<?xml version="1.0" encoding="UTF-8"?><JUDGMENT xmlns:fmx="http://opoce" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:noNamespaceSchemaLocation="http://formex.publications.europa.eu/schema/formex-05.58-20161101.xd"><BIB.JUDGMENT><REF.CASE FILE="n.a."><NO.CASE>C-626/16</NO.CASE></REF.CASE><NO.CELEX>62016CJ0626</NO.CELEX><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2018:525">EU:C:2018:525</NO.ECLI><NO.SEQ>0001</NO.SEQ><PAGE.FIRST.ECR>1</PAGE.FIRST.ECR><PAGE.SEQ>1</PAGE.SEQ><PAGE.LAST.ECR>16</PAGE.LAST.ECR><PAGE.TOTAL>16</PAGE.TOTAL><AUTHOR>CJ</AUTHOR></BIB.JUDGMENT><CURR.TITLE><PAGE.HEADER><P><HT TYPE="SC">Sentenza tal-<DATE ISO="20180704">4.7.2018</DATE> – Kawża C-626/16</HT></P><P><HT TYPE="SC">Il-Kummissjoni vs Is-Slovakkja</HT></P></PAGE.HEADER></CURR.TITLE><TITLE><TI><P><HT TYPE="UC">Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja</HT> (Ir-Raba’ Awla)</P><P><DATE ISO="20180704">4 ta’ Lulju 2018</DATE><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="STAR" NOTE.ID="E0001"><P>Lingwa tal-kawża: is-Slovakk.</P></NOTE></P></TI></TITLE><INTERMEDIATE><INDEX IDX.CLOSE="”" SEPARATOR=" – " IDX.OPEN="“"><KEYWORD>Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu</KEYWORD><KEYWORD>Ambjent</KEYWORD><KEYWORD>Rimi ta’ skart f’landfill</KEYWORD><KEYWORD>Direttiva 1999/31/CE</KEYWORD><KEYWORD>Landfills eżistenti</KEYWORD><KEYWORD>Artikolu 14</KEYWORD><KEYWORD>Deċiżjoni definittiva dwar it-tkomplija jew le tal-operat</KEYWORD><KEYWORD>Artikolu 13</KEYWORD><KEYWORD>Il-proċedura tal-għeluq</KEYWORD><KEYWORD>Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja li tikkonstata nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu</KEYWORD><KEYWORD>Nuqqas ta’ eżekuzzjoni</KEYWORD><KEYWORD>Artikolu 260(2) TFUE</KEYWORD><KEYWORD>Sanzjonijiet pekunjarji</KEYWORD><KEYWORD>Pagamenti ta’ penalità u somma f’daqqa</KEYWORD></INDEX></INTERMEDIATE><JUDGMENT.INIT><P>Fil-Kawża C‑626/16,</P><P>li għandu bħala suġġett rikors għal nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu skont l-Artikolu 260(2) TFUE, ippreżentat fit-<DATE ISO="20161130">30 ta’ Novembru 2016</DATE>,</P></JUDGMENT.INIT><PARTIES><PLAINTIFS><P><HT TYPE="BOLD">Il-Kummissjoni Ewropea</HT>, irrappreżentata minn E. Sanfrutos Cano u A. Tokár, bħala aġenti,</P><PARTY.STATUS>rikorrenti,</PARTY.STATUS></PLAINTIFS><AGAINST>vs</AGAINST><DEFENDANTS><P><HT TYPE="BOLD">Ir-Repubblika Slovakka</HT>, irrappreżentata minn B. Ricziová, bħala aġent,</P><PARTY.STATUS>konvenuta,</PARTY.STATUS></DEFENDANTS></PARTIES><PREAMBLE><PREAMBLE.INIT><P>IL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA (Ir-Raba’ Awla),</P><P>komposta minn T. von Danwitz, President tal-Awla, C. Vajda, E. Juhász (Relatur), K. Jürimäe u C. Lycourgos, Imħallfin,</P><P>Avukat Ġenerali: J. Kokott,</P><P>Reġistratur: A. Calot Escobar,</P></PREAMBLE.INIT><GR.VISA><VISA>wara li rat il-proċedura bil-miktub,</VISA><VISA>wara li semgħet il-konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali, ippreżentati fis-seduta tal-<DATE ISO="20180111">11 ta’ Jannar 2018</DATE>,</VISA></GR.VISA><PREAMBLE.FINAL>tagħti l-preżenti</PREAMBLE.FINAL></PREAMBLE><?PAGE NO="2"?><CONTENTS.JUDGMENT><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Sentenza</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0001"><NO.P>1</NO.P><TXT>Permezz tar-rikors tagħha, il-Kummissjoni Ewropea titlob li l-Qorti tal-Ġustizzja:</TXT><P><LIST TYPE="NDASH"><ITEM><P>tikkonstata li, billi ma adottatx il-miżuri sabiex tikkonforma ruħha mas-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-<DATE ISO="20130425">25 ta’ April 2013</DATE>, Il-Kummissjoni vs Is-Slovakkja (C‑331/11, mhux ippubblikata, iktar ’il quddiem is-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0001" REF.END="QE0001"/>sentenza C‑331/11<QUOT.END REF.START="QS0001" CODE="201D" ID="QE0001"/>, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2013:271">EU:C:2013:271</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>), li fiha l-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet li ir-Repubblika Slovakka ma kinitx osservat l-obbligi tagħha taħt l-Artikolu 14(a) sa (ċ) tad-Direttiva tal-Kunsill 1999/31/KE tas-<DATE ISO="19990426">26 ta’ April 1999</DATE> dwar ir-rimi ta’ skart f’terraferma [landfill] (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15, Vol. 4, p. 228), ir-Repubblika Slovakka naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt l-Artikolu 260(1) TFUE;</P></ITEM><ITEM><P>tikkundanna lir-Repubblika Slovakka tħallas lill-Kummissjoni Ewropea, fil-kont <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0002" REF.END="QE0002"/>riżorsi proprji tal-Unjoni Ewropea<QUOT.END REF.START="QS0002" CODE="201D" ID="QE0002"/>:</P><P><LIST TYPE="NDASH"><ITEM><P>pagamenti ta’ penalità li jammontaw għal EUR 6 793.80 għal kull ġurnata ta’ dewmien fl-adozzjoni, mir-Repubblika Slovakka, tal-miżuri neċessarji sabiex tikkonforma ruħha mas-sentenza C‑331/11, u dan mill-għoti tas-sentenza f’din il-kawża u sa l-adozzjoni, mir-Repubblika Slovakka, tal-miżuri neċessarji sabiex tikkonforma ruħha mas-sentenza C‑331/11;</P></ITEM><ITEM><P>somma f’daqqa li tammonta għal EUR 743.60, bla ħsara għal somma minima totali ta’ EUR <FT TYPE="NUMBER">939000</FT>, għal kull ġurnata ta’ dewmien fl-adozzjoni, mir-Repubblika Slovakka, tal-miżuri neċessarji sabiex tikkonforma ruħha mas-sentenza C‑331/11, u dan mill-għoti tas-sentenza f’dik il-kawża, jiġifieri l-<DATE ISO="20130425">25 ta’ April 2013</DATE>:</P><P><LIST TYPE="NDASH"><ITEM><P>sad-data tal-għoti tas-sentenza f’din il-kawża, jew</P></ITEM><ITEM><P>sal-adozzjoni, mir-Repubblika Slovakka, tal-miżuri neċessarji sabiex tikkonforma ruħha mas-sentenza C‑331/11, jekk din id-data tkun qabel l-għoti tas-sentenza f’din il-kawża;</P></ITEM></LIST></P></ITEM></LIST></P></ITEM><ITEM><P>tikkundanna lir-Repubblika Slovakka għall-ispejjeż.</P></ITEM></LIST></P></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-kuntest ġuridiku</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0002"><NO.P>2</NO.P><TXT>Il-premessa 18 tad-Direttiva 1999/31 tistipula:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><CONSID><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0003" REF.END="QE0003"/>Billi, minħabba l-elementi partikolari tal-metodu ta’ rimi ta’ skart f’ terraferma [landfill], huwa neċessarju li tiġi introdotta [proċedura] ta’ permess speċifiku għal kull klassi ta’ terraferma bi qbil mal-ħtiġijiet ta’ liċenżjar ġenerali li huma diġa stipulati fid-Direttiva [tal-Kunsill] 75/442/KEE [tal-<DATE ISO="19750715">15 ta’ Lulju 1975</DATE>, dwar l-iskart (ĠU Edizzjoni speċjali bil-Malti Kapitolu 15, Vol. 1, p. 23)] u l-ħtiġijiet ġenerali tad-Direttiva [tal-Kunsill] 96/61/KE dwar kontroll u prevenzjoni ta’ tniġġiż integrat [tal-<DATE ISO="19960924">24 ta’ Settembru 1996</DATE> dwar il-prevenzjoni u l-kontroll integrat tat-tniġġis (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15 Vol. 3, p. 80)] billi l-konformitá tas-sit tat-terraferma ma’ tali permess trid tiġi verifikata fil-kors ta’ spezzjoni mill-awtoritá kompetenti qabel il-bidu ta’ operazzjonijiet ta’ rimi<QUOT.END REF.START="QS0003" CODE="201D" ID="QE0003"/>.</P></CONSID></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0003"><NO.P>3</NO.P><TXT>L-Artikolu 1 ta’ din id-direttiva, intitolat <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0004" REF.END="QE0004"/>Għan ġenerali<QUOT.END REF.START="QS0004" CODE="201D" ID="QE0004"/>, jipprevedi, fil-paragrafu 2 tiegħu:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0005" REF.END="QE0005"/>Għal dak li huma l-karatteristiċi tekniċi ta’ terraferma [landfill], din id-Direttiva fiha, għal dawk it-terraferma li għalihom tapplika d-Direttiva [96/61], il-ħtiġijiet tekniċi rilevanti sabiex telabora f’termini konkreti l-ħtiġijiet ġenerali ta’ dik id-Direttiva. Il-ħtiġijiet rilevanti tad-Direttiva [96/61] jridu jiġu meqjusa biex jiġu milħuqa jekk il-ħtiġijiet ta’ din id-Direttiva huma mħarsa.<QUOT.END REF.START="QS0005" CODE="201D" ID="QE0005"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><?PAGE NO="3"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0004"><NO.P>4</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 7(g) tad-Direttiva 1999/31, l-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri sabiex l-applikazzjoni għal permess għall-operat ta’ landfill tkun tinkludi data dwar il-pjan propost għall-proċeduri tal-għeluq u ta’ ġestjoni wara l-għeluq.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0005"><NO.P>5</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 8 tal-imsemmija direttiva, intitolat <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0006" REF.END="QE0006"/>Kundizzjonijiet tal-permess<QUOT.END REF.START="QS0006" CODE="201D" ID="QE0006"/>:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0007" REF.END="QE0007"/>L-Istati Membri jridu jieħdu miżuri sabiex:</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>a)</NO.P><TXT>l-awtoritá kompetenti ma toħroġġ permess għall-terraferma [landfill] sakemm tkun sodisfatta li:</TXT><P><LIST TYPE="roman"><ITEM><NP><NO.P>i)</NO.P><TXT>mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 3(4) u (5), il-proġett tat-terraferma jaqbel mal-ħtiġijiet kollha rilevanti ta’ din id-Direttiva, inklużi l-Annessi;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>ii)</NO.P><TXT>l-amministrazzjoni tas-sit tat-terraferma tkun f’idejn persuna naturali li hija teknikament kompetenti li s-sit; taħriġ u żvilupp professjonali u tekniku għal ħaddiema u l-impjegati tat-terraferma ikunu provduti;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>iii)</NO.P><TXT>it-terraferma trid tiġi operata b’manjiera tali li miżuri neċessarji huma meħuda biex jiġu prevenuti inċidenti u jillimitaw il-konsegwenzi tagħhom;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>iv)</NO.P><TXT>dispożizzjonijiet adegwati, bil-mod ta’ sigurtá finanzjarja jew oħra ekwivalenti, fuq il-bażi ta’ modalitajiet li jiġu deċiżi milll-Istati Membri, saru jew se jsiru mill-applikant qabel il-bidu ta’ operazzjonijiet tar-rifjut biex jiżgura li l-obligi (inklużi d-dispożizzjonijiet tal-kura ta’ wara [ġestjoni wara l-għeluq]) li jiġu skont il-permess maħruġ bid-dispożizzjonijiet ta’ din id-Direttiva huma rispettati u li l-proċeduri tal-għeluq meħtieġa skont l-Artikolu 13 ikunu segwiti. Is-sigurtá jew l-ekwivalenti tagħha trid tinżamm kemm jista’ jkun meħtieġ mill-operazzjoni ta’ manutenzjoni u kura ta’ wara tas-sit bi qbli ma l-Artikolu 13(d). L-Istati Membri jistgħu jiddikjaraw, fl-għażla tagħhom, li dan il-punt ma japplikax għat-terraferma għal skart inermi;</TXT></NP></ITEM></LIST></P></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>b)</NO.P><TXT>il-proġett tat-terraferma huwa skont il-pjan jew pjanijiet ta’ amministrazzjoni tal-iskart rilevanti imsemmija fl-Artikolu 7 tad-Direttiva [75/442];</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>ċ)</NO.P><TXT>qabel il-bidu ta’ operazzjonijiet tar-rifjut, l-awtorità kompetenti trid tispezzjona is-sit sabiex tiżgura li taqbel mal-kundizzjonijiet rilevanti tal-permess. Dan ma jnaqqas bl-ebda mod ir-responsabbiltà tal[-]operatur skond il-kundizzjonijiet tal-permess.<QUOT.END REF.START="QS0007" CODE="201D" ID="QE0007"/></TXT></NP></ITEM></LIST></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0006"><NO.P>6</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 13 tad-Direttiva 1999/31, intitolat <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0008" REF.END="QE0008"/>Proċeduri ta’ l-għeluq u kura ta’ wara [ta’ ġestjoni wara l-għeluq]<QUOT.END REF.START="QS0008" CODE="201D" ID="QE0008"/>:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0009" REF.END="QE0009"/>L-Istati Membri jridu jieħdu miżuri sabiex, bi qbil, fejn xieraq, mall-permess:</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>a)</NO.P><TXT>terraferma [landfill] jew parti minnha trid tibda proċedura ta’ l-għeluq:</TXT><P><LIST TYPE="roman"><ITEM><NP><NO.P>i)</NO.P><TXT>meta l-kundizzjonijiet rilevanti imsemmija fil-permess jintlaħqu;</TXT><P>jew</P></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>ii)</NO.P><TXT>skond l-awtorizzazzjoni ta’ l-awtoritá kompetenti, wara talba ta’ l-operatur;</TXT><P>jew</P></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>iii)</NO.P><TXT>b’deċiżjoni raġjonata [mmotivata] ta’ l-awtoritá kompetenti;</TXT></NP></ITEM></LIST></P></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>b)</NO.P><TXT>terraferma jew parti minnha tista’ tiġi biss kunsiderata bħala magħluqa definittivament wara li l-awtoritá kompetenti tkun għamlet l-aħħar spezzjoni fuq is-sit, u tkun assessjat ir-rapporti kollha mogħtija mill-operatur u tkun ikkomunikat lill-operatur l-approvazzjoni tagħha għall-għeluq. Dan ma jnaqqas bl-ebda mod ir-responsabilitá tal-operatur skond il-kundizzjonijiet tal-permess;</TXT></NP></ITEM><?PAGE NO="4"?><ITEM><NP><NO.P>ċ)</NO.P><TXT>wara li terraferma tkun definittivament magħluqa, l-operatur għandu ikun responsabbli għall-manutenzjoni, fażi ta’ sorveljar u kontroll u tal-kura ta’ wara [ġestjoni wara l-għeluq] tagħha sakemm ikun meħtieġ mill-awtoritá kompetenti, bil-kunsiderazzjoni taż-żmien li matulu it-terraferma tista’ tkun ta’ periklu.</TXT><P>L-operatur irid jinnotifika lill-awtoritá kompetenti b’kull effett ħażin sinifikanti għall-ambjent li ġie skopert mill-proċeduri ta’ kontroll u skond id-deċiżjoni ta’ l-awtoritá kompetenti fuq in-natura u termini ta’ żmien tal-miżuri korrettivi li jridu jittieħdu;</P></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>d)</NO.P><TXT>sakemm l-awtoritá kompetenti tikkonsidra li t-terraferma x’aktarx tista’ tikkawża periklu għall-ambjent u mingħajr preġudizzju għall-leġilazzjoni Komunitarja u nazzjonali skond ir-responsabbilità tad-detentur ta’ l-iskart, l-operatur tas-sit irid ikun responsabbli għas-sorveljar u analizzar ta’ gass u lissija tat-terraferma mis-sit u r-reġim ta’ l-ilma tal-qiegħ fil-viċinanza tas-sit bi qbil ma l-Anness III.<QUOT.END REF.START="QS0009" CODE="201D" ID="QE0009"/></TXT></NP></ITEM></LIST></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0007"><NO.P>7</NO.P><TXT>L-Artikolu 14 tad-Direttiva 1999/31, intitolat <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0010" REF.END="QE0010"/>Siti eżistenti ta’ terraferma [Landfills eżistenti]<QUOT.END REF.START="QS0010" CODE="201D" ID="QE0010"/>, jipprevedi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0011" REF.END="QE0011"/>L-Istati Membri għandhom jieħdu miżuri sabiex terraferma [landfills] li ġew mogħtija permess, jew li huma diġa qed jitħaddmu fil-ħin ta’ trasposizzjoni ta’ din id-Direttiva, ma jistgħux ikomplu jaħdmu sakemm il-passi indikati hawn taħt jiġu mtemma malajr kemm jista’ jkun u fi żmien tmien snin minn wara d-data stipulata fl-Artikolu 18(1) l-aktar tard:</ALINEA><ALINEA><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>a)</NO.P><TXT>f’perijodu ta’ sena min wara d-data stipulata fl-Artikolu 18(1), l-operatur ta’ terraferma irid jipprepara u jippreżenta lill-awtoritajiet kompetenti, għall-approvazzjoni tagħhom, pjan ta’ kondizzjonament għas-sit inklużi l-partikolari elenkati fl-Artikolu 8 u kull miżura korrettiva li l-operatur jikkonsidera li tkun meħtieġa sabiex ikun konformi mal-ħtiġijiet ta’ din id-Direttiva bl-eċċezzjoni tal-ħtiġijiet fl-Anness I, punt 1;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>b)</NO.P><TXT>skond il-preżentazzjoni tal-pjan ta’ kondizzjonament, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jieħdu deċiżjoni definita fuq jekk l-operazzjonijiet ikomplux fuq il-bażi ta’ l-imsemmi pjan ta’ kundizzjonalment u ta’ din id-Direttiva. L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri neċessarji biex jagħlqu malajr kemm jista’ jkun possibbli, bi qbil ma l-Artikolu 7(g) u 13, siti li ma ġewx mogħtija, bi qbil ma’ l-Artikolu 8, permess biex ikomplu joperaw;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>ċ)</NO.P><TXT>fuq il-bażi tal-pjan ta’ kondizzjonament tas-sit approvat, l-awtortá kompetenti għandha tawtorizza x-xogħol neċessarju u tistipula perijodu tranżitorju għat-temma tal-pjan. Terraferma eżistenti trid taqbel mall-ħtiġijiet ta’ din id-Direttiva bl-eċċezzjoni tal-ħtiġijiet fl-Anness I, punt 1 fi żmien tmien snin wara d-data stipulata fl-Artikolu 18(1).</TXT></NP></ITEM></LIST></ALINEA><ALINEA>[…]<QUOT.END REF.START="QS0011" CODE="201D" ID="QE0011"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Is-sentenza C‑331/11</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0008"><NO.P>8</NO.P><TXT>Fis-sentenza C‑331/11, il-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet li, billi tat permess għall-operat tal-landfill ta’ Žilina – Považský Chlmec (is-Slovakkja), mingħajr pjan ta’ kundizzjonament u fl-assenza ta’ deċiżjoni definittiva dwar it-tkomplija tal-operat abbażi ta’ pjan ta’ kundizzjonament approvat, ir-Repubblika Slovakka naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt l-Artikolu 14(a) sa (ċ) tad-Direttiva 1999/31.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><?PAGE NO="5"?><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-proċedura prekontenzjuża abbażi tal-Artikolu 260(2) TFUE u l-proċedura quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0009"><NO.P>9</NO.P><TXT>Fil-kuntest ta’ kontroll tal-eżekuzzjoni tas-sentenza C‑331/11, il-Kummissjoni talbet, permezz ta’ ittra tat-<DATE ISO="20130430">30 ta’ April 2013</DATE>, lir-Repubblika Slovakka tipprovdilha informazzjoni dwar il-miżuri adottati għall-finijiet tal-eżekuzzjoni ta’ din is-sentenza kif ukoll il-kalendarju ta’ adozzjoni ta’ eventwali miżuri addizzjonali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0010"><NO.P>10</NO.P><TXT>Fir-risposta tagħha tas-<DATE ISO="20130607">7 ta’ Ġunju 2013</DATE>, ir-Repubblika Slovakka indikat li l-awtorità amministrattiva kompetenti fil-qasam tal-ambjent kienet bdiet, fil-<DATE ISO="20130531">31 ta’ Mejju 2013</DATE>, proċedura ġdida għal emenda tal-permess integrat tal-landfill inkwistjoni. Hija indikat ukoll li kien beħsieba tibda l-għeluq tal-landfill u tiżgura l-monitoraġġ ta’ din il-landfill wara dan l-għeluq, u li d-deċiżjoni finali f’dan ir-rigward kellha tiġi adottata sa’ mhux iktar tard mill-<DATE ISO="20131031">31 ta’ Ottubru 2013</DATE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0011"><NO.P>11</NO.P><TXT>Fil-<DATE ISO="20131121">21 ta’ Novembru 2013</DATE>, il-Kummissjoni bagħtet ittra ta’ intimazzjoni lir-Repubblika Slovakka, fejn fakkritha li hija kienet għadha ma kkonformatx ruħha mal-obbligi li jirriżultaw mis-sentenza C‑331/11, u stiednet lil dan l-Istat Membru jippreżenta l-osservazzjonijiet tiegħu f’terminu ta’ xahrejn.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0012"><NO.P>12</NO.P><TXT>Fit-<DATE ISO="20140113">13 ta’ Jannar 2014</DATE>, b’risposta għal dan l-invit, ir-Repubblika Slovakka informat lill-Kummissjoni li, fil-<DATE ISO="20131021">21 ta’ Ottubru 2013</DATE>, kienet ittieħdet deċiżjoni dwar l-għeluq u r-riabilitazzjoni tal-partijiet 2 a u 2 b tal-landfill inkwistjoni, iżda li l-proċedura dwar l-għeluq u r-riabilitazzjoni tal-parti 2 c ta’ din il-landfill kienet ġiet sospiża minħabba tilwima dwar is-sitwazzjoni patrimonjali tal-artijiet li jikkostitwixxu din il-parti tal-landfill. F’kull każ, skont din ir-risposta, mis-<DATE ISO="20140107">7 ta’ Jannar 2014</DATE>, it-twettiq ta’ attivitajiet fis-sit kien ipprojbit.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0013"><NO.P>13</NO.P><TXT>Fil-<DATE ISO="20140505">5 ta’ Mejju 2014</DATE>, il-Kummissjoni rċeviet notifika, min-naħa tar-Repubblika Slovakka, ta’ żewġ deċiżjonijiet meħuda fl-<DATE ISO="20140410">10 ta’ April 2014</DATE> mill-amministrazzjoni ċentrali tal-awtorità amministrattiva kompetenti fil-qasam tal-ambjent. Permezz tal-ewwel deċiżjoni, din annullat l-imsemmija deċiżjoni tal-<DATE ISO="20131021">21 ta’ Ottubru 2013</DATE> u mill-ġdid issuġġettat il-kwistjoni għal eżami. Permezz tat-tieni deċiżjoni tagħha, hija adottat miżuri provviżorji fejn l-operatur ġie ordnat jastjeni ruħu minn kull attività marbuta mar-rimi ta’ skart fis-sit.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0014"><NO.P>14</NO.P><TXT>Sena wara, fis-<DATE ISO="20150506">6 ta’ Mejju 2015</DATE>, ir-Repubblika Slovakka indikat lill-Kummissjoni li d-data prevista għall-għeluq tal-landfill inkwistjoni kienet issa stabbilta għal lejn nofs ix-xahar ta’ Diċembru 2015.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0015"><NO.P>15</NO.P><TXT>Fit-<DATE ISO="20151223">23 ta’ Diċembru 2015</DATE>, dan l-Istat Membru nnotifika lill-Kummissjoni l-kalendarju aġġornat tal-proċedura ta’ evalwazzjoni tal-effetti fuq l-ambjent u stabbilixxa għax-xahar ta’ Mejju 2016 d-data tad-deċiżjoni dwar l-għeluq definittiv tal-landfill inkwistjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0016"><NO.P>16</NO.P><TXT>Fis-<DATE ISO="20160826">26 ta’ Awwissu 2016</DATE>, ir-Repubblika Slovakka informat lill-Kummissjoni li, fil-<DATE ISO="20160815">15 ta’ Awwissu 2016</DATE>, l-awtorità amministrattiva kompetenti fil-qasam tal-ambjent kienet, mill-ġdid, iddeċidiet li l-partijiet 2 a u 2 b tal-landfill ma jibqgħux jintużaw kif ukoll li twaqqaf l-operat tas-sit inkwistjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0017"><NO.P>17</NO.P><TXT>Din id-deċiżjoni tal-<DATE ISO="20160815">15 ta’ Awwissu 2016</DATE> ġiet ikkonfermata permezz ta’ deċiżjoni tal-amministrazzjoni ċentrali tal-awtorità amministrattiva kompetenti fil-qasam tal-ambjent adottata fid-<DATE ISO="20161109">9 ta’ Novembru 2016</DATE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0018"><NO.P>18</NO.P><TXT>Id-deċiżjonijiet tal-<DATE ISO="20160815">15 ta’ Awwissu 2016</DATE> u tad-<DATE ISO="20161109">9 ta’ Novembru 2016</DATE> kienu s-suġġett ta’ rikors, iżda r-Repubblika Slovakka tindika li dan ir-rikors ma għandux l-effett li jissospendi l-imsemmija deċiżjonijiet.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0019"><NO.P>19</NO.P><TXT>Peress li qieset li r-Repubblika Slovakka ma kinitx adottat, fit-terminu meħtieġ, il-miżuri neċessarji sabiex tikkonforma ruħha mas-sentenza C‑331/11, il-Kummissjoni ppreżentat dan ir-rikors b’applikazzjoni tal-Artikolu 260(2) TFUE.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="6"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0020"><NO.P>20</NO.P><TXT>Fl-<DATE ISO="20171114">14 ta’ Novembru 2017</DATE>, wara l-għeluq tal-proċedura bil-miktub, ir-Repubblika Slovakka pproduċiet quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja informazzjoni addizzjonali dwar l-għeluq u r-riabilitazzjoni tal-partijiet 2 a u 2 b tal-landfill inkwistjoni kif ukoll dwar proċedura leġiżlattiva li kienet għadha mhux konkluża.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0021"><NO.P>21</NO.P><TXT>Peress li qieset li din l-informazzjoni ma tippermettix li jiġi konkluż li dan l-Istat Membru kien ikkonforma ruħu mas-sentenza C‑331/11, il-Kummissjoni żammet it-talbiet kollha li hija għamlet fir-rikors tagħha.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq l-ammissibbiltà tar-rikors</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">L-argumenti tal-partijiet</HT></HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0022"><NO.P>22</NO.P><TXT>Ir-Repubblika Slovakka tqis li r-rikors huwa inammissibbli fid-dawl tan-nuqqas ta’ qbil bejn is-sentenza C‑331/11, l-ittra ta’ intimazzjoni tal-<DATE ISO="20131121">21 ta’ Novembru 2013</DATE> u r-rikors ippreżentat f’din il-kawża.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0023"><NO.P>23</NO.P><TXT>Dan l-Istat Membru effettivament isostni li, fir-rikors, il-Kummissjoni tikkritikah talli l-landfill inkwistjoni għadha ma ngħalqitx kompletament skont l-indikazzjonijiet tal-Artikolu 13 tad-Direttiva 1999/31. Issa, l-osservanza ta’ din id-dispożizzjoni ma kienx is-suġġett tas-sentenza C‑331/11 u l-ksur tal-imsemmija dispożizzjoni lanqas ma kien ġie allegat fl-ittra ta’ intimazzjoni tal-<DATE ISO="20131121">21 ta’ Novembru 2013</DATE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0024"><NO.P>24</NO.P><TXT>Il-Kummissjoni tqis li r-rikors tagħha huwa ammissibbli.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Il-kunsiderazzjonijiet tal-Qorti tal-Ġustizzja</HT></HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0025"><NO.P>25</NO.P><TXT>Fl-ewwel lok, f’dak li jirrigwarda l-allegat nuqqas ta’ qbil bejn is-sentenza C‑331/11 u r-rikors ippreżentat f’din il-kawża, għandu jitfakkar li, f’dik is-sentenza, il-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet li, billi tat permess għall-operat tal-landfill inkwistjoni mingħajr pjan ta’ kundizzjonament u fl-assenza ta’ deċiżjoni definittiva dwar it-tkomplija tal-operat abbażi ta’ pjan ta’ kundizzjonament approvat, ir-Repubblika Slovakka naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt l-Artikolu 14(a) sa (ċ) tad-Direttiva 1999/31.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0026"><NO.P>26</NO.P><TXT>Issa, l-Artikolu 14 tad-Direttiva 1999/31, li, fil-punt (a) jimponi fuq l-operatur ta’ landfill eżistenti l-obbligu li jipprepara u li jippreżenta, għall-approvazzjoni tal-awtorità kompetenti, pjan ta’ kundizzjonament tas-sit ikkonċernat, fil-punt (b) jimponi fuq l-Istati Membri l-obbligu li jadottaw, wara l-preżentazzjoni ta’ dan il-pjan ta’ kundizzjonament, deċiżjoni definittiva dwar it-tkomplija tal-operat abbażi tal-imsemmi pjan u ta’ din id-direttiva. F’dan ir-rigward, dan il-punt (b) jipprovdi żewġ possibbiltajiet lill-Istati Membri. Fil-fatt, jew l-awtorità kompetenti nazzjonali tawtorizza t-tkomplija tal-operat, b’mod konformi mal-Artikolu 8 tal-imsemmija direttiva, jew inkella l-Istat Membru kkonċernat jadotta l-miżuri neċessarji sabiex ikun hemm, fl-aħjar żmien, b’mod konformi mal-Artikolu 7(g) u mal-Artikolu 13 tal-istess direttiva, l-għeluq tas-sit.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0027"><NO.P>27</NO.P><TXT>Għalhekk, l-obbligu li jibqgħu jiġu operati biss dawk il-landfills li josservaw ir-rekwiżiti tad-Direttiva 1999/31 jimplika l-għeluq tal-landfills li ma kisbux il-permess li jkomplu bl-operati tagħhom (ara, f’dan is-sens is-sentenzi tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20150716">16 ta’ Lulju 2015</DATE>, <NAME.CASE>Il-Kummissjoni vs Il-Bulgarija</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑145/14</NO.CASE>, mhux ippubblikata, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2015:502">EU:C:2015:502</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0030">30</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>, u tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20160225">25 ta’ Frar 2016</DATE>, <NAME.CASE>Il-Kummissjoni vs Spanja</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑454/14</NO.CASE>, mhux ippubblikata, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2016:117">EU:C:2016:117</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0059">59</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0028"><NO.P>28</NO.P><TXT>Minn dan jirriżulta li, fil-każ fejn Stat Membru jimplimenta l-Artikolu 14 tad-Direttiva 1999/31 billi jiddeċiedi li jagħlaqha u mhux li jagħtiha permess, huwa għandu l-obbligu li jirrispetta r-rekwiżiti tal-proċedura tal-għeluq previsti fl-Artikolu 13 ta’ din id-direttiva.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="7"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0029"><NO.P>29</NO.P><TXT>Għalhekk, l-Artikolu 13 tad-Direttiva 1999/31 kellu jiġi osservat anki meta r-Repubblika Slovakka kellha l-intenzjoni li tagħlaq il-landfill inkwistjoni billi tadotta l-miżuri neċessarji għall-eżekuzzjoni tas-sentenza C‑331/11. Għalhekk, ma jistax jiġi sostnut li, billi bbażat ir-rikors tagħha fuq l-Artikolu 13 tad-Direttiva 1999/31, il-Kummissjoni marret lil hinn mill-għan iddelimitat fis-sentenza C‑331/11.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0030"><NO.P>30</NO.P><TXT>Fit-tieni lok, f’dak li jirrigwarda l-allegat nuqqas ta’ qbil bejn l-ittra ta’ intimazzjoni tal-<DATE ISO="20131121">21 ta’ Novembru 2013</DATE> u r-rikors ippreżentat fil-kuntest tal-kawża preżenti, għandu jitfakkar li, wara l-għoti tas-sentenza C‑331/11, ir-Repubblika Slovakka ma indikatx bi preċiżjoni lill-Kummissjoni jekk hija kinitx ser tagħżel it-tkomplija tal-operat tal-landfill inkwistjoni jew inkella l-għeluq tagħha.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0031"><NO.P>31</NO.P><TXT>Għalhekk, fl-ewwel fażi tal-proċedura prekontenzjuża, jiġifieri qabel ma ntbagħtet l-imsemmija ittra ta’ intimazzjoni tal-<DATE ISO="20131121">21 ta’ Novembru 2013</DATE>, dan l-Istat Membru kien illimita ruħu li jinforma lill-Kummissjoni li l-awtorità amministrattiva kompetenti fil-qasam tal-ambjent kienet bdiet proċedura ġdida intiża għall-emendar tal-permess integrat tal-landfill u li fil-ġejjieni kien previst l-għeluq tagħha, u li għal dan il-għan kellha tittieħed deċiżjoni finali sa mhux iktar tard mill-<DATE ISO="20131031">31 ta’ Ottubru 2013</DATE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0032"><NO.P>32</NO.P><TXT>Issa, fil-<DATE ISO="20131121">21 ta’ Novembru 2013</DATE>, ir-Repubblika Slovakka ma kinitx informat lill-Kummissjoni li kienet ittieħdet deċiżjoni f’dan ir-rigward, b’tali mod li f’dik id-data ma kienx possibbli li l-Kummissjoni tkun taf liema waħda miż-żewġ soluzzjonijiet, disponibbli għar-Repubblika Slovakka sabiex teżegwixxi s-sentenza C‑331/11, kienet ser tiġi finalment magħżula minn din tal-aħħar.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0033"><NO.P>33</NO.P><TXT>Għalhekk, il-Kummissjoni ma tistax tiġi kkritikata talli ma kinitx speċifikat b’mod aħjar, fl-ittra ta’ intimazzjoni, il-punti li fir-rigward tagħhom, skont din l-istituzzjoni, dan l-Istat Membru ma kienx ikkonforma ruħu mas-sentenza C‑331/11.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0034"><NO.P>34</NO.P><TXT>Kien biss fit-tieni fażi tal-proċedura prekontenzjuża abbażi tal-Artikolu 260(2) TFUE, jiġifieri wara li kienet intbagħtet l-ittra ta’ intimazzjoni tal-<DATE ISO="20131121">21 ta’ Novembru 2013</DATE>, li r-Repubblika Slovakka pprovdiet informazzjoni lill-Kummissjoni dwar, suċċessivament, l-adozzjoni ta’ deċiżjoni ta’ għeluq u ta’ riabilitazzjoni tal-partijiet 2 a u 2 b tal-landfill, l-annullament ta’ din id-deċiżjoni, u, fl-aħħar nett, l-adozzjoni ta’ deċiżjoni ġdida mill-awtorità amministrattiva kompetenti, u dwar il-konferma sussegwenti tagħha mill-amministrazzjoni ċentrali ta’ din l-awtorità. Bl-istess mod, kien fil-kuntest ta’ din it-tieni fażi tal-proċedura prekontenzjuża li l-imsemmi Stat Membru kkomunika d-data stabbilita għall-għeluq tal-landfill qabel ma informa lill-Kummissjoni bil-posponiment ta’ din id-data.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0035"><NO.P>35</NO.P><TXT>Peress li s-suġġett tal-kawża preżenti, hekk kif iddelimitat permezz tas-sentenza C‑331/11, ikopri wkoll l-Artikolu 13 tad-Direttiva 1999/31 u peress li l-intenzjonijiet tar-Repubblika Slovakka dwar l-eżekuzzjoni ta’ din is-sentenza, li ġew mgħarrfa, biċ-ċarezza neċessarja, lill-Kummissjoni biss wara n-notifika tal-ittra ta’ intimazzjoni tal-<DATE ISO="20131121">21 ta’ Novembru 2013</DATE>, jirrigwardaw speċifikament l-għeluq tal-landfill ikkonċernata, il-Kummissjoni hija ammissibbli li tinvoka, fir-rikors li hija ppreżentat f’din il-kawża, kemm l-imsemmi Artikolu 13 kif ukoll ir-rekwiżiti li huwa jipprevedi.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq in-nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">L-argumenti tal-partijiet</HT></HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0036"><NO.P>36</NO.P><TXT>Permezz tal-ewwel ilment tagħha l-Kummissjoni tikkritika lir-Repubblika Slovakka talli ma adottatx, b’mod konformi mal-Artikolu 14 tad-Direttiva 1999/31, deċiżjoni definittiva dwar it-tkomplija jew l-għeluq tal-landfill inkwistjoni. B’mod partikolari, il-Kummissjoni tenfasizza li dan l-Istat Membru, li kien indikalha, fis-<DATE ISO="20130607">7 ta’ Ġunju 2013</DATE>, fit-<DATE ISO="20140708">8 ta’ Lulju 2014</DATE>, fis-<DATE ISO="20150506">6 ta’ Mejju 2015</DATE> u fit-<DATE ISO="20151223">23 ta’ Diċembru 2015</DATE>, li kien beħsiebu jagħlaq definittivament din il-landfill, qatt ma ppreżenta tali deċiżjoni definittiva f’dan ir-rigward.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="8"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0037"><NO.P>37</NO.P><TXT>Fir-replika tagħha l-Kummissjoni tkompli tesponi li, minħabba l-fatt li l-awtoritajiet Slovakki ma approvaw ebda pjan ta’ kundizzjonament dwar il-landfill inkwistjoni u lanqas ma adottaw deċiżjoni definittiva li tawtorizza t-tkomplija tal-operat tagħha, kien hemm lok li din il-landfill tingħalaq b’mod konformi mal-Artikolu 7(g) u mal-Artikolu 13 tad-Direttiva 1999/31, b’applikazzjoni tal-Artikolu 14(b) ta’ din id-direttiva. F’dan ir-rigward, id-deċiżjoni tad-<DATE ISO="20161109">9 ta’ Novembru 2016</DATE> li tikkonferma dik tal-<DATE ISO="20160815">15 ta’ Awwissu 2016</DATE> li l-operat tal-landfill inkwistjoni jitwaqqaf ma tikkostitwixxix deċiżjoni definittiva fis-sens tal-Artikolu 14(b) tad-Direttiva 1999/31, peress li fiha ma jsir riferiment għall ebda pjan ta’ kundizzjonament ta’ din il-landfill u li din id-deċiżjoni hija s-suġġett ta’ rikors.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0038"><NO.P>38</NO.P><TXT>B’risposta għal dan l-ilment, ir-Repubblika Slovakka ssostni li hija setgħet legalment tissodisfa l-obbligi li jirriżultaw mis-sentenza C‑331/11 b’żewġ modi differenti, jiġifieri jew billi toħroġ permess għall-operat tal-landfill inkwistjoni abbażi ta’ pjan ta’ kundizzjonament u ta’ deċiżjoni definittiva dwar it-tkomplija tal-operat ta’ din il-landfill, jew inkella, bil-kontra ta’ dan, billi ma tawtorizzax l-operat tagħha. Issa, ir-Repubblika Slovakka tindika li għażlet it-tieni waħda minn dawn l-għażliet, peress li hija ddeċidiet li ma tawtorizzax it-tkomplija tal-operat tal-imsemmija landfill u li tipproċedi għall-għeluq u għar-riabilitazzjoni tagħha.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0039"><NO.P>39</NO.P><TXT>Dan l-Istat Membru josserva li l-Artikolu 14 tad-Direttiva 1999/31 ma jeżiġix li l-adozzjoni ta’ deċiżjoni definittiva dwar il-waqfien tal-operat ta’ landfill eżistenti tkun ippreċeduta mill-preżentazzjoni u mill-approvazzjoni ta’ pjan ta’ kundizzjonament. F’kull każ, jekk jitqies li pjan ta’ kundizzjonament kien neċessarju f’dan il-każ, għandu jiġi espost li tali pjan ġie approvat fil-<DATE ISO="20151215">15 ta’ Diċembru 2015</DATE> permezz ta’ deċiżjoni tal-awtorità amministrattiva kompetenti fil-qasam tal-ambjent.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0040"><NO.P>40</NO.P><TXT>Barra minn hekk, ir-Repubblika Slovakka tiddikjara li ebda attività ta’ rimi ta’ skart ma kienet awtorizzata fil-landfill inkwistjoni wara s-<DATE ISO="20140107">7 ta’ Jannar 2014</DATE>. Iktar minn hekk, fil-<DATE ISO="20160815">15 ta’ Awwissu 2016</DATE> kienet ġiet adottata deċiżjoni li tipprojbixxi t-tkomplija tal-operat ta’ din il-landfill u li tordna l-għeluq u r-riabilitazzjoni tagħha, bl-eċċezzjoni tal-parti 2 c, deċiżjoni li saret effettiva sa mill-iktar tard mid-<DATE ISO="20161109">9 ta’ Novembru 2016</DATE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0041"><NO.P>41</NO.P><TXT>Permezz tat-tieni lment tagħha, il-Kummissjoni tikkritika lir-Repubblika Slovakka talli ma adottatx, b’mod konformi mal-Artikolu 13 tad-Direttiva 1999/31, il-miżuri neċessarji għall-għeluq effettiv tal-landfill. Skont il-Kummissjoni, għalkemm dan l-Istat Membru kien indikalha li l-awtorità amministrattiva kompetenti fil-qasam tal-ambjent kellha tiddetermina l-kundizzjonijiet u l-miżuri li jippermettu li jiġi żgurat il-monitoraġġ tal-landfill wara l-għeluq tagħha, il-miżuri adottati minn dan l-Istat Membru f’dan ir-rigward huma insuffiċjenti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0042"><NO.P>42</NO.P><TXT>Il-Kummissjoni tosserva li, abbażi tal-Artikolu 14(b) tad-Direttiva 1999/31, l-Istati Membri għandhom jadottaw il-miżuri neċessarji sabiex ikun hemm, fl-aħjar żmien, b’mod konformi mal-Artikolu 7(g) u mal-Artikolu 13 ta’ din id-direttiva, l-għeluq tas-siti li ma kisbux permess għat-tkomplija tal-operat tagħhom.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0043"><NO.P>43</NO.P><TXT>Il-Kummissjoni tfakkar li, skont l-Artikolu 13(b) tad-Direttiva 1999/31, landfill titqies bħala definittivament magħluqa biss meta l-awtorità kompetenti tkun wettqet spezzjoni finali fuq il-post, tkun evalwat ir-rapporti kollha sottomessi mill-operatur u tat lill-operatur il-permess tagħha għall-għeluq. Għalhekk, fil-kawża preżenti, il-proċedura globali ta’ għeluq definittiv tal-landfill inkwistjoni tista’ titqies bħala konkluża biss wara ċertifikazzjoni mill-awtorità nazzjonali inkarigata mill-ġestjoni tal-iskart, b’mod konformi mal-leġiżlazzjoni Slovakka li tittrasponi l-Artikolu 13 tad-Direttiva 1999/31.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0044"><NO.P>44</NO.P><TXT>Fl-aħħar nett, skont il-Kummissjoni, id-deċiżjoni tal-<DATE ISO="20160815">15 ta’ Awwissu 2016</DATE> ma tistax titqies bħala definittiva, peress li din hija s-suġġett ta’ rikors.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="9"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0045"><NO.P>45</NO.P><TXT>B’risposta għal dan l-ilment, ir-Repubblika Slovakka ssostni li l-kronoloġija tal-passi li għandhom jittieħdu għall-għeluq definittiv tal-landfill inkwistjoni turi b’mod ċar li l-għeluq effettiv ta’ din il-landfill oġġettivament jeżiġi perijodu ta’ żmien kunsiderevoli.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0046"><NO.P>46</NO.P><TXT>Għalhekk, minkejja sforzi kunsiderevoli approvati mill-awtoritajiet kompetenti nazzjonali, għadu ma kienx possibbli li l-imsemmija landfill tingħalaq kompletament u definittivament.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Il-kunsiderazzjonijiet tal-Qorti tal-Ġustizzja</HT></HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0047"><NO.P>47</NO.P><TXT>Għandu jitfakkar li l-eżekuzzjoni tas-sentenza C‑331/11 kienet teżiġi li, b’mod konformi mal-Artikolu 14(b) tad-Direttiva 1999/31, l-awtoritajiet kompetenti Slovakki jew jawtorizzaw it-tkomplija tal-operat tal-landfill inkwistjoni abbażi ta’ pjan ta’ kundizzjonament li jissodisfa r-rekwiżiti ta’ din id-direttiva, jew inkella jordnaw il-waqfien tal-operat u jipproċedu għall-għeluq definittiv ta’ din il-landfill fl-osservanza tal-Artikolu 13 tal-imsemmija direttiva.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0048"><NO.P>48</NO.P><TXT>Għalhekk, għandu jiġi vverifikat jekk l-awtoritajiet Slovakki adottawx, fit-terminu previst, deċiżjoni definittiva dwar it-tkomplija tal-operat ta’ din il-landfill jew inkella dwar l-għeluq tagħha u, jekk ikun il-każ, jekk il-miżuri adottati minn dawn l-awtoritajiet għall-finijiet tal-għeluq effettiv għandhomx jitqiesu bħala suffiċjenti, fatti li l-Kummissjoni tikkontesta, rispettivament, fl-ewwel u fit-tieni lmenti tagħha.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0049"><NO.P>49</NO.P><TXT>Id-data ta’ riferiment għall-evalwazzjoni tal-eżistenza ta’ nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu skont l-Artikolu 260(1) TFUE hija dik ta’ meta jiskadi t-terminu stabbilit fl-ittra ta’ intimazzjoni maħruġa skont din id-dispożizzjoni (sentenza tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20170713">13 ta’ Lulju 2017</DATE>, <NAME.CASE>Il-Kummissjoni vs Spanja</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑388/16</NO.CASE>, mhux ippubblikata, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2017:548">EU:C:2017:548</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0021">21</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0050"><NO.P>50</NO.P><TXT>Fil-kawża preżenti, peress li l-Kummissjoni bagħtet l-ittra ta’ intimazzjoni fil-<DATE ISO="20131121">21 ta’ Novembru 2013</DATE>, id-data ta’ riferiment sabiex tiġi evalwata l-eżistenza tan-nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu hija dik ta’ meta jiskadi t-terminu stabbilit f’din l-ittra, jiġifieri fil-<DATE ISO="20140121">21 ta’ Jannar 2014</DATE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0051"><NO.P>51</NO.P><TXT>F’dak li jirrigwarda l-ewwel ilment, hemm lok li jitfakkar li, fir-risposta tagħha tat-<DATE ISO="20140113">13 ta’ Jannar 2014</DATE> għall-ittra ta’ intimazzjoni tal-<DATE ISO="20131121">21 ta’ Novembru 2013</DATE>, ir-Repubblika Slovakka indikat li l-operat tal-attivitajiet fis-sit kontenzjuż kien ilu pprojbit sa mis-<DATE ISO="20140107">7 ta’ Jannar 2014</DATE> u li deċiżjoni ta’ għeluq u ta’ riabilitazzjoni dwar il-partijiet 2 a u 2 b tal-landfill inkwistjoni kienet ġiet adottata fil-<DATE ISO="20131021">21 ta’ Ottubru 2013</DATE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0052"><NO.P>52</NO.P><TXT>Għandu madankollu jiġi kkonstatat li l-eżistenza ta’ din id-deċiżjoni tal-<DATE ISO="20131021">21 ta’ Ottubru 2013</DATE> ma hijiex ta’ natura li tinvalida l-fondatezza tal-ewwel ilment tal-Kummissjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0053"><NO.P>53</NO.P><TXT>Fil-fatt, minn naħa, ir-Repubblika Slovakka nnifisha tammetti li l-parti 2 c ta’ din il-landfill ma kinitx ikkonċernata mid-deċiżjoni tal-<DATE ISO="20131021">21 ta’ Ottubru 2013</DATE>, peress li l-proċedura dwar l-għeluq u r-riabilitazzjoni ta’ din il-parti kienu ġew sospiżi.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0054"><NO.P>54</NO.P><TXT>Min-naħa l-oħra, għalkemm huwa minnu li d-deċiżjoni tal-<DATE ISO="20131021">21 ta’ Ottubru 2013</DATE> ordnat l-għeluq u r-riabilitazzjoni tal-partijiet 2 a u 2 b tal-landfill, din id-deċiżjoni ġiet annullata b’effett retroattiv, fl-<DATE ISO="20140410">10 ta’ April 2014</DATE>, mill-amministrazzjoni ċentrali tal-awtorità amministrattiva kompetenti fil-qasam tal-ambjent, peress li din kienet iddeċidiet li tissuġġetta l-kwistjoni għal eżami ġdid.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0055"><NO.P>55</NO.P><TXT>Minn dan jirriżulta li, fl-iskadenza tat-terminu preskritt fl-ittra ta’ intimazzjoni, jiġifieri l-<DATE ISO="20140121">21 ta’ Jannar 2014</DATE>, kienet għadha ma ġiet adottata ebda deċiżjoni definittiva dwar it-tkomplija tal-operat tal-landfill inkwistjoni jew dwar l-għeluq ta’ din il-landfill, fis-sens tal-Artikolu 14(b) tad-Direttiva 1999/31.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="10"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0056"><NO.P>56</NO.P><TXT>F’dawn iċ-ċirkustanzi, l-ewwel ilment tal-Kummissjoni huwa fondat.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0057"><NO.P>57</NO.P><TXT>Fir-rigward tat-tieni lment, hemm lok li jitfakkar li, abbażi tat-tieni sentenza tal-Artikolu 14(b) tad-Direttiva 1999/31, meta Stat Membru ma jawtorizzax it-tkomplija tal-operat ta’ landfill, dan għandu jipproċedi għall-għeluq definittiv b’mod konformi mal-proċedura prevista fl-Artikolu 13 tad-Direttiva 1999/31.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0058"><NO.P>58</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, għandu jitfakkar li ma huwiex biżżejjed li jitwaqqaf ir-rimi f’landfill ta’ skart ġdid biex l-imsemmi obbligu jkun osservat, iżda l-Istat Membru huwa obbligat li jiżgura li jiġu eżegwiti x-xogħlijiet tal-għeluq neċessarji sabiex il-landfill inkwistjoni tkun konformi mad-Direttiva 1999/31 (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20160225">25 ta’ Frar 2016</DATE>, <NAME.CASE>Il-Kummissjoni vs Spanja</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑454/14</NO.CASE>, mhux ippubblikata, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2016:117">EU:C:2016:117</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0060">60</REF.NP.ECR> u <REF.NP.ECR REF="NP0061">61</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0059"><NO.P>59</NO.P><TXT>F’dan il-każ, ir-Repubblika Slovakka ma ssostnix li, fil-<DATE ISO="20140121">21 ta’ Jannar 2014</DATE>, il-proċedura tal-għeluq imsemmija fl-Artikolu 13 tad-Direttiva 1999/31 kienet, fir-rigward tal-landfill inkwistjoni, ġiet magħluqa. Hija tillimita ruħha li tosserva li l-għeluq definittiv ta’ din il-landfill jeżiġi, fid-dawl tan-numru ta’ passi li għandhom jittieħdu, perijodu kunsiderevoli u li, minkejja l-isforzi kunsiderevoli approvati mill-awtoritajiet kompetenti, għadu ma kienx possibbli li l-imsemmija landfill tingħalaq kompletament u definittivament.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0060"><NO.P>60</NO.P><TXT>Madankollu, tali ġustifikazzjoni għad-dewmien fl-eżekuzzjoni tas-sentenza C‑331/11 ma tistax tiġi aċċettata. Kif iddeċidiet ripetutament il-Qorti tal-Ġustizzja, Stat Membru ma jistax jinvoka dispożizzjonijiet, prattiċi jew ċirkustanzi tal-ordinament ġuridiku intern tiegħu sabiex jiġġustifika n-nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligi li jirriżultaw mid-dritt tal-Unjoni (sentenza tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20170713">13 ta’ Lulju 2017</DATE>, <NAME.CASE>Il-Kummissjoni vs Spanja</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑388/16</NO.CASE>, mhux ippubblikata, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2017:548">EU:C:2017:548</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0041">41</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0061"><NO.P>61</NO.P><TXT>F’dawn iċ-ċirkustanzi, anki t-tieni lment tal-Kummissjoni huwa fondat.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0062"><NO.P>62</NO.P><TXT>Konsegwentement, għandu jiġi kkonstatat li, billi ma adottatx il-miżuri kollha għall-eżekuzzjoni tas-sentenza C‑331/11, ir-Repubblika Slovakka naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt l-Artikolu 260(1) TFUE.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq is-sanzjonijiet pekunjarji</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0063"><NO.P>63</NO.P><TXT>Wara li spjegat li nuqqas imtawwal ta’ eżekuzzjoni ta’ sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja jirrappreżenta, fih innifsu, ksur gravi tal-prinċipju ta’ legalità u ta’ ċertezza legali fi ħdan l-Unjoni, il-Kummissjoni titlob li r-Repubblika Slovakka tiġi kkundannata tħallas mhux biss pagamenti ta’ penalità iżda wkoll somma f’daqqa.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0064"><NO.P>64</NO.P><TXT>Għal dak li jirrigwarda l-ammont tal-imsemmija pagamenti ta’ penalità u somma f’daqqa, il-Kummissjoni tibbaża ruħha fuq il-Komunikazzjoni tagħha tat-<DATE ISO="20051213">13 ta’ Diċembru 2005</DATE>, intitolata <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0012" REF.END="QE0012"/>Implimentazzjoni ta’ l-Artikolu 228 tat-Trattat KE<QUOT.END REF.START="QS0012" CODE="201D" ID="QE0012"/> [SEC(2005) 1658], kif aġġornata mill-Komunikazzjoni tagħha tas-<DATE ISO="20150806">6 ta’ Awwissu 2015</DATE>, intitolata <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0013" REF.END="QE0013"/>L-aġġornament tad-dejta użata biex jiġu kkalkolati l-ħlasijiet ta’ somma f’daqqa u ta’ penali li għandhom jiġu proposti mill-Kummissjoni lill-Qorti tal-Ġustizzja fil-proċedimenti ta’ ksur<QUOT.END REF.START="QS0013" CODE="201D" ID="QE0013"/> (<REF.DOC.OJ COLL="C" NO.OJ="257" PAGE.FIRST="1" DATE.PUB="2015">ĠU 2015, C 257, p. 1</REF.DOC.OJ>) (iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0014" REF.END="QE0014"/>Komunikazzjoni tal-2005<QUOT.END REF.START="QS0014" CODE="201D" ID="QE0014"/>).</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="11"?><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Fuq il-pagamenti ta’ penalità</HT></HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">L-argumenti tal-partijiet</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0065"><NO.P>65</NO.P><TXT>Il-Kummissjoni tfakkar li, skont il-Komunikazzjoni tal-2005, id-determinazzjoni ta’ sanzjoni għandha tkun ibbażata fuq tliet kriterji fundamentali, jiġifieri l-gravità tal-ksur, it-tul tiegħu u l-ħtieġa li jiġi żgurat l-effett dissważiv tas-sanzjoni nnifisha.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0066"><NO.P>66</NO.P><TXT>Fir-rigward tal-gravità tal-ksur ikkonstatat, il-Kummissjoni tenfasizza, fl-ewwel lok, l-importanza tar-regoli tal-Unjoni li huma s-suġġett tal-ksur, jiġifieri dawk li jidhru fid-Direttiva 1999/31, kif ukoll, fit-tieni lok, il-konsegwenzi ta’ dan il-ksur fuq l-interessi ġenerali u speċifiċi, bħal, b’mod partikolari, il-protezzjoni tas-saħħa tal-bniedem u tal-ambjent. F’dan ir-rigward, hija tosserva li din il-protezzjoni teħtieġ li l-iskart mormi f’landfill ma jkunx jinvolvi riskji għas-saħħa tal-bniedem u għall-ambjent. Għalhekk, għal dan il-għan, b’mod konformi mal-Artikolu 14 ta’ din id-direttiva, huwa indispensabbli li l-awtoritajiet kompetenti jieħdu deċiżjoni definittiva dwar it-tkomplija tal-operat jew l-għeluq tal-landfills eżistenti. Bl-istess mod, l-Artikolu 13 tal-imsemmija direttiva jipprevedi rekwiżiti f’dak li jirrigwarda l-proċedura tal-għeluq u l-ġestjoni tas-siti wara l-għeluq. Fit-tielet lok, il-Kummissjoni tipproponi li madankollu jittieħed inkunsiderazzjoni l-fatt li inkwistjoni hemm biss landfill waħda u li ż-żona ġeografika kkonċernata hija limitata għat-trufijiet tas-sit inkwistjoni kif ukoll il-fatt li r-rimi ta’ skart f’din il-landfill ilu sospiż sa mit-<DATE ISO="20131230">30 ta’ Diċembru 2013</DATE>. Għandhom ukoll jittieħed inkunsiderazzjoni, bħala ċirkustanzi attenwanti, il-miżuri li r-Repubblika Slovakka adottat biex teżegwixxi s-sentenza C‑331/11, anki jekk il-miżuri ma kinux suffiċjenti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0067"><NO.P>67</NO.P><TXT>Fid-dawl ta’ dawn l-elementi kollha, il-Kummissjoni tqis li hemm lok li jiġi applikat koeffiċjent ta’ gravità ta’ 2 fuq l-iskala ta’ 1 sa 20 stabbilita fil-Komunikazzjoni tal-2005.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0068"><NO.P>68</NO.P><TXT>F’dak li jirrigwarda t-tul tal-ksur, il-Kummissjoni ssostni li hija ddeċidiet li tibda din il-proċedura ħamsa u sittin xahar wara l-għoti tas-sentenza C‑331/11, u dan jiġġustifika l-applikazzjoni ta’ koeffiċjent ta’ 3.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0069"><NO.P>69</NO.P><TXT>Fir-rigward tal-koeffiċjent relatat mal-kapaċità ta’ ħlas tal-Istat Membru li kontrih tressqu l-proċeduri, imsejjaħ fattur <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0015" REF.END="QE0015"/>n<QUOT.END REF.START="QS0015" CODE="201D" ID="QE0015"/>, il-Kummissjoni tfakkar li l-Komunikazzjoni tal-2005 tistabbilixxih għal 1.69 fir-rigward tar-Repubblika Slovakka.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0070"><NO.P>70</NO.P><TXT>Minn dan il-Kummissjoni tikkonkludi li, b’applikazzjoni tal-formola msemmija b’din il-komunikazzjoni, il-pagamenti ta’ penalità ta’ kuljum xierqa għandhom jammontaw għal EUR 6 793.80.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0071"><NO.P>71</NO.P><TXT>F’dak li jirrigwarda t-tul tal-ksur ir-Repubblika Slovakka ssostni li wara s-<DATE ISO="20140107">7 ta’ Jannar 2014</DATE> ma kien awtorizzat ebda rimi ta’ skart fil-landfill inkwistjoni. Barra minn hekk, il-kwistjoni hija waħda kumplessa ħafna mill-perspettiva fattwali u ġuridika, u li t-trattament ta’ din il-kwistjoni ġarrab dewmien kunsiderevoli minħabba r-rikorsi ppreżentati kontra d-diversi deċiżjonijiet dwar l-imsemmija landfill u minħabba l-obbligu li titwettaq, qabel id-deċiżjoni tad-<DATE ISO="20161109">9 ta’ Novembru 2016</DATE>, evalwazzjoni tal-effetti fuq l-ambjent.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0072"><NO.P>72</NO.P><TXT>Fir-rigward tal-gravità tan-nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu, ir-Repubblika Slovakka, wara li rtirat il-pożizzjoni tagħha li tgħid li l-ilmenti bbażati fuq in-nuqqas ta’ osservanza tar-rekwiżiti sostantivi li jirriżultaw mill-Artikolu 13 tad-Direttiva 1999/31 huma inammissibbli fil-kuntest tal-eżekuzzjoni tas-sentenza C‑331/11, issostni li, f’kull każ, ir-riperkussjonijiet ta’ eżekuzzjoni tardiva tas-sentenza C‑331/11 huma minimi, għaliex it-territorju kkonċernat huwa limitat u ma jmiss ma ebda fruntiera ta’ Stati Membri oħra. Bl-istess mod, għandhom jittieħdu inkunsiderazzjoni l-isforzi suċċessivament imwettqa biex tiġi żgurata implimentazzjoni tas-sentenza C‑331/11, b’mod partikolari l-fatt li, fid-<DATE ISO="20161109">9 ta’ Novembru 2016</DATE>, ġie deċiż li l-operat tal-landfill inkwistjoni jitwaqqaf u li din tingħalaq u tiġi<?PAGE NO="12"?> riabilitata, bl-eċċezzjoni tal-parti 2 c tagħha. Ir-Repubblika Slovakka tenfasizza wkoll il-kooperazzjoni sħiħa tagħha mal-Kummissjoni matul il-fażi prekontenzjuża u ċ-ċirkustanza li hija għadha qatt ma ġiet ikkundannata fi kwistjoni simili.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0073"><NO.P>73</NO.P><TXT>Għalhekk, skont ir-Repubblika Slovakka, l-ammont tal-pagamenti ta’ penalità għandu jkun iżgħar minn dak propost mill-Kummissjoni.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Il-kunsiderazzjonijiet tal-Qorti tal-Ġustizzja</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0074"><NO.P>74</NO.P><TXT>Skont ġurisprudenza stabbilita, l-impożizzjoni ta’ pagamenti ta’ penalità, bħala prinċipju, hija ġġustifikata biss sakemm jippersisti n-nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu bbażat fuq in-nuqqas ta’ eżekuzzjoni ta’ sentenza preċedenti sal-eżami tal-fatti mill-Qorti tal-Ġustizzja (sentenza tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20160907">7 ta’ Settembru 2016</DATE>, <NAME.CASE>Il-Kummissjoni vs Il-Greċja</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑584/14</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2016:636">EU:C:2016:636</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0070">70</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0075"><NO.P>75</NO.P><TXT>Dan huwa l-każ hawnhekk.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0076"><NO.P>76</NO.P><TXT>Fil-fatt, huwa paċifiku bejn il-partijiet li sad-data tal-eżami tal-fatti mill-Qorti tal-Ġustizzja kienet għadha ma ttieħdet ebda deċiżjoni definittiva, b’applikazzjoni tal-Artikolu 14(b) tad-Direttiva 1999/31, fir-rigward tal-għeluq tal-parti 2 c tal-landfill inkwistjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0077"><NO.P>77</NO.P><TXT>Huwa wkoll paċifiku bejn il-partijiet li l-proċedura tal-għeluq tal-landfill kienet għadha, sal-imsemmi eżami, ma ntemmitx b’mod konformi mal-Artikolu 13 ta’ din id-direttiva.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0078"><NO.P>78</NO.P><TXT>Madankollu għandu jiġi osservat li, permezz tad-deċiżjoni tal-amministrazzjoni ċentrali tal-awtorità amministrattiva kompetenti tad-<DATE ISO="20161109">9 ta’ Novembru 2016</DATE>, li kkonfermat id-deċiżjoni tal-<DATE ISO="20160815">15 ta’ Awwissu 2016</DATE> ta’ din l-awtorità, ġiet tabilħaqq adottata deċiżjoni definittiva fir-rigward kemm tal-għeluq u tar-riabilitazzjoni tal-partijiet 2 a u 2 b tal-landfill inkwistjoni kif ukoll tat-twaqqif tal-operat tas-sit.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0079"><NO.P>79</NO.P><TXT>Għalkemm il-Kummissjoni tikkontesta n-natura definittiva ta’ din id-deċiżjoni, billi tinvoka l-fatt li din kienet is-suġġett ta’ rikors, din l-istituzzjoni ma tikkontestax l-indikazzjonijiet tar-Repubblika Slovakka li jgħidu li tali rikors ma għandux l-effett li jissospendi l-imsemmija deċiżjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0080"><NO.P>80</NO.P><TXT>Barra minn hekk, kif osservat l-Avukat Ġenerali fil-punt 64 tal-konklużjonijiet tagħha, f’Unjoni rregolata mill-istat tad-dritt, li tiggarantixxi protezzjoni legali effettiva, deċiżjoni amministrattiva tista’ bħala prinċipju tkun suġġetta għal stħarriġ ġudizzjarju u l-awtoritajiet kompetenti ma jistgħux iwaqqfu l-preżentata ta’ rikors.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0081"><NO.P>81</NO.P><TXT>Madankollu, fid-dawl tal-fatt li l-eżekuzzjoni tas-sentenza C‑331/11 għandha titqies bħala li ma hijiex sħiħa, għaliex, sad-data tal-eżami tal-fatti mill-Qorti tal-Ġustizzja, kienet għadha ma ttieħdet ebda deċiżjoni definittiva, fis-sens tal-Artikolu 14(b) tad-Direttiva 1999/31, dwar l-għeluq tal-parti 2 c tal-landfill inkwistjoni u għaliex il-proċedura tal-għeluq tal-landfill kienet għadha ma ntemmitx b’mod konformi mal-Artikolu 13 ta’ din id-direttiva, il-Qorti tal-Ġustizzja tqis li l-kundanna tar-Repubblika Slovakka għall-ħlas ta’ pagamenti ta’ penalità tikkostitwixxi mezz finanzjarju xieraq sabiex tiġi żgurata l-eżekuzzjoni sħiħa ta’ din is-sentenza.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0082"><NO.P>82</NO.P><TXT>Fl-eżerċizzju tas-setgħa diskrezzjonali tagħha f’dan il-qasam, hija l-Qorti tal-Ġustizzja li għandha tistabbilixxi l-pagamenti ta’ penalità, b’tali mod li dawn ikunu, minn naħa, adattati għaċ-ċirkustanzi u, min-naħa l-oħra, proporzjonati man-nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu kkonstatat u mal-kapaċità ta’ ħlas tal-Istat Membru kkonċernat (sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20151015">15 ta’ Ottubru 2015</DATE>, <NAME.CASE>Il-Kummissjoni vs Il-Greċja</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑167/14</NO.CASE>, mhux ippubblikata, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2015:684">EU:C:2015:684</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0052">52</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="13"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0083"><NO.P>83</NO.P><TXT>Il-proposti tal-Kummissjoni dwar il-pagamenti ta’ penalità ma jistgħux jorbtu lill-Qorti tal-Ġustizzja u huma biss punt ta’ riferiment utli. Bl-istess mod, linji gwida bħal dawk inklużi fil-komunikazzjonijiet tal-Kummissjoni ma jorbtux lill-Qorti tal-Ġustizzja, iżda jikkontribwixxu sabiex tiġi ggarantita t-trasparenza, il-prevedibbiltà u ċ-ċertezza legali tal-azzjoni meħuda mill-Kummissjoni nnifisha meta din l-istituzzjoni tagħmel proposti lill-Qorti tal-Ġustizzja. Fil-fatt, fil-kuntest ta’ proċedura bbażata fuq l-Artikolu 260(2) TFUE, dwar nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu li jissokta minn Stat Membru minkejja l-fatt li dan in-nuqqas stess ta’ twettiq ta’ obbligu diġà ġie kkonstatat fl-ewwel sentenza mogħtija skont l-Artikolu 258 TFUE, il-Qorti tal-Ġustizzja għandha tibqa’ libera li tiffissa l-pagamenti ta’ penalità fl-ammont u fil-forma li hija tqis adatti sabiex tħeġġeġ lil dan l-Istat Membru jtemm in-nuqqas ta’ twettiq tal-obbligi li jirriżultaw minn din l-ewwel sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (sentenza tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20160622">22 ta’ Ġunju 2016</DATE>, <NAME.CASE>Il-Kummissjoni vs Il-Portugall</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑557/14</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2016:471">EU:C:2016:471</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0069">69</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>)</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0084"><NO.P>84</NO.P><TXT>Għall-finijiet tal-iffissar tal-ammont tal-pagamenti ta’ penalità, il-kriterji bażiċi li għandhom jittieħdu inkunsiderazzjoni sabiex tiġi żgurata n-natura koerċittiva ta’ dawn tal-aħħar, fid-dawl ta’ applikazzjoni uniformi u effettiva tad-dritt tal-Unjoni, huma, bħala prinċipju, il-gravità tal-ksur, it-tul tiegħu u l-kapaċità ta’ ħlas tal-Istat Membru inkwistjoni. Għall-applikazzjoni ta’ dawn il-kriterji, hemm lok li jiġu kkunsidrati, b’mod partikolari, il-konsegwenzi tan-nuqqas ta’ eżekuzzjoni fuq l-interessi privati u pubbliċi, kif ukoll l-urġenza li teżisti li l-Istat Membru kkonċernat jikkonforma ruħu mal-obbligi tiegħu (sentenza tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20160622">22 ta’ Ġunju 2016</DATE>, <NAME.CASE>Il-Kummissjoni vs Il-Portugall</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑557/14</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2016:471">EU:C:2016:471</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0070">70</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0085"><NO.P>85</NO.P><TXT>Fl-ewwel lok, f’dak li jirrigwarda l-gravità tal-ksur, għandu jiġi kkonstatat li, minkejja n-natura lokalizzata tan-nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu kkonstatat, in-nuqqas tar-Repubblika Slovakka li twettaq l-obbligi li jirriżultaw mill-Artikoli 13 u 14 tad-Direttiva 1999/31 jista’ jkollu effetti fuq l-ambjent u fuq is-saħħa tal-bniedem.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0086"><NO.P>86</NO.P><TXT>Madankollu, għandu qabel kollox jiġi osservat li, minbarra l-fatt li dan ir-rikors għal nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu jikkonċerna biss landfill waħda, bid-deċiżjoni tal-<DATE ISO="20160815">15 ta’ Awwissu 2016</DATE>, ikkonfermata fid-<DATE ISO="20161109">9 ta’ Novembru 2016</DATE>, ġie deċiż li, b’applikazzjoni tal-Artikolu 14(b) tad-Direttiva 1999/31, il-partijiet 2 a u 2 b tagħha kellhom jingħalqu b’mod definittiv.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0087"><NO.P>87</NO.P><TXT>Sussegwentement, għalkemm il-proċedura tal-għeluq definittiv għadha ma ntemmitx b’mod konformi mal-indikazzjonijiet previsti fl-Artikolu 13 ta’ din id-direttiva, peress li tali proċedura teżiġi, fil-kawża preżenti, xogħlijiet u miżuri kunsiderevoli, għandu jittieħed inkunsiderazzjoni l-fatt li l-operat tas-sit kien twaqqaf fis-<DATE ISO="20140107">7 ta’ Jannar 2014</DATE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0088"><NO.P>88</NO.P><TXT>Fl-aħħar nett, ir-Repubblika Slovakka kkooperat mal-Kummissjoni matul il-proċedura prekontenzjuża relatata ma din il-kawża.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0089"><NO.P>89</NO.P><TXT>Fit-tieni lok, fir-rigward tat-tul tal-ksur, dan għandu jiġi evalwat billi jittieħed inkunsiderazzjoni l-mument li minnu l-Qorti tal-Ġustizzja tevalwa l-fatti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0090"><NO.P>90</NO.P><TXT>Issa, f’dan il-każ, it-tul tal-ksur, mid-data tal-għoti tas-sentenza C‑331/11, huwa kunsiderevoli, jiġifieri ta’ ħames snin.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0091"><NO.P>91</NO.P><TXT>Fit-tielet lok, ir-Repubblika Slovakka ma pproduċiet l-ebda element quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja fir-rigward tal-kapaċità ta’ ħlas tagħha.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0092"><NO.P>92</NO.P><TXT>Fid-dawl taċ-ċirkustanzi kollha ta’ din il-kawża, il-Qorti tal-Ġustizzja tqis li l-impożizzjoni ta’ pagamenti ta’ penalità ta’ EUR <FT TYPE="NUMBER">5000</FT> kuljum hija xierqa sabiex tinkiseb l-eżekuzzjoni tas-sentenza C‑331/11.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="14"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0093"><NO.P>93</NO.P><TXT>Għalhekk, ir-Repubblika Slovakka għandha tiġi kkundannata tħallas lill-Kummissjoni pagamenti ta’ penalità ta’ EUR <FT TYPE="NUMBER">5000</FT> għal kull ġurnata ta’ dewmien fl-implimentazzjoni tal-miżuri neċessarji sabiex tikkonforma ruħha mas-sentenza C‑331/11, b’effett mid-data tal-għoti ta’ din is-sentenza u sad-data tal-eżekuzzjoni tal-imsemmija sentenza.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Fuq is-somma f’daqqa</HT></HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">L-argumenti tal-partijiet</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0094"><NO.P>94</NO.P><TXT>Il-Kummissjoni titlob li l-Qorti tal-Ġustizzja tikkundanna lir-Repubblika Slovakka tħallas somma f’daqqa ta’ kuljum ta’ EUR 743.60, li tirriżulta billi l-ammont b’rata fissa uniformi, stabbilit għal EUR 220, jiġi mmultiplikat bil-koeffiċjent tal-gravità ta’ 2 u bil-fattur <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0016" REF.END="QE0016"/>n<QUOT.END REF.START="QS0016" CODE="201D" ID="QE0016"/> ta’ 1.69, b’effett mid-data tal-għoti tas-sentenza C‑331/11 sad-data tal-għoti tas-sentenza preżenti jew sad-data tal-adozzjoni, mir-Repubblika Slovakka, tal-miżuri neċessarji sabiex tikkonforma ruħha mas-sentenza C‑331/11 jekk din id-data tiġi qabel l-għoti ta’ din is-sentenza, bla ħsara għal somma f’daqqa minima totali ta’ mill-inqas EUR <FT TYPE="NUMBER">939000</FT>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0095"><NO.P>95</NO.P><TXT>Ir-Repubblika Slovakka ssottomettiet għall-evalwazzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja numru ta’ elementi dwar id-diversi sanzjonijiet pekunjarji proposti mill-Kummissjoni f’din il-kawża, jiġifieri l-pagamenti ta’ penalità u s-somma f’daqqa. Is-sustanza ta’ dawn l-elementi ġiet riprodotta fil-punti 71 sa 73 ta’ din is-sentenza.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Il-kunsiderazzjonijiet tal-Qorti tal-Ġustizzja</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0096"><NO.P>96</NO.P><TXT>Il-Qorti tal-Ġustizzja hija awtorizzata, fl-eżerċizzju tas-setgħa diskrezzjonali mogħtija lilha fil-qasam inkwistjoni, timponi, b’mod kumulattiv, pagamenti ta’ penalità u somma f’daqqa (sentenza tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20180222">22 ta’ Frar 2018</DATE>, <NAME.CASE>Il-Kummissjoni vs Il-Greċja</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑328/16</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2018:98">EU:C:2018:98</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0116">116</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0097"><NO.P>97</NO.P><TXT>Il-kundanna għall-ħlas ta’ somma f’daqqa huwa essenzjalment ibbażat fuq l-evalwazzjoni tal-konsegwenzi tan-nuqqas ta’ eżekuzzjoni tal-obbligi tal-Istat Membru kkonċernat għall-interessi privati u pubbliċi, b’mod partikolari meta n-nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu jissokta għal żmien twil wara l-għoti tas-sentenza li tkun inizjalment ikkonstatat tali nuqqas (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20140513">13 ta’ Mejju 2014</DATE>, <NAME.CASE>Il-Kummissjoni vs Spanja</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑184/11</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2014:316">EU:C:2014:316</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0059">59</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0098"><NO.P>98</NO.P><TXT>Il-kundanna għall-ħlas ta’ somma f’daqqa u l-iffissar tal-ammont ta’ din is-somma għandhom, f’kull każ, jibqgħu suġġetti għall-elementi rilevanti kollha relatati kemm mal-karatteristiċi tan-nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu kkonstatat kif ukoll mal-atitudni stess tal-Istat Membru kkonċernat mill-proċedura mibdija abbażi tal-Artikolu 260 TFUE.) F’dan ir-rigward, dan jikkonferixxi lill-Qorti tal-Ġustizzja setgħa diskrezzjonali wiesgħa sabiex tiddeċiedi dwar l-impożizzjoni jew le ta’ tali sanzjoni u sabiex tiddetermina, jekk ikun meħtieġ, l-ammont tagħha (sentenza tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20141202">2 ta’ Diċembru 2014</DATE>, <NAME.CASE>Il-Kummissjoni vs L-Italja</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑196/13</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2014:2407">EU:C:2014:2407</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0114">114</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0099"><NO.P>99</NO.P><TXT>F’dan il-każ, l-elementi li wasslu għan-nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu kkonstatat minn din is-sentenza, jiġifieri, minn naħa, il-fatt li sat-terminu preskritt ma ġiet adottata ebda deċiżjoni definittiva, fis-sens tal-Artikolu 14(b) tad-Direttiva 1999/31, dwar l-għeluq tal-landfill inkwistjoni u, min-naħa l-oħra, il-fatt li l-għeluq definittiv ta’ din il-landfill b’mod konformi mal-Artikolu 13 ta’ din id-direttiva għadu ma seħħx, jiġġustifikaw, peress li dawn l-elementi jirrappreżentaw perikolu għall-ambjent u għas-saħħa tal-bniedem, u fid-dawl tal-ħtieġa li fil-ġejjieni tiġi pprevenuta b’mod effettiv ir-repetizzjoni ta’ ksur analogi tad-dritt tal-Unjoni, l-adozzjoni ta’ miżura dissważiva, bħall-kundanna għall-ħlas ta’ somma f’daqqa.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="15"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0100"><NO.P>100</NO.P><TXT>F’dawn iċ-ċirkustanzi, hija l-Qorti tal-Ġustizzja, fl-eżerċizzju tas-setgħa diskrezzjonali tagħha, li għandha tistabbilixxi l-ammont ta’ din is-somma f’daqqa b’mod li din tkun, minn naħa, adatta għaċ-ċirkustanzi u, min-naħa l-oħra, proporzjonata mal-ksur imwettaq (sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20151015">15 ta’ Ottubru 2015</DATE>, <NAME.CASE>Il-Kummissjoni vs Il-Greċja</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑167/14</NO.CASE>, mhux ippubblikata, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2015:684">EU:C:2015:684</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0075">75</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0101"><NO.P>101</NO.P><TXT>Fost il-fatturi rilevanti f’dan ir-rigward hemm dawk tal-gravità tal-ksur ikkonstatat u tal-perijodu li matulu dan issokta mill-għoti tas-sentenza li kkonstatat tali ksur (sentenza tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20141202">2 ta’ Diċembru 2014</DATE>, <NAME.CASE>Il-Kummissjoni vs Il-Greċja</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑378/13</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2014:2405">EU:C:2014:2405</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0076">76</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0102"><NO.P>102</NO.P><TXT>Il-fatti tal-kawża preżenti li għandhom jittieħdu inkunsiderazzjoni jirriżultaw b’mod partikolari mill-kunsiderazzjonijiet li saru fil-punti 85 sa 91 tas-sentenza preżenti, relatati mal-gravità u mat-tul tal-ksur, kif ukoll mal-kapaċità ta’ ħlas tal-Istat Membru inkwistjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0103"><NO.P>103</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, għandu, fl-ewwel lok, jitfakkar li, minkejja l-isforzi suċċessivament imwettqa mill-awtoritajiet Slovakki biex tiġi żgurata implimentazzjoni tas-sentenza C‑331/11 u b’teħid inkunsiderazzjoni wkoll tal-fatt li, mis-<DATE ISO="20140107">7 ta’ Jannar 2014</DATE>, l-operat tal-landfill inkwistjoni twaqqaf, madankollu d-deċiżjoni definittiva dwar l-għeluq u r-riabilitazzjoni tal-partijiet 2 a u 2 b tal-landfill kif ukoll il-waqfien tal-operat tagħhom ġiet adottata biss fil-<DATE ISO="20160815">15 ta’ Awwissu 2016</DATE>, u kkonfermata fid-<DATE ISO="20161109">9 ta’ Novembru 2016</DATE>, jiġifieri iktar minn tliet snin wara l-għoti tal-imsemmija sentenza, u dan kollu mingħajr ma l-proċedura tal-għeluq tal-imsemmija landfill ma kienet intemmet sad-data tal-eżami tal-fatti mill-Qorti tal-Ġustizzja. Fir-rigward tal-parti 2 c, sal-imsemmi eżami, kienet għadha ma ttieħdet ebda deċiżjoni definittiva dwar l-għeluq tagħha u l-proċedura tal-għeluq kienet għadha saħansitra lanqas bdiet. Għaldaqstant, għandu jiġi kkonstatat li l-ksur inkwistjoni dam għaddej għal perijodu sinjifikattiv.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0104"><NO.P>104</NO.P><TXT>F’dak li jirrigwarda, fit-tieni lok, il-gravità tal-ksur, għandhom jittieħdu inkunsiderazzjoni, minkejja n-natura lokalizzata tal-ksur u l-kooperazzjoni tar-Repubblika Slovakka mal-Kummissjoni matul il-proċedura prekontenzjuża relatata ma din il-proċedura, l-effetti li n-nuqqas ta’ dan l-Istat Membru li jwettaq l-obbligi tiegħu taħt l-Artikoli 13 u 14 tad-Direttiva 1999/31 jista’ jkollu fuq l-ambjent u fuq is-saħħa tal-bniedem.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0105"><NO.P>105</NO.P><TXT>Fid-dawl ta’ dawn l-elementi kollha, il-Qorti tal-Ġustizzja tqis li ssir evalwazzjoni ġusta taċ-ċirkustanzi tal-kawża preżenti jekk l-ammont tas-somma f’daqs li r-Repubblika Slovakka għandha tħallas jiġi stabbilit għal EUR <FT TYPE="NUMBER">1000000</FT>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0106"><NO.P>106</NO.P><TXT>Konsegwentement, ir-Repubblika Slovakka għandha tiġi kkundannata tħallas lill-Kummissjoni s-somma f’daqqa ta’ EUR <FT TYPE="NUMBER">1000000</FT>.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq l-ispejjeż</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0107"><NO.P>107</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 138(1) tar-Regoli tal-Proċedura tal- Qorti tal-Ġustizzja, il-parti li titlef il-kawża għandha tiġi kkundannata għall-ispejjeż, jekk dawn ikunu ntalbu. Peress li r-Repubblika Slovakka tilfet, hija għandha tiġi kkundannata għall-ispejjeż, kif mitlub mill-Kummissjoni.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><JURISDICTION><INTRO>Għal dawn il-motivi, Il-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) taqta’ u tiddeċiedi:</INTRO><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">1)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Billi ma adottatx il-miżuri kollha għall-eżekuzzjoni tas-sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20130425">25 ta’ April 2013</DATE>, <NAME.CASE>Il-Kummissjoni vs Is-Slovakkja</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑331/11</NO.CASE>, mhux ippubblikata, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2013:271">EU:C:2013:271</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>), ir-Repubblika Slovakka naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt l-Artikolu 260(1) TFUE.</HT></TXT></NP></ITEM><?PAGE NO="16"?><ITEM><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">2)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Fil-każ fejn in-nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu kkonstatat fil-punt 1 jkun għadu għaddej fil-ġurnata tal-għoti ta’ din is-sentenza, ir-Repubblika Slovakka hija kkundannata tħallas lill-Kummissjoni Ewropea pagamenti ta’ penalità ta’ EUR <FT TYPE="NUMBER">5000</FT> għal kull ġurnata ta’ dewmien fl-implimentazzjoni tal-miżuri neċessarji sabiex tikkonforma ruħha mas-sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20130425">25 ta’ April 2013</DATE>, <NAME.CASE>Il-Kummissjoni vs Is-Slovakkja</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑331/11</NO.CASE>, mhux ippubblikata, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2013:271">EU:C:2013:271</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>), b’effett mid-data tal-għoti ta’ din is-sentenza u sal-eżekuzzjoni sħiħa tas-sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20130425">25 ta’ April 2013</DATE>, <NAME.CASE>Il-Kummissjoni vs Is-Slovakkja</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑331/11</NO.CASE>, mhux ippubblikata, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2013:271">EU:C:2013:271</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>).</HT></TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">3)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Ir-Repubblika Slovakka hija kkundannata tħallas lill-Kummissjoni Ewropea s-somma f’daqqa ta’ EUR <FT TYPE="NUMBER">1000000</FT>.</HT></TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">4)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Ir-Repubblika Slovakka hija kkundannata għall-ispejjeż.</HT></TXT></NP></ITEM></LIST></JURISDICTION></CONTENTS.JUDGMENT><SIGNATURE.CASE><SIGNATORY><P>Firem</P></SIGNATORY></SIGNATURE.CASE></JUDGMENT>