0054"><NO.P>54</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, l-Istati Membri għandhom, skont l-Artikolu 3(1) u l-Artikolu 6 tad-Direttiva 2011/7, jiżguraw li, fit-tranżazzjonijiet kummerċjali bejn impriżi, kreditur li wettaq l-obbligi tiegħu u li ma rċeviex l-ammont dovut fid-data tal-iskadenza, ikun intitolat jikseb l-interessi moratorji għal ħlas tardiv mingħajr in-neċessità ta’ tfakkira, kif ukoll li jikseb il-kumpens għall-ispejjeż ta’ rkupru li jkun sostna, ħlief jekk id-debitur ikkonċernat ma huwiex responsabbli għal tali ħlas tardiv.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0055"><NO.P>55</NO.P><TXT>Għal dan il-għan, l-Artikolu 7(1) ta’ din id-direttiva timponi fuq l-Istati Membri l-obbligu li jipprevedu li klawżola kuntrattwali jew prassi dwar, b’mod partikolari, l-iskadenza tal-ħlas, ir-rata ta’ interessi għall-ħlas tardiv jew il-kumpens għall-ispejjeż ta’ rkupru jkun jew mhux infurzabbli jew ikun jagħti lok għal talba għad-danni jekk ikun inġust għall-aħħar fil-konfront tal-kreditur. Barra minn hekk, għall-finijiet tal-applikazzjoni ta’ dan il-paragrafu 1, dan l-Artikolu 7 jipprevedi, minn naħa, fil-paragrafu 2 tiegħu, li kwalunkwe klawżola kuntrattwali jew prassi li teskludi l-ħlas ta’ interessi moratorji għal ħlas tardiv titqies bħala manifestament inġusta u, min-naħa l-oħra, fil-paragrafu 3 tiegħu, li klawżola kuntrattwali jew prassi li teskludi l-kumpens għall-ispejjeż ta’ rkupru previst fl-Artikolu 6 tagħha hija preżunta bħala manifestament inġusta.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0056"><NO.P>56</NO.P><TXT>Madankollu, minn dawn id-dispożizzjonijiet jirriżulta li dawn jillimitaw ruħhom li jiżguraw li ċ-ċirkustanzi previsti b’mod partikolari fl-Artikolu 3(1) u fl-Artikolu 6 tad-Direttiva 2011/7 jagħtu lill-kreditur id-dritt li jeżiġi l-interessi moratorji għal ħlas tardiv u l-kumpens għall-ispejjeż ta’ rkupru. Għalhekk, kif jirriżulta mill-premessa 28 ta’ din id-direttiva, l-impossibbiltà li jiġi eskluż tali dritt permezz ta’ kuntratt hija intiża sabiex tipprekludi l-abbuż tal-libertà kuntrattwali għad-detriment tal-kreditur, li, fid-data tal-konklużjoni tal-kuntratt ikkonċernat, ma jistax jirrinunzja għalih (ara, b’analoġija, is-sentenza tas‑16 ta’ Frar 2017, <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>IOS Finance EFC</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑555/14</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2017:121">EU:C:2017:121</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0029">29</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0057"><NO.P>57</NO.P><TXT>Fi kliem ieħor, l-għan tal-Artikolu 7(2) u (3) tad-Direttiva 2011/7 huwa li jiġi evitat li r-rinunzja minn kreditur għall-interessi moratorji għal ħlas tardiv jew għall-kumpens għall-ispejjeż ta’ rkupru ma sseħħx sa mill-konklużjoni tal-kuntratt, jiġifieri fil-mument tal-eżerċizzju tal-libertà kuntrattwali tal-kreditur u għalhekk li jiġi evitat ir-riskju possibbli ta’ abbuż ta’ din il-libertà mid-debitur għad-detriment tal-kreditur (sentenza tas‑16 ta’ Frar 2017, <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>IOS Finance EFC</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑555/14</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2017:121">EU:C:2017:121</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0030">30</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0058"><NO.P>58</NO.P><TXT>Għall-kuntrarju, meta l-kundizzjonijiet previsti fid-Direttiva 2011/7 ikunu ssodisfatti u l-interessi moratorji għal ħlas tardiv kif ukoll il-kumpens għall-ispejjeż ta’ rkupru huma eżiġibbli, kreditur, fid-dawl tal-libertà kuntrattwali tiegħu, għandu jibqa’ liberu li jirrinunzja għall-ammonti dovuti fir-rigward ta’ dawn l-interessi u dan il-kumpens, b’mod partikolari, inkambju għall-ħlas immedjat tal-ammont prinċipali. Barra minn hekk, dan huwa kkonfermat fil-premessa 16 ta’ din id-direttiva, li tippreċiża li din ma għandhiex tobbliga kreditur jitlob il-ħlas ta’ interessi moratorji għal ħlas tardiv (sentenza tas‑16 ta’ Frar 2017, <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>IOS Finance EFC</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑555/14</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2017:121">EU:C:2017:121</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0031">31</REF.NP.ECR> u <REF.NP.ECR REF="NP0032">32</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0059"><NO.P>59</NO.P><TXT>Konsegwentement, mid-Direttiva 2011/7 ma jirriżultax li din tipprekludi li kreditur liberament jirrinunzja għad-dritt li jitlob l-interessi moratorji għal ħlas tardiv kif ukoll il-kumpens għall-ispejjeż ta’ rkupru. B’dan premess, tali rinunzja hija suġġetta għall-kundizzjoni li tkun ġiet mogħtija b’kunsens effettivament liberu, b’tali mod li din ma tkunx tikkostitwixxi abbuż tal-libertà kuntrattwali tal-kreditur attribwibbli lid-debitur (sentenza tas‑16 ta’ Frar 2017, <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>IOS Finance EFC</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑555/14</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2017:121">EU:C:2017:121</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0033">33</REF.NP.ECR> u <REF.NP.ECR REF="NP0034">34</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="12"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0060"><NO.P>60</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, fid-dawl tad-dubji espressi mill-qorti tar-rinviju, għandu jingħad ukoll, minn naħa, li t-tagħlim tal-ġurisprudenza mfakkra fil-punti 56 sa 59 ta’ din is-sentenza huwa applikabbli għal ċirkustanzi bħal dawk inkwistjoni fil-kawża prinċipali. Għalkemm, ċertament, il-kawża li tat lok għal din il-ġurisprudenza kienet tikkonċerna tranżazzjonijiet bejn impriżi u awtoritajiet pubbliċi, filwaqt li huma inkwistjoni fil-kawża prinċipali tranżazzjonijiet bejn impriżi, għandu madankollu jiġi kkonstatat li dan it-tagħlim jirrigwarda l-portata tal-Artikolu 7(2) u (3) tad-Direttiva 2011/7 u li, fir-rigward tal-klassifikazzjonijiet li dawn id-dispożizzjonijiet jipprevedu, dawn tal-aħħar ma jagħmlux distinzjoni skont it-tip ta’ tranżazzjoni kummerċjali kkonċernata. Min-naħa l-oħra, fir-rigward tal-kawża li tat lok għas-sentenza tat‑28 ta’ Jannar 2020, <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Il-Kummissjoni vs L-Italja (Direttiva dwar il-ġlieda kontra l-ħlas tardiv)</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑122/18</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2020:41">EU:C:2020:41</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>), huwa biżżejjed li jiġi kkonstatat li din kienet tirrigwarda d-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 4(3) u (4) ta’ din id-direttiva, li ma humiex inkwistjoni fil-kawża prinċipali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0061"><NO.P>61</NO.P><TXT>F’dan il-każ, id-deċiżjoni tar-rinviju ma turix jekk, permezz tal-prassi inkwistjoni fil-kawża prinċipali, il-kreditur irrinunzjax liberament għad-dritt tiegħu li jeżiġi l-interessi moratorji għal ħlas tardiv kif ukoll il-kumpens għall-ispejjeż ta’ rkupru, fis-sens tal-ġurisprudenza mfakkra fil-punti 57 sa 59 ta’ din is-sentenza. Għaldaqstant, hija l-qorti tar-rinviju, li hija l-unika li għandha ġurisdizzjoni sabiex tevalwa l-fatti, li għandha tiddetermina jekk jistax jitqies li, permezz tal-prassi tagħha li ma tirkuprax is-somom li jikkorrispondu għal dawn l-interessi u dan il-kumpens, il-kreditur tax il-kunsens tiegħu b’mod liberu sabiex jirrinunzja għall-ħlas tas-somom dovuti fir-rigward ta’ dawn l-interessi u ta’ dan il-kumpens, filwaqt li jiġi ppreċiżat li tali kunsens ma jistax jiġi espress fil-mument tal-konklużjoni tal-kuntratt li permezz tiegħu l-ħlasijiet ikkonċernati kienu dovuti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0062"><NO.P>62</NO.P><TXT>Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet preċedenti kollha, ir-risposta għat-tieni domanda hija li l-Artikolu 7(2) u (3) tad-Direttiva 2011/7 għandu jiġi interpretat fis-sens li ma jipprekludix prassi li permezz tagħha, għal ħlas tardiv ta’ inqas minn xahar, il-kreditur la jirkupra l-interessi moratorji għal ħlas tardiv u lanqas il-kumpens għall-ispejjeż ta’ rkupru, inkambju għall-ħlas tal-ammont prinċipali tad-dejn dovut, sakemm, b’tali aġir, il-kreditur ikun ta l-kunsens tiegħu b’mod liberu sabiex jirrinunzja għall-ammonti dovuti f’dak li jirrigwarda dawn l-interessi u dan il-kumpens.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq l‑ispejjeż</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0063"><NO.P>63</NO.P><TXT>Peress li l-proċedura għandha, fir-rigward tal-partijiet fil-kawża prinċipali, in-natura ta’ kwistjoni mqajma quddiem il-qorti tar-rinviju, hija din il-qorti li tiddeċiedi fuq l-ispejjeż. L-ispejjeż sostnuti għas-sottomissjoni tal-osservazzjonijiet lill-Qorti tal-Ġustizzja, barra dawk tal-imsemmija partijiet, ma jistgħux jitħallsu lura.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><JURISDICTION><INTRO>Għal dawn il-motivi, Il-Qorti tal-Ġustizzja (L-Għaxar Awla) taqta’ u tiddeċiedi:</INTRO><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">1)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">L-Artikolu 12(4) tad-Direttiva 2011/7/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas‑16 ta’ Frar 2011 dwar il-ġlieda kontra l-ħlas tard fi transazzjonijiet kummerċjali,</HT></TXT><P><HT TYPE="BOLD">għandu jiġi interpretat fis-sens li:</HT></P><P><HT TYPE="BOLD">l-Istati Membri jistgħu jeskludu mill-kamp ta’ applikazzjoni ta’ din id-direttiva prassi kuntrattwali dwar il-ħlas ta’ interessi moratorji għal ħlas tardiv u l-kumpens għall-ispejjeż ta’ rkupru, jekk din taqa’ fil-kuntest ta’ kuntratt konkluż qabel is‑16 ta’ Marzu 2013, skont id-dritt nazzjonali applikabbli. L-ordnijiet individwali li abbażi<?PAGE NO="13"?> tagħhom jintalbu interessi moratorji għal ħlas tardiv u tali kumpensi, li saru minn din id-data, jistgħu jiġu esklużi mill-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva 2011/7 sakemm dawn jikkostitwixxu biss l-eżekuzzjoni ta’ kuntratt konkluż qabel is‑16 ta’ Marzu 2013, skont id-dritt nazzjonali applikabbli. Għall-kuntrarju, jekk, skont dan id-dritt, dawn l-ordnijiet individwali jikkostitwixxu kuntratti awtonomi konklużi mill-imsemmija data, dawn ma jistgħux jiġu esklużi mill-kamp ta’ applikazzjoni ta’ din id-direttiva.</HT></P></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">2)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">L-Artikolu 7(2) u (3) tad-Direttiva 2011/7</HT></TXT><P><HT TYPE="BOLD">għandu jiġi interpretat fis-sens li:</HT></P><P><HT TYPE="BOLD">ma jipprekludix prassi li permezz tagħha, għal ħlas tardiv ta’ inqas minn xahar, il-kreditur la jirkupra l-interessi moratorji għal ħlas tardiv u lanqas il-kumpens għall-ispejjeż ta’ rkupru, inkambju għall-ħlas tal-ammont prinċipali tad-dejn dovut, sakemm, b’tali aġir, il-kreditur ikun ta l-kunsens tiegħu b’mod liberu sabiex jirrinunzja għall-ammonti dovuti f’dak li jirrigwarda dawn l-interessi u dan il-kumpens.</HT></P></NP></ITEM></LIST></JURISDICTION></CONTENTS.JUDGMENT><SIGNATURE.CASE><SIGNATORY><P>Firem</P></SIGNATORY></SIGNATURE.CASE></JUDGMENT>